2+8 Triq 'il quddiem għal Irkupru fit-Turiżmu

Page 1

’IL

QUDDIEM

GĦAL

IRKUPRU

FIT-TURIŻMU

April 2021

TRIQ

2+8



NER Ġ G Ħ U N I STA RTJAW IL-M UTU R TAL- E KO N O MI JA M A LTIJA : IT-TU R IŻM U

Konna nisimgħu spiss qabel il-pandemija li t-turiżmu huwa l-mutur talekonomija Maltija. Il-pandemija wrietna kemm dan huwa minnu. L-aħħar ċifri mill-Eurostat juru li Malta kellha l-akbar tnaqqis fil-bejgħ fil-ħwienet. Bil-lukandi vojta, id-domanda naqset kullimkien. Naqsu l-ikliet fir-restoranti, anke meta setgħu jiftħu. Naqset id-domanda għall-prodott Malti bħal ħaxix u ikel proċessat kif ukoll id-domanda għas-servizzi tal-kumpaniji Maltin li jaqdu lill-bosta operaturi fl-industrija. Il-qawmien mhux ser ikun faċli. Il-fiduċja tat-turist li jerġa’ jivvjaġġa ser terġa’ tiġi ftit ftit. Għall-ewwel, ser ikun hemm bosta li jippreferu jnaqqsu r-riskju billi jivvjaġġaw aktar qrib id-dar. Ingliżi, Franċiżi, Taljani, Ġermaniżi mistennija jagħżlu aktar turiżmu intern flok barra l-pajjiż. Jeħtieġ inħajruhom jerġgħu jikkunsidraw lil Malta bi strateġija għaqlija. Fil-Partit Nazzjonalista konxji tal-kuntest tal-isfida, kemm mis-sitwazzjoni attwali tal-lukandi u setturi relatati hawn Malta kif ukoll tal-isfida biex nattiraw is-suq barrani. Tkellimna ma’ bosta fis-setturi u sawwarna l-aspirazzjoni u l-bżonn li esprimew fi proposta politika li tindirizza l-isfida. Qed nippreżentaw din il-proposta f’dan id-dokument li jindirizza kull aspett ta’ kif irridu nerġgħu nqajmu s-settur turistiku. Nistedinkom taraw fid-dettall 3


il-proposti, minn dawk li jitħaddtu kif ser insaħħu l-esperjenza tat-turist f’pajjiżna għall-proposti li jittrattaw il-marketing ta’ Malta bħala destinazzjoni sikura u attraenti. Lil hinn minn kull proposta individwali, il-politika tagħna għal qawmien mill-ġdid tat-turiżmu Malti sserraħ fuq tliet prinċipji bażiċi. L-ewwel wieħed huwa viżjoni fit-tul li iżda tindirizza wkoll il-bżonn fl-immedjat. Għalhekk qed nippreżentaw pjan 2+8 li jniedi miżuri għal din is-sena u s-sentejn li ġejjin bil-mira ta’ miljun turist fl-ewwel sena ta’ rkupru, u żewġ miljuni fit-tieni sena, sakemm fit-tielet sena nerġgħu nibdew nospitaw turisti daqs kemm konna nilqgħu qabel il-pandemija. It-tieni prinċipju huwa ‘empowerment’ konkret tal-industrija nnifisha li tattira hi stess in-niċeċ li jgħoddu għaliha. Aħna konvinti li ħadd aktar millukandiera u l-aġenziji Maltin, uħud b’esperjenza fuq ġenerazzjonijiet tas-suq turistiku, ma jistgħu jifhmu aħjar kif jattiraw it-turist ta’ kwalità fil-kuntest tal-bżonn ta’ turiżmu sikur li jillimita r-riskji tal-pandemija. Għaldaqstant qed nipproponu inizjattiva bla preċedent li tinvolvi rimbors dirett tal-ispejjeż tal-marketing li jsir direttament mill-operaturi Maltin biex jattiraw turist ta’ kwalità. It-tielet prinċipju li fuqu jinbnew il-proposti tagħna huwa dak l-aktar elementari: aħna nemmnu f’politika ta’ wens lill-industrija u lil dawk kollha li joperaw fiha. L-operatur turistiku, ir-restorant, il-lukandi u l-postijiet kollha ta’ divertiment taw kontribut lil dan il-pajjiż billi investew flushom biex itejbu l-offerta lit-turist. Issa ż-żmien li nkunu qrib tagħhom f’dawn iżżminijiet diffiċli. Għalhekk qed nipproponu li jkun hemm flessibilità wiesgħa fil-ħlas tat-taxxa fuq numru ta’ snin mill-operaturi. Irridu nassiguraw li dawn jiffukaw fuq il-qawmien mill-ġdida tal-attività tagħhom mingħajr l-uġigħ ta’ ras tal-ħlas tat-taxxa sakemm l-affarijiet jerġgħu jiġu għan-normal. Irridu politika li tkun verament ta’ wens għal-industrija mhux biss billi ninkoraġixxu l-investiment lokali iżda wkoll billi nattiraw b’mod strateġiku turisti minn reġjuni ġodda u affluwenti li jonfqu aktar flus fil-mawra tagħhom f’pajjiżna. Identifikajna għaldaqstant ħames reġjuni b’ajruporti internazzjonali li sa issa għadhom mhux parti mill-konnessjonijiet bl-ajru lejn Malta. Jeħtieġ li nwessgħu u nżidu t-toroq lejn Malta, speċjalment għat-turist ta’ kwalità u dak minn niċeċ partikolari fejn pajjiżna joffri prodott uniku meta mqabbel mad-destinazzjonijiet kompetituri tagħna. Għandna vantaġġ fuq destinazzjonijiet oħra għax Malta għandha storja, pajsaġġ u poplu uniċi fiddinja. Irrid li nibnu l-offerta tagħna fuq dan li jagħmilna uniċi. Finalment il-qawmien mill-ġdid tat-turiżmu Malti jrid iservi ta’ opportunità. Il-pandemija qed thedded eluf ta’ impjiegi u mijiet ta’ negozji bil-falliment, iżda hija wkoll l-ewwel okkażjoni f’għexieren ta’ snin biex nikkunsidraw mill-ġdid l-objettivi ta’ pajjiżna bħala destinazzjoni turistika. Tul l-aħħar snin iddiskutejna diversi problemi inerenti għall-industrija bħalma huwa l-bżonn ta’ regolamentazzjoni aħjar tas-sodod awtorizzati u l-bżonn li nattiraw 4


turiżmu tan-niċeċ fuq aktar iljieli b’aktar infiq fl-ekonomija lokali. Dan hu l-mument li nindirizzaw dawn l-isfidi b’miżuri konkreti hekk kif issa s-settur qed jerġa’ jipprepara għall-istaġun turistiku. Il-proposti tagħna jindirizzaw ukoll dawn l-aspetti b’mod konkret iżda fi ħdan approċċ ħolistiku. Kull bidla ġġib magħha telliefa u rebbieħa. Nemmnu li t-turiżmu Malti jista’ joħroġ rebbieħ mill-pandemija permezz ta’ strateġija li tivvalorizza l-uniċità ta’ pajjiżna, tagħti empowerment ġdid lill-industrija li tattira turisti b’mod immirat lejn niċeċ differenti u terġa’ b’hekk tistartja dan il-mutur tant fundamentali għal pajjiżna f’kuntest ta’ monitoraġġ kontinwu tal-pandemija. Bernard Grech Kap tal-Partit Nazzjonalista u Kap tal-Oppożizzjoni

5


PJA N 2+ 8 G Ħ AT-TU R IŻM U

Il-Partit Nazzjonalista fl-eqqel tal-pandemija tal-COVID-19 baqa’ kommess li jressaq ’il quddiem pjanijiet u proposti għall-ġid tal-familji u n-negozji Maltin. Ingħatat importanza partikolari u prijorità lill-qasam tas-saħħa iżda l-proposti ppreżentati kienu jħarsu ferm aktar ’il bogħod minn hekk. Is-settur turistiku li jfisser l-għajxien ta’ eluf kbar ta’ persuni, direttament u indirettament, tajnieh attenzjoni partikolari biex niżguraw li, filwaqt li nkunu kawti u nibżgħu għas-saħħa tal-poplu tagħna, naraw li fil-mument opportun ikollna l-pajjiż imħejji bħala destinazzjoni sikura li tilqa’ turisti responsabbli, imlaqqma jew ittestjati, biex dan is-settur jerġa’ jirpilja mingħajr ħafna dewmien. Il-kompetizzjoni madwarna hija kbira. Il-Mediterran joffri prodotti bilbosta u pajjiżna għandu l-prodott uniku tiegħu li rridu nibqgħu ntejbu u nippromwovu. Irridu niżguraw li nippreżentaw l-uniċità tal-prodotti tagħna fil-pajjiżi sors b’tali mod li t-turisti jkollhom is-serħan il-moħħ biex jagħżlu lil Malta għall-vaganzi tas-sajf tagħhom. Il-Partit Nazzjonalista għaldaqstant, biex jippreżenta ruħu bħala gvern alternattiv għal Malta, ħass il-ħtieġa li jippreżenta viżjoni għal dan is-settur: 6


triq ’il quddiem għat-turiżmu b’sensiela komprensiva ta’ proposti għallimmedjat u għal aktar fit-tul, maħsuba biex iqajmu lil dan is-settur fuq saqajh u jagħtuh spinta fid-direzzjoni t-tajba. Din l-industrija teħtieġ approċċ ħolistiku. Teħtieġ pjan li jinvolvi l-aspetti kollha bħal ħoloq f’katina waħda. U teħtieġ ukoll appoġġ finanzjarju, inċentivi u rieda mill-partijiet kollha involuti biex tirpilja b’mod sostenibbli u tkun ta’ suċċess kemm fleqqel tax-xhur sajfin, u anki fix-xhur ta’ wara. Dan hu l-hekk imsejjaħ pjan 2+8: soluzzjoni mifruxa fuq sentejn għall-kriżi li qed iġġarrab bħalissa l-industrija, u pjan ieħor għat-tmien snin ta’ wara li jagħti direzzjoni lill-industrija tul dan id-deċennju. Pjan li jpoġġi l-interessi u l-għajxien tal-Maltin u tal-Għawdxin fuq quddiem nett. Irridu niżguraw li ma nħallu barra lil ħadd, anzi rridu naraw li ninvolvu lil kulħadd biex inwettqu pjan ta’ ġid għal Malta tagħna. Il-proposti miġbura f’dan id-dokument għalhekk għandhom dak il-għan: bil-ħila ta’ kulħadd u b’rispett sħiħ lejn il-miżuri u r-regolamenti li jagħmlu lil Malta destinazzjoni sikura, jirnexxilna negħlbu dawn iż-żminijiet diffiċli u nħarsu ’l quddiem lejn settur turistiku prosperu u mġedded li jkun ferm aħjar minn kif ħallejnieh fl-2019. Bla dubju, dan hu wkoll dokument ħaj li jwitti t-triq għal aktar diskussjoni u konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kollha u għal aktar titjib biex il-Partit Nazzjonalista jibqa’ jħoss il-polz tal-poplu, u jagħti widen għallħtiġijiet tal-industrija tat-turiżmu.

Robert Arrigo Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit, responsabbli mis-Settur Turistiku

7


MARKETING Malta: Destinazzjoni Sikura Swieq Niċċa Co-Marketing Udjenza fil-Mira Marketing ta’ esperjenza KONNETTIVITÀ Pajjiżi Sors Rotot Air Malta Ferries

AKKOMODAZZJONI U CATERING Lukandi Hostels Appartamenti Servuti Camping Restoranti

INFRASTRUTTURA U AMBJENT Trekking/Mixi/Roti Trasport Awtorità tat-Turiżmu Żoni ta’ Konservazzjoni tal-Baħar Riżorsi Umani

IPPJANAR URBAN Għawdex In-Nofsinhar ta’ Malta 8


ATTRAZZJONIJIET U ATTIVITAJIET Mużewijiet u Diġitalizzazzjoni Interattività Gwidi Turiżmu Awtonomu NGOs AVVENIMENTI Turnamenti internazzjonali Agrikoltura Ikel Mużika u Arti

It-turiżmu jifforma parti minn ħajjitna u jitma’ sa 50% talpopolazzjoni Maltija b’mod mill-aktar wiesa’. L-avvenimenti tul l-aħħar sena definittivament jikkonfermaw dan: Minħabba l-pandemija tal-COVID-19, it-turiżmu kważi waqaf għalkollox. Għaldaqstant, dan id-dokument se jesplora, b’mod millaktar flessibbli u ġeneriku, triq ’il quddiem biex is-settur turistiku jirkupra malajr kemm jista’ jkun. Qed nipproponu l-hekk imsejjaħ pjan strateġiku 2+8: soluzzjoni mifruxa fuq sentejn għall-kriżi li qed iġġarrab bħalissa l-industrija, u 8 snin oħra fejn irridu nieħdu l-indutrija. 9



MARKETING


M A LTA : D E STIN A ZZJON I SIKU R A • Nipprovdu ċertifikazzjoni internazzjonali indipendenti dwar Malta bħala destinazzjoni sikura għall-ivvjaġġar. • Inwettqu marketing ippjanat fis-swieq tal-pajjiżi sors dwar il-progress ta’ Malta fil-vaċċinazzjoni. • Il-kunċett tas-sikurezza (bi sticker ta’ konformità marregoli u mal-miżuri tal-COVID-19) nippromwovuh b’kampanja fuq żewġ livelli: • kampanja immirata f’pajjiżna dwar l-importanza li jiġu rispettati r-regoli u jinżammu l-istandards: żieda qawwija fin-numri tfisser tnaqqis fl-attrazzjoni ta’ Malta fost it-turisti, li twassal għal irkupru aktar bil-mod u għeluq inevitabbli tal-operazzjonijiet mingħajr iċ-ċans li jerġgħu jinfetħu. • kampanja fis-swieq sors li turi l-miżuri, il-protokolli u l-istandards li Malta bħala pajjiż ta’ destinazzjoni qed timxi magħhom bir-reqqa. • Nipprovdu ċentri tal-ittestjar bla ħlas lit-turisti (2 f’Malta u 1 f’Għawdex) • Niżguraw tilqim lill-industrija tal-ospitalità qabel l-1 ta’ Ġunju 2021 b’ambizzjoni ta’ tilqim lill-popolazzjoni kollha qabel il-milja tax-xhur sajfin f’Lulju u Awwissu. • Naraw li l-wasliet kollha li jintlaqgħu f’pajjiżna juru prova ta’ tilqim jew PCR negattiv ta’ 72 siegħa qabel l-ivvjaġġar. Inwettqu ttestjar rapidu għall-wasliet kollha. • Nimplimentaw is-sistema ta’ Ċertifikat Aħdar li tipproponi l-Kummissjoni Ewropea (stampat jew elettroniku) biex id-dejta tkun aċċessibbli mill-ajruport u mill-fornituri biex jivverifikaw il-vaċċinazzjoni u/jew ir-riżultat negattiv tat-test. • Inħaddmu l-kunċett tal-bubble b’mod partikolari għallgruppi tal-vjaġġaturi biex niżguraw li l-gruppi jkunu dejjem magħluqin u separati kemm fuq il-mezzi tattrasport, fil-lukandi, waqt il-ġiti, u tul il-bqija tal-vaganza. 12


13


SWI EQ U N IĊEĊ ĠODDA

• Nikkunsidraw mill-ġdid liema swieq għandhom jiġu attirati, nipprovdu l-prodotti li jitolbu dawn is-swieq, u jekk ikun meħtieġ nipprovdu anki l-għodod biex jinħoloq il-prodott meħtieġ mil-lat ta’ servizz, infrastruttura u faċilitajiet. • Swieq niċeċ ġeografiċi/emerġenti • L-Ewropa tal-Lvant/il-Balkani/il-Lvant tal-Mediterran • Iż-żona tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf • Klijentela mmirata • • • • •

Sports niċċa Turnamenti Niċeċ tal-ġeneri Ivvjaġġar ta’ esperjenza Gastronomija

• Nattiraw mill-ġdid lill-klijenti minn pajjiżi sors imbiegħda (Ivvjaġġar b’Interess Speċjali). • Inwettqu marketing ta’ ċerti reġjuni tal-gżira bħala destinazzjonijiet għal waqfa qasira (fosthom il-Belt Valletta u ż-żona tal-Port il-Kbir).

14


15


CO - M A R KETIN G

• Inwettqu kampanja ta’ marketing internazzjonali madwar il-pajjiż, fost il-partijiet interessati kollha (il-lukandi, idDMCs, l-iskejjel, l-organizzaturi, u naċċertaw li dawn jikkomunikaw bl-istess slogan) • Nappoġġaw il-kampanja b’finanzjament • Avvenimenti u tournaments sponsorjati • Nappoġġjaw lil-linji tal-ajru, lill-aġenti tal-ivvjaġġar online u lill-operaturi barranin tat-turisti • Nipprovdu biljetti bla ħlas għal mużewijiet jew attrazzjonijiet oħra lil dawk it-turisti li jibbukkjaw minimu ta’ ljieli jew li jżuru pajjiżna fix-xhur kwieti

16


UDJ E N ZA FIL-M IR A

• Nadattaw il-komunikazzjoni għal udjenza żagħżugħa • Fit-turiżmu, l-approċċ “one size fits all” ma jaħdimx: • Nipprovdu prodotti diversi lil bosta swieq immirati permezz tal-mezz rispettiv (approċċ “sniper” li jkun immirat għal udjenza definita b’mod ċar u mhux approċċ miftuħ għal udjenza wiesgħa) • Niddiġitalizzaw il-komunikazzjoni u l-prodotti li joffri pajjiżna

17


MA R K E T I N G TA’ ESPERJEN ZA

• Insieħbu lit-turist fil-kampanja tal-marketing tagħna • Nipprovdu tagħrif lit-turisti kif jesperjenzaw Malta bħala destinazzjoni u nixprunaw il-kontenut iġġenerat millutenti • Noħolqu siti/esperjenzi xierqa għal Instagram biex inħeġġu t-tixrid organiku u l-promozzjoni ta’ Malta bħala destinazzjoni • Nappoġġjaw lill-influwenzaturi

18


19



KONNETTIVITÀ • Nattiraw lura t-trasportaturi tal-ajru, ir-rotot u l-frekwenzi mitlufa kollha • Nagħtu inċentivi li jiżguraw ir-rotot u l-frekwenzi • Nikkoperaw mal-partijiet interessati kollha


A J RU P O RT I SO RS ĠODDA POTEN ZJA LI

• Inwettqu Studju taż-Żona tal-Klijentela sa 150 km ’l bogħod • Nibdew ħidma biex noħolqu konnettività ma’ ajruporti ġodda jew ma’ oħrajn li m’għadhomx konnessi ma’ Malta IL-ĠERMANJA l-inħawi ta’ Leipzig - 2.5 miljun abitant, Cargo Hub l-inħawi ta’ Stuttgart - 5 miljun abitant, Eurowings Hub FRANZA l-inħawi ta’ Lille - 1.5 miljun abitant, qrib il-Belġju IL-FINLANDJA l-inħawi ta’ Ħelsinki - 1.5 miljun abitant, sagħtejn vapur ’il bogħod mill-Estonja

20 22


I PPJA N A R TA R -R OTOT

• Strateġija flessibbli bi ppjanar ikkombinat għall-immedjat u għal aktar fit-tul: • fl-immedjat, skont l-istaġunalità tal-operazzjonijiet – insibu u nibdew rotot fejn ma jeżisti l-ebda servizz ieħor u nixprunaw id-domanda minnhom mingħajr restrizzjoni fuq l-ivvjaġġar • fit-tul – rotot ewlenin bħal Londra, Frankfurt u Pariġi • Niżguraw komunikazzjoni kontinwa bejn l-MIA, l-MTA u l-operaturi tat-turisti u l-partijiet interessati lokali ladarba jiġu stabbiliti rotot ġodda biex niżguraw l-effikaċja ta’ dawn ir-rotot il-ġodda u jitħeġġeġ aktar xiri tas-seats • Nipprovdu inċentiv ta’ €10 għal kull seat skont ftehim mifrux fuq tliet snin bi frekwenza minima ta’ 2 titjiriet filġimgħa tul is-sajf; u inċentiv ta’ €20 għal kull seat skont ftehim mifrux fuq tliet snin bi frekwenza minima ta’ 2 titjiriet fil-ġimgħa tul ix-xitwa • 2021: Mira ta’ mill-inqas 2 miljun seat biex jintlaħqu millinqas il-miljun wasla tat-turisti • 2022: Mira ta’ 80% tas-seats totali disponibbli fl-2019 • 2023: Mira ta’ 100% tas-seats totali disponibbli fl-2019

23


A IR M A LTA

• Nixħtu l-enfasi tal-ippjanar tar-rotot ewlenin fuq ir-rotot li jħallu qligħ • Inħaddmu mudell flessibbli għal aktar rotot fejn ikollna żidiet temporanji fid-domanda, abbażi tal-istudju tażżona tal-klijentela u skont l-ajruporti sors ġodda potenzjali • Nipprovdu appoġġ biex niżguraw li l-Air Malta tibqa’ attur ewlieni • Nivvalutaw mill-ġdid it-termini u l-kundizzjonijiet kummerċjali biex naċċertaw li jkunu jirriflettu r-realtajiet u l-aspettattivi tas-suq bħalissa kemm fejn jidħol il-prezz u anki fil-kundizzjonijiet (depożiti, termini ta’ kanċellazzjoni, u l-bqija)

F ER R IES

• Nadattaw il-prodott offrut biex il-kowċis, il-karozzi, ilcampers u l-bqija jkunu jistgħu jġibu l-klijenti tagħhom f’pajjiżna, eż. ġiti kombinati minn Sqallija • Nesploraw aktar konnettività bil-baħar: • Mit-Tramuntana tal-Italja, eż. Ġenova, Livorno • Min-Nofsinhar tal-Italja, eż. l-inħawi ta’ Napli • Il-Greċja, fost l-oħrajn billi nesploraw it-tnedija ta’ rotta bil-baħar minn Piraeus bħala gateway għal-Lvant talMediterran 24


25



AKKOMODAZZJONI U CATERING


A K KO M ODA ZZJON I U CATER IN G

• Indaħħlu rekwiżit legali biex fuq kull deskrizzjoni u kanal tal-bejgħ (inkluż fuq il-siti tal-ibbukkjar online) jintwera dejjem in-numru tal-liċenzja. B’hekk ikun aktar faċli għall-awtoritajiet li jwettqu monitoraġġ u infurzar talentitajiet mhux liċenzjati, u jinħolqu kundizzjonijiet ekwi. • Inwaqqfu tim ta’ klassifikazzjoni u kontroll tal-kwalità fi ħdan l-MTA biex iwettaq monitoraġġ u jara li jinżammu l-istandards. Nirristrutturaw lid-dipartiment tal-infurzar biex ikollu l-għarfien espert skont il-gruppi ta’ liċenzji. • Inħeġġu lill-banek biex wara l-eqqel tal-pandemija ma jqisux it-turiżmu bħala riskju għoli. • Nippermettu li t-taxxi kollha dovuti għall-2021 jitħallsu fuq perjodu ta’ 5 snin. • Nipprovdu inċentivi għal marketing dirett barrani minn entitajiet liċenzjati biex jirriklamaw il-prodott tagħhom (u ovvjament id-destinazzjoni) permezz ta’ għotja ta’ darba ta’ €3,000. • Nipprovdu inċentivi għal skop ġdid lill-proprjetajiet pubbliċi jew privati (speċjalment fl-inħawi dilapidati talgżira) ħalli nikkontribwixxu biex tinħoloq l-infrastruttura meħtieġa, jinqdew ċerti niċeċ u jinħolqu opportunitajiet ġodda lis-suq. • Neżentaw it-titjib ekoloġiku u ambjentali mill-VAT. • Nagħtu benefiċċji ta’ Kreditu ta’ Taxxa lis-sidien tal-kirjiet li jirrinunzjaw il-kera dovuta lill-kerrejja li jaħdmu fis-settur turistiku.

28


29


LU KA N DI

• Noħorġu liċenzji ġodda u nagħtu sussidji lil proġetti li jaqblu mal-klijentela mmirata, eż. 3*/4* club concept hotel, lukandi tal-familja, bi kmamar singoli, tal-adulti biss u l-bqija. • Niffissaw limitu fuq il-permessi tal-lukandi skont ilkategoriji biex niżguraw: • taħlita ekwa ta’ kull kategorija biex nindirizzaw ilprovvisti żejda ta’ sodod. • nindirizzaw il-provvisti żejda tat-tipi ta’ proprjetajiet li jilħqu swieq speċifiċi (kemm jekk tipi ta’ lukandi, prezzijiet, servizzi, eċċ). • niżguraw biżżejjed prodotti li jissodisfaw lid-diversi segments tas-suq immirati. • noħolqu skemi inċentivi għal aġġornament, skop millġdid, jew rinovazzjonijiet ta’ proprjetajiet biex nimmiraw niċeċ speċifiċi jew inniedu kunċetti ta’ lukandi ġodda. • Noħolqu u naġġornaw il-kriterji tal-klassifikazzjonijiet u tal-istandards skont destinazzjonijiet komparabbli b’rilevanza għall-kriterji li jiddeterminaw l-istandards biex ninbidlu skont iż-żminijiet u skont l-aspettattivi talklijentela (l-istandards nirreveduhom kull 3-5 snin biex niżguraw ir-rilevanza tagħhom). • Niżguraw li l-lukandi jipprovdu parti ewlenija millimpronta tagħhom għal spazji ħodor, bħal ġonna jew tisbiħ ambjentali, u għal-lukandi fiż-żoni urbani permezz ta’ ġonna vertikali kif qed jiġi propost attwalment għaddjar u l-appartamenti.

30


31


H OSTELS

• Inħaddmu l-kunċett ta’ “Live like a local” u nesploraw ilpossibbiltà li l-binjiet klassiċi jsiru hostels u mhux biss boutique hotels): • inħeġġu l-hostels fid-diversi lokalitajiet biex jagħtu skop ġdid lil proprjetajiet tradizzjonali abbandunati u dilapidati b’mod li jinżammu l-karatteristiċi arkitettoniċi oriġinali. • parti mill-valur miżjud u mill-kwalità tas-servizz li jipprovdu l-hostels tista’ tkun esperjenza turistika filbinjiet storiċi tal-irħula tagħna. • b’hekk inkunu qed nirrispettaw l-identità ewlenija talirħula Maltin, mil-lat ta’ estetika, u nipprovdu esperjenza waħdanija lill-viżitaturi ta’ dawn l-irħula.

APPA RTA ME N TI U VILEL SER V UTI • Inwettqu regolamentazzjoni u klassifikazzjoni biex noħolqu standards u sistema ta’ klassifikazzjoni. • Noħorġu liċenzji u nistabbilixxu limiti ta’ liċenzji skont iżżona. • Inwessgħu l-kunċett ta’ vilel u farmhouses madwar Malta u Għawdex biex nattiraw turisti u familji li jonfqu iżjed. • Inwessgħu l-kunċett ta’ “Live like a local” imsemmi għallhostels, għall-vilel u l-farmhouses b’dimensjoni possibbli ta’ agrituriżmu f’għadd ta’ nħawi tal-gżejjer.

32


33


CA M PIN G

• Noħolqu spazji organizzati u mantnuti għall-camping bilfaċilitajiet meħtieġa (dawl, ilma, iġjene, faċilitajiet tat-tisjir). • Nipprovdu taħlita ta’ akkomodazzjonijiet ta’ tined u mibnija (kemm campaning tradizzjonali, iżda anki glamping b’faċilitajiet lussużi, u żoni magħżula għallcamper vans). • Inwettqu mmirar staġunali biex naċċertaw preżenza f’ċerti promozzjonijiet u fieri barra mill-pajjiż li jkollhom sezzjonijiet maħsuba għall-ivvaġġjar tal-camping, fosthom is-suq Olandiż. • Nipprovdu faċilitajiet tal-laqgħat (magħluqa jew filberaħ) biex is-siti tal-camping ikunu spazju alternattiv u differenti għal attivitajiet li s-soltu jsiru fuq ġewwa, bħal ngħidu aħna klassijiet tal-Ingliż, avvenimenti reliġjużi, laqgħat ta’ team building, gruppi fix-xhur kwieti). • Il-kunċett ekoloġiku: Naraw li s-siti tal-camping ikunu ekoloġiċi u jagħtu opportunitajiet lit-turisti għal attivitajiet ta’ “Planting your own trees” jew dwar il-fawna lokali, attivitajiet oħrajn marbutin mal-ħitan tas-sejjieħ, ilmogħdijiet u l-bqija.

34


35


R E STO R A N TI U BA R S

• Nipprovdu skemi fiskali, fost l-oħrajn billi nnaqqsu l-VAT għal 7% bħall-akkomodazzjonijiet • Inħeġġu dining trails li jżewġu l-kultura u l-ikel • Nirrevedu s-sistema attwali tal-liċenzjar għallistabbilimenti tal-catering • Insaħħu l-preżenza tagħhom fil-gwidi internazzjonali – nirreplikaw l-inizjattiva ta’ Michelin Guide għal San Pellegrino Top 50, Zagat u pjattaformi oħra, kemm għarrestoranti u anki għall-bars

36


37



INFRASTRUTTURA


Naġġoraw il-prodott li joffru l-Gżejjer Maltin billi nniedu bosta inizjattivi: • nipprovdu aċċess fi nħawi madwar il-pajjiż għal WiFi mingħajr ħlas • naġġornaw il-programmi tat-tindif b’enfasi fuq it-tindif u l-ħasil regolari tat-toroq, nipprovdu aktar laned tal-iskart bit-taqsimiet xierqa għar-riċiklaġġ, inżidu s-siti • għal skart goff, u disinjar mill-ġdid tar-rotot u tal-ħinijiet ġenerali għall-ġbir tal-iskart tad-djar u tan-negozji • nattrezzaw lid-dipartiment tat-tindif b’aktar persunal maħsub għal tindif regolari u b’rutina (u nesploraw ilpossibbiltà li din il-ħidma nwettquha id f’id ma’ NGOs li diġà qed jorganizzaw dawn l-attivitajiet): • fil-kampanija, fir-raba’, il-parks naturali, fil-mogħdijiet, manutenzjoni tal-ħitan tas-sejjieħ, fil-bajjiet, u l-bqija • fil-baħar b’kollaborazzjoni tal-għaddiesa biex iwettqu aktar tindif frekwenti ta’ qiegħ il-baħar, fix-xtut, fis-siti tal-għawm u tal-għads, u fiż-żoni ta’ konservazzjoni talbaħar • Madwar il-pajjiż, ippjanar tat-traffiku biex norganizzaw aħjar dawk l-irqajja’ fejn jinġema’ t-traffiku b’analiżi taddejta disponibbli fis-sigħat tat-traffiku tul ċerti rotot, u nesploraw mezzi varji li jindirizzaw it-traffiku mingħajr aktar twessigħ tat-toroq. • Nibnu toroq fiż-żoni turistiċi b’koordinazzjoni mal-Kunsilli Lokali biex ikun evitat it-tfixkil • Nipprovdu skemi inċentivi li jappoġġaw iddiġitalizzazzjoni tal-kummerċ turistiku

40


41


T R E K K I N G / M IXI / R OTI

• Picnics, latrini mobbli, immaniġġjar aħjar tat-tindif pubbliku fil-mogħdijiet u r-rotot turistiċi • Nikkreaw mogħdijiet nazzjonali fosthom matul il-Victoria Lines u niżguraw li jiddaħħlu fil-Mappa Ewropea talMogħdijiet • Noħolqu App li tindika l-ispazji pubbliċi aċċessibbli u li tipprovdi tagħrif dwar il-flora u l-fawna u esperjenza immersiva • Żoni għal offroading bir-roti

T R A SPORT • Inżewġu t-trasport mal-lok tal-attrazzjonijiet bil-kunċett ta’ “one stop access all”: • biljett wieħed li jagħti aċċess għall-karozzi tal-linja, għall-ferries u għall-attrazzjonijiet • Aktar titjib fin-network tat-toroq, anki dawk li mhumiex arterjali • Jingħataw inċentivi attraenti favur l-użu tal-vetturi elettriċi fin-niċċa tat-turiżmu awtonomu u għattrasferimenti fl-ajruport. Żieda qawwija fil-punti taliċċarġjar madwar il-gżejjer • Assistenza għal aġġornament tal-kowċis turistiċi bi qbil mal-aspettattivi Ewropej • Nissospendu l-ħlas tal-liċenzji ta’ Transport Malta għal 18-il xahar lill-kowċis, lill-open top buses, lid-dgħajjes u littaxis, fuq l-istess mudell tas-sospensjonijiet tal-Awtorità tat-Turiżmu 42


43


• Nippermettu ride-sharing lill-operaturi kollha tat-taxis • B’viżjoni aktar fit-tul, inwettqu ppjanar u implimentazzjoni ta’ sistema tal-monorail • Inżidu l-faċilitajiet tal-Park&Ride fiż-żoni turistiċi b’densità għolja tal-popolazzjoni biex intaffu l-konġestjonijiet tattraffiku u noħolqu aktar spazji pedonali miftuħa. • Abbażi tal-analitika tad-dejta, nistħarrġu x-xejriet taddomanda, il-flussi tat-traffiku, u nħaddmu approċċ flessibbli biex nimplimentaw triq ’il quddiem li tindirizza l-ivvjaġġar minn post għal post u l-impatt tat-traffiku.

L-AWTO R I TÀ MA LTIJA TAT-TU R IŻM U • Inwettqu awditjar tal-istabbilimenti tal-ospitalità b’timijiet apposta skont il-kategoriji • Inqajmu mill-ġdid is-sistema tal-klassifikazzjoni talakkomodazzjonijiet (titjib tal-kwalità) • Inwessgħu l-viżibbiltà u l-opportunitajiet tal-booking talpartijiet ikkonċernati lokali, għal attrazzjonijiet skont temi, għall-gwidi, għal-lukandi, u għall-mezzi tat-trasport, billi noħolqu pjattaforma online apposta għat-turisti li jżuruna • Nintroduċu uffiċjali turistiċi li jappoġġaw lit-turisti u jieħdu ħsieb l-infurzar • Nassistu lill-organizzazzjonijiet lokali biex jippromwovu attrazzjonijiet fuq skala iżgħar fl-irħula • Nissospendu l-eżerċizzji ta’ branding li jiswew eluf kbar ta’ flus (fosthom il-ftehim mal-Manchester United) u niffokaw il-fondi fuq attivitajiet immirati • Inwaqqfu Bord għall-Iżvilupp Turistiku (MBTD) li jinkludi lill-partijiet ikkonċernati kollha bħala kontributur ewlieni li jagħti leħen u direzzjoni lil kull min hu involut b’rabta mal-gżejjer Maltin bħala prodott turistiku 44


45


G ĦA DIS

• L-ixprun ewlieni għal għadis rikreattiv huma l-fdalijiet f’qiegħ il-baħar u l-esperjenza tal-għadis innifisha, bi skollijiet artifiċjali u b’oħrajn naturali, u dan jagħti vantaġġ kompetittiv. Nagħtu prijorità lit-tgħerriq tal-bastiment Hepheastus fil-Ponta tal-Qala, u tal-P33 fin-Nofsinhar ta’ Malta, u nindirizzaw kull burokrazija f’dan ir-rigward • Noħolqu riżervi naturali fil-baħar biex nindirizzaw ilproblema ewlenija li jsemmu l-għaddasa viżitaturi ta’ nuqqas ta’ ħajja marina • Ninvestu fl-infrastruttura meħtieġa biex intejbu l-kwalità tal-esperjenza tal-għaddasa. Niżguraw li ħafna miż-żoni tal-għadis ikunu attrezzati bit-tagħmir, is-senjalar, issigurtà u l-parkeġġ meħtieġa • Nistabbilixxu lil Malta bħala d-destinazzjoni ewlenija talgħażla għall-għadis tekniku: • nappoġġjaw il-ħidma tal-Unità dwar il-Wirt Kulturali ta’ Qiegħ il-Baħar fit-trattament u l-konservazzjoni talfdalijiet storiċi tant prezzjużi. • nippromwovu l-bosta fdalijiet madwar il-gżejjer u l-importanza kulturali tagħhom billi nistiednu għaddasa tekniċi ta’ livell dinji biex iżuruhom u jxerrdu tagħrif dwar dawn is-siti. • inwettqu kampanji edukattivi konġunti mal-Unità u mal-Awtorità tat-Turiżmu fost il-komunità talgħaddasa u l-pubbliku dwar dawn il-fdalijiet, u nniedu esebizzjonijiet virtwali tas-siti u informazzjoni dwarhom għall-pubbliku • nintroduċu miżati speċifiċi għal żjarat f’dawn il-fdalijiet u sistema ta’ biljetti kombinati biex inħeġġu l-għadis f’bosta siti b’mod sostenibbli 46


47


R I Ż E R VI N ATU R A LI FIL-BA ĦA R

• Noħolqu riżervi naturali fil-baħar biex inżidu l-irqajja’ ta’ ħajja marina fi żmien tlieta sa ħames snin u biex nindirizzaw in-nuqqas ta’ ħajja marina li jilmentaw dwarha l-għaddasa viżitaturi • Inwettqu infurzar b’installazzjonijiet ta’ kameras tasCCTV, bl-għajnuna ta’ Transport Malta, u b’oqfsa legali li jiżguraw l-osservanza tal-liġi • Norganizzaw kampanji edukattivi dwar il-benefiċċji tarriżervi fil-baħar, skont studji li juru kif iż-żidiet fil-ħajja marina ma jkunux biss attrazzjoni għall-għaddasa, iżda jtejbu l-istokkijiet tal-ħut disponibbli. • Nippromwovu b’mod attiv dawn iż-żoni, fuq il-mudell diġà mħaddem għall-bajjiet bil-Blue Flag • Noħolqu sistemi awtosuffiċjenti b’miżati għall-għaddasa viżitaturi, irmiġġi sostenibbli, u permessi għas-sajd ’il barra miż-żona tar-riżerva • Flimkien mal-awtoritajiet, mal-għaqdiet tas-sajjieda u tal-konservazzjoni tal-baħar, mal-operaturi tal-għads, u ma’ partijiet ikkonċernati oħra nidentifikaw aktar inħawi madwar Malta u Għawdex • Proġett pilota: Miċ-Ċirkewwa sal-Irdumijiet tal-Qammiegħ • It-tieni fażi: Kemmuna • It-tielet fażi: Għawdex: Id-Dwejra, minn Ras ir-Reqqa sa San Dimitri, għadd ta’ skollijiet, ix-Xatt l-Aħmar sa Mġarr ix-Xini

48


KA PITA L U M A N

• Noħolqu suċċessjoni ta’ żgħażagħ fl-industrija talospitalità: • fl-iskejjel – ninvolvu t-turiżmu fit-tagħlim kurrikulari • fl-ITS – insaħħu l-korsijiet biex ikunu jkopru l-aspetti kollha tas-settur turistiku Inżidu l-korsijiet part-time biex ikunu attraenti fost l-impjegati attwali tas-settur turistiku. • l-MCAST – enfasi fuq oqsma tekniċi u diġitali tat-turiżmu • l-Università ta’ Malta – titjib fil-korsijiet provduti biex ikunu aktar prattiċi • Nipprovdu skemi ta’ studenti apprendistati id f’id malkumpaniji turistiċi li jkunu attraenti u li jwasslu għal impjiegi full-time • Nipprovdu appoġġ lin-negozji ġodda: • nistabbilixxu programm apposta biex l-investituri żgħażagħ jirċievu appoġġ għal negozji ġodda fis-settur tal-ospitalità • Taħriġ: • nipprovdu taħriġ lill-ħaddiema lokali u barranin li jkun għadhom friski fl-industrija, u korsijiet introduttorji ġodda dwar l-ospitalità qabel jiksbu l-impjieg flindustrija • nipprovdu għarfien bażiku dwar Malta u l-attrazzjonijiet • noħolqu Ambaxxaturi għall-gżejjer • Inħaffu l-permessi għax-xogħlijiet • Nagħtu Liċenzja ta’ Operatur Turistiku (jew Liċenzji Turistiċi) li jiġġeddu kull sena: • wara attendenza ta’ 40 siegħa taħriġ iċċertifikat kull sena, li jkun maħsub biex iżomm u jtejjeb il-ħiliet jew biex jinkisbu ħiliet ġodda; u korsijiet ta’ tiġdid kull sentejn • wara attendenza ta’ korsijiet organizzati mill-ITS, millMCAST, mill-Università ta’ Malta kif ukoll minn skejjel privati u ċentri oħra tat-taħriġ 49


TU R I Ż M U TAL-LIN GWA IN GLIŻA

• Nintroduċu Liċenzja ta’ Operatur għat-Tagħlim tal-Ingliż (ELT) bħala liċenzja tal-Awtorità tat-Turiżmu. Din l-ELT issir bil-parteċipazzjoni tal-Bord il-ġdid għall-Iżvilupp Turistiku (MBTD) u entitajiet kummerċjali oħra • Inħaddmu Programm Speċjali għall-Eżenzjoni mill-Viża għall-istudenti li mhumiex mill-UE li jżuru Malta għattagħlim tal-lingwi • Nagħtu Fond ta’ Boroż ta’ Studju ta’ €50 fil-ġimgħa lil kull student li jagħżel li jiġi Malta għal kors fl-Ingliż ta’ millinqas 12-il ġimgħa minn Settembru 2021 sa Ġunju 2022 b’limitu massimu ta’ €600 lil kull student

48 50


AĠ E N T I, DM CS , M ICE

• Innaqqsu r-rata tal-VAT għal 7% għall-għoti tas-servizzi turistiċi u għall-forniment ta’ oġġetti u servizzi lil entità turistika • Nirrevedu u nadottaw l-interpretazzjoni tal-VAT għasservizzi MICE biex jitqiesu bħala prodott kumpless u mhux sempliċiment bħala servizz turistiku • Nipprovdu inċentivi għal marketing dirett barrani minn entitajiet liċenzjati biex jirriklamaw il-prodott tagħhom (u ovvjament id-destinazzjoni) permezz ta’ għotja ta’ darba • Sa €25,000 kull sena għall-2021 u għall-2022, biex isiru kampanji ta’ marketing barra mill-pajjiż. • Nagħtu €50 lill-operaturi lokali għal kull pakkett ta’ Vjaġġar ta’ Interess Speċjali lejn Malta li jbigħu (favur itturiżmu niċċa) skont 2 kriterji: • il-pakketti jinbiegħu bil-quddiem, ikunu jinkludu ġiti u/ jew attivitajiet (kulturali, sportivi, gastronomiċi, mużikali, edukattivi) mibjugħa bil-quddiem li jiswew mill-inqas €150 għal kull persuna, u li jinkludu lil Għawdex flitinerarju tagħhom • it-turist iżur Malta għal mill-anqas 7 ljieli

51


PR O P O STI OĦR A DWA R L- I N F R A STR UT TU R A

• Noħolqu sħubija pubblika privata biex nirrestawraw u mmantnu l-fortifikazzjonijiet kollha tal-gżejjer, u jinfetħu ta’ kuljum għall-pubbliku u jitħarsu kontra l-vandaliżmu b’sistemi ta’ monitoraġġ tas-CCTV • Il-Bajjiet: • nnoħolqu aktar bajjiet bir-ramel (Inizjattiva ta’ Riforniment tar-Ramel) • nipprovdu u nżommu faċilitajiet xierqa fihom ta’ iġjene u ta’ aċċessibbiltà għas-siġġijiet tar-roti • niżguraw li l-akbar partijiet tal-bajjiet ikunu aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali • inħarsu l-bajjiet inqas popolari u nżommuhom fi stat ambjentalment adegwat. Nimmaniġġjaw il-kapaċità li dawn il-bajjiet jifilħu • ninċentivaw il-ħolqien ta’ beach clubs/lidos għallfamilja kollha, u oħrajn tal-isem • Nappoġġjaw lill-postijiet storiċi, lill-artiġjani lokali u lin-negozji tal-artiġjanat, kemm fit-tħaddim u anki filpromozzjoni • Kemmuna: • nippreżentaw approċċ ħolistiku għal Kemmuna u għal Bejn il-Kmiemen li jżewweġ l-ambjent mat-turiżmu, u li jmur lil hinn minn sempliċiment Blue Lagoon • noħolqu, nippromwovu u nżommu mogħdijiet rurali fuq Kemmuna li jagħti aċċess għal xaqlibiet oħrajn talgżira

52


53



ATTRAZZJONIJIET U ATTIVITA JIET It-turist tal-ġenerazzjoni li jmiss ifittex esperjenza u vaganza aktar ta’ kwalità. Irridu niżguraw li jkollna dik ix-xi ħaġa iżjed jew differenti mill-bqija tad-destinazzjonijiet fil-Baħar Mediterran.


MA L-N GO’ S

• Nissieħbu mal-NGOs biex inħallu impatt dirett fuq iżżamma u l-promozzjoni tal-attrazzjonijiet inqas popolati u tal-wirt kulturali ta’ pajjiżna: • • • •

Wirt Artna Din l-Art Ħelwa Ramblers Malta Tourism Society

• Nissieħbu ma’ organizzazzjonijiet biex jgħinuna fit-tindif taż-żoni pubbliċi, u biex intejbu l-pajsaġġ bi tħawwil, inżidu l-attrazzjonijiet ta’ qiegħ il-baħar, u naħdmu id f’id għal xtut indaf

MU Ż EWI J I E T U DIĠITA LIZZA ZZJON I

• Intejbu l-prodott offrut fis-siti u fil-mużewijiet (is-sistemi tal-biljetti u t-taħlita tagħhom) b’ħidma ma’ partijiet ikkonċernati oħra • Nassistu lill-gwidi fil-mużewijiet biex jingħata servizz talaqwa kwalità u jiġu offruti gwidi speċjalisti f’siti speċifiċi • Nallinjaw il-ħinijiet tal-ftuħ mal-eżiġenzi tat-turisti – nipprovdu inċentivi biex inħeġġu ftuħ tas-siti filgħaxijiet tul ix-xhur turistiċi f’kull attrazzjoni, inkluż fil-knejjes • Abbażi tal-analitika tad-dejta, nistabbilixxu x-xejriet talviżitaturi, il-preferenzi tal-klijenti u nadattaw il-prodotti tagħna skonthom 56


I N T ER AT TIVITÀ

• Noħolqu spazji għall-familji biex ikollhom esperjenzi mfasslin apposta għalihom (siti ta’ patrimonju, ġiti, attrazzjonijiet) - “Iltaqa’ u tkellem ma’ persunaġġi storiċi”: bħall-Gladjaturi f’Ruma, f’Malta jkollna Kavallieri madwar il-Belt Valletta, persuni nobbli madwar l-Imdina u karattri storiċi oħra • Infasslu mill-ġdid u niddefinixxu mill-ġdid l-esperjenza tal-mużewijiet u tal-attrazzjonijiet biex issir esperjenza aktar immersiva u interattiva għall-viżitaturi, dan fuq ilmudell imħaddem f’Esplora u l-ideat ta’ Muże.X • Kiri bla ħlas ta’ tablets għall-viżitaturi tal-attrazzjonijiet biex jiggwidawhom tul l-esperjenza u jinħolqu mumenti soċjali (marketing ta’ esperjenza) • Nikkreaw mogħdijiet għal turiżmu awtonomu blgħajnuna ta’ Apps (flora, fawna, ġonna, xagħri, siti ta’ Din l-Art Ħelwa)

57


GWIDI • Inwettqu infurzar fuq il-gwidi mhux liċenzjati. • Speċjalizzazzjoni tal-gwidi skont il-lokalitajiet • Nipprovdu korsijiet online għall-gwidi biex nattiraw ġenerazzjonijiet ġodda ta’ gwidi abbażi ta’ moduli diversi – it-tlestija ta’ modulu tissarraf f’liċenzja ta’ gwida filmaterji koperti minn dak il-modulu • Inħeġġu ġiti minn punti tat-tluq fissi, b’temi skont ilkategorija (eż. ġiti tal-familja, ġiti kulturali, u l-bqija); • Noħolqu booths f’ċerti żoni turistiċi li jipprovdu informazzjoni lit-turisti u servizzi ta’ gwida • Nipprovdu għotjiet lill-gwidi biex ikunu jistgħu jiksbu tagħmir li jassistihom f’xogħolhom mal-gruppi tat-turisti • Nipprovdu t-tagħlim ta’ aktar lingwi lill-gwidi • Neżentaw lill-gwidi mit-tariffi tal-liċenzji u mit-taxxi għal sentejn

58


TU R I Ż M U AWTON OM U

• Flimkien mal-gwidi, noħolqu programmi prestabbiliti għal turiżmu awtonomu f’Malta u f’Għawdex • Nippromwovu ċerti nħawi speċifiċi fin-naħa tan-Nofsinhar ta’ Malta biex it-turisti jitqassmu aħjar madwar il-gżejjer • L-operaturi tal-kiri tal-karozzi: • neżentaw mit-taxxa tar-reġistrazzjoni lill-karozzi ġodda kollha mixtrija fl-2021 • innaqqsu l-liċenzja tat-triq għal sentejn • nipprovdu aktar spazji tal-parkeġġ li jaħsbu għal żieda fil-karozzi mikrija • nappoġġjaw lill-operaturi tal-kiri billi nippermettu dikjarazzjonijiet tal-VAT fuq il-karozzi mikrija • niżguraw li l-vetturi għall-kiri turistiku jkunu 100% elettriċi sal-2025

59



IPPJANAR URBAN


I PPJAN A R U R BA N

• Nirriġeneraw iż-żoni urbani: • pereżempju billi id f’id mal-privat, inħeġġu esperjenzi ta’ stabbilimenti ta’ xiri u divertiment ta’ livell għoli u ta’ kwalità – b’enfasi fuq l-inħawi ta’ Paceville, Buġibba u San Pawl il-Baħar • Nippermettu taħlita ta’ attività kummerċjali biex nattiraw turist ta’ matul il-jum u turist ta’ billejl • Inħeġġu l-kunċett ta’ qawmien mill-ġdid lill-proprjetajiet mitluqa biex jinbidlu f’tip ġdid ta’ • Akkomodazzjoni, stabbilimenti tal-catering, ħwienet talartiġjanat, attrazzjonijiet turistiċi • Nipprovdu esperjenzi rurali ta’ kwalità fil-qalba tal-irħula tagħna, b’enfasi fuq l-artiġjanat u l-agrituriżmu

62


63


KO N S I ST E N Z A U SOSTEN IBBILTÀ

• Nipprovdu standards omoġenji għall-binjiet b’rispett sħiħ lejn il-pajsaġġ tal-bliet, tal-kampanja u taċ-ċentri tal-irħula tagħna. Hekk niżguraw li nħarsu l-integrità tagħhom u tas-siti storiċi mibnija, b’taħlita ta’ faċċati u kuluri attraenti u uniformi skont prattiċi standard u naċċertaw li jinżammu fl-aqwa stat. Dan hu kunċett li ħadem f’diversi lokalitajiet madwar il-Mediterran, fosthom fi Spanja u fil-Greċja. • Insaħħu l-protezzjoni tal-binjiet biex nevitaw kull intrużjoni fid-dehra u fl-esperjenza tat-toroq fiċ-ċentri talirħula tagħna • Noħolqu Standards Nazzjonali tal-Estetika biex jissawru kriterji u standards minimi li jeħtieġ jiggwidaw il-proġetti biex jiksbu l-approvazzjoni. Niżguraw li permezz ta’ Bord apposta, il-permessi maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar ikunu jissodisfaw l-Istandards Nazzjonali tal-Estetika • Il-Bord ikun kompost minn esperti minn kull waħda minn dawn l-oqsma: • • • •

arkitettura konservazzjoni ambjentali wirt kulturali żewġ rappreżentanti mill-komunità lokali fejn hu ppjanat il-proġett tal-bini

• Nimponu obbligi għal soluzzjonijiet ekoloġiċi bħala prerekwiżit/punt tat-tluq u mhux bħala punt addizzjonali, ngħidu aħna biex jiġu ppjanati u maħsuba postijiet talparkeġġ għas-siti turistiċi li jinkludu punti tal-iċċarġjar għall-vetturi, u li jkun hemm pjan għal tisbiħ u tħawwil tas-siġar

64


65


G ĦAWDEX • Inżidu l-aċċessibbiltà għal Għawdex (bil-mina, b’ħeliport, bil-vapuri) inkluż billi niżguraw li servizz ta’ fast-ferry bejn Għawdex u Baħar iċ-Ċagħaq u nipprovdu faċilitajiet ta’ parkeġġ fuq iż-żewġ naħat • Noħolqu skemi ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni lill-impjegati diversi tas-settur tal-ospitalità • Noħolqu servizzi ta’ trasport koordinat bejn l-ajruport u Għawdex u lura biex it-turisti jsibuha eħfef jivvjaġġaw u jkollhom l-iskedi allinjati aħjar bejn it-trasport bl-art u bilbaħar • Inġeddu l-flotta tal-vapuri tal-Gozo Channel bi flotta ekoibrida u nżidu l-frekwenzi • Neżentaw għal sentejn mil-liċenzji, mill-NI, mill-VAT • Niżguraw li l-MTA talloka baġit xieraq għal marketing permezz ta’ Destination Gozo • Insibu modi kif Destination Gozo tattira profili ta’ klijenti aktar żgħażagħ bi prodotti li jinkludu l-avventura, l-attività u l-isport • Skema “Green Gozo” – Niżguraw ġestjoni, aġġornament tal-infrastruttura Għawdxija u titjib fl-istabbilimenti favur l-ambjent

I N - N O FSI N H A R TA’ M A LTA • Noħolqu Pjan ta’ Infrastruttura u Akkomodazzjoni • Nipprovdu aktar fdalijiet mgħerrqa fin-Nofsinhar ta’ Malta, b’konformità sħiħa mal-liġijiet, biex inżidu t-turiżmu niċċa tal-għadis (il-P33) • Nesploraw il-possibbiltà ta’ aktar faċilitajiet sportivi finNofsinhar: • nesploraw il-possibbiltà tat-tieni korsa tal-golf 66


• niftħu kumpless multifunzjonali għal bosta avvenimenti, fosthom dawk sportivi, konferenzi, kunċerti, wirjiet u l-bqija • l-għawm, ir-rugby, il-hockey, it-tennis u sports oħrajn jistgħu jiksbu livell ġdid bħala prodott turistiku • għal gruppi organizzati, fl-għamla ta’ avvenimenti, turnamenti u kompetizzjonijiet annwali

67



AVVENIMENTI


AVVEN IM EN TI

• Inwessgħu l-portafoll tal-avvenimenti tal-Awtorità tatTuriżmu biex nattiraw aktar segmenti diversi, minn avvenimenti mużikali u sportivi sa oħrajn kulturali • Noħolqu kalendarju ta’ avvenimenti regolari jew ta’ kull sena (fuq skala kbira jew fuq skala iżgħar) maħsuba biex jattiraw firxa kontinwa ta’ turisti li jżuruna għal xi avvenimenti partikolari, u li mbagħad jagħżlu li jqattgħu aktar ġranet fil-gżejjer tagħna biex iżidu l-esperjenza tagħhom lil hinn mill-avveniment. • Nistħarrġu l-possibbiltà ta’ kumpless b’diversi skopijiet li jkun jista’ jilqa’ tipi differenti ta’ avvenimenti u jsir post ideali għal dan il-għan, bħalma ġara matul is-snin bl-O2 Arena f’Londra

70


71


TU R N A M E N T I IN TER N A ZZJON A LI

• Inqawwu l-isforzi tagħna biex nattiraw turnamenti niċċa internazzjonali kemm għal individwi u anki għal timijiet sportivi, billi nipprovdu sponsorships ta’ dan it-tip u nsaħħu l-premijiet mogħtija • L-ixprun ewlieni ta’ finanzjament ikun: • avvenimenti bħal dawn fix-xhur inqas popolari matturisti • b’għadd minimu ta’ parteċipanti barranin li jżuru pajjiżna għal dawn it-turnamenti • b’impenn minimu ta’ 3 snin għall-organizzazzjoni talavveniment kull sena • inwettqu kampanja promozzjonali fost dawn il-viżitaturi biex nesebixxu lil Malta bħala destinazzjoni turistika u nħajruhom iżidu l-ġranet fostna

72


73


A GRI KO LT URA • Ġranet miftuħa għall-azjendi agrikoli • Tmiem il-ġimgħa b’tema u bil-kunċett “Mill-Għalqa salPlatt” fl-istaġuni tal-frott u l-ħxejjex • Noħolqu u nsaħħu inizjattivi ta’ “Plant a Tree” fl-inħawi turistiċi – skema li tħajjar il-parteċipazzjoni tat-turisti fittħawwil tas-siġar biex l-ambjent ikun mezz li jixpruna t-turiżmu

IKEL • Noħolqu Festival Internazzjonali għall-Ikel u naraw li jsir parti mill-kalendarju annwali biex nistiednu wċuħ famużi mid-dinja gastronomika barranija u programmi televiżivi mis-swieq turistiċi biex jissieħbu ma’ chefs lokali għal dan il-għan • Inħaddmu l-kunċett “Mill-Għalqa sal-Platt” li jżewweġ ilbiedja mal-esperjenza tat-tisjir • Flimkien mal-privat, noħolqu ġiti gastronomiċi li jattiraw turisti li jridu jżuru bosta postijiet ta’ interess u fl-istess ħin iduqu l-ikel lokali. • Noħolqu t-tikketta Made in Malta DOK għall-ikel u x-xarbiet Maltin • Abbażi tal-kunċett diġà eżistenti ta’ Farmers’ Market, noħolqu swieq tal-ikel magħluqin li jsiru popolari fost it-turisti għall-għażla tal-ikel lokali u l-esperjenza unika tagħhom. Tkun inizjattiva li tixpruna l-interess tan-negozji ż-żgħar u taħlita ta’ bejjiegħa ta’ prodotti lesti għat-tisjir, u ta’ bejjiegħa oħrajn ta’ prodotti msajrin lesti biex jittieklu. Dan b’enfasi xierqa fuq prodotti lokali, sostenibbli u staġunali 74


75


M U ŻIKA U A RTI

• Nipprovdu liċenzji lill-artisti biex jippreżentaw l-arti tagħhom fi nħawi pubbliċi madwar Malta u Għawdex • Insaħħu l-Kalendarju tal-Festivals Mużikali • Nippreżentaw stallazzjonijiet artistiċi f’ċerti spazji pubbliċi • Norganizzaw festivals lokali dwar l-artiġjanat • Insostnu l-festi Maltin u l-avvenimenti organizzati fillokalitajiet

76


77



Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.