TAKING YOU
FORW RD
KSM ELECTION 2015
Għażiż Student, Bħala l-ewwel għaqda studenteska li stabilixxiet ruħha fo st l - i st u d e nti tal-MCAST, g ħ a l d a r b ’o ħ ra s e r i n k u n u qegħdin nippreżentaw il-pjan ta’ ħidma tagħna s a b i ex t a s s ew i m m ex x u ‘ l qud d i e m l - asp iraz z jon ijiet tiegħek u l-MCAST inġenerali l-istudenti tal-MCAST jgawdu m i n n g ħ a d d t a ’ p ro ġ e t t i u inizjattivi.
SAMWEL EBEJER PRESIDENT
Pulse fil-KSM se taħdem serjament biex jissaħħaħ il-WIFI madwar l-istituzzjonijiet ta’ Raħal Ġdid, tal-Mosta, tan-Naxxar, tal-Kalkara, ta’ Ħal Qormi kif ukoll t’Għawdex.
Pulse fil-KSM tintroduci s-servizzi ta’ rent a tablet u rent a laptop bl-għan li l-istudenti tal-MCAST ikollhom iċ-ċans li jikru laptop jew tablet għall-użu skolastiku tagħhom ġewwa l-kulleġġ.
Pulse fil-KSM se tkompli tagħmel pressjoni fuq l-amministrazzjoni sabiex kull għaqda fl-MCAST ikollha l-uffiċju rispettiv tagħha .
Pulse dejjem kienet dik l-għaqda li offriet u ħadmet għall-kontinwazzjoni. Sabiex inkomplu fuq l-inizjattiva tal-kunsill preċidenti, Pulse fil-KSM se torganizza visits regolari f’kull istutut biex inkomplu nsaħħu l-komunikazzjoni bħala prijorita’ tal-għaqda kif ukoll tal-kunsill.
GABRIEL CASSAR VICE PRESIDENT
Pulse fil-KSM tara li tiżdied bus shelter oħra jew tkabbar il-bus shelter kurrenti li tinsab ħdejn ir-round about tan-naħa t’isfel tal-Campus ta’ Raħal Ġdid.
Pulse fil-KSM se torganizza kompetizzjoni tal-fotografija. Ir-ritratt rebbieħ se jiġi magħżul minn bord professjonali u jitwaħħal fl-istudents house il-ġdida. Fl-istess ħin, se nevalwaw il-possibilita’ li nwaħħlu l-kumplament tar-ritratti madward il-kullegg.
Pulse dejjem kienet dik l-għaqda li ħadmet bis-sħiħ għall-opportunitajiet ghall-istudenti barra minn xtutna. Pulse fil-KSM se taħdem sabiex student tal-MCAST igawdu minn numru ta’ youth exchanges.
Għall-ewwel darba Pulse fil-KSM se tintroduċi t-tim uffiċjali tal-futsal tal-MCAST.
Pulse fil-KSM se tinstalla numru ta’ water fountains madwar il-kampus ewlieni tal-MCAST.
GABRIEL MIFSUD SECRETARY GENERAL
Pulse fil-KSM se taħdem sabiex tiġi installata green area fil-Kampus ta’ Raħal Ġdid.
Pulse fil-KSM se taħdem serjament sabiex jiġu estiżi l-ħinijiet tal-ftuħ tal-grawnd tal-futbol.
Pulse temmen f’ambjent nadif u adekwat għall-istudenti. Pulse fil-KSM se tara li jiżdiedu d-dustbins f’kull istitut kif ukoll jiġu installati dustbins ta’ riċiklaġġ madwar il-kulleġġ.
Permezz ta’ pressjoni u diskussjonijiet serji mal-amministrazzjoni, Pulse fil-KSM se tara li l-kompjuters antiki fl-istitut tal-ICT jinbidlu f’kompjuters moderni u adekwati għall-istudju tal-istudenti.
BASHIR WAKIL KPS
Pulse fil-KSM se tara li tiġi installata notice board diġitali li tiġi awtomatikament aġġornata bil-ħinijiet u r-rotot tas-servizz tat-trasport pubbliku. .
Pulse fil-KSM se tagħmel pressjoni matul is-sena kollha sabiex tiżdied l-indafa madwar l-istituti kollha.
Apparti s-servizz tar-rent a laptop, Pulse fil-KSM se tixtri laptop kif ukoll printer li jkunu fissi fl-ufficcju tal-kunsill bl-għan li kull student ikun jista’ juża’ s-servizz tal-printer u tal-laptop b’xejn mill-uffiċju tal-KSM.
Pulse fil-KSM se żżid l-apparat mediku f’kull istitut.
STEFAN AZZOPARDI PRO
Pulse dejjem ħadmet sabiex l-istudenti jkollhom kull opportunita’ sabiex jesebixxu t-talenti tagħhom. Pulse fil-KSM tidħol f’diskussjonijiet serji mal-amministrazzjoni tal-MCAST sabiex tiġi ffurmata l-orkestra tal-MCAST.
Għall-ewwel darba, Pulse fil-KSM tara li jiġi ffurmat it-tim tal-media tal-KSM.
Pulse fil-KSM se taħdem sabiex tiżdied il-hajja fis-satellite institutes kollha billi torganizza mill-inqas attivita’ fix-xahar f’kull wahda minn dawn l-istituti.
Pulse fil-KSM se tinstalla numru ta’ bike racks fis-satellite institutes.
Pulse temmen f’komunikazzjoni kontwina bejn l-istudent u l-kunsill, għalhekk Pulse fil-KSM se tintroduċi sit eletroniku tal-kunsill, email tal-kunsill kif ukoll profile ta’ instagram, snapchat u twitter tal-KSM.
MARTINA BORG FINANCIAL OFFICER
Pulse dejjem kienet l-għaqda li ħadmet sabiex il-kunsilli tal-istudenti jkollhom corporate sponsors. Pulse fil-KSM tara li l-Kunsill ikollu għadd ta’ corporate sponsors sabiex jgħinu lil KSM fil-ħidma tiegħu.
Pulse fil-KSM tidħol f’diskussjonijiet mal-BOV sabiex tiġi installata ATM jew ġewwa l-campus jew inkella fil-viċinanzi tal-kulleġġ. Pulse fil-KSM se tinstalla green area ħdejn l-istitut tal-ICT bl-għan li din il-green area tintuża bħala study area għall-istudenti.
Pulse fil-KSM se taħdem mal-amministrazzjoni sabiex tintroduċi l-istazzjoni tar-radju tal-MCAST.
KELSEY ANN SACCO MUSCAT KE
Jekk tpoġġi l-fiduċja tiegħek f’Pulse għall-elezzjoni tal-KSM, se naraw li ninstallaw numru ta’ mobile charging docks madwar l-istituzzjonijiet kollha.
Sabiex nimmassimizzaw l-uzu tas-servizzi tal-Kunsill, Pulse fil-KSM se tara li l-uffiċju l-ġdid tal-Kunsill jinfetaħ mit-8 ta’ filgħodu sal-5 ta’ filgħaxija.
Pulse fil-KSM se taħdem sabiex fis-sezzjoni tal-isport fl-istitut tal-ICS jiġu installati desks ġodda mad-desk chairs li diga’ hemm preżenti.
Pulse fil-KSM se torganizza seminar tal-politika sabiex l-istudenti jkollhom l-opportunita’ li jiffjorixxu t-talenti u l-ideat politiċi tagħhom.
LUKE BONELLO KKD
Pulse fil-KSM torganizza l-ewwel edizzjoni tal-KSM Prom.
Pulse fil-KSM se torganizza DJ Jamming Session għal dawk l-istudenti DJs li jkunu jixtiequ jesebixxu t-talenti tagħhom f’dan is-settur.
Pulse fil-KSM se tinvesti f’tinda li jkunu jistghu jaghmlu użu minnha l-għaqdiet kollha tal-MCAST.
Pulse dejjem saħqet fuq l-importanza li l-istudent ikollu ċ-ċans li jesebixxi t-talenti tiegħu, għalhekk, Pulse fil-KSM se tara li tintroduċi t-Theatre Group tal-MCAST u torganizza Soiree li jsir avveniment annwali tal-MCAST.
Pulse fil-KSM ser tahdem mal-amministrazzjoni sabiex isiru linji adekwati tal-parkeġġ f’kull car park bl-ghan li l-istudent ikollu parkegg izjed organizzat.
GABRIEL MIFSUD GABRIEL CASSAR MARTINA BORG LUKE BONELLO SAMWEL
MWEL EBEJER BASHIR WAKIL KELSEYANN SACCO MUSCAT STEFAN AZZOPARDI