FLimkien - April 2018

Page 1

Newspaper Post

April 2018 | Numru 161

Meta Alla għoġbu jmissni 8

Għal ħames snin sħaħ ma missni ħadd, sakemm darba … Quality jew Quantity Time? 19 Kif titkellem b’dan il-lingwaġġ ta’ mħabba ma’ dawk li tgħix magħhom? Qed iħallsu prezz għoli 23 Aħna bil-knejjes imżejna; ħutna bil-knejjes maħruqa u mkissra.

Mard kroniku fil-pulmun (COPD) 24 X’inhi, is-sintomi, forom differenti, id-dijanjosi, il-kura. Dsatax-il bajda vojta 30 Jeremy kien fehem ħafna aktar milli ħasbet l-għalliema.


BSL

Britannia Tours … il-vjaææ tiegœek jibda hawn! PELLEGRINAĠĠI ĠITI GĦAL LOURDES

3 T’IJIEM

4 T’IJIEM

Kull nhar ta’ Æimgœa sat-Tnejn Il-Æimgœa | Tluq Malta fil-5.00pm u nÿul Lourdes fis-7.25pm It-Tnejn | Tluq Lourdes fit-8.15pm u nÿul Malta fl-10.30pm

Kull nhar ta’ Tnejn sal-Æimgœa It-Tnejn | Tluq Malta fil-5.00pm u nÿul Lourdes fis-7.25pm Il-Æimgœa | Tluq Lourdes fit-8.15pm u nÿul Malta fl-10.30pm

29 ta’ Æunju - 2 ta’ Lulju 6 - 9 ta’ Lulju 13 - 16 ta’ Lulju 20 - 23 ta’ Lulju 27 - 30 ta’ Lulju 3 - 6 ta’ Awwissu 10 - 13 ta’ Awwissu 17 - 20 ta’ Awwissu 24 - 27 ta’ Awwissu 31 ta’ Awwissu - 3 ta’ Settembru

2 - 6 ta’ Lulju 9 - 13 ta’ Lulju 16 - 20 ta’ Lulju 23 - 27 ta’ Lulju 30 ta’ Lulju - 3 ta’ Awwissu 6 - 10 ta’ Awwissu 13 - 17 ta’ Awwissu 20 - 24 ta’ Awwissu 27 - 31 ta’ Awwissu 3 - 7 ta’ Settembru

INŸURU Lourdes, Pont d’Espagne, Gavarnie, Artouste u El Portalet

Il-prezz huwa bbaÿat fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludi t-titjiriet, lukanda, trasferimenti, servizzi ta’ tour leader u t-taxxi kollha (Kundizzjonijiet japplikaw). Valletta Branch - Tel: 2123 8039 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt

MINN

¢489


E di to r ja l • D u n A n to n P o r t e l l i

Bżieżaq

N

April 2018 • Numru 161

Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u jitqassam b’xejn lill-familji Maltin.

afu kemm il-bżieżaq jogħġbu lit-tfal: minħabba l-kuluri, għax itiru, għax qishom ballun, għax jaħbtu miegħek mingħajr ma jweġġgħuk, għax twaddabhom fejn trid, għax tagħtihom il-forma li trid u għax meta jinfaqgħu ... jagħtuk qatgħa! Imma hemm ukoll bżieżaq li ma jagħtux gost. Kultant tiltaqa’ ma’ persuni li jagħmlu lilhom nfushom bżieżaq lesti li jinfaqgħu. U meta jisplodu, jibdew ixerrdu u jxandru kliem u għemil ta’ bla ġieħ. Insiru bżieżaq meta nimtlew b’arja ħażina, b’ġudizzji mhux tajba, b’ideat fissi, b’nuqqas ta’ sinċerità, b’sens ta’ superjorità u kultant ta’ vanaglorja. Il-labra li tifqa l-bużżieqa tagħna tkun verament żgħira, b’ponta li ma tidhirx, imma li tniggeż. Ħafna drabi tkun il-ponta tal-verità li ma tistax taħrabha, tal-kelma li ma tistax tmeriha, tal-azzjoni li tolqtok u li tfixklek. Kemm huma aħjar is-sempliċità, il-verità, l-awtentiċità: li naċċetta lili nnifsi kif jien, kif il-Mulej Alla għoġbu jagħmilni, bil-ħafna tajjeb u bil-ftit ħażin li għandi. U Dak li ħarstu tinfed il-qalb ... jaf x’għandi fiha.

Biex tirriklama fuq Flimkien ċempel fuq 2137 4942 jew 7959 3727 Email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta Indirizz Editorjali Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali. Editur Carmel Conti

Grafika Outlook Coop

Stampar Velprint Ltd

Irtir iggwidat individwalment 27 ta’ April 7pm sat-3 ta’ Mejju 3pm, Mount St Joseph, Mosta. Imexxu: Fr Alfred Micallef sj u oħrajn. Opportunità biex tqatta’ ħin mal-Mulej fil-kwiet u t-talb bil-pass li tixtieq int u dwar it-tema li tgħodd għalik. Il-parteċipanti jiltaqgħu kuljum ma’ direttur spiritwali u jistgħu jagħżlu wkoll it-tul tal-irtir (3, 5 jew 7 ijiem). Għal aktar dettalji: info@mtsjoseph.org jew ċempel 2276 0000.

K elma ta’ Fr a nġ isku

Beatitudnijiet ‘ġodda’ skont il-Papa Franġisku

Henjin dawk li bil-fidi jġarrbu l-ħażen li jgħabbihom bih ħaddieħor u jaħfru mill-qalb; • henjin dawk li jħarsu f’għajnejn l-imwarrbin u l-emarġinati u juruhom li huma qrib tagħhom; • henjin dawk li jagħrfu lil Alla f’kull persuna u jħabirku biex ħaddieħor ukoll jagħrfu blistess mod; • henjin dawk li jipproteġu u jieħdu ħsieb id-dar komuni tagħna; • henjin dawk li joqogħdu lura milli jkunu komdi huma biex jgħinu lill-oħrajn; • henjin dawk li jitolbu u jaħdmu għall-għaqda sħiħa bejn l-Insara. • Dawn kollha jġorru ġo fihom il-ħniena u l-ħlewwa ta’ Alla, u żgur għad jirċievu mingħandu l-ħlas mistħoqq. 1 Novembru, 2016


€12.50 fix-xahar

al bosta tfal fil‑bżonn, il‑faqar u n‑nuqqas ta’ tama huma preżenzi kontinwament f’ħajjithom.

Infatti, ħajjithom ma twiegħedx futur partikolarment pożittiv. Maqbudin f’ċiklu ta’ faqar u esplojtazzjoni, dawn it‑tfal huma mċaħħda minn edukazzjoni xierqa u kull forom oħra ta’ żvilupp. Kull m’għandhom bżonn huwa xi ħadd li jemmen fil‑ħolm tagħhom u li jagħtihom iċ‑ċans għal futur aħjar. Bis‑saħħa tal‑programm Child Sponsorship ta’ Missio, inti qed tkun dak ir‑raġġ ta’ dawl fil‑ħajja tagħhom. B’hekk tkun qed tipprovdilhom aċċess għall‑edukazzjoni, servizzi ta’ kura għas‑saħħa, u ilma tax‑xorb nadif.

Child Sponsorship iwiegħed li aħna naħdmu id f’id mat‑tfal, il‑ġenituri tagħhom, komunitajiet u oħrajn, sabiex niżguraw illi t‑tfal kollha jkunu mgħajxin u b’saħħithom.


M e s s aġ ġ ta l-A rċ i s qof

April 2018 | 5

X’jiġifieri tqum mill-mewt?

S

a dakinhar kienu għadhom ma fehmux l-Iskrittura li tgħid li kellu jqum millimwiet” (Ġw 20:9). Min kienu dawn? Kienu Pietru u Ġwanni. It-tnejn li huma, flimkien ma ħu Ġwanni, Ġakbu, kienu raw lill-Mulej trasfigurat fuq il-muntanja qaddisa, fuq il-muntanja Tabor. Dakinhar il-Mulej imponielhom sigriet: “Titkellmux fuq dak li rajtu sakemm Bin il-Bniedem ikun qam millimwiet.” Huma u neżlin mill-muntanja bdew jistaqsu lilhom nfushom: “Imma din x’inhi li tqum mill-imwiet?” (Mk 9:10). Ġwanni, li jidħol fil-qabar wara Pietru, jara “l-faxex tal-għażel imqiegħda hemm u l-maktur li kien madwar rasu u mitwi u mqiegħed f’post għalih.” Jara dan kollu “u jemmen” (Ġw 20:5.8). Ġwanni kien id-dixxiplu li l-Mulej ħabb; id-dixxiplu li kellu l-esperjenza mill-qrib tal-imħabba ta’ Ġesù; id-dixxiplu li fl-aħħar ċena, f’Ħamis ix-Xirka, serraħ rasu fuq sider il-Mulej Ġesù; id-dixxiplu li kien midħla tal-qassis il-kbir, li daħal fil-bitħa fejn Ġesù kien interrogat u umiljat. Imma dan kien dixxiplu li segwa lill-maħbub Ġesù sa taħt is-salib tiegħu, waqaf ma’ ommu ħdejn is-salib ta’ Ġesù, u li l-Mulej indirizzalu kelma: “Hawn hi ommok” (Ġw 19:27). Illum, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, Ġwanni, id-dixxiplu l-maħbub, jidħol wara Pietru fil-qabar, jara

l-qabar vojt, jara l-faxex u l-maktur ... u jemmen. Jemmen li l-kelma ta’ Ġesù seħħet, li Ġesù qam mill-imwiet kif kien qal. Imma din xi tfisser? X’ġara? Il-Papa Benedittu XVI fl-ewwel omelija bħala Papa Benedittu, fl-Għid tal-2006, poġġa din il-mistoqisja: Imma xi tfisser li tqum millimwiet? U xi jfisser dan għalina? Il-Papa Benedittu, f’omelija straordinarja u li tibqa’ tissemma’, sejjaħ ir-riżurezzjoni tal-Mulej bħala “punt fl-evoluzzjoni tal-umanità”. L-ikbar bidla straordinarja, li fiha l-ġisem tagħna l-bnedmin jieħu s-sura ta’ ġisem trasfigurat u rxoxt, isir ġisem spiritwali u, peress li Ġesù huwa l-Iben ta’ Alla, l-ispirtu tiegħu huwa magħna. U fl-Ewkaristija jirritorna dan il-proċess: l-ispirtu tiegħu jbiddel il-ħobż u l-inbid fil-ġisem u d-demm tiegħu. Nixtieq nawgura lil kulħadd l-Għid hieni, Għid li jagħtina l-paċi tassew, Għid li jgħinna nbiddlu ħajjitna u ngħixu l-preżenza ta’ Ġesù fil-qalb tagħna, dik il-preżenza li għalina hija l-għatba tal-ħajja ta’ dejjem u li tibda minn issa, mil-lum. Nagħtukom il-barka pastorali tagħna. Charles J. Scicluna + Arċisqof ta’ Malta


from Starting

€8,999* per month or €180*

0%

DE AVA POSIT ILAB LE

*Prices include Scrappage Scheme Industrial Motors Ltd. 1, Antonio Bosio Street, Msida MSD 1341 Tel: 20160000 Mob: 99991666 Email: sales@suzuki.com.mt Mizzi Motors Ltd. Mgarr Road, Ghajnsielem, GSM 9016 Tel: 21556942 Mob: 99782000 Email: sales-gozo@mizzimotors.com.mt

www.suzuki.com.mt


Rexton inoX - the nearly invisible hearing aid The Rexton inoX™ click and fit is a completely-in-canal (CIC) loaded with the top hearing aid technology, TruCore™. Unlike other custom-fit hearing aids, inoX does not require an impression to be taken of your ear and sent in for manufacturing. Instead, inoX uses an innovative, comfortable soft sleeve to provide you with a quick and easy fit right in your hearing health professional’s office. They’re a quick and easy way to enjoy all the benefits of ultra-discreet CIC hearing aids with no wait.

• Impartial expert hearing advice • Excellent after-care service • FREE batteries • Money-back guarantee

Clear-Tone Hearing 360 St Joseph High Road Santa Venera, Malta Tel. 27040839 or Mob. 77771659 www.cleartonehearingmalta.com

FREE hearing tests available Monday 16th APR - Friday 27th APR

CLEAR TONE HEARING


M ax L u cado

8 | April 2018

Meta Alla għoġbu jmissni Sib post għall-kwiet. Inġabar mentalment. Aqra bil-mod. Jum fost l-oħrajn, fi żmien il-ħsad ta’ ħames snin ilu, il-qabda tiegħi fuq il-manku tal-minġel ħassejtha dgħajfa. It-truf ta’ subgħajja kienu qishom imtarrxin. L-ewwel saba’ wieħed u mbagħad ieħor. Wara ftit jiem stajt naqbad il-minġel imma bilkemm inħossu.

S

akemm spiċċa żmien il-ħsad, ma kont missitli spallti u, għal darba oħra b’idi t-tajba, bqajt inħoss xejn. Idi kienet qisha mhux jien missejtilha idha. Kellha tkun l-aħħar darba tiegħi aktar. Lil marti ma għedtilha li missejna lil xulxin. xejn, imma kont naf li xi ħaġa kienet bdiet Issa għaddew ħames snin, u baqa’ ma missni tissuspetta diġà. Kif setgħet ma tindunax? Kont ħadd minn dakinhar sal-lum. Ħames snin inżomm idi dejjem magħfusa miegħi. sħaħ. Imma darba wara nofsinhar daħħalt idejja Meta mort għandu, il-qassis qagħad attent fl-ilma biex naħsel wiċċi, u l-ilma sar aħmar. li ma jmissnix. Ħares lejn idi, issa mgeżwra Subgħajja kien qed inixxi f’ċarruta. Ħares lejn wiċċi, Marti ġiet tiltaqa’ miegħi d-demm, inixxi sew. Lanqas li kien imdejjaq u mnikket. ħdejn bieb il-belt bi biss kont indunajt li ferejt lili Qatt ma tajtu tort għal dak li nnifsi. Kif qtajt lili nnifsi? B’xi xkora ħwejjeġ, ħobż u qalli. Hekk kienu għallmuh sikkina? Jew forsi bil-minġel? ftit muniti tal-flus. Ma jagħmel. Għatta ħalqu, ħareġ Bilfors, imma ma kont ħassejt qaltlix kelma waħda. idu, biex donnu jżommni xejn. ’l bogħod, u qalli, “Int “Ċappast ħwejġek ukoll,” qaltli marti b’leħen imniġġes!” U b’dik is-sentenza waħda, qasira, baxx. Kienet qiegħda warajja. Qabel ma dort tlift il-familja, l-għalqa, il-futur u l-ħbieb biex inħares lejha, ħarist ’l isfel lejn it-tbajja’ tiegħi. ħomor fuq ħwejġi. Bqajt għal ħin twil iċċassat Marti ġiet tiltaqa’ miegħi ħdejn bieb il-belt inħares lejn idejja. Irrealizzajt dak il-ħin li b’xi bi xkora ħwejjeġ, ħobż u ftit muniti tal-flus. mod jew ieħor ħajti kienet inbidlet għal dejjem. Ma qaltlix kelma waħda. Sa dak il-ħin kienu “Niġi miegħek ngħidu lill-qassis?” staqsietni nġabru wkoll xi nies, fosthom xi ħbieb. Dak li marti. “Le,” għedtilha, “immur jien waħdi.” rajt f’għajnejhom kien dak li bqajt nara f’kull Dort u ħarist f’għajnejha mdemmgħin. par għajnejn minn dakinhar sal-lum: ħarsa Ħdejn marti kien hemm it-tifla tagħna, ta’ tliet mbeżżgħa, ħarsa li titħassarni. U meta qbadt snin. Inżilt kokka ħdejha, mellistilha wiċċha miexi lejhom, kollha nġibdu lura minni. Ilb’idi t-tajba, imma ma għedt xejn. Xi stajt biża’ tagħhom mill-marda tiegħi kien akbar ngħidilha? Qomt u rġajt ħarist lejn marti. Hi mill-ħniena li ħassew għalija. Minn dakinhar


April 2018 | 9

’il quddiem, huma u kull min rajt – kulħadd – inġibed lura u baqa’ bogħod minni. Kemm ma stajtx inniżżilha din il-ħaġa! F’ħames snin ta’ lebbra, idejja kienu saru mkemmxin u sfigurati. It-truf tas-swaba’ kienu waqgħu, u anki t-truf ta’ widnejja u mnieħri. Kif kienu jarawni, il-missirijiet kienu jaqbdu ’l uliedhom u jżommuhom magħhom. L-ommijiet jgħattu wiċċhom bil-velu. It-tfal jippuntaw subgħajhom u jiċċassaw lejja. Wara ħames snin, il-faxex taċ-ċraret li kont nilbes ma setgħux jgħattu l-feriti kollha li kelli. Lanqas il-velu li bih kont ngħatti wiċċi ma kien jgħatti r-rabja li kelli f’għajnejja. Lanqas biss kont nipprova naħbiha. Min jaf kemm-il lejl għaqqadt il-ponn u xejjirtu lejn issema u għajjatt, “Jien x’għamilt biex jistħoqqli dan?” U bqajt ma ħadt l-ebda tweġiba. Xi wħud jaħsbu li għax dnibt. Oħrajn li kienu ommi u missieri li dinbu. Ma nafx. Naf biss li kont qtajt qalbi u għejejt għallaħħar. Iddejjaqt norqod mal-lebbrużi l-oħra u b’dik l-intiena; iddejjaqt b’dik il-qanpiena li kont obbligat inġorr imdendla ma’ għonqi biex navża lin-nies li ġej jien, il-lebbruż. Bħallikieku kien hemm bżonn qanpiena biex navża lin-nies li jien lebbruż! Biżżejjed iħarsu lejja minn taħt l-għajn, u malajr jgħajtu, “Imniġġes! Imniġġes!” Ftit ġimgħat ilu fettilli nimxi sar-raħal fejn kont ngħix qabel. Ma kelli l-ebda ħsieb li nidħol fir-raħal; xtaqt biss nerġa’ nara l-għelieqi tiegħi; nara d-dar tagħna. Forsi nara wiċċ marti! Ma rajthiex imma rajt ċorma tfal jilagħbu f’fetħa żgħira fl-għelieqi. Staħbejt wara siġra, u rajthom jiġru u jaqbżu.

Imma darba daħħalt idejja fl-ilma biex naħsel wiċċi … u l-ilma sar aħmar: subgħajja kien qed inixxi d-demm Wiċċhom kien jixgħel bil-ferħ. Id-daħk tagħhom kien kważi jittieħed, tant li għal mument – għal mument wieħed biss – ma ħassejtnix aktar lebbruż. Ħassejtni bidwi mill-ġdid; ħassejtni missier; ħassejtni raġel. Il-ferħ ta’ dawk it-tfal ġabli l-kuraġġ noħroġ minn wara dik is-siġra, niddritta dahri, nieħu nifs fit-tul ... imma qabel ma stajt nagħmel dan huma kienu diġà lemħuni. Qabel ma stajt nerġa’ lura, rawni. Bdew iwerżqu. Tferrxu u ħarbu. Waħda minnhom, imma, baqgħet hemm; ma ġrietx bħall-oħrajn. Waqfet u ħarset lejja. Ma nafx, ma nistax ngħid fiż-żgur, imma naħseb u nixtieq li m’iniex żbaljat, li dik it-tifla kienet binti, issa ta’ tmien snin. Ma nafx, ma nistax ngħid fiż-żgur, imma naħseb u nixtieq li m’iniex żbaljat, li dik it-tifla kienet qed tfittex lil missierha. Kienet dik il-ħarsa li ġegħlitni nagħmel il-pass li għamilt illum. Dażgur li kont għamilt ħaġa bla raġuni, riskjuża. Imma x’kelli x’nitlef? Huwa jsejjaħ lilu nnifsu ‘Bin Alla’. Mela jew se jismagħni nilmenta u joqtolni, jew jaċċetta t-talba tiegħi u jfejjaqni. U b’dawk il-ħsibijiet f’moħħi, ersaqt lejh, kważi biex nisfidah. Forsi dak li ressaqni lejh ma kenitx il-fidi imma r-rabja u d-disperazzjoni. Mhux Alla kien li ġab din il-marda fuq ġismi? Mela kellu jkun hu li, jew jirranġa kollox, jew itemm kollox. Imma mbagħad rajt lilu. U meta rajtu, inbdilt. Trid tiftakar li jien bidwi, m’iniex xi


10 | April 2018

Imma għalih ma kienx biżżejjed li jkellimni. poeta, għalhekk ma nistax insib il-kliem biex Hu resaq lejja. Hu messni. F’ħames snin sħaħ niddeskrivi eżattament dak li rajt. Nista’ ngħid ħadd ma kien messni. Sakemm wasal illum. biss li xi drabi kmieni filgħodu fil-Lhudija tant “Irrid!” Kliemu ħassejthom fuqi ġentili daqs ikun frisk u tlugħ ix-xemx huwa tant sabiħ, idejh. “Kun imfejjaq!” li meta tarahom tinsa s-sħana tal-ġurnata Ħassejt enerġija kbira tiġri ma’ ġismi kollu, ta’ lbieraħ u l-uġigħ kollu tal-passat. Meta qisu l-ilma qed jimla l-ħamrija meta kont ħarist lejn wiċċu, ilmaħt ix-xemx tielgħa insaqqi l-għelieqi ħames snin ilu. F’ħakka f’għodwa Lhudija. Qabel ma kellimni, kont ta’ għajn, ħassejt ċerta sħana fejn qabel kont naf li jimpurtah minni. B’xi mod kont ċert imtarrax. Ħassejt qawwa fejn qabel kien niexef. li hu kien jobgħod din il-marda daqskemm Dahri ddritta, rasi qamet ’il fuq. Fejn qabel kont nobgħodha jien. Anzi, le, jobgħodha aktar mgħawweġ u nwassal biss sa qaddu, issa stajt milli nobgħodha jien! Bil-mod il-mod, ir-rabja noqgħod dritt, b’għajnejja bi dritt wiċċu. Wiċċu tiegħi nbidlet f’fiduċja, u l-biża’ nbidel f’tama. b’għajnejh fondi u jitbissmu. Bqajt moħbi wara blata. Ħames snin ilu kienet Żammli wiċċi f’idu u Rajtu nieżel l-għolja. Folla ġibidni lejh. Tant żammni nies warajh. Stennejt marti li resqet lejja. sakemm wasal ftit passi Kienet l-aħħar persuna li viċin tiegħu li stajt inħoss in-nifs sħun tiegħu u nara bogħod minni. Kif wasal, għamlet hekk. Issa resaq d-dmugħ f’għajnejh. Stajt ħriġt minn fejn kont. lejja hu. Ma ċċaqlaqtx. nisma’ qalbu tħabbat. “Qis li “Mgħallem!” ma tgħid lil ħadd, iżda mur Hu waqaf u ħares lejn fejn uri ruħek lill-qassis u agħmel l-offerta li ordna kont jien. Ħafna nies waqfu wkoll u qabadhom Mosè, biex hekk tagħti xhieda li inti fiqt.” biża’ kbir: min jgħatti wiċċu, min jaħbi t-tfal U propju dak li sejjer nagħmel bħalissa. Se warajh. “Imniġġes!” xi ħadd għajjat. Nerġa’ mmur nuri ruħi lill-qassis u ngħannqu. Se ngħid, ma nagħtihomx tort. Wara kollox, mmur nuri lili nnifsi lil marti, u ngħannaqha. ġismi kien sar ferita sħiħa. Imma jien lil dawn U se nerfa’ lil binti, u ngħannaqha wkoll. bil-kemm smajthom, u bil-kemm rajthom. Qatt ma jien ninsa lil dak li kellu l-kuraġġ Il-paniku tagħhom kont rajtu elf darba. Ilimissni. Naf li seta’, kieku ried, ifejjaqni ħniena li kellu f’wiċċu l-Imgħallem, imma, ma b’kelma waħda. Imma hu mhux ifejjaqni biss kont rajtha qatt qabel. Kulħadd inġibed lura, ried. Hu ried jonorani, jgħożżni, jirrispettani, minbarra hu. Hu resaq lejja. Lejja! jagħtini dinjità. Aħseb ftit! Ma kienx jistħoqqli Ħames snin ilu kienet marti li resqet lejja. li jmissni bniedem, imma kien jistħoqqli li Kienet l-aħħar persuna li għamlet hekk. Issa jmissni Alla nnifsu! resaq lejja hu. Ma ċċaqlaqtx. Jien tkellimt biss u għedtlu, “Mulej, jekk trid, tista’ tfejjaqni.” Kieku fejjaqni b’kelma, kont niġġennen bil-ferħ. Maqlub minn ‘How it might have been’



12 | April 2018

J AM P. M a rce l lo G h i r l a n do O F M S A L M I G Ħ LAILTURĠ K UL JI U

Alla jibqa’ joħloq Salm 104 Bierek ruħ tiegħi, il-Mulej! Mulej, Alla tiegħi, inti kbir bil-bosta! Bis-sebħ u l-ġmiel inti mlibbes, bid-dawl, bħal b’mantell, inti mkebbeb. Inti frixt is-smewwiet bħal tinda, waqqaft fuq l-ilma l-għamajjar għolja tiegħek. Inti tagħmel is-sħab mirkeb tiegħek, fuq ġwienaħ ir-riħ tiġġerra. L-irjieħ tagħmilhom ħabbara tiegħek, u l-ilsna tan-nar qaddejja tiegħek. Int waqqaft l-art fuq is-sisien tagħha, b’mod li qatt ma titħarrek; bl-ibħra, bħal b’libsa, inti ksejtha; u l-ilmijiet waqfu fuq qċaċet l-għoljiet. Malli inti ċċanfarhom, jaħarbu; malli jriegħed leħnek, jitkexkxu. Mal-għoljiet jogħlew, fil-widien jinżlu; posthom, li int tajthom, jieħdu. Ma jaqbżux it-tarf li int ħażżiżtilhom, biex qatt aktar ma jerġgħu jgħattu l-art. L-għejjun tiftħilhom għal ġol-widien, u huma jiġru qalb l-għoljiet.

u tixba’ l-art bil-frott ta’ għemilek. Inti tnibbet il-ħdura għall-bhejjem, u l-ħxejjex li bihom jinqeda l-bniedem, biex joħroġ il-ħobż mill-art, inbid li jferraħ qalb il-bniedem, żejt li jsebbħilhom wiċċhom, u ħobż li jsaħħilhom qalbhom. Jixbgħu bl-ilma s-siġar tal-Mulej, iċ-ċedri tal-Libanu li hu ħawwel. Fihom ibejtu l-għasafar, iċ-ċikonja tgħammar fil-qċaċet tagħhom. Fl-għoljiet il-kbar joqogħdu ċ-ċriev, l-irdum jagħti l-kenn lill-fniek tax-xagħri. Il-qamar int għamilt biex juri ż-żmien, u lix-xemx urejtha xħin għandha tinżel. Titfa’ d-dlam, u jsir il-lejl; fih jiġġerrew il-bhejjem kollha tal-bosk. Frieħ l-iljun jgħajtu biex jaħtfu, jittallbu mingħand Alla l-ikel tagħhom. Malli titla’ x-xemx jinġabru, fl-għerien tagħhom jitgeddsu. U l-bniedem joħroġ għax-xogħol, u jibqa’ jaħdem sa filgħaxija.

Jisqu l-bhejjem kollha tar-raba’, u l-ħmir selvaġġi jaqtgħu l-għatx tagħhom. Ħdejhom jgħammru l-għasafar tal-ajru, minn qalb il-friegħi jsemmgħu l-għana tagħhom. Inti ssaqqi l-muntanji mill-imħażen għolja tiegħek,

Kemm huma kotrana l-għemejjel tiegħek, Mulej! Kollha bl-għerf għamilthom; Mimlija l-art bil-ħlejjaq tiegħek. Dan il-baħar ta’ kobor u wisa’ bla tarf, li fih jimraħ ħut bla għadd;


April 2018 | 13

bhejjem żgħar u bhejjem kbar. Id-dgħajjes jimxu fuq il-mewġ tiegħu, fih jitliegħeb il-Levjatan, li int għamilt. Minnek jistennew il-ħlejjaq kollha li tagħtihom ikilhom f’waqtu. Inti tagħtihom, u huma jiġbru; tiftaħ idejk, u jixbgħu bil-ġid. Jekk taħbi wiċċek, huma jinfixlu; jekk teħdilhom nifishom, imutu, u lejn it-trab jerġgħu jmorru. Malli tibgħat in-nifs tiegħek, jinħolqu, u inti ġġedded il-wiċċ tal-art.

“Kemm huma kotrana l-għemejjel tiegħek, Mulej!”

Meta taqra u tfaħħar lil Alla b’dan is-salm żgur li tiftakar fil-Kantiku tal-Ħlejjaq li ħareġ mill-qalb ta’ San Franġisk ta’ Assisi: “Twajjeb Mulej, int l-ogħla tista’ kollox, għalik issebħ, tifħir u ġieħ. Jixirqu lilek biss u l-ebda bniedem ma jlissen il-ġmiel ta’ ismek sabiħ. Ħallihom ifaħħruk il-ħlejjaq kollha!” Is-Salmista jgħanni l-glorja ta’ Alla filħolqien. Huwa affaxxinat bis-smewwiet li huma rivelazzjoni tal-glorja ta’ Alla (vrus 1-4); jikkontempla l-armonja li joħolqu l-art u l-ilmijiet (vrus 5-9), filwaqt li jiggosta dak kollu li jgħix u li juri l-glorja ta’ Alla Ħallieq: l-għejun, il-bhejjem, l-għasafar tal-ajru, il-ħdura u l-ħxejjex, l-art li tagħti l-frott, ilħobż (vrus 10-18). Kollox ġmiel u armonija: il-lejl u n-nhar, il-bhejjem li jiġġerrew billejl fil-bosk u l-bniedem li ma’ tlugħ ix-xemx joħroġ għaxxogħol u jibqa’ jaħdem sa filgħaxija (vrus 19-24). Mhux ta’ b’xejn li s-Salmista jgħanni minn qiegħ qalbu: “Kemm huma kotrana l-għemejjel tiegħek, Mulej! Kollha bilgħerf għamilthom; mimlija l-art bilħlejjaq tiegħek!”

Jibqa’ sebħ il-Mulej għal dejjem! Jifraħ il-Mulej bl-għemejjel tiegħu! Kif hu jħares lejn l-art titheżżeż; kif imiss l-għoljiet, idaħħnu. Ngħanni lill-Mulej tul ħajti kollha, indoqq lil Alla tiegħi kemm indum ħaj. Ħa togħġbu l-għanja tiegħi, għax jiena fil-Mulej l-hena tiegħi. Jintemmu minn fuq l-art il-midinbin, u jgħibu l-ħżiena. Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej. Hallelujah!

Għalhekk, il-baħar mhuwiex aktar il-mostru tal-ħażen imma x-xenarju ta’ ħajja: ħut bla għadd, bhejjem żgħar u bhejjem kbar, dgħajjes li jimxu fuq il-mewġ (vrus 25-26). Alla huwa l-Ħallieq: kollox għamel tajjeb u sabiħ, kollox ġmiel. U jibqa’ joħloq, għax il-ħolqien ma ntemmx! Joħloq bil-qawwa talispirtu tiegħu; “Malli tibgħat in-nifs tiegħek, jinħolqu, u inti ġġedded il-wiċċ tal-art” (vrus 27-34). Quddiem dan is-sebħ u ġmiel ta’ ħolqien, il-bniedem jistgħaġeb u jfaħħar lill-Ħallieq: “Kemm huma kotrana l-għemejjel tiegħek, Mulej! Kollha bil-għerf għamilthom; mimlija l-art bil-ħlejjaq tiegħek!” Kull bniedem jiġi mistieden jgħanni lill-Mulej għall-ħolqien, rivelazzjoni tal-ġmiel ta’ Alla, “hena tiegħi”. Għanja li ssir bil-kliem, imma fuq kollox bl-għemil u bl-impenn li dan ilġmiel ma jinqeridx, ma jiġix sfruttat u abbużat. Hija għanja li timpenjana nħarsu l-ħolqien. Allura mbagħad l-għaqda tagħna ma’ Franġisku ta’ Assisi, li jgħanni l-“Laudato sì” lil Alla Ħallieq, tkun sinċiera u ħierġa mill-qalb. “Kemm huma kotrana l-għemejjel tiegħek, Mulej! Kollha bil-għerf għamilthom; mimlija l-art bil-ħlejjaq tiegħek!”


S . C A R D O N A żgħa ż agħ

14 | April 2018

Tħobb timxi?

C

armen hija tfajla kreattiva ħafna u mix-xejn kapaċi toħloq xi ħaġa sabiħa. Tħobb ukoll torganizza mixjiet f’Malta u Għawdex fejn tagħżel mogħdijiet stabbiliti biex ma ssirx ħsara lill-ambjent. Sħabha u oħrajn li jħobbu jingħaqdu magħha jkunu jistennew il-ġurnata biex jerħulha jimxu f’wieħed mill-pajsaġġi sbieħ li għandna filgżejjer tagħna. Fost dak li għandhom ippjanat hemm ilmixja tal-Maqluba mis-Siġġiewi sal-Qrendi, il-mixja tal-Girgenti mill-Buskett sasSiġġiewi, il-mixja f’Tas-Silġ minn Marsaskala sa Marsaxlokk, il-mixja tal-Fawwara, u l-mixja mill-Baħrija sal-Imtaħleb. Jixtiequ jimxu wkoll f’Kemmuna u f’Għawdex, fosthom Wied il-Għasri (Żebbuġ) u Wied il-Mielaħ (Għarb). F’dawn il-mixjiet ma jonqosx li jieklu, jixorbu u jkantaw ukoll! Carmen tinkludi wkoll waqfiet fejn jgħaddu ħinijiet ta’ silenzju, talb u qsim ta’ esperjenzi bejniethom. Dejjem jirnexxilha toħroġ b’xi ħaġa sabiħa meta jiġu biex jinġabru ftit u jitolbu f’ambjent naturali. Fil-mixja tal-lum waqqfithom ftit fuq il-ħaxix ħdejn għadira żgħira tal-ilma u qaltilhom: “Illum se nirriflettu dwar it-tamiet u x-xewqat tagħna; xewqat personali, xewqat dwar il-familji tagħna u xewqat għad-dinja li lkoll ngħixu fiha.” U kompliet: • Aħsbu f’dak li hu importanti fil-ħajja tagħkom. X’tixtiequ li jseħħ f’ħajjitkom, fil-familja tagħkom, fl-ambjenti li tgħixu fihom kuljum?

• Aħsbu dwar dak li tixtiequ twettqu filħajja, kemm issa kif ukoll ’il quddiem. • X’inhi dik ix-xewqa sabiħa li dejjem toħlom dwarha imma forsi taraha impossibbli li sseħħ, u għalhekk trid taħdem ħafna għaliha? • X’inhi t-tama tiegħek għad-dinja? Imbagħad, mill-basket tagħha ħarġet ftit karti mqasqsin f’forom ta’ fjuri u tathom waħda kull wieħed biex jiktbu fuqhom dawn ix-xewqat f’forma ta’ talba lil Alla. Imbagħad qaltilhom biex jitwu l-petali lejn in-nofs u jpoġġuhom f’wiċċ l-ilma f’dik l-għadira żgħira. Stednithom jaraw kif, bil-mod il-mod, ilpetali tal-karti jinfetħu hekk kif imissu malilma u staqsiethom kif qed iħossuhom waqt li qed jaraw il-petali bix-xewqat tagħhom jinfetħu. Imbagħad kulħadd qal x’kienet ix-xewqa tiegħu. Fosthom kien hemm żagħżugħ li talab hekk: ‘Mulej, inti taf il-ħolm u x-xewqat tiegħi kollha u nispera li dawn huma parti mill-pjanijiet tiegħek għalija. B’fidi sħiħa fik se nafda u noffri dawn ix-xewqat tiegħi f’idejk. Inti li tinsab dejjem miegħi, nitolbok biex jekk inti trid, toħroġ minnhom dak li tixtieq int u dak li hu l-aħjar għalija.’ Grazzi lil Silvana Cardona għall-artikli li kitbet għal din il-paġna u li se terġa’ tkun magħna aktar tard din is-sena.


LOVE EVERY STEP SPRING WALKERS 2018


WINDSTEP 2 Black - 36-42 €70.00

WINDSTEP Lilac - 36-42 €70.00 WINDSTEP 2 Wine - 36-42 €70.00

YORIA LACES Beige - 35-42 €94.00 WINDSTEP Silver - 36-42 €70.00

YORIA SLIP-ON Black - 36-42 €94.00 WINDSTEP Beige - 36-42 €70.00 GLADE Fuschia - 36-42 €70.00 YORIA LACES Black - 36-42 €99.00


CHARLIZE Silver - 36-42 €99.00 ENERGY PLUS White - 35-46 €89.00 NEW SPRINTER Black/Silver - 35-46 €77.00 CHARLIZE Black - 36-42 €99.00 ENERGY PLUS Black - 35-46 €89.00 SPRINTER White/Blue - 36-46 €75.00

PHAN LACES Grey - 36-42 €80.00

walk!

PHAN LACES Navy/Purple - 36-42 €82.00


Light LEGS all day long Available from Scholl Foothealth Centres at: The Point-Tigne, Mosta, Fgura, Valletta and Abela’s Health and Beauty Centre Victoria-Gozo, and from all leading pharmacies. Tel: 20601148

www.schollfoothealthcentre.com While every effort has been made to ensure the accuracy of the information contained within this advert prices may be subject to change and not all sizes and colours may be available.


L I N G WAĠĠ I TA’ M Ħ A B B A

April 2018 | 19

Il-lingwaġġi ta’ mħabba huma ħamsa: kliem ta’ inkuraġġiment, quality time, rigali, qadi lil xulxin, u ‘immissu’ lil xulxin. Mhux faċli tkun taf liema minnhom int stess tippreferi li żewġek (jew martek jew kull wieħed minn uliedek) ‘ikellmuk’ bih. Lanqas mhu faċli tkun taf b’liema lingwaġġ huma jippreferu li int ‘tkellem’ lilhom. Trid iż-żmien u l-paċenzja biex tinduna. Imma l-isforz li tagħmel biex issib dan il-lingwaġġ se jġib profondità u intimità fir-relazzjoni ta’ bejnietkom li forsi qatt ma immaġinajt li jista’ jkollkom qabel.

Quality jew Quantity time? Jekk għalik ‘quality time’ hu l-aktar lingwaġġ importanti, trid tara kif se ‘titkellem’ bih ma’ dawk li tgħix magħhom … u kif se turihom li qed tistennieh mingħandhom.

M

a’ dawk qrib tagħna mhux biss ‘quality time’ hemm bżonn imma anki ‘quantity time’. Kull relazzjoni għandha bżonn ċerta kwantità ta’ ħin flimkien. Ma’ min inħobbu ma noqogħdux inkejlu jew ngħoddu l-minuti. Ċertament li ‘quality time’ flimkien ma jfissirx biss li nkunu ħdejn xulxin. Għax nistgħu nkunu ħdejn xulxin fl-istess kamra imma xorta ma nkunux ‘flimkien’. Biex tagħti ‘quality time’ trid tkun lest titlaq dak li tkun qed tagħmel biex tagħti l-attenzjoni tiegħek kollha lill-ieħor.

X’inhu ‘quality time’? • Ikun ‘quality’ meta nitkellmu u nagħtu lil xulxin l-attenzjoni sħiħa tagħna, bħal meta biex nitkellmu nkunu lesti nitfu t-tv u nħarsu lejn xulxin. • Ifisser, fil-każ tat-tfal, li tipprova tinżel għal-livell ta’ dak li huma kapaċi jifhmu. • Ninvolvu ruħna u nuru interess f’dak li jħobb l-ieħor u dak li hu importanti għalih. • Meta nagħtu l-attenzjoni sħiħa tagħna nkunu qed nuru li aħna qed nagħtu kas, li aħna importanti għal xulxin, li nieħdu pjaċir fil-kumpanija ta’ xulxin. Konverżazzjoni ta’ kwalità Dan ifisser li meta nitkellmu ma nitkellmux biss fuq affarijiet prattiċi bħal min se jmur jixtri jew min se jċempel lill-electrician.


20 | April 2018

Ifisser li naqsmu l-ħsibijiet, l-esperjenzi, issentimenti u x-xewqat tagħna f’atmosfera fejn dak li qed jisimgħek għandu ħin għalik, li tista’ tafdah u li mhux se jwaqqgħek għaċċajt. Meta aħna nfittxu lil xi ħadd ma’ min nitkellmu, ma nkunux qed infittxu l-parir tiegħu jew biex isolvilna l-problema. Ikun biżżejjed jekk jurina li lest jismagħna. Tips prattiċi • Żomm ‘eye contact’ ma’ min tkun qed titkellem jew tisma’. Dan jgħin mhux biss biex tifhem dak li qed jgħidulek imma wkoll biex turihom li int qed tagħtihom l-attenzjoni kollha tiegħek. • Oqgħod attent għal dawk il-kliem li jesprimu sentimenti. U meta f’xi waqtiet tintervieni, uża kliem bħal: “Tidher kuntent ħafna!” jew “Kemm hi diffiċli din il-ħaġa, hux?” jew “Naħseb li ddispjaċik, mela!” • Isma’ mhux biss il-kliem li jgħidlek imma wkoll il-‘body language’, it-ton, il-ħarsa. Dan jgħinek tinduna wkoll x’sentimenti qed iħoss. Ftakar li 20 fil-mija biss millkomunikazzjoni ssir bil-kliem.

• Tinterrompix, la bil-pariri u lanqas b’bumbardament ta’ mistoqsijiet. Tibżax mis-silenzju. • Tesprimix ġudizzju fuq is-sentiment li jesprimi l-ieħor. Jekk jgħidlek li qed iħossu rrabjat, tgħidlux, “Le, ta, tirrabjax għax dak ħażin.” Isma’ bla ma tiġġudika. • Toqgħodx moħħok f’dak li se tgħid int, inkella ma tismax kulma jkun qed jgħidlek l-ieħor. • Jista’ jkun li ssibha diffiċli tgħid kif qed tħossok jew x’tixtieq għax meta kont żgħir qatt ma inkuraġġewk tesprimi s-sentimenti tiegħek. Ippruvaw sibu ħin kuljum li fih tirrakkuntaw lil xulxin tliet affarijiet li ġraw fil-ġurnata tagħkom u għidu kif tħossukom dwarhom. Ħin l-ikel jista’ jservi għalhekk ukoll. Attivitajiet ta’ kwalità Dawn tridu tagħmluhom flimkien b’mod li wara tħossu ġo fikom: “Qed jagħti kasi. Jien importanti għalih. Kien lest jagħmel xi ħaġa miegħi li jien nieħu gost nagħmel u għamel dan bi pjaċir, mhux qisu qed jagħmel sagrifiċċju kbir għalija.” Pereżempju, tisimgħu ftit mużika flimkien, mixja flimkien, logħba dominos (iva, anki bejn il-miżżewġin!). Fil-każ tat-tfal, naturalment, l-attivitajiet jinbidlu skont l-età. Dawn l-attivitajiet ta’ kwalità jipprovdu speċi ta’ ħażna ta’ memorji li jġagħlukom tħossukom tajjeb meta tiftakru fihom aktar tard fil-ħajja. Aħseb ftit • Issibha diffiċli tagħti ‘quality time’ lil żewġek (jew martek jew uliedek)? • Qiegħed tagħti wkoll ‘quantity time’? • X’taħseb li tista’ tagħmel biex ‘titgħallem’ dan il-lingwaġġ? • Lil min (jew lil xiex) tajt ħafna ‘quality time’ din il-ġimgħa?



22 | April 2018

Il-Fostering J

ohn u Miriam huma koppja żagħżugħa. Għandhom tifla, Kylie, ta’ tmien snin. John u Miriam kienu ilhom interessati filfostering. Wara li tkellmu bejniethom, ċemplu lill-Aġenzija Appoġġ għal iktar informazzjoni. Ħaddiema soċjali mit-tim tal-fostering spjegatilhom li biex ikunu jistgħu jiffosterjaw iridu jiġu approvati mill-Bord tal-Fostering. Spjegatilhom ukoll li jkun meħtieġ li jattendu għal taħriġ apposta u wara jiġu assessjati. Qabel ma bdew it-taħriġ, il-ħaddiema soċjali żaret lill-familja, u spjegatilhom il-proċess. Huma kellhom l-opportunità jistaqsu xi mistoqsijiet ukoll. Wara li l-koppja attendiet għat-taħriġ, beda l-proċess tal-assessjar tal-abbiltajiet u l-ħiliet tagħhom biex irabbu tfal fuq bażi ta’ fostering. Wara dan, inkiteb rapport mill-ħaddiema soċjali li ntbagħat lillBord tal-Fostering biex ikunu approvati bħala ‘foster carers’. Ftit taż-żmien wara qam il-bżonn li tinstab familja għal Mark, tifel ta’ erba’ snin. Dan, minħabba raġunijiet ta’ saħħa ta’ missieru, ma setax ikompli jgħix mal-familja bijoloġika tiegħu. Fil-fatt, kienu l-istess ġenituri tiegħu li talbu l-għajnuna tal-Aġenzija Appoġġ biex tinstab familja għal Mark. It-tim talFostering ikkuntattja lil John u Miriam biex jaraw jistgħux jiffosterjaw liċ-ċkejken Mark. John, Miriam u binthom Kylie laqgħu lil Mark fil-familja tagħhom. Dan il-proċess jissejjaħ ‘matching’.

FSWS

Filwaqt li l-ġenituri ta’ Mark setgħu jiffukaw fuq il-problemi tas-saħħa ta’ missier Mark, Mark kien qiegħed jgħix ma’ John, Miriam u Kylie. B’danakollu, huwa kien jiltaqa’ mal-ġenituri tiegħu darbtejn filġimgħa. Wara xi sena, ġie deċiż li Mark seta’ jmur lura mal-familja tiegħu, għaliex il-missier kien fieq u għax kien fl-aħjar interess ta’ Mark li jerġa’ lura magħhom. Għaldaqstant sar il-proċess meħtieġ biex din t-transizzjoni issir gradwalment. Għalkemm Mark ma baqax jgħix ma’ John, Miriam u Kylie, ir-relazzjoni bejn il-‘foster carers’ u l-ġenituri bijoloġiċi ta’ Mark hija tajba ħafna, ibbażata fuq rispett reċiproku. Tant hu hekk li l-ġenituri ta’ Mark iqisu lil John u Miriam u Kylie bħala l-familja estiża tagħhom. L-għan ewlieni tas-Servizz tal-Fostering fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ hu li joffri esperjenza ta’ familja lil tfal li, bħal Mark, ma jistgħux jgħixu mal-familja bijoloġika tagħhom. It-tfal jingħataw l-opportunità li jgħixu f’ambjent ta’ familja fejn jingħataw imħabba, sigurtà u stabbiltà, waqt li jingħataw diversi opportunitajiet biex jiżviluppaw il-kapaċitajiet, il-ħiliet u l-karattri tagħhom bl-għan li jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom. Fondazzjoni Għal Servizzi ta’ Ħarsien Socjali Interessat tibda l-proċess tal-‘fostering’? Ikkuntattja lit-tim tal-Fostering fuq 2295 9000.

Niltaqgħu mal-Mulej li qam 6 ta’ April 7pm sat-8 ta’ April 3pm, Mount St Joseph, Mosta. Imexxi: Fr Josef Briffa sj. Irtir / workshop dwar l-esperjenza tal-Passjoni u l-Qawmien kif għexuhom l-Appostli Pietru u Ġwanni. Jinkludi mumenti ta’ talb personali, xi mixja fil-kampanja u taħditiet minn Fr Josef Briffa sj (arkeologu, studjuż tal-Bibbja u jħobb in-natura). Għal aktar dettalji: info@mtsjoseph.org jew ċempel 2276 0000.

v


April 2018 | 23

X H I E DA To n io P u l i s

Iħallsu prezz għoli Aħna bil-knejjes imżejna; ħutna bil-knejjes maħruqa u mkissra.

I

l-wirja ta’ oġġetti sagri li tħallew millISIS wara l-ħerba li jħallu warajhom kienet għalija okkażjoni ta’ riflessjoni. Ħsiebi mar lil hinn mill-oġġetti infushom. Dawn l-oġġetti saru ikoni ta’ Nsara li qed iħallsu prezz għall-fidi tagħhom. Id-daqqiet u t-tkissir fuq l-oġġetti huma simbolu talpersekuzzjoni. Kull oġġett għandu warajh storja ta’ tbatija. Kull oġġett hu mċappas biddemm tal-martri. In-numru ta’ Kristjani ppersegwitati llum hu aktar minn 215-il miljun f’50 pajjiż. Fi kliem il-Papa nnifsu, aktar hemm martri llum milli fl-ewwel żminijiet tal-Knisja. Kienet inizjattiva f’waqtha li l-Aid to the Church in Need (Malta) tellgħet din il-wirja. Tajjeb li l-Insara Maltin isiru aktar konxji ta’ x’inhu jiġri f’pajjiżi fejn l-Insara huma minoranzi maħkuma u ppersegwitati. Aħna mdorrijin naraw knejjes imżejna għall-festi filparroċċi tagħna, imma dawn l-Insara jaraw knejjes maħruqa u mkissra, u jirriskjaw ħajjithom kull darba li jmorru l-Knisja. Dawn l-Insara jgħallmuna biex ma neħdux il-fidi tagħna for granted. Dawn l-oġġetti fakkruni wkoll f’dawk is-saċerdoti u r-reliġjużi li baqgħu f’dawn il-pajjiżi minkejja r-riskju. Dawn ir-ragħajja tal-erwieħ huma eroj tal-Knisja u tajjeb niftakru fihom spiss fit-talb tagħna. Dawn

l-eroj huma messaġġ ta’ tama u kuraġġ għal dawn l-Insara. Grazzi għas-sapport morali u materjali tal-benefatturi tal-Aid to the Church in Need, saċerdoti u reliġjużi jistgħu jkomplu bil-missjoni tagħhom f’ċirkustanzi diffiċli. Li wieħed jiftakar fil-qagħda ta’ dawn l-Insara u jagħtihom sapport spiritwali u materjali huwa mod tajjeb kif ngħixu Żmien il-Għid. It-tbatija ta’ dawn l-Insara, imwaħħda mat-tbatija tal-Passjoni u l-mewt ta’ Ġesù, toffri qawwa u fejqan. Dawn l-Insara huma xhieda siekta tal-qawwa tas-salib f’dinja pagana li warrbet lil Alla. Jekk hemm eżempju ta’ kif ikun il-veru Nisrani, dan issibu propju f’dawn l-Insara li qed iġorru s-salib kuljum. Fid-dawl ta’ dan kollu, il-ħidma tal-Aid to the Church in Need tkompli tikber b’risq ħutna l-ippersegwitati. Grazzi għal din il-ħidma, issitwazzjoni tal-Insara ppersegwitati qed tkun aktar magħrufa u għalhekk ma jħossuhomx weħidhom f’dan ittiġrib. Is-solidarjetà u t-talb tagħna huma meħtieġa biex ħutna jkomplu jirreżistu t-tiġrib li kontinwament qed jagħmlilhom il-prattika tal-fidi tagħhom diffiċli. Tista’ tikkuntattja lill-Aid to the Church in Need (Malta) hekk: 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard; 21487818; info@acnmalta. org; facebook.com/Aid-To-The-Church-InNeed-MALTA.


D ot t. G odf r e y Agi u s Saħħi t n a

24 | April 2018

COPD

Chronic Obstructive Pulmonary Disease

D

in il-kundizzjoni hija infjammazzjoni kronika tal-pulmun li biha jitnaqqas il-passaġġ tal-arja ’l ġewwa u ’l barra fil-pajpijiet tal-pulmun. Kif nafu, l-arja tidħol mill-ħalq u tinżel fil-pulmun minn pajpijiet li jiċkienu bħal friegħi tas-siġar sakemm tasal fit-tarf fejn ikun hemm bżieżaq żgħar li fihom jitnaddaf id-demm mill-‘carbon dioxide’ u jirċievi l-ossiġnu. Il-ħsara tas-COPD hija meta dawn il-bżieżaq jitilfu l-elastiċità tagħhom u jintefħu, u t-tindif tad-demm mill-‘carbon dioxide gas’ ma jsirx kif suppost u lanqas ma jidħol ossiġnu fid-demm. Min ikollu din ilkundizzjoni huwa aktar suġġett għall-mard tal-qalb u l-kanċer tal-pulmun u mard ieħor. Taqbdek jekk tpejjep jew tkun espost għaddħaħen u l-gassijiet li jirritaw il-pulmun. Sintomi: Is-sintomi tas-COPD huma qtugħ ta’ nifs, sogħla, katarru, bili u tisfir man-nifs. Kull filgħodu tkun trid tisgħol biex titnaddaf mill-bili li jkunu nġemgħu mal-lejl. Dawn jistgħu jkunu bojod, sofor jew ħodor, skont jekk hemmx infezzjoni. Jista’ jkun hemm ukoll kulur blu fix-xofftejn u taħt id-dwiefer minħabba nuqqas ta’ ossiġnu fid-demm. Sintomi oħra jistgħu jkunu wkoll infezzjonijiet tal-pulmun, nuqqas ta’ enerġija u nefħa fir-riġlejn. Forom ta’ COPD: Hemm żewġ forom prinċipali ta’ COPD: l-emphysema u l-bronkite kronika. Emphysema hija kundizzjoni tal-pulmun meta l-passaġġi żgħar ma jkunux qed jaħdmu kif suppost għax id-duħħan ikun ħaraqhom. Il-ħsara tkun permanenti. Il-bronkite kronika hija infjammazzjoni kontinwa tal-pajpijiet iż-żgħar u ġġib sogħla u katarru. Din tiġi

bil-mod u ħafna drabi tibda tinħass minn 40 sena ’l fuq. Dijanjosi: Biex tkun taf għandekx din il-kundizzjoni trid tagħmel testijiet taddemm għal analiżi tal-ossiġnu (gass tajjeb li għandna bżonn biex ngħixu; jinstab fl-arja nadifa) u l-‘carbon dioxide’ (gass ħażin li joħroġ meta tieħu nifs ’l barra). Jittieħed ukoll X-ray tal-pulmun biex tkun taf għandekx ‘emphysema’, jekk il-qalb hix kbira u qed tbati, xi tbajja’ li mhux suppost qegħdin hemm. Forsi jsir ukoll CT scan għal aktar dettall dwar il-ħsara li hemm. Kura: Din tvarja skont kemm ilkundizzjoni tkun avvanzata, u din issir l-aktar b’inhalers moderni u effettivi (u b’side effects mill-inqas) u l-pilloli, kultant steroids, li minkejja ‘side effects’ huma tajbin ħafna. Użahom tajjeb taħt is-superviżjoni tat-tabib. Imxi fuq li jgħidlek hu, imma l-ewwel ħaġa li trid tagħmel hi li taqta’ t-tipjip!

Normali

Morda

Pulmun


Ħafna nies idumu biex itejbu s-smigħ tagħhom. Jagħmlu ħajjithom aktar diffiċli għalxejn. Jekk m'intix moqdi fis-smiegħ, kellimna. ■ Test b'xejn ■ Noffru l-aqwa teknoloġija, u fuq kollox, servizz eċċezzjonali. ■ Prezzijiet jibdew minn €350. ■ Perijodu ta' prova biex tkun ċert li mort għall-aħjar. ■ Nagħmlu viżti fid-djar ukoll. ■ Matul 21 sena, għinna mijiet ta’ nies, nagħmlu ħilitna miegħek ukoll. ■ Isma’ u gawdi d-diskors, telefon, televiżjoni, radju u mobile. Għin lilek innifsek u lil ta' madwarek.

Ċempel fuq 21576171 jew emejl fuq info@beacon.com.mt NIBAGĦTU HEARING AID BATTERIES BIL-POSTA: 4 pakketti qies 10,13 jew 312 - €15 (total ta' 24 batterija) 2 pakketti qies 675 - €7.50 (total ta' 12-il batterija) Flimkien ma’ din il-formola, ibagħat ċekk lil Beacon Healthcare Ltd. - Triq il-Qawra - Qawra SPB1900 u tirċevuhom bil-posta. Isem: Indirizz:

Telefon jew Mobile : e-mail: Qies ta’ batteriji: 10

13

312

375



Logħob • C l au dia C i n i

April 2018 | 27

Weqfin 1. Metall li dari kien jintuża għall-borom (5) 2. Fil-Bibbja nsibu 150 wieħed bħalu (4) 4. Plural ta’ elf (4) 5. Magħqudin ħaġa waħda (5) 6. Għanja ta’ tifħir (4) 7. Għal xi żmien kien jipprietka ma’ San Pawl (7) 8. Tintlibes fil-pala tal-id (7) 13. Għar preistoriku qrib Birżebbuġa (5) 14. Ħila, sengħa, talent (4) 15. Hekk ikun! (5) 17. Kunjom li bil-maqlub jiġi l-kap tal-Knisja (4) 18. Qawl: Aħjar ras ta’ nemla minn denb ta’ ---(Aħjar taħdem għal rasek milli taqdi lil ħaddieħor.) (4)

A B C D E F G H I J K L M

D-Y S+Z P+K NxH C-I Y+P J-B D÷N R-Z SxS W-U T-B NxK

2

7 25

N O P Q R S T U V W X Y Z

X-G J-Z T÷E O÷N QxE L÷K F+P H+H NxN ExV AxE L÷E W-C

3

Tisliba 1

2

3

4

5

6 7

8

9

10

11

12

13

14

16

15

17

18

19

20

21

Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor Mimduda: 1. BAĦRI, 3. SPARK, 7. ĠUŻEPPI, 9. DLAM, 10. ALPI, 11. EDEN, 12. IBEN, 16. ŻONA, 18. ETNA, 19. ANFIBJU, 20. NAĦAL, 21. TADAM Weqfin: 1. BAJDA, 2. RDUM, 4. PAPA, 5. KAMIN, 6. HENA, 7. ĠARDINA, 8. ILLEĊTU, 13. BŻONN, 14. RQIQ, 15. XAĦAM, 17. ANNA, 18. EJJA Rebbieħ/a: V. Micallef Pulè, Marsascala Irbaħ voucher mingħand Alfsons Supermarket, il-Ħamrun. Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar: Flimkien, Tisliba, P.O. Box 1, Il-Furjana

Alfakodo A B C D E

F G H

I

J

K

L M

15 8 21 5 23 10 18 2 14 26 4 19 13 N O P Q R

S

T U V W X Y Z

12 17 1 24 9 25 6 20 3 16 11 22 7 Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor

Aqta’ barra l-kliem li hawn jidher bi strikethrough. F’din il-logħba, l-ittri mill-A saż-Z għandhom valur numeriku. Ta’ xi wħud diġà jidhru fil-kolonni tal-lemin. Imla l-kumplament tal-valuri ta’ kull ittra billi tagħmel użu mill-ħjiel li hemm fil-kolonni tan-nofs. Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar hekk: Flimkien, Alfakodo, P.O. Box 1, Il-Furjana. Premju voucher ta’ €20 li jissarraf għand Scotts Supermarket. Rebbieħ/a: J. Galea, Ħal Safi

Nota: GĦ u IE jieħdu kaxxa waħda

Mimdudin 1. Tal-għarusa aktarx tkun bajda u twila (5) 3. Il-ħames xahar tas-sena (5) 7. Warda għadha ma fetħitx (7) 9. Jekk ikun ċappa, ma tara xejn (4) 10. Maħnuq, mgħallaq (4) 11. Ta’ togħma tajba (4) 12. Idawru l-Belt (4) 16. Grupp Żvediż li ħareġ il-kanzunetta ‘Mamma Mia’ (4) 18. Dan bla ġenituri (4) 19. Bruda, indifferenza (7) 20. Karta ġeografika (5) 21. Tal-ħalq, tal-moxt jew tas-serrieq (5)


GRAZZI LILL-QARREJJA KOLLHA TA’ FLIMKIEN Grazzi mill-qalb lill-qarrejja li bagħtulna d-donazzjoni tagħhom biex inkopru parti mill-ispejjeż biex noħorġu l-magazin FLIMKIEN kull xahar. Grazzi tal-ġenerożità tagħkom li weġibtu għall-appell li għamilna fil-ħarġiet li għaddew. Min-naħa tagħna naċċertawkom li se nkomplu nagħmlu ħilitna biex il-magazin jibqa’ jaqdi l-iskop tiegħu li hu li jwassal il-valuri umani u l-valuri Nsara fid-djar tal-familji Maltin.


C l au dia C i n i | I l l u s t r azzjo n i : J a n e t V e l l a

April 2018 | 29

Għalina t-tfal Qaddisa tax-Xahar: Marija Goretti • Twieldet fis-16 ta’ Ottubru 1890 fl-Italja, it-tielet fost sebat aħwa. • Il-ġenituri kienu bdiewa foqra. Missierha miet bilmalarja meta Marija kellha biss 9 snin. Kellhom jgħixu fl-istess dar ma’ familja oħra. • Marija kienet tieħu ħsieb id-dar u ta’ oħtha tarbija; ommha u ħutha kienu jaħdmu fl-għelieqi. • Alessandro, wieħed mis-subien tal-familja l-oħra, ipprova jabbużaha imma Marija ma riditx. • Alessandro taha 14-il daqqa ta’ sikkina. Marija mietet l-għada, fis-6 ta’ Lulju 1902. • Qabel mietet ħafret lil Alessandro, li wara biddel ħajtu. • Fl-1950 ġiet iddikjarata qaddisa, waħda mill-iżgħar qaddisin tal-Knisja (11-il sena). Preżenti għaċċerimonja kien hemm ukoll Alessandro. • Il-festa tagħha fis-6 ta’ Lulju. Patruna tat-tfajliet u l-vittmi tal-abbuż.

Fejn hu Ġesù? Għin lil Marija ta’ Magdala ssib il-qabar ta’ Ġesù.

Kompetizzjoni bi premju - Kidoku

A

Imla l-vojt kollu b’mod li l-kolonni, il-linji u kull kaxxa ta’ erbgħa jimtlew b’ A, B, Ċ u D, bla ma jkunu ripetuti.

D

MINN DAN IX-XAHAR SE NIBDEW NUŻAW ITTRI MINFLOK FOROM

Ċ B

Ibgħat it-tweġiba flimkien mad-dettalji tiegħek hekk: Flimkien, Kompetizzjoni Tfal, P.O. Box 1, Il-Furjana. L-ewwel tweġiba tajba li tinfetaħ tirbaħ żewġ kotba tal-qari ta’ tfal mingħand Horizons. Rebbieħ/a: J. Zarb, in-Naxxar

Tweġiba tax-xahar l-ieħor:


A n d r ew A r m s t ro n g

30 | April 2018

Dsatax-il bajda Il-ġrajja ta’ Jeremy li kien fehem ħafna aktar milli ħasbet l-għalliema.

J

eremy twieled b’diżabbiltà fiżika u mentali. Ta’ 12-il sena kien jattendi fi klassi ma’ tfal iżgħar minnu. Kważi l-ħin kollu jiċċaqlaq u jagħmel ħafna ħsejjes, imma f’ħinijiet oħra kien jitkellem ċar, qisu daħal fih raġġ ta’ dawl. Imma ġeneralment Jeremy kien ifixkel lil sħabu tal-klassi u jtellef lillgħalliema, li kemm-il darba xtaqet tibgħat għall-ġenituri tiegħu u tgħidilhom jaraw x’se jagħmlu. Imma l-għalliema kienet taf li Jeremy ma kellux ħajja twila; ma kienx se jkollu ċans jitgħallem jikteb jew jaqra bħal tfal oħra. Meta kienet tiftakar f’dan, kienet tagħmel sforz akbar mis-soltu biex ma tagħtix kas meta kien ifixkilha. Waslet ir-rebbiegħa, u magħha l-festa tal-Għid. L-għalliema qalet lit-tfal l-istorja tal-qawmien ta’ Ġesù. Biex tispjegalhom x’jiġifieri ‘ħajja ġdida’, tat lil kull wieħed minnhom bajda kbira tal-plastik. “Ħudu magħkom din il-bajda, u għada ġibuha magħkom. Ġo fiha poġġu xi ħaġa li turi ħajja ġdida. Fhimtuni?” It-tfal kollha għajtu, “Iva!” Kollha minbarra Jeremy li baqa’ sieket, qisu qed jaħseb. Għajnejh baqgħu ċassi fuq l-għalliema. “Tgħid fehem?” ħasbet l-għalliema. “Forsi jmissni nerġa’ nispjegalu kollox mill-ġdid?” L-għada filgħodu, id-dsatax-il tifel u tifla daħlu fil-klassi, kollha ferħanin bil-bajda tal-plastik f’idejhom u poġġewha f’qoffa fuq il-mejda. Meta waslet il-lezzjoni tar-reliġjon, l-għalliema bdiet tiftaħ il-bajd, waħda wara l-oħra. Fl-ewwel waħda sabet fjura. “Prosit! Fjura hija sinjal ta’ ħajja. Meta l-pjanti

joħorġu mill-ħamrija juruna li waslet irrebbiegħa.” Tifla żgħira fl-ewwel bank għolliet idha: “Dik tiegħi, teacher!” għajtet. Bajda oħra kien fiha farfett tal-plastik. “Naħseb li lkoll tafu,” qalet l-għalliema, “li d-dudu tal-ħarir jinbidel u joħroġ mill-fosdqa farfett sabiħ. Bravu, dik hija ħajja ġdida wkoll!” Joe li kien għamilha tbissem u ħa pjaċir. Meta l-għalliema qabdet it-tielet bajda u fetħitha, ma sabet xejn fiha. Kienet vojta. “Dik żgur ta’ Jeremy,” ħasbet. “Jaħasra mank ċempilt lill-ġenituri biex nispjegalhom ftit.” Biex ma ġġegħlux jistħi, ressqet il-bajda filġenb u ħbietha wara l-oħrajn. Imma kif qabdet bajda oħra, Jeremy tkellem. U din id-darba tkellem ċar ħafna: “Teacher, m’int se tgħid xejn fuq tiegħi?” Imħawda għall-aħħar l-għalliema qaltlu, “Jeremy, imma tiegħek vojta!” Jeremy ħares fiss f’għajnejha u qalilha, “Imma l-qabar ta’ Ġesù hekk kien, vojt, għax wara li sallbuh huwa qam!” Tliet xhur wara, Jeremy miet. Dawk li marru għall-funeral tiegħu skantaw mhux ftit meta fuq it-tebut ta’ Jeremy raw dsatax-il bajda talplastik ... kollha vojta.


FEELING FREE AT HOME

invest in comfort and safety for yourself or your parents

Exclusive local distributors of Stair Lifts, Recliners & Scooters

Tel: +356 21 252206 Email: info@liftservices.com.mt Website: www.liftsservices.com.mt Lifts Services Ltd , Factory A25F Marsa Industrial Park, Marsa, Malta



Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.