L-Ambizzjoni Li Tghaqqadna | Manifest Elettorali 2015

Page 1

PROGRAMM ELETTORALI 2O15

1



PROGRAMM ELETTORALI 2O15

KSU 2O15

1


PRESIDENT

BRENDAN ZERAFA


PROGRAMM ELETTORALI 2O15

– Pulse fil-KSU se tintroduċi Notes Sharing Hub fil-korsijiet kollha tal-Università, sabiex taħdem id f’id mal-Organizzazzjonijiet Studenteski, bl-għan li tiffaċilita l-istabbiliment ta’ sistema bħal din fuq il-pjattaforma tagħhom stess biex tippermettilhom joffru servizzi aħjar lill-istudenti li jirrappreżentaw.

– Pulse fil-KSU se tkun proattiva mill-ġdid fil-politika soċjali billi tiftaħ perjodu ta’ konsultazzjoni mal-korp studentesk b’mod immedjat, dwar il-kwistjonijiet ta’ politika soċjali li huma jixtiequ jindirizzaw u attwalment jifformulaw kalendarju ta’ kwistjonijiet li għandhom jiġu diskussi fil-KPS.

– Pulse fil-KSU se timbotta ‘l quddiem proposta li permezz tagħħa se tiġi introdotta sistema ta’ traċċar f’ħin reali tal-karti kollha tal-eżamijiet. Din is-sistema tinkorpora ‘barcode’ speċifiku għal kull eżami ta’ kull suġġett, li tkun skannjata meta l-karta tiġi mibgħuta lill-eżaminaturi għall-korrezzjoni, kif ukoll meta l-marka finali tasal fl-uffiċċju tal-Fakultà li għandha tiġi ppubblikata fiha.

– Pulse fil-KSU se twettaq riġenerazzjoni kompluta tal-Kwadranglu fl-Università msawwar b’arranġamenti ta’ modern seatings xierqa u distribuzzjoni ta’ spazju ppjanat ‘il barra b’taħlita ta’ ‘landscaping’ iebes u artab.

– Pulse fil KSU se taħdem malAmministrazzjoni tal-Università u l-‘Precincts Office’ sabiex jiġu identifikati spazji miftuħa madwar il-kampus li jintużaw għat-twaqqif ta’ installazzjonijiet artistiċi temporanji, segwiti minn sejħa għal sottomissjonijiet miftuħa għall-istudenti kollha. Barra minn hekk, Pulse fil-KSU se talloka €2,500 biex tiffinanzja l-infrastruttura u l-materjal tal-installazzjonijiet. – Pulse fil-KSU se torganizza l-Ewwel Edizzjoni tal-‘KSU Summer Fest’ f’Awwissu: festival tal-mużika mifrux fuq tlett ijiem iddedikati għall-promozzjoni ta’ mużiċisti ġodda, ‘bands’ u kantanti. – Pulse fil-KSU se twaqqaf il-”KSU Sport Fund” b’€ 5,000 allokati għall-appoġġ; kemm għall-individwi u kif ukoll għall-organizzazzjonijiet li jixtiequ jorganizzaw avvenimenti u inizjattivi relatati mal-isport. 3

– Pulse fil-KSU se tikkummissjona analiżi teknika sabiex tinħareġ statistika rigward il-konnessjoni tal-‘WIFI’ madwar il-kampus kollu, bl-għan li jiġu identifikati l-oqsma kollha li jsofru minn konnettività dgħajfa. – Pulse fil-KSU se tfittex li timminimizza l-kwistjoni tal-konġestjoni tat-traffiku u l-aċċessibbiltà tal-ipparkjar f’parkeġġi għall-karozzi madwar l-Università, billi tkun installata sistema ta’ ‘sensors’ f’kull daħla fejn jimmarkaw jekk hemmx postijiet disponibbli. Is-sewwieqa jkunu jistgħu jaraw jekk il-parkeġġ huwiex disponibbli permezz ta’ sinjali diġitali fid-dħul kif ukoll fuq il-mowbajl tagħhom, permezz tal-‘App’ tal-KSU. – Pulse fil-KSU se toffri spazju fuq l-‘App’ tal-KSU lill-Organizzazzjonijiet Studenteski, sabiex jippromovi l-attivitajiet tagħhom, flimkien ma’ notifika waħda għal kull semestru lil kull organizzazzjoni.


VICi PRESIDENT L-ISPORT

KARL ATTARD


PROGRAMM ELETTORALI 2O15

– Pulse fil-KSU se tkompli tappoġġja l-Iskwadri tal-‘Futsal’ u tal-Għawm li diġà huma stabbiliti, filwaqt li taħdem biex tistabbilixxi l-Ewwel Skwadra tal-‘Volleyball’ tan-Nisa u l-Klabb tal-‘Billiard’ Universitarju. – Pulse fil-KSU se taħdem mal-Amministrazzjoni Universitarja biex jiġu introdotti iżjed kredti tal-istudju marbuta mal-isport. – Pulse fil-KSU se tikkollabora mad-Dipartiment tal-Promozzjoni tas-Saħħa, is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u l-Isport, u Organizzazzjonijiet Studenteski biex iniedu Kampanja Edukattiva Intensiva fuq is-Saħħa u Attività Fiżika. – Pulse fil-KSU se tinstalla ekwipaġġ tat-‘table tennis’ li se jkun barra flimkien ma’ imwejjed taċ-‘chess’ li se jkunu barra sabiex tinkoraġġixxi iżjed studenti jipparteċipaw f’attivitajiet sportivi fil-ħin liberu tagħhom. – Pulse fil-KSU se tinstalla dwal sensittivi għall-ambjent mal-mogħdija f’Wied Għollieqa, filwaqt li taħdem fuq kampanja edukattiva biex tippromovi l-użu tagħha għal ‘hikes’ rikreattivi. – Pulse fil-KSU se tindirizza l-problemi serji ta’ Saħħa u Sigurtà f’diversi lokalitajiet madwar il-Kampus, b’mod partikolari billi tinstalla balavostri u jitwaħħal tejp ‘non-slip’ fuq it-taraġ li jwassal mill-mina għall-Pixxina Nazzjonali. – Pulse fil-KSU se torganizza l-Ewwel Edizzjoni tal-‘Festival Universitarju tal-Isport tax-Xitwa’ billi tgħaqqad varjetà ta’ dixxiplini sportivi, f’kollaborazzjoni ma’ Organizzazzjonijiet Fakultattivi.

5


SEGRETARJU GENERALI AMMINISTRAZZJONI

THOMAS BAJADA


PROGRAMM ELETTORALI 2O15

– Pulse fil-KSU se tbiddel ir-Rapport tal-Allokazzjoni tal-Kmamar (Room Allocation Report) minn piż, għal opportunità għall-organizzazzjonijiet biex itejbu xogħolhom. Ir-Rapport Annwali se jitneħħa kompletament u minfloku se jkun hemm tliet Rapporti: a. b. ċ.

Pjan ta’ Hidma għas-Sena Skolastika li jmiss f’Settembru; Rapport ta’ Nofs is-Sena fi Frar; Rapport ta’ Tmiem is-Sena f’Lulju

Il-Bord Aġġudikattiv tal-Allokazzjoni tal-Kmamar (RAR Adjudication Board) se jitwaqqaf waqt it-tieni laqgħa tal-KPS, u jkun jinkludi żewġ studenti eletti mill-KPS.

Kull rapport ikun evalwat fi żmien ġimagħtejn, fejn wara l-Bord isejjaħ laqgħa ma’ kull organizzazzjoni biex jippreżenta r-riżultati u, fil-każ tal-Pjan ta’ Ħidma u r-Rapport ta’ nofs it-term, ir-rakkomandazzjonijiet. Ir-riżultat finali li jiddetermina l-allokazzjoni tal-kamra, se jkun ibbażat l-iktar fuq il-mod tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Ħidma, u n-natura tal-avvenimenti u l-inizjattivi organizzati.

– Pulse fil-KSU se tintroduċi sistema ta’ notifiki bl-SMS fejn permezz tagħha uffiċjal minn kull organizzazzjoni jirċievi messaġġ fuq il-mowbajl kull meta organizzazzjoni tirċievi l-posta. – Pulse fil-KSU se tinstalla plakek taċ-‘chargers’ tal-USB fl-uffiċċji tal-organizzazzjonijiet. – Pulse fil-KSU se tfittex li timmassimizza l-użu tal-‘Common Room’ billi tinstalla ‘foldable divider’, li permezz tiegħu tbiddel il-kamra biex tiġi użata għal diversi attivitajiet li jagħmlu użu minnu iktar minn organizzazzjoni waħda fl-istess ħin. – Pulse fil-KSU se tinnegozja mal-Uffiċċju tal-Istipendji biex jestendi s-‘Summer Internship Scheme’ għall-perjodu tax-Xitwa.

7


POLITIKA SOCJALI

SARA EZABE


PROGRAMM ELETTORALI 2O15

– Pulse fil-KSU se tfittex li ssolvi l-problema ta’ nuqqas t’aċċessibiltà għal studenti b’diżabiltà darba għal dejjem. Se jkun ikkummissjonat rapport li jitkellem dwar il-partijiet prinċipali li għandhom bżonn tibdil infrastrutturali, u se titwaqqaf ‘task force’ magħmula minn repreżentanti tal-Kummissjoni Nazzjonali għal Persuni b’Diżabiltà, l-Amministrazzjoni Universitarja u l-‘Precincts Office’ biex jidentifikaw is-soluzzjonijiet għal dan. – Pulse fil-KSU se tagħmel kalendarju li jinkludi Organizzazzjonijiet Studenteski, bil-flus miġbura jmorru għall-karità. – Pulse fil-KSU se tikkompila u tippubblika ktieb dwar l-istorja talOrganizzazzjonijiet Studenteski u r-rappreżentanti tal-istudenti fil-kampus. – Pulse fil-KSU se twaqqaf ‘think-tank’ politiku bl-għan li jipprovdi spazju għall-istudenti biex jiddiskutu kwistjonijiet marbuta ma’ affarijiet lokali, internazzjonali, diplomatiċi, ta’ barra u oħrajn. – Pulse fil-KSU se taħdem biex torganizza l-Ewwel Edizzjoni tal-konferenza tat-‘TEDxUoM fil-Kampus, bil-parteċipazzjoni ta’ intraprendituri lokali u barranin, inventuri u ħassieba kreattivi. – Pulse fil-KSU se taħdem favur Kampanja kontra t-Tipjip, permezz ta’ użu ta’ vidjows, ‘stickers’ imwaħħlin mal-art, u messaġġi ta’ informazzjoni fuq kull landa tal-iskart tas-sigaretti fil-kampus. – Pulse fil-KSU se taħdem biex torganizza kalendarju ta’ avvenimenti ta’ ġbir ta’ fondi tul sena sħiħa, biex tgħin organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet ta’ karità differenti.

9


L-AMBJENT

REBECCA MERCIECA SEAN CINI


PROGRAMM ELETTORALI 2O15

– Pulse fil-KSU se tirranġa l-ispazju miftuħ quddiem is-‘Science Lecture Theatre’ (SLT), permezz tal-installazzjoni ta’ pavimentar u bankijiet ġodda. – Pulse fil-KSU se tinstalla numru ta’ ‘chargers’ li jaħdmu bl-enerġija tax-xemx f’partijiet diversi, li jinkludu l-Kwadranglu, il-‘Green Area’ u l-Ġnien ‘Arvid Pardo’. – Pulse fil-KSU se taħdem mal-Organizzazzjonijiet Ambjentali fil-Kampus sabiex twettaq tindif ta’ kull xahar f’partijiet differenti madwar Malta u Għawdex. – Pulse fil-KSU se tinstalla tinda mal-bieb tad-Dar tal-Istudenti. – Pulse fil-KSU se taħdem biex tinstalla iżjed laned tal-iskart tas-sigaretti madwar il-Kampus, speċjalment f’kull ‘Green Area’.

11


L-EDUKAZZJONI

ERIC ZAHRA


PROGRAMM ELETTORALI 2O15

– Pulse fil-KSU se tirriforma l-istruttura tal-Uffiċċju Edukattiv billi tabolixxi l-laqgħat tal-Uffiċjali tal-Edukazzjoni, u minflok tagħti stat ta’ osservatur lil Organizzazzjonijiet Studenteski bbażati fil-Fakultà waqt laqgħat tal-KE. Dan jiżgura sinerġija effettiva bejn il-KSU, ir-Rappreżentanti tal-Istudenti, u l-Organizzazzjonijiet rispettivi. – Pulse fil-KSU se torganizza l-Ewwel Edizzjoni tal-‘Ġimgħa Edukattiva’, li tinkludi seminars u ‘workshops’ minn professjonali fuq kif se tiżdied il-produttività akkademika u l-prestazzjoni fl-eżamijiet. – Pulse fil-KSU se tiddiskuti mal-Amministrazzjoni Universitarja, il-Gvern u s-Settur Privat bl-għan li jiżdiedu n-numru ta’ ‘placements’ għal firxa ta’ korsijiet. – Pulse fil-KSU se toħloq ħolqa fuq il-paġna ta’ ‘Facebook’ bl-isem ta’ ‘Contact Your Student Rep’ biex tiffaċilita l-komunikazzjoni bejn l-istudenti u r-rappreżentanti tagħhom. – Pulse fil-KSU se tidħol f’diskussjonijiet mal-Amministrazzjonijiet tal-Isptar Mater Dei u l-Università ta’ Malta, bl-għan li ssolvi l-problema persistenti ta’ nuqqas ta’ konnettività ta’ WI-FI fis-swali tal-lekċers tal-Iskola Medika. – Pulse fil-KSU se tappoġġja r-rappreżentattivi tal-istudenti billi torganizza laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-istudenti fil-Fakultajiet rispettivi tagħhom.

13

– Pulse fil-KSU se tikkollabora mal-operatur tal-‘Canteen’ biex tintroduċi numru ta’ magni tal-ikel u x-xorb li jkunu eqreb tas-swali tal-lekċers tal-Iskola Medika ta’ Mater Dei. – Pulse fil-KSU se tappoġġja l-Organizzazzjonijiet Studenteski konċernati meta jitolbu assigurazzjonijiet bżonjużi u jiffaċilitaw diskussjonijiet favur il-ftuħ tal-‘Barts Medical School’ f’Għawdex. – Pulse fil-KSU se tinstalla erba’ ‘charging bays’ fl-Iskola Medika ta’ Mater Dei. – Pulse fil-KSU se tinvesti fi tliet kompjuters ġodda fil-Librerija Medika ta’ Mater Dei. – Pulse fil-KSU se tinvesti sew biex jiżdiedu l-plakek fis-swali tal-lekċers, fil-Kwadranglu, fil-Fakultà tax-Xjenza tas-Saħħa u l-Iskola Medika ta’ Mater Dei. – Pulse fil-KSU se tkompli taħdem bir-reqqa mal-Amministrazzjoni Universitarja biex jipprovaw jgħinu organizzazzjonijiet ibażati fil-fakultajiet ikollhom l-uffiċċju fil-fakultajiet rispettivi. – Pulse fil-KSU se żżid iċ-‘chargers preżenti fil-‘Common Room’ tal-KSU biex jinkludu dawk tal-‘laptops’.


IL-KULTURA U D-DIVERTIMENT

FRANCESCA BUGEJA


PROGRAMM ELETTORALI 2O15

– Pulse fil-KSU se tniedi politika kulturali ħolistika b’għanijiet ċari biex jiżdiedu r-riżorsi u espożizzjoni allokata għall-arti u l-kultura fl-Università.

– Pulse fil-KSU se tagħmel donazzjonijiet ta’ ‘pocket scores’ lil-Librerija tad-Dipartiment tal-Mużika biex jintużaw għall-istudju u r-riċerka.

– Pulse fil-KSU se torganizza l-Ewwel Edizzjoni tal-Kunċert Sinfoniku tal-KSU fil-Kwadranglu, bil-parteċipazzjoni tal-istudenti u t-talent lokali promettenti.

– Pulse fil-KSU se tikkollabora mal-Kunsill Nazzjonali tal-Kotba biex torganizza Kompetizzjoni tal-Letteratura Maltija bejn studenti Universitarji.

– Pulse fil-KSU se twaqqaf b’mod permanenti l-Orkestra tal-Università ta’ Malta, magħmula minn studenti u alumni.

– Pulse fil-KSU se tidħol f’diskussjonijiet mal-Kunsill Malti tal-Arti biex testendi l-Festival tal-Arti għall-Università, b’avvenimenti organizzati mill-istudenti fil-kampus.

– Pulse fil-KSU se tintroduċi l-iskema ‘Book a Gig’ li permezz tagħha artisti mużikali se jkunu jistgħu jagħmlu użu mis-sistema tas-‘sound’ u jippjanaw kunċerti nhar t’Erbgħa u Ġimgħa waqt ħin id-Degree+. – Pulse fil-KSU se tidħol f’taħdidiet mal-Koperattiva Kulturali Universitarja (KKU) biex ikollhom l-avveniment Annwali ta’ ‘L-Iljieli fil-Kampus’ organizzati waqt il-perjodu skolastiku minflok fis-sajf, biex tiżdied il-parteċipazzjoni u l-involviment tal-istudenti. – Pulse fil-KSU se tirrevedi l-format tal-‘iStudent Fest’, bl-għan li jinkludu kanzunetti oriġinali flimkien ma’ kanzunetti popolari, u jiftħu ‘polls’ fejn l-istudenti jkunu jistgħu jivvotaw għaddiska favorita tagħhom minn lista ta’ kanzunetti.

15

– Pulse fil-KSU se tkompli torganizza avvenimenti annwali rinomati, b’enfasi partikolari fuq il-ħolqien ta’ gruppi speċifiċi li jaħdmu permezz ta’ Forum tal-Organizzazzjoni mġedded. – Pulse fil-KSU se torganizza l-Logħob Universitarju tal-Baħar, li jinkludi ‘tournaments’ kompetittivi u sezzjonijiet ta’ ‘beach fitness’.


GHAWDEX

RACHEL SAMMUT


PROGRAMM ELETTORALI 2O15

– Pulse fil-KSU se tkompli tinnegozja mal-Amministrazzjoni tal-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija sabiex studenti tal-Mediċina minn Għawdex jagħmlu l-eżami tagħhom f’Għawdex. – Pulse fil-KSU se taħdem fuq inizjattiva biex itejbu u jżidu n-numru ta’ kompjuters fil-Kampus f’Għawdxi bl-għan li jiksbu disponibbiltà tal-eżamijiet f’Għawdex sa Ġunju 2016. – Pulse fil-KSU se tikkordina Ġurnata ta’ Organizzazzjonijiet u ta’ Karrieri fil-Post Sekondarja ‘Sir M.A. Refalo’ f’Għawdex bl-għan li jiġu megħjuna studenti Għawdxin tal-Post Sekondarja jiffamiljarizzaw ruħhom malopportunitajiet futuri. – Pulse fil-KSU se tidħol f’taħdidiet mal-‘Malta Public Transport’ biex tiżgura li r-rotta X1A, li tmur direttament miċ-Ċirkewwa għall-Imsida se tinżamm fl-arranġamenti l-ġodda u estiża sal-Ġimgħa waranofsinhar. – Pulse fil-KSU se tikkommetti ruħha b’mod serju għall-iżvilupp tal-aċċessibiltà ta’ konferenzi diretti bil-‘video’ fil-kampus t’Għawdex, bl-għan li tiġi fformata l-bażi għal strateġija biex jiżdied in-numru ta’ korsijiet f’Għawdex.

17


INTERNAZZJONALI

LARA ATTARD


PROGRAMM ELETTORALI 2O15

– Pulse fil-KSU se torganizza ‘Ġimgħa ta’ Diversità’ biex titqajjem kuxjenza dwar l-etniċitajiet differenti li hemm preżenti fil-kampus. – Pulse fil-KSU se tipparteċipa f’mill-inqas ħames kambji edukattivi barra minn Malta, u b’hekk tkabbar l-opportunitajiet għall-istudenti biex jivjaġġaw u jkattru l-għarfien tagħhom. – Pulse fil-KSU se torganizza Konferenza Internazzjonali f’Malta dwar il-futur tar-Rappreżentazzjoni tal-Istudenti, bil-kollaborazzjoni ma’ Organizzazzjoniijet barranin kif ukoll dawk Fakultattivi. – Pulse fil-KSU se tgħin Organizzazzjonijiet Studenteski bbażati fil-fakultajiet tagħhom biex jidentifikaw inizjattivi possibli ta’ ġemellaġġi ma’ organizzazzjoni internazzjonali tal-istess għan ibbażati f’Universitajiet barranin. – Pulse fil-KSU se torganizza Fiera tal-Erasmus+ biex turi l-Universitajiet barra minn Malta li jkunu disponibbli għall-istudenti biex jagħżlu għall-esperjenza tagħhom.

19


IL-JUNIOR COLLEGE

DANIEL CAMILLERI


PROGRAMM ELETTORALI 2O15

– Pulse fil-KSU se taħdem mal-Università u mad-Dipartiment tas-Servizzi tal-Informatika tal-‘Junior College’ biex tiżgura li l-konnettività tal-WI-FI titjieb, speċjalment fil-‘canteen’, fil-‘basement’, fil-Pjazza, fir-Raba’ Sular u fl-Uffiċċju ta’ Chrisco. – Pulse fil-KSU se żżid in-numru ta’ ‘laptops’ disponibbli għall-kera għal għaxra. – Pulse fil-KSU se tagħmel donazzjoni ta’ ħames kompjuters ġodda li se jitwaħħlu fil-Laboratorju tal-Informatika u fil-Librerija. – Pulse fil-KSU se żżid s-servizzi offruti mill-‘App’ tal-KSU għall-istudenti tal-‘Junior College’ billi tintroduċi s-servizz bl-isem ta’ ‘Guide Your Future’. Permezz ta’ dan, studenti se jkollhom aċċess għal lista ta’ korsijiet tal-Università miftuħin skont is-suġġetti li qegħdin jistudjaw. – Pulse fil-KSU se tinstalla ‘monitor’ ta’ lecturers assenti fil-‘canteen u ġo kull ‘Study Area’.

21



PROGRAMM ELETTORALI 2O15

23


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.