Leading Forward | Electoral Manifesto

Page 1


Mibni fuq il-viżjoni tiegħek għal esperjenza aħjar.


Għażiż student, Għal darb’oħra int qed terġa’ tiġi mitlub teżerċita d-dritt tiegħek u ssemma’ leħnek billi tagħżel it-tim li ser ikun qed jimxi id f’id miegħek tul ix-xhur li ġejjin. L-esperjenza tiegħek f’dan il-Kulleġġ hija waħda qasira, u għaldaqstant nifhmu kemm hu importanti li kull proposta ppreżentata f’dan ilmanifest tkun waħda li tassew tagħmel id-differenza. Tul is-sitt snin preżenti fil-Kunsill; u anke din is-sena bi tlett rappreżentanti , Pulse dejjem fittxet li tagħmel proġetti li jħallu impatt dirett u għall-aħjar fuq il-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minnkom. Agħti ħarsa madwarek u millewwel tintebaħ bid-differenza effettiva li Pulse fil-KSJC irnexxielha tagħmel tul is-snin. Għaldaqstant, din is-sena irridu nkomplu nimxu ‘l quddiem flimkien fuq it-tajjeb ta’ Kunsilli preċedenti, u qed nippreżentawlek dan il-manifest bħala pjan ċar ta’ fejn nixtiequ naslu. L-esperjenza u l-ambizzjonijiet tiegħek bħala student huma l-qofol ta’ ħidmietna u dan huwa manifest imfassal propju fuq hekk. Dejjem Tiegħek,

Pulse


PRESIDENT Tiġi nstallata sistema diġitali fil-foyer sabiex l-istudenti jkunu jistgħu faċilment jaċċessaw mappa interattiva, flimkien ma’ lista ta’ attivitajiet li jkunu qegħdin isiru kuljum madwar ilKulleġġ. Jinbnew turġien li jagħtu għal Green Area u rampa li trendi dan l-ispazju aċċessibli wkoll għal persuni bi bżonnijiet differenti. Isir ukoll pavimentar ġewwa l-Green Area. Insaħħu l-aċċess tal-WIFI madwar il-Kulleġġ kollu, b’mod partikolari ġewwa il-canteen, Pjazza, Study Area u r-raba’ sular. Issir rinovazzjoni sostanzjali tal-canteen, b’manutenzjoni ta’ diversi partijiet, tisbieħ tal-ħitan, installazjoni ta’ aċċessorji mal-madwar u plugs fi spazji diversi. Jinbdew diskussjonijiet mal-amministrazzjoni tal-Kulleġġ blgħan li l-istudent jibda jingħata għaxar minuti żejda qabel l-eżami.

WAYNE SAMMUT


SEC GEN Jiġu nstallati outdoor heaters fil-Pjazza sabiex fix-xhur taxxitwa jinħoloq ambjent uniku iżda fl-istess ħin komdu għallistudenti kollha li jiffrekwentaw il-Kulleġġ. Tiġi estiża l-inizzjattiva pożittiva tal-coin operated lockers b’żieda notevoli madwar il-Kulleġġ, flimkien ma’ dawk A3 għal studenti tat-Technical Design u tal-Arti. Jiġi nstallat turf artifiċjali fil-5 a-side ground, flimkien ma’ tined fuq is-seating tal-istess grawnd, u xibka mas-saqaf talgrawnd innifsu. Inniedu proġett pilota ta’ groupwork cubicles ġewwa Study Area għall-benefiċċju tal-istudenti li jkollhom xogħol fi gruppi, sabiex ikunu jistgħu jaħdmu mingħajr inkonvenjent għal individwi oħra. Jiġi installat outdoor seating madwar ringroad għall-istudenti li jiffrekwentaw dawn il-postijiet.

OWEN GRECH


KPS Ikomplu jsiru l-laqgħat tal-KPS b’opportunità għarrappreżentanti tal-għaqdiet li jieħdu iżjed deciżjonijiet tanġibbli. Isir it-tieni Green Audit mill-KSJC, sabiex jittejjeb il-green conduct fil-Kulleġġ, permezz ta’ proġetti mill-KSJC u xogħol mill-amministrazzjoni, fosthom l-installazzjoni ta’ iżjed solar panels. Jitlesta l-proġett tal-prayer room sabiex studenti ta’ reliġjonijiet diversi jipprattikaw ir-reliġjon tagħhom f’ambjent speċifiku. Nintroduċu selezzjoni varjata ta’ kotba reliġjużi. Jiġi organizzat għall-ewwel darba djalogu bejn l-istudenti ta’ reliġjonijiet differenti sabiex tinħareg pożizzjoni tal-Kunsill favur iżjed tolleranza ta’ reliġjonijiet differenti. Issir pressjoni sabiex għaqdiet Universitarji jkollhom aċċess għal uffiċju adekwat sabiex tiġi faċilitata l-ħidma tagħhom ġewwa l-Junior College.

ALEXIA

CAMILLERI


KAXXIER Jibdew jiġu ppubblikati rapporti finanzjarji u amministrattivi kull kwart tas-sena, sabiex tiġi assigurata ż-żieda fittrasparenza u l-kontabbiltà fi ħdan il-Kunsill. Jittieħed l-impenn li jiżdied b’mod sostanzjali l-ammont ta’ merchandise uffiċjali tal-Kunsill. Dawn jitqassmu jew jinbiegħu f’attivitajiet organizzati mill-KSJC sabiex tiżdied opportunita’ oħra ta’ dħul għall-Kunsill. Tiġi introdotta l-iskema ‘Rent an iPad’ sabiex tikkomplimenta dik ġa eżistenti tar-Rent a Laptop li se titkompla. Jinxtraw xi Orchestra.

percussion

instruments

għall-membri

tal-

Jinxtraw starting blocks sabiex l-isport tal-atletika jiġi prattikat b’aktar professjonalità ġewwa l-Kulleġġ. Tinħareg edizzjoni ohra tal-KSJC Yearbook b’ritratti ta’ numru ikbar ta’ studenti u paġni dedikati għax-xogħolijiet u proġetti imwettqa mill-istudenti.

BIERHOFF PISANI




...IKTAR PROPOSTI Jiġu installati Outdoor Sports Lockers għas-serħan –il moħħ talistudenti li jagħmlu użu mill-grawnd ta’ 11-a-side u lezzjonijiet tal-P.E. Jinxtara Air Conditioning Unit għall-Kappella tal-Kulleġġ. Nenfasizzaw l-importanza li tiddaħħal kultura mil-lecturing staff li jintbagħat email lil kull student f’każ li għal xi raġuni tiġi kanċellata lecture partikolari. Tiġi installata sistema ta’ arja kkundizzjonata ġewwa l-laboratorji u d-Dipartiment tal-Arti. Jissaħħaħ b’mod serju il-proġett tal-Youth Café permezz taż-żieda ta’ high stools li jikkumplimentaw il-laptop bar. Tiġi nstallata rain shelter barra l-Junior College, li toffri kenn għallistudenti fil-ġranet tax-Xitwa. Ninstallaw plugs fuq l-imwejjed ta’ Study Area u Library sabiex nippermettu l-ħidma ta’ studenti li jużaw apparat elettroniku filħidma tagħhom.


> Tiddaħħal sistema fejn studenti jkollhom l-għażla li jagħmlu ‘Mock exams’ qabel l-eżamijiet finali.

> Inkomplu ntejbu l-mobile application u l-website tal-Kunsill b’informazzjoni real time u push notifications li jinfurmaw lill-istudent dwar attivitajiet varji organizzati ġewwa l-Kulleġġ.

> Isiru visti regolari mill-Kunsill flimkien mal-istudenti fil-Blood Bank ġewwa Gwardamangia. Jingħata bidu għal skema msejħa ‘Plant a Tree for JC’.

> Wara l-parteċipazzjoni rekord ta’ din is-sena, issir ghal darb’ohra l-elezzjoni tal-iStudent Department Representatives fix-xhar ta’ Ottubru, filwaqt li tingħata spinta ikbar lill-istituzzjonijiet tal-KE u KPS billi norganizzaw KE/KPS Seminar.

> Tittella’ kampanja informattiva flimkien mal-għaqda WE ARE,

sabiex tiżdied aktar tolleranza ta’ persuni b’orjentazzjonijiet sesswali differenti ġewwa l-Kulleġġ.

> Naraw li nhar t’Erbgħa jerġgħu jibdew isiru korsijiet bħal First Aid u tal-fotografija b’xejn għall-istudenti li jkunu interessati.


PRO Jiġi nstallat platform diġitali fejn l-istudent ikun jista’, b’mod anonimu, jirrekordja lilu nnifsu jispjega xi problema jew jgħaddi kritika għal titjib li jrid joffri. Nżidu monitor fil-canteen u ieħor quddiem Study Area b’informazzjoni mogħtija mill-Kulleġġ bl-għan li nżidu l-kumdità u l-effiċjenza. Issir laqgħa darba fix-xhar bejn il-Kunsill u l-iStudent Services Office sabiex titnaqqas il-burokrazija li teżisti ġewwa dan iddipartiment u tiżdied l-effiċjenza għall-istudenti. Filwaqt li jiġu nstallati aktar fannijiet ġewwa l-librerija, issir evalwazzjoni tal-possibbiltà li jitwaħħlu portable airconditioners. Issir pressjoni sabiex jiżdiedu il-ħinijiet ta’ ftuħ tal-librerija, partikularment fi żmien l-eżamijiet. Tinħoloq sistema li tiġġenera t-timetables tal-istudenti awtomatikament hekk kif dawn jinħarġu mill-Kulleġġ.

GABRIEL HAZOURI


KE Inkomplu ntejbu l-mudell tal-KE Meetings billi nżidu l-frekwenza tal-laqgħat. Jintlaħaq ftehim ma’ numru ta’ kumpaniji sabiex matul ixxhur tas-sajf l-istudenti jkunu jistgħu jesperjenzaw xogħlijiet varji fis-settur li jkunu qegħdin jistudjaw fih. Inżidu l-ammont ta’ kompjuters li kienu ġew installati fillibrerija u saħansitra nestendu dan is-servizz anke ġewwa Study Area. Nevalwaw il-possibiltà li noffru lill-istudenti tax-Xjenza ilbenefiċċju ta’ sessjonijiet fil-laboratorji tal-iSptar Mater Dei. Nikkollaboraw mal-Amministrazzjoni u l-MATSEC sabiex l-Edukazzjoni Fiżika (P.E.) u Psikoloġija jsiru disponibbli anke fil-livell Avvanzat. Issir pressjoni sabiex jiġi introdott suġġett li jipprepara studenti għall-kors tal-European Studies flimkien mal-Legal Studies. Jiġu nstallati sanitary towel dispenser u full length mirror ġewwa t-toilets kollha tat-tfajliet ġewwa l-Junior College.

MIKELA BORG


KKD Pulse fil-KSJC tara li l-Kunsill iżomm l-appuntamenti annwali tiegħu permezz ta’ dawn l-attivitajiet: • PROM li jibda jsir bi qbil sħiħ ma’ KPS • Il-Junior College Festival • Is-Summer Bash • Jum l-iStudent tal-Kulleġġ • L-iSports Festival Fl-istess waqt tiġi organizzata l-ewwel edizzjoni tal-KSJC Exclusive Christmas Ball f’Diċembru. Tiġi mtella’ attività annwali fejn il-Kunsill joffri l-għajnuna tiegħu sabiex isir xogħol volontarju ġewwa Santwarju talAnnimali. Jintlaħaq ftehim ma’ kumpaniji tad-drama, l-arti, u ż-żfin, sabiex jiġu offruti korsijiet professjonali fil-Kulleġġ. Ma nonqsux milli bħal dejjem nagħtu l-appoġġ tagħna lillistudenti ta’ Soirée, kemm permezz ta’ għajnuna loġistika u kif ukoll billi nħeġġu l-istudenti jieħdu interess f’dan l-ispettaklu ta’ talent.

WAYNE

ZARB (WEQQ)




Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.