PROGRAMM ELETTORALI 2O14
PROGRAMM ELETTORALI ELEZZJONI KSJC
1
2O14
PROGRAMM ELETTORALI 2O14
Għażiż student, Għal dawn l-aħħar erba’ snin, il-Junior College kellha parti kbira minn ħajti u ħidmieti. Kemm fis-sentejn li qattajt hawnhekk bħala student, u kif ukoll f’dawn l-aħħar sentejn bħala President ta’ din l-għaqda, dejjem emmint li b’determinazzjoni u ambizzjoni, wieħed jista’ jibdel l-esperjenza tiegħu u ta’ sħabu għall-aħjar. Il-Junior College għallimni nħares fil-bogħod, nifforma viżjoni ċara, u nwettaqha b’determinazzjoni. Il-kampanja li qed nippreżentaw trid tħajrek tagħmel dan ukoll. Nemmnu li flimkien, nistgħu nagħmlu iżjed minn sempliċi proġetti u proposti. Flimkien, nistgħu inbiddlu l-esperjenza tal-Kulleġġ tagħna, u nagħmlu differenza reali fil-ħajja tal-istudent. Għalina, kompetitur wieħed jeżisti: l-apatija u n-nuqqas ta’ kuraġġ. Nemmnu li bit-tim li qed nippreżentaw u b’dan il-manifest, se nkunu qed noffrulek Kunsill li jkun tiegħek u miegħek tul is-sena kollha; Kunsill b’ambizzjoni li tul is-sena kollha jkun ta’ għajnuna u gwida għalik. Nittama li int u taqra dan il-manifest, tirrealizza li verament flimkien nistgħu nagħmlu iżjed.
Matthew Zerafa President
3
JILLIAN SPITERI PRESIDENT
PROGRAMM ELETTORALI 2O14
– Pulse fil-KSJC tidħol f’diskussjoni mal-Amministrazzjoni tal-Kulleġġ bl-għan li studenti li jaslu sa’ għaxar minuti tard għall-lecture tat-8.00am jiġu skużati u jitħallew jidħlu għal-lezzjonijiet. – Pulse fil-KSJC, wara li intlahaq ftehim mas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u l-iSport ser toħloq chillout area fl-inħawi tal-basketball court, b’installazzjoni ta’ turf, bankijiet, u gazebo. – Pulse fil-KSJC taħdem ma’ numru ta’ motoring schools sabiex tibda toffri għajnuna finanzjarja fuq il-lezzjonijiet tal-karozzi għall-istudenti, validi għal sentejn. – Pulse fil-KSJC issaħħaħ l-aċċess tal-WIFI madwar il-Kulleġġ, b’mod partikolari ġewwa l-canteen, Pjazza, l-uffiċju tal-Chrisco, ir-raba’ sular, u basement. – Pulse fil-KSJC tinstalla outdoor seating madwar ringroad bl-għan li jiżdied l-ispazju għar-rikreazzjoni tal-istudenti, flimkien ma’ numru ta’ outdoor plugs. – Pulse fil-KSJC iżżid l-ammont ta’ plakek ġewwa l-klassijiet għall-kumdità tal-istudenti li jużaw apparat elettroniku tul il-lezzjonijiet. – Pulse fil-KSJC tintroduċi l-iskema Rent an iPad sabiex tikkomplimenta dik ġa eżistenti ta’ Rent a Laptop. – Pulse fil-KSJC timplimenta t-timetable application żviluppata mill-istess għaqda bl-għan li tiffaċilita l-ħajja tal-istudent. – Pulse fil-KSJC twaqqaf KSJC Project Fund ta’ €5,OOO, sabiex studenti jkunu jistgħu iressqu l-ideat tagħhom għal proġetti madwar il-Kulleġġ, u jingħataw għajnuna finanzjarja biex iwettquhom.
5
KARL AZZOPARDI KPS
PROGRAMM ELETTORALI 2O14
– Pulse fil-KSJC taħdem mas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Aġenzija Żgħażagħ, u l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ bl-għan li jiġu organizzati żewġ youth exchanges. – Pulse fil-KSJC tiftaħ diskussjonijiet mal-Bord tal-MATSEC bl-għan li tagħmel pressjoni sabiex jonqsu l-prezzijiet tal-eżamijiet. – Pulse fil-KSJC tinvesti f’ammont ta’ sports equipment ġdid għal diversi dixxiplini sportivi. – Pulse fil-KSJC tintroduċi struttura ġdida tal-KE u KPS bl-inklużjoni ta’ erbgħa laqgħat ta’ konsultazzjoni matul is-sena. – Pulse fil-KSJC tara li jiġi mwaqqaf Kumitat Internazzjonali bl-għan li jesplora l-possibiltajiet barra minn Malta għall-istudenti tal-Kulleġġ, filwaqt li joħloq djalogu bejn rappreżentanti ta’ kulturi u reliġjonijiet differenti. – Pulse fil-KSJC tidħol f’diskussjonijiet mal-Amministrazzjoni sabiex tassigura li l-istudenti kollha jiġu offruti l-għażla li jkollhom mock exam qabel l-eżamijiet tal-MATSEC. – Pulse fil-KSJC iddaħħal servizz ġdid ta’ kiri ta’ lab coats, safety glasses, u technical design boards għall-faċilità tal-istudenti tax-Xjenzi u t-Technical Design rispettivament. – Pulse fil-KSJC tgħin lill-istudenti ta’ Soirée fil-promozzjoni tal-attivitajiet tagħhom. – Pulse fil-KSJC twettaq rinnovazzjoni totali tal-Kappella u l-kamra ta’ Chrisco b’installazzjoni ta’ izjed plakek, tisbiħ fil-faċċata, u manutenzjoni fuq ġewwa.
7
KEVIN CARUANA SEC GEN
PROGRAMM ELETTORALI 2O14
– Pulse fil-KSJC taħdem b’serjetà fuq l-introduzzjoni ta’ ten minute reading time qabel kull eżami, bl-għan li din tiddaħħal sal-eżamijiet ta’ Ġunju 2O15. – Pulse fil-KSJC tkompli toħloq ambjent rilassanti fil-Foyer billi tinvesti f’sufanijiet u bean bags. – Pulse fil-KSJC taħdem biex toħroġ il-JC Student Smartphone App, b’servizzi ta’ timetables, gwida għat-transport lejn il-Junior College, u push notifications mill-Kulleġġ dwar lezzjonijiet u absent lecturers. – Pulse fil-KSJC taħdem mal-Amministrazzjoni sabiex testendi l-ħinijiet tal-ftuħ tal-Librerija u Study Area fi żmien l-eżamijiet. – Pulse fil-KSJC tagħmel rinnovazzjoni tal-uffiċċju tal-Kunsill, billi fost oħrajn tinvesti f’kitchenette, b’servizzi ġodda ta’ kitla, microwave oven, u sink. – Pulse fil-KSJC tinsisti mal-Amministrazzjoni tal-Kulleġġ fuq l-installazzjoni ta’ air conditioners fil-klassijiet, filwaqt li tixtri air conditioner għal ġewwa l-Youth Hub. – Pulse fil-KSJC tinstalla outdoor heaters fil-Pjazza sabiex fix-xhur tax-Xitwa jinħoloq ambjent komdu għall-istudenti kollha li jiffrekwentaw il-Kulleġġ. – Pulse fil-KSJC tinstalla rain shelter barra l-Junior College bl-għan li toffri kenn għall-istudenti fil-ġranet tax-Xitwa. – Pulse fil-KSJC tkompli tinsisti bla waqfien mal-Amministrazzjoni sabiex ma tiġi ttollerata l-ebda forma ta’ diskriminazzjoni fuq bażi ta’ sess, etniċità, orjentazzjoni sesswali, u reliġjon, filwaqt li taħdem ma’ esperti sabiex twaqqaf complaint system kunfidenzjali u serja fejn jiġu rrapurtati abbużi.
9
CENTIANE CARUANA TREASURER
PROGRAMM ELETTORALI 2O14
– Pulse fil-KSJC iżżid l-ammont ta’ laptops disponibbli għall-kiri għal għaxra. – Pulse fil-KSJC tippubblika rapport finanzjarju u amministrattiv kull kwart tas-sena sabiex nassiguraw it-trasparenza u l-kontabbiltà fi ħdan il-Kunsill. – Pulse fil-KSJC tinstalla sanitary towel dispensers u full length mirrors fit-toilets kollha tat-tfajliet. – Pulse fil-KSJC tikkollabora mal-grupp tal-iSoirée sabiex jiġu sussidjati l-kostumi użati mill-atturi. – Pulse fil-KSJC tikkollabora mal-operatur il-ġdid tal-Canteen sabiex jiġu installati vending machines fi Study Area. – Pulse fil-KSJC tinvesti f’AED (Automatic External Defibrillator) fil-Kulleġġ, sabiex jiġi użat f’każ ta’ emerġenza. – Pulse fil-KSJC twettaq ristrutturar totali tal-pont bejn Canteen u l-Pjazza, b’pavimentar ġdid, installazzjoni ta’ pjanti, u estensjoni tat-tinda għal iżjed protezzjoni fi żmien tax-Xitwa. – Pulse fil-KSJC tinstalla fannijiet fit-theatre hall, Prayer Room, u Study Area. – Pulse fil-KSJC tinstalla tined ġodda fl-istudy gardens, fosthom dik ta’ ħdejn Chrisco.
11
GLENN SCHEMBRI PRO
PROGRAMM ELETTORALI 2O14
– Pulse fil-KSJC tilħaq ftehim ma’ stazzjon lokali tar-radju bl-għan li dan isir l-istazzjon uffiċjali tal-Kulleġġ. – Pulse fil-KSJC tagħti bidu għal diskussjonijiet mal-Futsal Malta Association u l-Malta Beach Soccer Association bl-għan li jitwaqqfu it-timijiet tal-Futsal u l-Beach Soccer tal-Junior College. – Pulse fil-KSJC tara li wara snin ta’ wegħdi, jintlaħaq ftehim mal-Awtoritajiet konċernati bl-għan li jiġi installat turf artifiċjali fil-5-aside ground, flimkien ma’ tinda fuq is-seating tal-istess ground, u xibka mas-saqaf tal-ground innifsu. – Pulse fil-KSJC tidentifika kamra adekwata fil-Kulleġġ u tibdilha f’jamming room fost oħrajn billi tinstalla sistema ta’ soundproofing u digital audio recording. – Pulse fil-KSJC taħdem mal-Public Broadcasting Services sabiex studenti tal-Orkestra jingħataw l-opportunità li jissieħbu fil-PBS Orchestra. – Pulse fil-KSJC wara ftehim milhuq mal-canteen operator ser tkun qegħdha toħloq gaming room fil-canteen. – Pulse fil-KSJC taħdem sabiex tiġi installata mobile card vending machine fil-Kulleġġ. – Pulse fil-KSJC tevalwa l-possibiltà li tinfetaħ il-back gate tal-Kulleġġ matul il-ġurnata kollha.
13
CHRIS BARTOLO KE
PROGRAMM ELETTORALI 2O14
– Pulse fil-KSJC tikkollabora ma’ kumpaniji privati sabiex sa Ġunju 2015 tibda toffri numru ta’ placements għall-istudenti skont is-suġġetti tagħhom. Dan ikun jinkludi sessjonijiet ta’ prattika fl-iSptar Mater Dei għall-istudenti tal-Bijoloġija u l-Kimika. – Pulse fil-KSJC tidħol f’diskussjonijiet mal-Bord tal-MATSEC sabiex jiġu introdotti s-suġġetti tal-Edukazzjoni Fiżika u l-Psikoloġija fil-livell Avvanzat, filwaqt li jiddaħħal b’mod responsabbli s-suġġett tal-Legal Studies. – Pulse fil-KSJC iżżid l-ammont ta’ kompjuters fil-Librerija u fl-IT Lab. – Pulse fil-KSJC tenfasizza mal-Amministrazzjoni l-importanza li jinħarġu guidelines ċari għall-għalliema dwar il-pubblikazzjoni fil-ħin tar-riżultati tal-eżamijiet tal-aħħar sabiex jiġi evitat kwalunkwe dewmien li jista’ jaffettwa lill-istudent. – Pulse fil-KSJC twettaq riforma serja tal-online notes system billi taħdem direttament mal-għalliema sabiex jerġgħu jiġu provduti l-aqwa noti ta’ kull suġġett għall-istudenti kollha. – Pulse fil-KSJC tirriforma l-elezzjonijiet tal-iStudent Department Representatives bl-għan li jkunu iżjed effettivi, filwaqt li tara li r-rappreżentanti eletti jkunu eleġibbli li jattendu l-KE Meetings tal-Università. – Pulse fil-KSJC tinstalla monitor fil-Canteen u ieħor fi Study Area bl-għan li jipprovdu informazzjoni maħruġa mill-Kulleġġ, speċjalment dwar absent lecturers. – Pulse fil-KSJC tiżviluppa smartphone application li bih student ikun jista’ jara x’korsijiet tal-Università jista’ jagħżel billi jdaħħal is-suġġetti li qed jistudja fil-Junior College. – Pulse fil-KSJC tinsisti bla waqfien mal-Amministrazzjoni tal-Kulleġġ sabiex il-ħinijiet tal-eżamijiet tal-aħħar tas-sena jinbidlu għad-9.OOam u s-2.OOpm, bl-għan li dir-riforma tiddaħħal sa’ Ġunju 2O15.
15
BIERHOFF PISANI KKD
PROGRAMM ELETTORALI 2O14
– Pulse fil-KSJC, grazzi għall-ActiveZone Gym ser tagħti membership b’xejn għal kull student u studenta fil-Kulleġġ. – Pulse fil-KSJC tilħaq ftehim mal-Arts Council Malta bl-għan li studenti tad-drama, arti, żfin, u mużika jingħataw involviment fil-Festival tal-Arti. – Pulse fil-KSJC taħdem mal-Arts Council Malta sabiex tittella’ esebizzjoni tal-arti bħala parti mill-Malta Arts Festival. – Pulse fil-KSJC twettaq refurbishment serju u komplut fil-Pjazza, b’installazzjoni ta’ gazebo ikbar, outdoor charging station, u bankijiet ġodda. – Pulse fil-KSJC tkompli tibni fuq dak li sar minn Kunsilli preċedenti f’inizjattivi annwali bħall-Prom, Christmas Ball, Junior College Festival, Students’ Fest, Summer Bash, Jum l-iStudent, l-iSports Festival, il-Farewell Party, il-KSJC Live-In u l-Organisations’ Fair. Barra minn hekk, jitkomplew u jissaħħu s-servizzi tal-Kunsill bħalma huma r-Rent a Bike, Rent a Book, Lockers System, Job Centre, Year Book, charging bay, wireless printer, Culture Fund, u Organisations’ Fund. – Pulse fil-KSJC tikkollabora mal-Malta Film Commission sabiex toffri opportunitajiet għall-istudenti biex jipparteċipaw fi produzzjonijiet ta’ films lokali u internazzjonali. – Pulse fil-KSJC tixtri strumenti mużikali għall-membri tal-Orkestra u l-Chrisco. – Pulse fil-KSJC tintroduċi numru ta’ korsijiet b’xejn fosthom fil-fotografija, l-Ewwel Għajnuna, food handling, u Photoshop, u li jkunu rikonoxxuti mill-Amministrazzjoni fl-iSchool Leaving Certificate. – Pulse fil-KSJC tinstalla Book Box ġewwa li fiha studenti jkunu jistgħu jissellfu jew ipartu kotba tal-qari.
17
PROGRAMM ELETTORALI 2O14
19