Suppliment speċjali fil-100 Jum ta' Bernard Grech bħala Kap tal-PN

Page 1

Il-ħidma li ma waqfet xejn fl-ewwel mitt jum, qed tkompli u qed tibqa’ dejjem tissaħħaħ

Suppliment speċjali dwar il-mitt jum ta’ Bernard Grech bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, li jawguraw tajjeb għal pajjiżna

Il-Ħadd, 10 ta’ Jannar, 2021


II

• Paġna ġdida għall-PN wara xogħol ta’ tisħiħ u tiġdid li sar fl-aħħar ġimgħat • Paġna ġdida għall-PN bi tfassil ta’ politika li tpoġġi lill-bniedem fiċ-ċentru, biex jitkattar il-ġid u jitqassam b’mod ġust bejn kulħadd • Paġna ġdida għall-poplu wara xhur ta’ qtigħ il-qalb u sagrifiċċji • Paġna ġdida għall-poplu li jara lill-Partit Nazzjonalista b’saħħtu u kredibbli u lest li jmexxi lill-pajjiż. • Paġna ġdida għal pajjiżna wara snin li matulhom ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna qalat daqqa ’l isfel • Paġna ġdida għal pajjiżna bit-tama ta’ futur aħjar

Il-Ħadd, 10 ta’ Jannar, 2021

Suppliment

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech jieħu l-ġurament ta’ Kap tal-Oppożizzjoni mill-President ta’ Malta George Vella

Fost iż-żjarat uffiċjali tul dawn l-aħħar tliet xhur, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech żar l-Uffiċċju tal-Ombudsman f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif ta’ din l-istituzzjoni.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech sellem il-memorja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia fejn flimkien ma’ martu AnneMarie żaru l-post fejn ġiet assassinata ftit passi bogħod minn darha fil-Bidnija, u tkellmu ma’ Peter Caruana Galizia u Matthew Caruana Galizia.

Fl-ewwel jiem ta’ ħidma bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech għamel żjara lill-President Emeritu u Eks Prim Ministru Eddie Fenech Adami

Il-qtil politku ta’ Karen Grech u dak ta’ Raymond Caruana tfakkru mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech li sellem il-memorja tagħhom bi żjarat li għamel fuq il-qabar tagħhom


Qed nagħmlu t-tiġdid meħtieġ u qed inkabbru mill-ġdid lill-PN Il-Ħadd, 10 ta’ Jannar, 2021

Suppliment

ĦIDMA BLA HEDA U B’ENTUŻJAŻMU

III

– Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’għeluq il-mitt jum mill-ħatra tiegħu

Joe Mikallef

joemikallef@netmedia.com.mt F’dawn il-jiem Bernard Grech qed jagħlaq il-mitt jum tiegħu fil-kariga ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista u Kap talOppożizzjoni. F‘din l-okkażjoni il-mument għamel intervista estensiva miegħu fejn analizzajna dawn it-tliet xhur li l-istess Bernard Grech iddeskrivihom bħala ħidma bla heda iżda mimlija entużjażmu. “Kienu tliet xhur ta’ ħidma ma taqta’ xejn. Laqgħat kuljum kemm fid-Dar Ċentrali u anki barra. Tiġdid kontinwu. Uċuħ ġodda. Ħatriet importanti. Rajna mill-ġdid uċuħ antiki jersqu lejna flimkien ma’ oħrajn ġodda. “Iż-żgħażagħ kienu fuq quddiem tal-politika tagħna. Ftit ftit qed inpoġġu l-pedamenti għal għada. Mingħajr għaġġla. Irridu nagħmlu kollox bi ħsieb u bi pjan biex il-Partit Nazzjonalista tassew jikber u jkun il-forza politika li kien meta kiseb li l-Indipendenza u d-dħul tal-Unjoni Ewropea għal pajjiżna. “Iva, hu possibbli li l-Partit Nazzjonalista jerġa’ jsir forza politika qawwija u dan grazzi għas-sehem u l-ħidma ta’ kulħadd fi ħdan l-istess Partit Nazzjonalista.” Bernard Grech beda biex qal li f’dawn it-tliet xhur uża l-ħin biex kontinwament ikun jista’ jifhem f’hiex jinsab il-Partit Nazzjonalista. Kienu eżerċizzju ta’ stock-take tas-sitwazzjoni. Kienu tliet xhur ta’ tagħlim kontinwu. “Kontinwament ridt nitgħallem noqrob aktar lejn ilpolitika, lejn il-Grupp Parlamentari, ir-rapport interpersonali, inkun eqreb lejn ilħaddiema, norganizzaw aktar dan il-post u nista’ nassigurak li sar ħafna xogħol li ma jidhirx iżda nassigurak li dan ix-xogħol se jkun qed jibda jidher fil-futur qrib, u ieħor se jkun qed jibda jidher aktar tard.”

Bernard Grech: Iż-żgħażagħ kienu fuq quddiem tal-politika tagħna. Ftit ftit qed inpoġġu l-pedamenti għal għada.

Bernard Grech kompla li lħidma li qed issir bħalissa qed twassal biex il-Partit Nazzjonalista jiġġedded u jerġa’

Saret ħidma importanti misSegretarju Ġenerali u misSegretarju Organizzati. Iltqajt mal-fergħat kollha u kelli l-

Politika ta’ kuntatt man-nies. Kuntatt li jwassal għal aktar ideat ġodda imma wkoll li jkollhom politika li toffri aktar soluzzjonijiet għall-bżonnijiet tan-nies.

jibda jikber u jsir il-forza politika qawwija li wasslet biex l-istess Partit Nazzjonalista kiseb l-Indipendenza għal pajjiżna u biex l-istess Partit Nazzjonalista kiseb id-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewroea. Dan it-tiġdid fil-Partit qed iseħħ mhux biss fuq livell ta’ politika u policies, imma anki fuq livell fiżiku ta’ Partit. “Irrid ngħidlek li f’dawn it-tliet xhur iltqajt mal-fergħat u insistejt li jkun hemm it-tiġdid meħtieġ fihom biex jirriflettu l-bżonnijiet tal-Partit Nazzjonalista llum.

opportunità li niltaqa’ man-nies li jimmilitaw fihom. F’dawn illaqgħat ħeġġiġt lill-istess nies biex joffru politika ta’ kuntatt man-nies; kuntatt li jwassal għal aktar ideat ġodda imma wkoll li jkollhom politika li toffri aktar soluzzjonijiet għall-bżonnijiet tan-nies.” Bernard Grech qal li hu ltaqa’ mal-Kumitati Lokali kollha talPartit. “Ma’ dawn tkellimt ukoll fit-tul u fissirtilhom limportanza tat-tiġdid fil-Partit Nazzjonalista u l-importanza talimpenn tagħhom. Issa dan it-

tiġdid se jkompli fil-jiem u lġimgħat li ġejjin. “Kif wegħedt fil-kampanja jien irrid li l-Kumitati kollha talPartit ikunu parti integrali millpolitika tal-istess Partit Nazzjonalista u ma rridhomx li jkunu fil-periferija tal-Partit u maqtugħa mit-Tmexxija talPartit.” Bernard Grech kompla li flistess mitt jum kien hemm ħatriet importanti fi ħdan ilPartit fosthom ta’ Ivan Bartolo li nħatar il-President tad-Djalogu Soċjali, u ta’ Martina Caruana li nħatret bħala l-President tarRiċerka. Dawn huma rwol millaktar importanti li għandhom jagħtu impetus ġdid fit-tiġdid tal-Partit Nazzjonalista. Qed naġġornaw il-modi kif niltaqgħu man-nies u “nista’ ngħidlek li f’dan il-perjodu saru ħafna laqgħat kemm ġewwa luffiċċju tiegħi fid-Dar Ċentrali, iżda anki ħafna laqgħat lil hinn minn hawnhekk. Iltqajna, fost l-

Wasal il-mument li dan il-poplu jakkwista l-indipendenza tal-ħsieb mill-ħakma tal-politika partiġjana.

oħrajn, mal-Korpi Kostitwiti u anki ma’ diversi entitajiet oħrajn. Iltqajna wkoll ma’ numru ta’ fakultajiet flUniversità ta’ Malta. Dan kollu juri kif f’dawn it-tliet xhur irnexxielna nagħmlu ħafna xogħol li fil-verità ma jidhirx iżda li għandu jagħti l-frott fixxhur li ġejjin.” Bernard Grech kompla li meta jħares lejn dawn it-tliet xhur li għaddew jieħu gost li “rnexxielna nġibu wkoll ċertu serenità fil-Partit Nazzjonalista; serenità fil-Grupp Parlamentari fejn qed issir diskussjoni politika importanti u matura. Mistoqsi dwar il-bilanċ malfamilja li hi tant għal qalbu, Bernard Grech qal li iva l-ħin mal-familja kellu jonqos, iżda

għal paġna IV


Politika ta’ kuntatt man-nies IV

Il-Ħadd, 10 ta’ Jannar, 2021

Suppliment

minn paġna III

din hi familja ta’ erba’ adulti u “lkoll nifhmu li l-ħajja ma hix dik ta’ karozza ipparkjata x’imkien, iżda hi dik ta’ karozza li dejjem qed itterraq. Hekk ukoll aħna bħala familja l-ħin kollu nterrqu u nġibu ruħna skont l-iżviluppi li nkunu għaddejjin minnhom. Bħal kull familja magħquda, iżda, meta jkollna bżonn nieqfu u nduru ma’ xulxin biex hekk inkunu nistgħu nagħtu l-għajnuna tagħna lil xulxin. Din kienet bidla straordinarja fil-ħajja tiegħi, iżda b’impenn xorta bqajna nsibu l-ħin għal xulxin.” Mistoqsi dwar id-diskors talBaġit li kien preżentat biss ftit tal-jiem wara l-ħatra tiegħu ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech qal li x-xogħol għad-diskors tal-Baġit kien ilu bis-sehem ta’ Membri Parlamentari, iżda matul dawk il-ftit jiem li kien fadal biex dan isir, saret ħidma kollettiva kbira minn numru kbir ta’ persuni li flimkien għaqqadna l-forzi tagħna u bnejna dak id-Diskors li kien jagħti viżjoni ‘l quddiem tal-politika tagħna għall-ġid talpajjiż. “Iva, dak id-Diskors kien sfida kbira. Iżda grazzi għall-impenn ta’ kulħadd sar u grazzi għallimpenn tan-nies, l-entużjażmu tan-nies u t-talenti tan-nies, allura tragwardi bħal dan ikunu jistgħu jintlaħqu b’suċċess.” Mistoqsi kif jiddeskrivi dawn it-tliet xhur issa li jista’ jħares lura lejhom, Bernard Grech qal li hu jħobb jiddeskrivihom bħala learning curve – perjodu ta’ tagħlim u ta’ bini u sfida kontinwa. “Nista’ ngħid li dawn it-tliet xhur kienu wkoll pedament għal dak li rridu nagħmlu fil-futur. Naturalment għadna qed nagħmlu aktar xogħol importanti li jista’ jkun deskritt bħala pedament ukoll. “Ma hux importanti li wieħed jgħaġġel u jħaffef, iżda hu importanti li wieħed jaħdem bilgħaqal u b’viżjoni u jkun jaf x’inhu jagħmel u fejn irid jasal. Inutli li wieħed jibni b’ħafna għaġġla biex imbagħad jiġġarraf

Bernard Grech: Hawn tama u bla dubju ta’ xejn in-nies qed jaraw id-direzzjoni li qed jaħdem fiha l-Partit bħala d-direzzjoni li tista’ twassal biex jintlaħqu ċerti tragwardi.

kollox.” Mistoqsi kemm effettwat ilproblema tal-Covid-19 fil-ħidma li kien qiegħed iwettaq, Bernard Grech qal li l-pandemija, xi ftit jew wisq, affettwat lil kulħadd.

niżbaljaw. Dak li rridu nagħmlu hu li nibnu mil-lum fuq iżżgħażagħ, iżda nibnu għal għada wkoll fuq iż-żgħażagħ. B’hekk nuru li dan hu Partit li mhux biss irid jiġġedded imma li

“Il-Covid-19 irrestrinġietna minn ċerti affarijiet bħal laqgħat ta’ attivitajiet tal-massa. Imma mbagħad tatik l-opportunità li tiltaqa’ ma’ dak li jkun permezz tal-mezzi onlajn.” Mistoqsi dwar l-entużajażmu tiegħu maż-żgħażagħ, Bernard Grech qal li hu jemmen li żżgħażagħ huma l-preżent. “Jekk mhux se nkunu ppreparati millum għal dawk li se jiġu warajna, allura nkunu qed

verament qiegħed jiġġedded u b’mod kontinwu. “Hu għalhekk li qed nibnu sistema li se tkun qed tiġġedded kontinwament. It-tiġdid ma hux punt ta’ wasla, imma punt ta’ tluq.” Hawnhekk Bernard Grech tkellem dwar l-istabbilità li hawn attwalment fil-Partit u qal li jinħassu wkoll is-serħan talmoħħ, is-serenità u lentużjażmu. “Hawn tama u bla

Il-ħidma li qed issir bħalissa qed twassal biex il-Partit Nazzjonalista jiġġedded u jerġa’ jibda jikber u jsir il-forza politika qawwija li wasslet biex l-istess Partit Nazzjonalista kiseb l-Indipendenza għal pajjiżna u biex l-istess Partit Nazzjonalista kiseb id-dħul ta’ Malta fl-UE.

dubju ta’ xejn in-nies qed jaraw fid-direzzjoni li qed jaħdem fiha l-Partit bħala d-direzzjoni li tista’ twassal biex jintlaħqu ċerti tragwardi. “Naturalment quddiemna għandna numru ta’ sfidi li rridu niffaċċjaw. Fost l-oħrajn għandna l-problema tal-midja li tiddependi mir-reklamar u allura anki l-midja indipendenti qed tħoss din id-diffikultà. Illum lakbar entità li tagħmel irreklamar hu l-Gvern u dan ifisser li l-midja kollha qed tiddependi mill-iffinanzjar talGvern f’termini ta’ reklami li jkun qed jagħmel. Il-midja indipendenti qed tħossha rikkonoxxenti u anki kundizzjonata dwar dan ilfinanzjament. “Madankollu jien nemmen li jekk jirnexxielna nkomplu nkabbru l-entużjażmu, allura lmidja indipendenti ma tkunx tista’ toqgħod lura milli tirrapporta dak li jkun qed jingħad. L-appell tiegħi jibqa’ li l-midja indipendenti tirrapporta dak li nkunu qed ngħidu aħna b’mod fidil u korrett.” Mistoqsi dwar il-finanzjament

tal-Partit, Bernard Grech qal li saru żewġ maratoni ta’ ġbir ta’ fondi li fiċ-ċirkostanzi kienu suċċess. Dawn saru fi żmien disgħin jum mill-ħatra ta’ Kap ġdid. Bla dubju ta’ xejn li din ilħidma ta’ ġbir ta’ fondi trid tissokta. Il-Partit Nazzjonalista ma hux il-partit li għandu fuqu flejjes bla qies minn sorsi indefiniti. Il-Partit Nazzjonalista se jissokta jiġbor il-flus u dan se jagħmlu permezz ta’ metodi ġodda li se jkun qed iniedi filfutur qrib. Hawnhekk tlabt lil Bernard Grech jintepreta numru ta’ dikjarazzjonijiet li għamel matul dawn l-ewwel mitt jum tiegħu fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, fosthom meta qal li l-poplu Malti għandu jingħaqad bħala poplu. Bernard Grech qal li ma jistax ikun li laffarijiet ikunu diskussi minn punti di vista differenti. Ma tagħmel sens xejn li jekk ħaġa jgħidha kap ta’ partit allura tkun tajba, iżda jekk jgħidha kap ta’ partit ieħor, allura ma tkunx tajba. Irridu niftħu moħħna u bħala pajjiż għandna bżonn li

għal paġna V

Il-ħidma kollettiva hi waħda kbira u din għandha twassal biex il-Partit Nazzjonalista jkompli jikber u jissaħħaħ biex eventwalment isir gvern alternattiv kif jixraqlu l-poplu Malti u Għawdxi.


V

Il-Ħadd, 10 ta’ Jannar, 2021

Suppliment

Inkomplu nikbru u nissaħħu biex insiru gvern alternattiv

Tliet xhur ta’ ħidma ma taqta’ xejn b’laqgħat kuljum kemm fid-Dar Ċentrali u anki barra, flimkien ma’ tiġdid kontinwu b’uċuħ ġodda u ħatriet importanti.

minn paġna IV

naraw l-affarijiet b’mod oġġettiv. Hekk biss nistgħu nikbru bħala poplu Malti. Mistoqsi dwar id-dikjarazzjoni “nirxuxtaw bħala poplu”, Bernard Grech qal li poplu li jibqa’ ankrat bil-ktajjen partiġjani, allura hu poplu li qed jitlef l-opportunità li jikber u li jsir nazzjon aktar b’saħħtu u aktar indipendenti. Wasal ilmument li dan il-poplu jakkwista l-indipendenza talħsieb mill-ħakma tal-politika partiġjana. Mistoqsi dwar il-fatt li f’dawn il-mitt jum tkellem spiss dwar ilvulnerabbli u l-batut, Bernard Grech qal li f’pajjiżna għandna nies li ilhom magħluqa fi djarhom għal diversi xhur u mhumiex jaraw lill-familjari tagħhom. Kulħadd għandu lil xi ħadd li ma hux jgħix, iżda qiegħed biss jeżisti. Għandna nies li d-dħul tagħhom mhux ilaħħaq mal-infiq tagħhom. Għandna nies li ma jistgħux iserrħu rasbhom fejn se jkomplu

jgħixu minn hawn u ftit xhur oħra. Għandna ħafna nies li qed jgħixu fl-inċertezza. Mistoqsi dwar it-ton iebes li kellu dwar l-abbuż tal-poter, Bernard Grech qal li hu dejjem

ħadd jipprova jaħtafhom, allura jkun qed jagħmel disservizz u ħsara lill-pajjiż. Dan l-abbuż qatt m’għandu jkun aċċettat u “hu għalhekk li jien għedt ukoll li aħna mhux

Bħala pajjiż għandna bżonn li naraw l-affarijiet b’mod oġġettiv. Hekk biss nistgħu nikbru bħala poplu Malti. emmen li l-poter hu għodda li wieħed ikollu f’idejh u li allura jrid juża’ b’responsabbiltà kbira. Il-poter hu arma li wieħed ikollu f’idejh u għalhekk min jabbuża minn din l-arma jkun qed jiżbalja tassew għaliex ilpoter qiegħed hemm biex ikun għas-servizz tan-nies. Mistoqsi dwar il-ħatfa talistituzzjonijiet, Bernard Grech qal li din hi kwistjoni li kienet u għadha attwali għaliex listituzzjonijiet qegħdin hemm biex jaqsmu l-poter flimkien mal-Eżekuttiv. Allura jekk xi

qed ngħixu f’pajjiż normali. F’pajjiż normali l-poplu m’għandux għalfejn iqum filgħodu u joqgħod jinkwieta dwar il-qagħda politika ta’ pajjiżu. Il-poplu għandu jħares ‘il quddiem, lejn kif se jtejjeb ilkwalità tal-ħajja tiegħu u kif jista’ javvanza aktar lill-familja tiegħu u mhux dwar kif għandu istituzzjonijiet li huma maħtufa mill-Istat. Hawnhekk staqsejt lil Bernard Grech biex jgħidli x’inhuma lħsibijiet tiegħu dwar il-fatt li Robert Abela ma xtaqux li jsir

il-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Bernard Grech qal li hu “evidenti li Robert Abela fija jara theddida. Jien ma kelli lebda dubbju dwar dan u sa millbidu nett Robert Abela ma riedx li jien nasal. Illum inħoss responsabbiltà akbar fis-sens li la Robert Abela fija jara theddida, allura naħdem u nistinka akbar biex nasal.” Mistoqsi dwar ir-relazzjoni tiegħu ma’ Robert Abela, Bernard Grech qal li hu dejjem kellu rispett lejh sa minn meta sar Prim Ministru u ġenwinament nawguralu. “Iżda Robert Abela miegħi mexa blaktar mod differenti tant li kien interessat biex jinfluwenza lproċess li kont għaddej minnu biex insir il-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Kulħadd jaf ukoll kif ġab ruħu meta ltqajna għallewwel darba wara li jien sirt ilKap tal-Partit Nazzjonalista. Jien idejja jibqgħu miftuħa... iżda Robert Abela jaf li jrid ikun matur biżżejjed biex lill-pajjiż nibgħatulu messaġġi biex ikun

Il-poplu għandu jħares ‘il quddiem, lejn kif se jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tiegħu u kif jista’ javvanza aktar lill-familja tiegħu u mhux dwar kif għandu istituzzjonijiet li huma maħtufa mill-Istat.

aħjar milli hu u mhux biex ilpartit jew hu, personalment, jew dawk ta’ madwaru jkunu aħjar.” Mistoqsi dwar l-isfidi li għandu quddiemu bħalissa, Bernard Grech qal li fuq quddiem hemm il-kwistjoni talmidja biex din twassal ilmessaġġ kif għandu jasal. “Sfida oħra hi li niltaqa’ ma’ firxa usa’ ta’ nies. Ġenwinament naħseb li wħud mill-isfidi li kellna għelibnihom, iżda hemm oħrajn li qed niffaċċjaw. Kuljum qed naħdmu biex dawn l-isfidi ndawruhom f’opportunitajiet favur tagħna.” Bernard Grech temm li lħidma kollettiva hi waħda kbira u din għandha twassal biex ilPartit Nazzjonalista jkompli jikber u jissaħħa biex eventwalment isir gvern alterattiv kif jixraqlu l-poplu Malti u Għawdxi.


Ħidma politika li qed tagħti riżultati inkoraġġanti VI

Il-Ħadd, 10 ta’ Jannar, 2021

Suppliment

Bernard Grech – mitt jum Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista – jistgħu jitqiesu bħala mitt jum ta’ tiġdid fejn il-Partit Nazzjonalista qed jiżra’ żerriegħa importanti u kollox jindika li r-riżultati se jkunu inkoraġġanti. Mitt jum li fihom Bernard Grech ħadem bla heda biex bdew isiru riformi mill-aktar importanti fil-Partit Nazzjonalista biex tassew jissaħħaħ, jikber u jsir gvern alternattiv għal dak li għandna llum li hu inkompetenti, insensittiv, arroganti u mifni bil-korruzzjoni u bl-abbuż ta’ poter. il-mument tkellem ma’ persuni u uffiċjali fil-PN dwar il-ħidma li twettqet f’dawn il-mitt jum ta’ Bernard Grech bħala Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista. Joe Mikallef

Francis Zammit Dimech, is-Segretarju Ġenerali talPartit Nazzjonalista, qal li l-mitt jum ta’ Bernard Grech bħala l-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista huma karatterizzati minn ħidma intensiva. Kienu mitt jum ta’ kuntatt kontinwu mal-għeruq tal-Partit u ta’ parteċipazzjoni fil-laqgħat li l-Kap kellu mal-Kumitati Sezzjonali kollha. Bernard Grech ipparteċipa bis-sħiħ ukoll fil-laqgħat kollha ġenerali li kienu organizzati Dan apparti mill-ħidma bla heda biex nassiguraw li fixxhur li ġejjin il-Partit Nazzjonalista jkompli jissaħħaħ u jiġġedded u dan biex il-Partit Nazzjonalista jirnexxilu jkompli jdawwar l-isfidi f’opportunitajiet għalih u hekk ikompli jikber u jsir il-vuċi tal-poplu Malti u Għawdxi.

Mario Ellul, it-Teżorier tal-Partit Nazzjonalista, qal li matul dawn l-aħħar mitt jum rajna tiġdid qawwi fil-Partit; tiġdid li ġab miegħu sussegwement il-Kap il-ġdid Bernard Grech. Bernard Grech wiegħed tiġdid, u hekk qed isir – xpruna tiġdid fl-uffiċjali fosthom dik li nokkupa jien bħala Teżorier u dik ta’ Segretarju Eżekuttiv Organizzattiv. Saru ukoll żewġ Presidenti oħra importanti li se jgħinu fil-ħidma tal-Partit. Iġġeddew ukoll il-fergħat kollha kif ukoll qed jiġu mġedda l-Kumitati kollha tal-lokal. B’dan il-mod bdejna naraw ħeġġa ġdida fi ħdan il-Partit. Aktar żgħażagħ bdew jiffrekwentaw l-attivitajiet kif ukoll filħidma tal-Partit fid-Dar Ċentrali. Ħeġġa ġdida li qed issarraf f’entużjażmu fittesserati, u fil-partitarji Nazzjonalisti. Ħeġġa ġdida lil qed issarraf ukoll b’mod

pożittiv fis-surveys, kif ukoll fil-konkorrenza fejn jidħlu ġbir ta’ fondi, fejn fi żmien sittin jum ġbarna aktar minn €635,000 minn żewġ maratoni, anke jekk għaddejjin minn restrizzjonijiet li ġabet magħha l-pandemija. Jien nawgura li dan il-momentum li qabad il-Partit permezz ta’ Kap ġdid, ikompli jikber biex dan il-Parti ikun alternattiva serja għall-Gvern preżenti. Gvern li jkun denju għal pajjiżna. Gvern nadif. Gvern li jkun ta’ kulħadd mhux tal-ftit talqalba.

Michael Piccinino, is-Segretarju Organizzattiv Partit Nazzjonalista, qal li fl-ewwel mitt jum bdejna naraw tiġdid fil-Partit u dan wassal biex numru ta’ persuni ġodda daħlu biex imlew ċerti karigi stabbiliti issa flIstatut tal-Partit. Rajna wkoll tiġdid fil-fergħat u fil-mitt jum eżatt se jinbdew ukoll il-laqgħat ġenerali talKumitati Sezzjonali. Dan it-tiġdid li rajna fl-ewwel mitt jum u li se nkomplu naraw fil-ġimgħat li ġejjin irid iwassal biex ilPartit Nazzjonalista jkun tassew forza politika qawwija li twassal biex ikun tassew gvern alternattiv. Dan it-tiġdid hu l-bażi tat-tisħiħ fil-Partit Nazzjonalista; tisħiħ li jrid ikompli jikber u jinfirex bil-parteċipazzjoni ta’ dawk kollha li għandhom għal qalbhom lill-istess Partit Nazzjonalista.

Roberta Metsola, Ewro-Parlamentari f’isem il-Partit Nazzjonalista, fakkret li f’ittra li kien bagħat lit-Tesserati talPartit Nazzjonalista u fid-diskorsi li kien għamel qabel kien elett Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech kien ġabar il-programm politiku u ta’ ħidma tiegħu fi tliet kelmiet ‘ningħaqdu, niġġeddu, nirnexxu’. It-tielet element jiddependi fuq lewwel żewġ pilastri – l-għaqda u ttiġdid. Mhux faċli li tibda taħdem u twettaq programm politiku fi żmien ta’ inċertenzza li l-pandemija ġabet magħha, madanakollu l-ħidma li wettaq Bernard Grech fl-ewwel mitt ġurnata jirriflettu dawn iż-żewġ prijoritajiet li mbarka fuqhom. Fl-opinjoni tiegħi l-għaqda u t-tiġdid jiġu billi jkomplu jiżdiedu aktar nies li jagħtu kontribut għal ġid ta’ pajjiżna billi jiġu mħajra jidħlu u jsibu spazju fil-Partit Nazzjonalista. Il-proċess ta’ tiġdid kif qed jiġi mwettaq minn Bernard Grech ifisser żieda fin-nies li jimpenjaw rwieħhom f’livelli differenti fil-Partit Nazzjonalista. Il-bilanċ ta’ esperjenza u entużjażmu ġdid jibqa’ kruċjali u hekk qiegħed u jrid ikompli jsir. Bernard Grech qiegħed jagħraf li l-ebda talent, riżors u enerġija ma għandhom jintilfu.

David Casa, Ewro-Parlamentari f’isem il-Partit Nazzjonalista, qal li l-ewwel mitt jum ta’ tmexxija ġdida fil-Partit Nazzjonalista probabbilment uriet għalfejn il-Prim Ministru Robert Abela ħadem b’mod attiv biex Bernard Grech ma jkunx il-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Kienu mitt jum fejn l-Oppożizzjoni żiedet l-isforzi tagħha biex iżżomm lill-Gvern kontabbli mill-kontinwità li qed joffri Robert Abela wara t-tmexxija ta’ Joseph Muscat.

Għalhekk qed jenfasizza li anki min tbiegħed, għal xi raġuni jew oħra millPartit Nazzjonalista, għandu postu filPartit Nazzjonalista. It-tiġdid fil-Partit Nazzjonalista qed narawh ukoll fuq livell politiku, kemm bil-proposti li qed isiru kif ukoll blinizjattivi parlamentari li qed jittieħdu. Partit politiku qiegħed hemm biex joħloq u jiżviluppa l-politika li tagħmel differenza għall-aħjar fil-ħajja tan-nies. Politika li tkun teħtieġ it-twettieq tagħha. Naturlament iż-żmien ippreżenta sfida għal Bernard Grech. Mhux faċli li tibda tmexxija ta’ partit politiku li jiddependi essenzjalment fuq ir-riżorsi umani u jkun diffiċli li tiltaqa’ man-nies bil-mod u l-frekwenza li tixtieq. Il-mod differenti ta’ kif qed issir ilpolitika bħalissa jrid ikun il-bidu għallmod differenti kif irid jibda jitwassal ilmessaġġ politiku, kif issir ilkomunikazzjoni man-nies u kif għandu jkun hemm mobilizzazzjoni politika.

Pajjiżna għandu bżonn mhux biss Oppożizzjoni b’saħħitha, imma wkoll Gvern alternattiv. Bernard Grech qed joffri dawn iż-żewġ aspetti, kif rajna millproposti konkreti li tressqu fi żmien ilBaġit – it-tnax-il pilastru għal ekonomija iżjed reżiljenti u moderna – kif ukoll ilħidma parlamentari biex tiġi miġġielda lkorruzzjoni u l-governanza skorretta u bladdoċċ li donnu hija t-timbru uffiċjali ta’ dan il-Gvern. Dan minbarra l-introduzzjoni ta’ aktar żgħażagħ fit-tmexxija tal-Partit b’ħatriet ġodda li jkomplu jikkonfermaw kemm ittmexxija tal-Partit Nazzjonalista qed tattira żgħażagħ ġodda li jridu jaraw mhux biss Partit Nazzjonalista aktar b’saħħtu, iżda pajjiż modern li joffri l-aqwa tama.


VII

Il-Ħadd, 10 ta’ Jannar, 2021

Suppliment Ivan Bartolo, il-President tad-Djalogu Soċjali, qal li rreazzjoni immedjata tiegħu hi waħda pożittiva ħafna. F’dawn il-mitt jum saru żewġ maratoni ta’ ġbir ta’ fondi li kienu suċċess. Jekk imbagħad wieħed jagħti titwila lejn is-sondaġġi li qed isiru jsib li n-numri huma pożittivi u li allura jikkonfermaw li l-bidla li saret hi waħda pożittiva u li qed twassal biex jinkisbu riżultati pożittivi wkoll. Wieħed jieħu gost jara wċuħ ġodda fil-Partit; kandidati ġodda fil-Partit; fergħat li

Thomas Demartino, inkarigat mill-Mezzi Soċjali fi ħdan il-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista, qal li dawn kienu mitt jum ta’ ħafna tibdil interni, fejn, fost l-oħrajn, saru wkoll elezzjonijiet interni. Dan it-tibdil intern kien meħtieġ u dan biex nassiguraw li l-Partit jibqa’ jiġġedded u jkun magna politika viċin tannies. Matul dawn l-ewwel mitt jum rajna lill-Partit Nazzjonalista

reġgħu ngħataw il-ħajja u qed jaħdmu b’enerġija... fi ftit kliem ħidma kbira li qed issir u qed twassal biex il-Partit jerġa’ jibda jikber u jissaħħaħ. Wieħed għandu japprezza wkoll li dan kollu mhux isir b’kumbinazzjoni, imma

għaliex Bernard Grech intebaħ li fil-Partit hemm ħafna xogħol xi jsir, medd għonqu għaxxogħol u b’serjetà kbira qed jaħdem biex għada pitgħada naqtgħu l-frott grazzi għal din il-ħidma ta’ fejda. Fl-isfond ta’ din ir-reazzjoni pożittiva rrid ngħid ukoll li lpass li jmiss issa hu li Bernard Grech joħroġ mid-Dar Ċentrali u jibda jiltaqa’ ferm aktar man-nies u mal-Korpi Kostitwiti. Din hi ħidma ta’ importanza kbira li trid twassal biex aktar u aktar nies jingħaqdu fil-familja tal-Partit Nazzjonalista.

Martina Caruana, ilPresident tar-Riċerka Politika fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, qalet li temmen li f’dawn it-tliet xhur li għaddew Bernard Grech ħadem biex jibda ħafna jattira nies ġodda lejn il-Partit Nazzjonalista. Kemm nies li kienu tilfu l-fiduċja fil-Partit Nazzjonalista u anki oħrajn li

għal xi raġuni jew oħra kienu tbiegħdu mill-Partit. Il-ħidma ta’ Bernard Grech qed iġġib mill-ġdid l-għaqda fil-Partit. Din hi ħidma b’viżjoni u wieħed jieħu gost jara li qed ikunu attirati lejn il-Partit nies li jew ma kinux involuti fil-Partit jew saħansitra fil-politika. Dan hu proċess importanti ta’ tiġdid.

jitkellem dwar numru ta’ issues li jinteressaw lil kulħadd, b’mod partikulari liż-żgħażagħ. Dawn kienu temi li jirrigwardaw lambjent, l-iżvilupp eċċessiv, innuqqas ta’ management tajjeb tal-Gvern dwar il-Covid-19 u dwar issues oħrajn. Il-Partit Nazzjonalista għandu jissokta fuq din it-triq u għandu jassigura li jgħaqqad lil kulħadd fih u jissokta jitkellem dwar issues differenti u jżomm idu fuq il-polz tan-nies. Eve Borg Bonello, ilPresident ta’ Team Start Partit Nazzjonalista, qalet li tapprezza li bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech qed jagħti ħafna spazju għal żgħażagħ bħalha biex jesprimu l-opinjonijiet tagħhom. Barra minn hekk Bernard Grech qed jagħti wkoll liżżgħażagħ dik l-għodda

neċessarja biex biha jkunu jistgħu jaħdmu u jsemmgħu leħinhom dwar dak li jemmnu. Illum inħossuna stmati fi ħdan il-Partit u anki fi ħdan il-pajjiż. Fl-aħħar ġimgħat il-Partit Nazzjonalista ppreżenta wkoll għad-diskussjoni, dokument bil-punti ewlenin tal-viżjoni talPN favur politika nazzjonali għaż-żgħażagħ.

Robert Arrigo, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Affarijiet tal-Partit, qal li dawn kienu mitt jum ta’ sfidi kontinwi għall-Partit Nazzjonalista anki fid-dawl tal-fatt li l-poplu hu mħasseb ħafna dwar kif qed jintlaqat mill-pandemija Covid-19. Ma rridux ninsew li fil-pajjiż għandna Gvern arroganti u korrott, u għalih l-istituzzjonijiet qegħdin hem hekk biex jagħmel użu tagħhom kif jaqbel lilu biss. Quddiem dan kollu l-Partit Nazzjonalista jrid jaħdem biex jassigura li d-demokraz-

ija fil-pajjiż ma tintilifx. Filpassat il-Partit Nazzjonalista kien katalist biex inkisbu lIndipendenza, is-sħubija flUnjoni Ewropea u d-dħul fiż-Żona Ewro... u hekk ukoll issa rridu naħdmu biex ma nitilfux dak kollu li ksibna.

David Agius, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għallĦidma Parlamentari tal-Partit, qal li l-ewwel mitt jum tal-Kap il-ġdid Bernard Grech ħarġu fid-deher li l-familji, bħala ssisien tas-soċjetà tagħna, hi ferm għal qalbu. Bernard Grech qed isejjes ilħidma tiegħu f’dan il-qasam fuq ix-xogħol tant siewi li għamlu l-kapijiet preċedenti Adrian Delia u Simon Busuttil. Bħala Partit qed nipproponu riformi fil-liġijiet ċivili fosthom b’rabta mad-divorzju, il-qorti tal-familja, id-drittijiet tal-ulied, il-manteniment u lbqija. Bdiet ukoll il-ħidma biex inħejju pjan strateġiku u sostenibbli modern għallpensjonijiet, li tassew jagħti rruħ lill-pensjonanti ta’ żmienna iżda li jaħseb għallpensjonijiet tal-

ġenerazzjonijiet futuri. Waqt ir-risposta tiegħu għallBaġit 2021, fl-eqqel ta’ din ilpandemija, Bernard Grech ippreżenta diskors ta’ viżjoni miżgħud bi proposti li jagħtu direzzjoni u serħan il-moħħ lill-poplu tagħna. Diskors li juri li l-Partit Nazzjonalista hu lest biex jiggverna. Bħala Partit qed nisħqu li lgvern jeħtieġ jieħu miżuri konkreti temporanji biex iwieżen lill-familji tagħna, b’mod partikolari lil dawk filfaqar jew fir-riskju tal-faqar, u lill-familji li tilfu l-impjieg jew li spiċċaw mingħajr introjtu. Iżda fl-istess ħin, qed nisħqu wkoll li l-gvern jeħtieġ ikollu viżjoni aktar fit-tul li tħares lil hinn mill-pandemija biex lirkupru jkun tassew sostenibbli u fuq pedamenti sodi. Barra minn hekk, fuq livell ta’ Partit, matul dawn il-mitt jum issoktat il-ħidma biex ningħaqdu iżjed u naħdmu għalenija. Bernard hu politiku lì f’dawn l-ewwel mitt jum tiegħu wera l-kapaċità lì jisma’, jippjana, jiddeċiedi u jattwa.

Joe Grech, il-President talMoviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista (MŻPN), qal li lħatra ta’ Bernard Grech bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista ġabet sens ta’ għaqda u entużjażmu ġdid fil-Partit Nazzjonalista. Fix-xhur li għaddew fil-Partit Nazzjonalista kien għaddej ħafna xogħol li ma jidhirx biex il-Partit beda jgħaddi minn tiġdid li kellu bżonn biex il-ħidma politika tiegħu tkun aktar effettiva u effiċjenti. Rajna numru kbir ta’ żgħażagħ li riedu jkunu parti mill-ħidma tal-Partit Nazzjonalista tant li anke fl-elezzjoni tal-MŻPN kellna konkorenza li l-Partit kien ilu ma jara bħala snin kemm fin-numru ta’ dawk li

kkandidaw ruħhom u kemm fin-numru ta’ żgħażagħ li ġew jivvutaw. Fil-fora l-oħra tal-Partit kien hemm ħidma ma taqta’ xejn biex inressqu lejna nies ġodda biex ikunu parti mill-ħidma talPartit kemm bħala uffiċjali u kemm bħala kandidati ġodda. Dan hu żmien sabiħ għallPartit Nazzjonalista fejn flimkien qed naħdmu għal għan wieħed, dak li nerġgħu naraw lill-Partit Nazzjonalista rebbieħ.


VIII

Il-Ħadd, 10 ta’ Jannar, 2021

Suppliment

ĦIDMA POLITIKA LI QED TISSAĦĦAĦ KULJUM


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.