Viżta Pastorali Ta' Xbiex

Page 1

VITAM ALER E CARITATE

Viżta Pastorali fil‑Parroċċa ta’ Ta’ Xbiex VITAM ALER E CARITATE

www.knisja.mt

RITRATTI TAL-VIŻTA PASTORALI: www.knisja.mt / ritratti

19 - 21 TA’ MEJJU 2019


Messaġġ tal-Isqof Awżiljarju Mons. Joseph Galea-Curmi fl-okkażjoni tal-Viżta Pastorali fil-Parroċċa ta’ San Ġwann tas-Salib, Ta’ Xbiex Għeżież membri tal-parroċċa ta’ Ta’ Xbiex, huwa ta’ ferħ kbir għalija li f’dawn il-jiem se niġi għall-Viżta Pastorali f’din il-parroċċa għażiża. Il-komunità parrokkjali tagħkom, taħt il-ħarsien ta’ San Ġwann tas-Salib, din is-sena tagħlaq ħamsin sena mwaqqfa bħala parroċċa. Hija okkażjoni sabiħa ta’ ringrazzjament lil Alla għal tant ġid li sar f’dawn is-snin mill-Patrijiet Tereżjani li servew din il-komunità u minn tant nies oħra kollaboraturi f’din il-ħidma pastorali. Fl-2009, għaxar snin ilu, kienet saret Viżta Pastorali mill-Arċisqof ta’ dak iż-żmien, Mons. Pawlu Cremona O.P. Fil-Viżta Pastorali li se tibda ftit ġranet oħra nixtieq nara mill-qrib ir-realtà li qed tgħixu bħala komunità Nisranija llum, fid-dawl tal-iżviluppi li seħħew mill-Viżta Pastorali tal-2009. F’dawn il-jiem se niltaqa’ mat-tfal, mal-familji, mal-anzjani u mal-morda. Se niltaqa’ ma’ dawk kollha li qed jaħdmu u jagħtu sehemhom b’ħafna dedikazzjoni f’oqsma differenti ta’ ħidma għall-ġid tal-oħrajn. Se jkollna l-opportunità nitolbu flimkien, nisimgħu lil xulxin, u nagħrfu l-ħafna sabiħ u tajjeb li qed jiffjorixxi f’din il-komunità. Nistedinkom biex nidentifikaw l-isfidi u l-opportunitajiet ġodda fil-ħidma pastorali biex din il-ħidma tissaħħaħ u flimkien inwieġbu għal dak li qed jitlob minna l-Mulej illum. Nixtieq li ż-żjara tiegħi fostkom tkun esperjenza sabiħa għalina lkoll u tgħinna biex ngħożżu l-ħajja bl-imħabba. Għal dan nixtieqkom titolbu, b’mod speċjali fil-ġranet ta’ tħejjija għal din il-Viżta Pastorali.

IL-ĦADD 19 TA’ MEJJU 10:45 am L-Isqof jamministra s-Sagrament tal-Qrar fil-Knisja Parrokkjali 11:30 am L-Isqof jiċċelebra Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali u wara jiltaqa’ ma’ dawk preżenti 12:00 pm L-Isqof jiltaqa’ mal-komunità tal-Patrijiet Tereżjani IT-TNEJN 20 TA’ MEJJU 6:30 pm L-Isqof jiltaqa’ mal-operaturi pastorali fis-sala tal-kunvent

Il-Mulej iberikkom.

IT-TLIETA 21 TA’ MEJJU 5:00 pm L-Isqof jiltaqa’ mat-tfal, il-katekisti u l-ġenituri fis-sala tal-kunvent

X Joseph Galea-Curmi Isqof Awżiljarju ta’ Malta

L-Isqof se jiltaqa’ wkoll mal-membri tal-Kunsill Lokali u mar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.