Flimkien - Awwissu 2017

Page 1

Newspaper Post

Awwissu 2017 | Numru 153

Meta mingħalik ma kontx qed inħares 7

50 pillola għall-qalb 14

Għajnuna biex titlob ir-Rużarju kull fejn tkun.

Il-veru każ li l-eżempju jkaxkar.

Home is a holy place 8

L-appuntament li ntilef 20

Raising greater awareness of God’s presence at home with our families.

Ir-raba’ dehra ta’ Fatima kellha sseħħ fit-13 ta’ Awwissu, imma dakinhar it-tfal ma tfaċċawx. Għaliex?

Oħtna x-xemx, ħuna l-qamar 10

Tliet armi kontra l-kolesterol 25

Salm 8 dwar il-kobor ta’ Alla u d-dinjità tal-bniedem

Dieta, eżerċizzju u mediċina.


BSL

Britannia Tours … il-vjaææ tiegœek jibda hawn!

minn

¢579

minn

¢399

Short break in Celje, Slovenia Lourdes Awwissu u Settembru

minn

¢419

¢579

Splendours of Slovenian Nature and Italian Lakes Summer in Umbria

19 - 23 ta’ Settembru

2-9 ta’ Ottubru

INŸURU Celje, Stari Grad Celje, Bukovnika Lake, Filovci, Logarska Dolina, Pekel Cave, Ptuj and Pohorje

INŸURU Passignano, Lake Trasimeno, Perugia, Gubbio, Assisi, Spello, Orvieto, Civita di Bagnoregio, Marmore’s Falls and Spoleto

23 ta’ Settembru - 2 ta’ Ottubru INŸURU Lake Bled, Kranjska Gora, Monte Lussari, Bohinj, Mount Vogel, Bovec, Kozjak Waterfalls, Kobarid, Cividale del Friuli, Aquileia, Grado, Miramare Castle, Gorizia, Šmartno, Dobrovo, Vicenza, Verona, Lovere, Lago d’Iseo, Monte Isola, Como, Bellagio, Lecco and Milan

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, trasferimenti, servizzi ta’ tour leader u t-taxxi kollha (Kundizzjonijiet japplikaw). Valletta Branch - Tel: 2123 8039 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt


E ditor j al • D u n A n to n P ortelli

Is-sabiħ tal-baħar

S

abiħ, mhux biss għax l-istilel tal-baħar filfaċċata ta’ dan ix-xahar qiegħed jitbissem, ferħan għax qiegħed fil-frisk tal-baħar sabiħ. Aħna li ngħixu fi gżira mdawra b’baħar sabiħ inħobbu mmorru ħdejh, nammiraw il-kuluri jkanġu tiegħu, niffriskaw moħħna u ġisimna fih, u ngawdu wkoll mill-frott tiegħu. Nafu li sfortunatament din is-sbuħija hija mhedda: minna stess li naħsbu li l-baħar huwa bla qiegħ u bla tmiem, li tant hu kbir li jiflaħ għall-ħmieġ kollu li nwaddbu fih, li dejjem ser jibqa’ jkollna l-ħut u l-prodotti l-oħra tiegħu. Ħafna oħrajn l-almu tagħhom biex isalvawh, imma aħna wkoll irridu nagħmlu l-parti tagħna, inkella se nitilfu l-gost, il-mistrieħ u l-ferħ li jagħtina l-baħar tagħna. Hekk, kemm l-istilel tal-baħar kif ukoll aħna nibqgħu kuntenti u ferħana b’dan il-ħolqien tal-għaġeb ta’ Alla l-Imbierek li ħallieh f’idejna biex nużawh tajjeb u ngawduh u nieħdu ħsiebu, bħall-kumplament tal-ħolqien kollu.

Drachma Parents Grupp ta’ sapport għal ġenituri Kattoliċi b’ulied gay jew trans. Il-laqgħat li jmiss: •

Il-Ħamis 17 ta’ Awwissu u l-Ħamis 21 ta’ Settembru f’Mount St Joseph, Mosta, fis-7:30pm.

Ċempel 79442317 għal aktar tagħrif jew biex tirċievi b’xejn fuljett dwar is-suġġett. Faċċata: Starfish, minn Ilaria Bartolo, bi ftit għajnuna minn Oriana, ta’ Artful Toddler (arts and crafts) (malta@artfultoddler.com)

Awwissu 2017 • Numru 153

Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u jitqassam b’xejn lill-familji Maltin. Biex tirriklama fuq Flimkien ċempel fuq 2137 4942 jew 7959 3727 Email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta Indirizz Editorjali Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali. Editur Carmel Conti

Grafika Outlook Coop

Stampar Velprint Ltd

K elma ta’ F ra n ġ isk u

Ejjew għandi Hu jistenniena, jinstenniena dejjem, mhux biex iħoll il-problemi tagħna b’xi maġija imma biex isaħħaħna quddiem il-problemi tagħna. Ġesù ma jneħħilniex it-tagħbijiet tal-ħajja, imma d-diqa tal-qalb; ma jneħħilniex is-salib, imma jġorru magħna. Miegħu kull piż isir ħafif għax Hu s-serħan li qed infittxu. Meta Ġesù jidħol fil-ħajja tagħna, tiġi l-paċi, dik li tibqa’ anki waqt il-provi, waqt it-tbatijiet. 9 ta’ Lulju, 2017

Irbaħ weekend break għal tnejn Billi twieġeb għal kwestjonarju dwar il-magażin Flimkien. Dettalji fil-ħarġa ta’ Ottubru


€12.50 fix-xahar

al bosta tfal fil‑bżonn, il‑faqar u n‑nuqqas ta’ tama huma preżenzi kontinwament f’ħajjithom.

Infatti, ħajjithom ma twiegħedx futur partikolarment pożittiv. Maqbudin f’ċiklu ta’ faqar u esplojtazzjoni, dawn it‑tfal huma mċaħħda minn edukazzjoni xierqa u kull forom oħra ta’ żvilupp. Kull m’għandhom bżonn huwa xi ħadd li jemmen fil‑ħolm tagħhom u li jagħtihom iċ‑ċans għal futur aħjar. Bis‑saħħa tal‑programm Child Sponsorship ta’ Missio, inti qed tkun dak ir‑raġġ ta’ dawl fil‑ħajja tagħhom. B’hekk tkun qed tipprovdilhom aċċess għall‑edukazzjoni, servizzi ta’ kura għas‑saħħa, u ilma tax‑xorb nadif.

Child Sponsorship iwiegħed li aħna naħdmu id f’id mat‑tfal, il‑ġenituri tagħhom, komunitajiet u oħrajn, sabiex niżguraw illi t‑tfal kollha jkunu mgħajxin u b’saħħithom.


Awwissu 2017 | 5

M essaġ ġ tal-A rċ is q of

M’aħniex magni!

F

uq il-bieb ewlieni tal-knisja parrokkjali ta’ Ħal Lija hemm pittura ta’ Ġużeppi Calì li turi lil Ġesù fin-nofs b’idejh miftuħa jilqa’ madwaru u fi ħdanu t-tfal imressqin minn ommijiethom. Id-dixxipli, dakinhar ta’ din il-ġrajja, dejjaqhom l-istorbju li għamlu t-tfal u bdew ilumuhom imma Ġesù sejjaħ lit-tfal lejh u berikhom. Madankollu, lid-dixxipli ma nagħtuhomx tort sa barra. Ġesù stess kien ġieli jistedinhom biex imorru xi mkien, f’xi post imwarrab, biex jistrieħu u jieklu xi ħaġa. Ġieli rnexxielhom imma ħafna drabi baqgħu b’xiber imnieħer għax in-nies lil Ġesù mhux biss kienu jkunu jafu fejn ikun iżda kienu jaslu qablu! Il-mistrieħ mir-rutina tal-ħajja li noħolqu għalina nfusna, u li kultant issir liġi assoluta, huwa essenzjali. Xkora vojta ma tiqafx waħidha. Kultant l-ixkejjer tagħna jirnexxilna nbattluhom sew. Mhux ta’ b’xejn li ma jiqfux waħidhom u jintelqu. Ġieli nsibu lilna nfusna f’sitwazzjoni fejn, jekk ma niqfux, ikollna nieqfu bilfors. Il-kelma rikreazzjoni tfisser li ‘terġa’ toħloq lilek innifsek’, bħal issib l-enerġija biex tibda mill-ġdid.

Għalhekk il-ħtieġa ta’ żmien ta’ mistrieħ. F’dan iż-żmien tas-sajf ħafna minna nieqfu ftit biex nistrieħu, u meta nistrieħu ngawdu iżjed lilna nfusna, lill-familji tagħna u lil dawk għeżież għalina. Mhix ħaġa kbira li kultant lanqas żmien naħsbu ma jkollna. Ilmistrieħ mhux ħela ta’ żmien imma żmien li fih nistgħu wkoll naħsbu iżjed u napprezzaw iżjed lilna nfusna u lil dawk ta’ madwarna. Minn qalbi nawgura lil kulħadd biex is-sajf ikun tassew żmien li fih ngħixu flimkien l-apprezzament ta’ dak li aħna – mhux magni li titfihom u tixgħelhom bi swiċċ iżda bnedmin maħluqin xbieha ta’ Alla ħallieq, li jaf igawdi ż-żiffa ħelwa waqt passiġġata filġnien. Charles J. Scicluna + Arċisqof ta’ Malta

Intenzjoni tal-Papa għal Awwissu: Sabiex fi żminijietna, in-nies tal-arti, permezz tad-doni tagħhom, jgħinu lil kulħadd jiskopri s-sbuħija tal-ħolqien.


THE NISSAN

THE NISSAN

AT

FROM

MICRA €11,700*

NOTE €13,299 *

0%

D AV EPO AIL SIT AB LE

*Prices incl. Scrappage Scheme Both models include Alloy wheels, Bluetooth, Radio CD & much more! Malta: Nissan Motor Sales Ltd, National Road, Blata L-Bajda HMR9010 | T: 25969999| M: 99407554/ 99463750 | E: sales@nissan.com.mt | Gozo: Mizzi Motors Ltd, Mgarr Road, Ghajnsielem GSM9016 T:21556942 | M: 99782000 | E: sales-gozo@mizzimotors .com.mt | Leasing Dept: T: 23264524

www.nissan.com.mt


u lied n a

Awwissu 2017 | 7

Meta mingħalik ma kontx qed inħares

M

eta mingħalik ma kontx qed inħares, rajtek twaħħal l-ewwel tpinġija tiegħi mal-friġġ, u mill-ewwel ġietni l-ħajra npinġi oħra. Meta mingħalik ma kontx qed inħares, rajtek titma’ qattusa tat-triq, u tgħallimt kemm hi ħaġa sabiħa ma taħqarx l-annimali. Meta int mingħalik ma kontx qed inħares, rajt id-dmugħ nieżel minn għajnejk, u tgħallimt li xi drabi jkollna nweġġgħu, imma ma jimpurtax jekk nibku. Meta int mingħalik ma kontx qed inħares, rajtek tagħmilli l-kejk li nħobb jien, u tgħallimt li l-affarijiet żgħar jistgħu jkunu l-aktar affarijiet speċjali. Meta int mingħalik ma kontx qed inħares, smajtek tgħid talba, u indunajt li hemm Alla li qiegħed dejjem hemm, li dejjem nista’ nkellmu … u tgħallimt nafda fih.

Meta int mingħalik ma kontx qed inħares, rajtek tieħu ħsieb id-dar u tnaddaf u tirranġa, u tgħallimt li jien ukoll irrid nieħu ħsieb dak li għandi.

Meta int mingħalik ma kontx qed inħares, ħassejtek tirranġali l-friex u tbusni qabel norqod, u ħassejtni maħbub u protett.

Meta int mingħalik ma kontx qed inħares, tgħallimt dak kollu li kelli bżonn inkun naf dwar ilħajja – mingħandek.

Meta int mingħalik ma kontx qed inħares, Meta int mingħalik li ma kontx qed inħares, rajtek tħejji platt ikel u tieħdu lill-anzjana ta’ ħdejna, ħarist lejk u xtaqt ngħidlek: u tgħallimt naqsam dak li għandi ma’ min m’għandux. “Grazzi għal dak kollu li tajtni Meta int mingħalik ma kontx qed inħares, rajtek tgħannaq u tbus lil missieri, u jien ħassejtni mdawwar bl-imħabba u s-sigurtà, u tgħallimt li l-ħajja hi sabiħa.

meta int mingħalik li jien ma kontx qed inħares!” Maqluba minn ‘When you thought I wasn’t looking’ (Mary Rita Schilke Korazan)


8 | Flimkien

RELAZZJONIJIET

Home is a holy place Raising greater awareness of God’s presence at home with our families, in the ordinary events of our daily lives, in the deep joys and sorrows we experience together, in our relationships with one another. 1. Be Caring Your spouse is a gift from God. Let him or her know he or she is number one in your life – your best friend. • Make time for each other. • Listen carefully when he/she is talking. • Be interested. • Try to see things from her/his point of view. 2. Be Open Risk being honest about your feelings, needs and hurts: • Talk about your hopes and fears. • Talk about your day, especially if it’s been rough, and ask about their day. • Tell him or her what they do right; pay compliments. • Tell him or her the good things about your love-making together. Aim to meet each other’s needs. God’s Word says that our body belongs to our spouse. That will mean compromises. Learn what the other enjoys. 3. Be Generous • Try always to meet his or her needs before your own. • Be kind and thoughtful. • Surprise him or her – breakfast in bed? • A happy welcome back from work. • Write a note “I love you” … and say it, often.

4. Be Peacemakers All couples have disagreements. Speak gently. Don’t accuse. If you have had a row you can rebuild love if you: • don’t sulk, refusing to say anything; • don’t withdraw – say sorry to each other; • are prepared to admit you were partly to blame; • speak kind words: these can bring comfort – with a hug even better. Make a cup of tea, sit close together and talk it through. 5. Be Committed • Enjoy doing things together, walking, reading, decorating, playing. • Share income and possessions. • Make time for things you enjoy doing as a couple. • Never allow any third party to have first place in your thoughts • Have fun together! • Avoid working long hours regularly. Make sure you have good time for each other, rather than overworking for a better home or car. • It’s important to laugh together, too. 6. Begin praying together • Try to get intimate also spiritually. • Set a corner in your home, and in your day, for prayer. • Try different methods. • Prayer is not ‘saying prayers’ but being in a relationship with the Lord; and any relationship needs to be nurtured.


Awwissu 2017 | 9

• Remember: seven days without prayer make one … weak! 7. A child learns what he lives • You cannot teach children how to love; they can only experience love through your acceptance and forgiveness. • Share responsibilities for children. • Spend quality (and quantity) time with the children, even if you both work fulltime. • Give them a healthy image of God through your example. 8. VRT your marriage • Just as a car needs servicing, give your marriage a service from time to time. • Read a book on marriage together, and discuss it. • Even better, go on a marriage enrichment weekend. 9. Home is a holy place • Your home is a holy place. In your home God is with you. • In your family life, God is inviting you to know him, love him and serve him. • There, in everything that happens between you, are the opportunities to please God in all that you do.

• You walk the path of holiness: · in your kindness, patience, forbearance; · in your search for fairness and peace between you; · in your struggle for understanding and tolerance; · in your faithfulness and honesty; · in your self-sacrificing love, each time you give up something you want personally for the good of the family. • Everyone in a family has their part to play, as a husband or a wife, as a parent or a grandparent, as a child or brother or sister. Maħruġa mill-Knisja Kattolika fl-Ingilterra u Wales


10 | Flimkien

P. M arc ello G hirla n do O F M S A L M I G Ħ A L K U L JU M

Ommna l-art, oħtna Salm 8 jgħanni l-kobor ta’ Alla u d-dinjità tal-bniedem Mulej, Sid tagħna, kemm hu kbir ismek fl-art kollha! Int qegħedt is-sebħ tiegħek ’il fuq mis-smewwiet. Int, li s-sebħ tiegħek jgħannih fomm it-tfal u t-trabi tal-ħalib; int, li bnejt sur kontra l-għedewwa, biex iġġib fix-xejn l-għadu u ’l min iqum kontrik. Inħares lejn is-smewwiet, għemil subgħajk, il-qamar u l-kwiekeb li int qegħedt fihom! X’inhu l-bniedem biex tiftakar fih, bin il-bniedem, biex taħseb fih? Ftit inqas mill-allat għamiltu, bis-sebħ u l-ġmiel żejjintu, qegħedtu fuq l-għemejjel kollha ta’ jdejk! Kollox taħt riġlejh qegħedtlu: in-nagħaġ u l-baqar kollha, sal-bhejjem tax-xagħri; l-għasafar tal-ajru u l-ħut tal-baħar, dak kollu li jterraq fil-baħar. Mulej, Sid tagħna, kemm hu kbir ismek fl-art kollha!


Awwissu 2017 | 11

x-xemx, ħuna l-qamar “Inħares lejn is-smewwiet” Tletin sena ilu għaddejt sajf fil-Ġordanja, fuq l-Għolja Nebo. Filgħaxija kont nintasab fuq il-qiegħa tal-art, wiċċi ’l fuq inħares lejn il-kwiekeb. Kont nistgħaġeb bin-numru tagħhom, jiddu f’dik iddalma tax-xagħri. Kont niftakar filKelma ta’ Alla lil Abraham meta sejjaħlu biex iħares lejn l-għadd tal-kwiekeb biex ifakkru fil-wegħda li kien għamillu: li nislu se jkun kbir daqs ir-ramel tal-baħar u l-kwiekeb tas-sema. F’dik id-dehra tal-għaġeb kien proprju dan is-Salm 8 li kont ingedwed f’qalbi: “Inħares lejn is-smewwiet għemil subgħajk, il-qamar u l-kwiekeb li int qegħedt fihom!” Dan is-salm huwa sabiħ immens fissempliċità tiegħu. Jistedinna nħarsu lejn is-smewwiet u lejn “ommna u oħtna l-art, oħtna x-xemx u ħuna l-qamar”. Hekk tgħanni ferħana l-qalb ta’ San Franġisk fl-‘Għanja tal-Ħolqien’. Il-ħolqien jgħinna nistagħġbu bilġmiel u l-glorja ta’ Alla, bil-ġmiel u s-sbuħija ta’ għemil idejh, li jagħtuna ħjiel żgħir tal-preżenza tiegħu.

Imma f’dan il-ġmiel tal-ħolqien Alla jħobb u jgħolli lill-bniedem! Quddiem il-mistoqsija, “X’inhu l-bniedem biex tiftakar fih, bin il-bniedem, biex taħseb fih?” is-Salmista jagħraf kemm Alla jħobb lill-bniedem. Tant li “bis-sebħ u l-ġmiel żejjintu, qegħedtu fuq l-għemejjel kollha ta’ jdejk! Kollox taħt riġlejh qegħedtlu.” F’dawn il-jiem ta’ mistrieħ, xemx, baħar u vaganzi, Salm 8 jistedinna biex “inħarsu lejn is-smewwiet”. Ħarsa bħal din mhijiex xi ħarsa fil-vojt u anqas ħela ta’ ħin! Hija ħarsa li tgħinna nilmħu l-ġmiel ta’ Alla Ħallieq. Hija ħarsa li tfakkarna f’kemm Alla jgħożż u jħobb lill-bniedem li ħalaq u qiegħdu bħala ‘gwardjan tal-ħolqien’, għemil idejh. Fil-Ġenesi naqraw: U berikhom Alla u qalilhom: “Nisslu u oktru, u imlew l-art, u aħkmuha; u saltnu fuq il-ħut tal-baħar u t-tajr tal-ajru u l-ħlejjaq kollha li jitkaxkru fuq l-art” (Ġenesi 1:28). Inħarsu, mela, lejn is-smewwiet, u “mattfal u t-trabi tal-ħalib” ngħannu s-sebħ tiegħu: “Mulej, Sid tagħna, kemm hu kbir ismek fl-art kollha!”


12 | Flimkien

It-talba tal-arzella Anki sempliċi arzella, ċagħka, rixa, werqa, zokk ta’ siġra jistgħu juruk ħafna affarijiet dwar Alla kif ukoll dwarek innifsek.

I

kollok bżonn qoxra ta’ gandoffla jew arzella. Tista’ tagħmel din it-talba filberaħ, fuq xi ramla jew f’xi post ieħor għall-kwiet. Tista’ tagħmilha anki f’darek. Jekk ma tkunx tista’ ssib arzella, uża l-immaġinazzjoni tiegħek. Ibda billi tinġabar fis-skiet. Jekk tkun ġewwa, jgħinek ħafna jekk tixgħel xemgħa jew iddoqq ftit mużika b’volum baxx. Ħu ftit nifsijiet twal biex tikkalma. Issa tista’ tibda ‘It-Talba tal-Arzella’. Aqra dan li ġej b’mod li inti stess tisma’ leħnek jaqra; taqrahiex biss f’qalbek. Fejn tħoss il-bżonn li tagħmel pawsa, ieqaf ftit. Tgħaġġilx, biex tkun tista’ tiggosta kull sentiment li tħoss. Aqbad l-arzella f’idejk. Innota d-daqs tagħha. Ħoss is-sensazzjoni li tħallilek il-qoxra f’idejk, xi drabi lixxa, drabi oħra mkemmxa. Innota l-isfumaturi kollha tal-kuluri li għandha. Minn fejn ġejja din l-arzella? Min jaf minn fejn għaddiet fil-vjaġġ tagħha, fil-baħar, fir-ramel, sakemm waslet f’idek, illum! Forsi wkoll ilha għandek f’xi kaxxa, kexxun jew xkaffa. Din l-arzella hi differenti minn kull arzella oħra. Tixbah xi ftit lilek. Int ukoll ġejt iffurmat u magħġun b’mod tal-għaġeb:

mibdi mill-ġenituri, iffurmat minn ħutek u mibdul mill-ħbieb, minn nies oħra, mis-suċċessi u l-fallimenti, fit-tfulija, fiżżgħożija, dak kollu li għaddejt minnu ... sallum. Anki l-iskop aħħari ta’ ħajtek għandu sehem fl-għaġna u l-forma tiegħek tal-lum! Jista’ jkun ukoll li xi darba din l-arzella kienet magħquda ma’ arzella oħra, u bil-mod infirdet minnha. F’din ukoll tixbah lil ħajtek. Int ukoll f’ħajtek kellek diversi relazzjonijiet, ħbiberiji, konnessjonijiet u kuntatti. Xi wħud minn dawn baqgħu, oħrajn spiċċaw. Dawn ukoll immarkawlek ħajtek. L-arzella tiegħek teżisti għax iżommha teżisti Alla. Ħajtek ukoll bdiet f’Alla u minn Alla. Int parti mill-ħolqien ta’ Alla. Bħall-arzella, inti parti ħajja millħolqien. Żgħira u fraġli, imma fl-istess ħin b’saħħitha u ġġorr fiha wkoll ix-xbieha ta’ Alla. L-arzella hija prezzjuża u fraġli. Forsi parti minnha diġà mkissra jew imxellfa. Hawn ukoll tixbah lilek, li forsi int xi ftit miksur bit-telfiet, bil-weġgħat, bil-parti mudlama tal-ħajja. Imma għalkemm fraġli, ħajtek ukoll tibqa’ soda, u mhux daqshekk


Awwissu 2017 | 13

faċli titfarrak. Għaddiet minn ħafna maltemp u taqlib. U xi tgħid għal meta tinfetaħ? Ħoss b’subgħajk il-parti ta’ ġewwa tagħha. Innota l-vojt u l-fetħa tagħha: miftuħa għall-arja, għar-riħ, għall-baħar. Forsi dan ma jixbahx ukoll lill-futur tiegħek? Il-ġejjieni tiegħek ukoll huwa miftuħ bil-fiduċja u fl-istess ħin b’ċerta biża’, miftuħ għat-tama u l-imħabba. Int ma tafx dan il-ġejjieni x’se jġib miegħu, miftuħ għal Alla u għall-persuni l-oħra li jistgħu jmissulek ħajtek. Ara, isma’, tiegħem, ħoss, u xomm. Dawn is-sensi kollha juru aspetti differenti talarzella, hekk kif iż-żmien li għaddej jagħtik ukoll tagħrif ġdid dwarek, dwar l-oħrajn, dwar Alla.

Oqgħod għal ftit minuti oħra bl-arzella f’idejk: fraġli, iebsa, unika, differenti minn kull arzella oħra, maħluqa minn Alla, u teżisti bis-saħħa tiegħu. Tkellem ma’ Alla fi kliemek stess jew, jekk trid, sempliċement oqgħod fis-skiet fil-preżenza tiegħu. Xħin trid, ikkonkludi b’xi talba li tħobb tgħid. Simboli oħra. Tista’ tagħmel esperjenza simili b’oġġetti oħra, li jistgħu jfakkruk ħafna affarijiet dwar Alla u dwarek innifsek ukoll. Tista’ tuża kwalunkwe ħaġa filħolqien tista’ tqarrbek lejn Alla: arzella, ċagħka, rixa, werqa, zokk, fjura. Kollha jfakkruna li huma uniċi, għax l-ebda arzella, ġebla jew rixa mhi bħall-oħra. Unika wkoll hija r-relazzjoni li jien u int għandna ma’ Alla. Is-sajf joffri ħafna opportunità għal esperjenzi bħal dawn.


14 | Flimkien

50 pillola għall-qalb Ir-Rużarju tista’ tgħidu kullimkien: fuq tal-linja, int u tistenna, ħdejn il-baħar, filknisja, int u miexi. Jekk hemm bżonn tista’ wkoll ma tgħidux kollu f’daqqa u taqsmu f’biċċiet.

J

oseph Spiteri, membru tal-Legion of Mary, issuġġerixxa li nqassmu dan il-fuljett biex min ikun irid jgħid irRużarju jkun jista’ jaqilgħu mill-paġni tan-nofs u jżommu biex jgħinu jitlob. Nirringrazzjawh ħafna għas-suġġeriment. “Ir-Rużarju huwa talba li takkumpanjani matul ħajti kollha. Huwa t-talba ta’ nies sempliċi kif ukoll tal-qaddisin: huwa t-talba ta’ qalbi.” Hekk kiteb il-Papa flintroduzzjoni għall-ktejjeb li qassam ġo kaxxa bħal dik li ġo fiha ssib il-pilloli. Fil-kaxxa l-Papa tahom ukoll l-istruzzjonijiet kif tużaha: “50 żerriegħa li jagħmlu tajjeb lill-qalb, lir-ruħ u lil ħajjitna kollha.” Mediċina li forsi nsejnieha jew narawha tedjanti. Imma r-rużarju jikkonsisti f’ħamsin “Inħobbok” lil Marija. U l-kelma “Inħobbok” ma tiddejjaq qatt tgħidha – basta tingħad bejn żewġ persuni li jinħabbu! Il-kelma ‘rużarju’ ġejja mill-kelma Latina ‘rosarium’, jiġifieri girlanda ta’ ward offruta lil Marija. It-talba nbdiet fi żmien il-Medju Evu imma mbagħad infirxet permezz talpatrijiet Dumnikani. Inxterdet ħafna għax huwa talba sempliċi. Xi drabi jissejjaħ ‘ittalba tal-fqar’ għax bih jista’ jitlob kulħadd, anki min ma jafx jaqra. Ingħata spinta kbira fid-dehriet f’Lourdes (1858) fejn il-Madonna dehret bil-kuruna f’idejha u f’Fatima (1917) fejn talbitna biex ngħiduh kuljum.

Aqla’ dawn l-erba’ paġni tan-nofs u użahom biex jgħinuk tgħid ir-Rużarju


Awwissu 2017 | 15

Kif ngħid ir-Rużarju • Fl-Isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen. • Alla tagħna isma’ t-talb tagħna, eħles għinna u ieqaf magħna. • Glorja lill-Missier u lill-Iben u lill-Ispirtu Santu. Kif kien mill-bidu issa u dejjem, u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Ammen. • Marija Santissima urina li inti ommna. Għalik jisma’ t-talb tagħna dak li twieled għalina u ried ikun bniedem bħalna. • O Ġesu tiegħi, aħfrilna dnubietna, eħlisna min-nar tal-infern. Ħu l-ġenna l-erwieħ kollha, l-aktar dawk li għandhom bżonn tal-ħniena tiegħek. It-Tnejn u s-Sibt

It-Tlieta u l-Ġimgħa

L-Erbgħa u l-Ħadd

Il-Ħamis

L-ewwel Misteru tal-Ferħ

L-ewwel Misteru tat-Tbatija

L-ewwel Misteru tal-Glorja

L-ewwel Misteru tad-Dawl

Meta l-Anġlu Gabrijel ħabbar lil Sidtna Marija li kellha tkun omm Alla.

Meta Sidna Ġesù Kristu għamel l-orazzjoni fl-Ort u għereq l-għaraq taddemm.

Meta Sidna Ġesù Kristu qam minn bejn l-imwiet.

Meta Sidna Ġesù Kristu tgħammed fixXmara Ġurdan.

Disinji ta’ Lawrence Pavia. Minn librett dwar ir-Rużarju li tqassam fil-parroċċa ta’ Marsaxlokk


16 | Flimkien

• Missierna li inti fis-Smewwiet, jitqaddes Ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema hekkda fl-art. Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum, aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina, u la ddaħħalniex fit-tiġrib, iżda eħlisna mid-deni. Ammen. • Sliema għalik, Marija, bil-grazzja mimlija. Il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù. Qaddisa Marija, Omm Alla, itlob għalina, midinbin, issa, u fis-siegħa tal-mewt tagħna. Ammen. (10 darbiet) • Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu. Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Ammen. • Marija Santissima urina li inti ommna. Għalik jisma’ t-talb tagħna dak li twieled għalina u ried ikun bniedem bħalna. • O Ġesu tiegħi, aħfrilna dnubietna, eħlisna min-nar tal-infern. Ħu l-ġenna l-erwieħ kollha, l-aktar dawk li għandhom bżonn tal-ħniena tiegħek.

• • • •

It-Tnejn u s-Sibt

It-Tlieta u l-Ġimgħa

L-Erbgħa u l-Ħadd

Il-Ħamis

It-tieni Misteru tal-Ferħ

It-tieni Misteru tat-Tbatija

It-tieni Misteru tal-Glorja

It-tieni Misteru tad-Dawl

Meta Sidtna Marija marret iżżur lil Santa Eliżabetta

Meta Sidna Ġesù Kristu rabtuh mal-kolonna u fflaġellawh.

Meta Sidna Ġesù Kristu tela’ s-Sema.

Meta Sidna Ġesù Kristu wera min hu fit-tieġ ta’ Kana.

Missierna … Ħobżna … Sliema … Qaddisa … (10 darbiet) Glorja … Kif kien mill-bidu… Marija Santissima urina li inti ommna. Għalik jisma’ t-talb tagħna dak li twieled għalina u ried ikun bniedem bħalna. • O Ġesu tiegħi, aħfrilna dnubietna, eħlisna min-nar tal-infern. Ħu l-ġenna l-erwieħ kollha, l-aktar dawk li għandhom bżonn tal-ħniena tiegħek.


Awwissu 2017 | 17

It-Tnejn u s-Sibt

It-Tlieta u l-Ġimgħa

L-Erbgħa u l-Ħadd

Il-Ħamis

It-tielet Misteru tal-Ferħ

It-tielet Misteru tat-Tbatija

It-tielet Misteru tal-Glorja

It-tielet Misteru tad-Dawl

Meta Sidna Ġesù Kristu twieled fl-għar ta’ Betlehem.

Meta Sidna Ġesù Kristu ġie nkurunat bix-xewk.

Meta Sidna Ġesù Kristu bagħat l-Ispirtu Santu fuq l-appostli.

Meta Sidna Ġesù Kristu ħabbar isSaltna ta’ Alla u sejjaħ għall-indiema.

• • • •

Missierna … Ħobżna … Sliema … Qaddisa … (10 darbiet) Glorja … Kif kien mill-bidu… Marija Santissima urina li inti ommna. Għalik jisma’ t-talb tagħna dak li twieled għalina u ried ikun bniedem bħalna. • O Ġesu tiegħi, aħfrilna dnubietna, eħlisna min-nar tal-infern. Ħu l-ġenna l-erwieħ kollha, l-aktar dawk li għandhom bżonn tal-ħniena tiegħek. It-Tnejn u s-Sibt

It-Tlieta u l-Ġimgħa

L-Erbgħa u l-Ħadd

Il-Ħamis

Ir-raba’ Misteru tal-Ferħ

Ir-raba’ Misteru tat-Tbatija

Ir-raba’ Misteru tal-Glorja

Ir-raba’ Misteru tad-Dawl

Meta Sidtna Marija ppreżentat lil binha Ġesù fit-Tempju.

Meta Sidna Ġesù Kristu għabbewh bis-Salib mingħand Pilatu sal-Kalvarju.

Meta Sidtna Marija ġiet imtellgħa s-Sema bir-ruħ u l-ġisem.

Meta Sidna Ġesù Kristu tbiddel quddiem l-appostli fuq il-muntanja Tabor.


18 | Flimkien

• • • •

Missierna … Ħobżna … Sliema … Qaddisa … (10 darbiet) Glorja … Kif kien mill-bidu… Marija Santissima urina li inti ommna. Għalik jisma’ t-talb tagħna dak li twieled għalina u ried ikun bniedem bħalna. • O Ġesu tiegħi, aħfrilna dnubietna, eħlisna min-nar tal-infern. Ħu l-ġenna l-erwieħ kollha, l-aktar dawk li għandhom bżonn tal-ħniena tiegħek. It-Tnejn u s-Sibt

It-Tlieta u l-Ġimgħa

L-Erbgħa u l-Ħadd

Il-Ħamis

Il-ħames Misteru tal-Ferħ

Il-ħames Misteru tatTbatija

Il-ħames Misteru tal-Glorja

Il-ħames Misteru tad-Dawl

Meta Sidtna Marija tilfet lil binha Ġesù, u wara tlett ijiem sabitu fit-Tempju mad-Dutturi.

Meta Sidna Ġesù Kristu sallbuh fuq is-Salib u fuqu miet.

Meta Sidtna Marija ġiet inkurunata Reġina tas-Sema u l-art.

Meta Sidna Ġesù Kristu waqqaf l-Ewkaristija, it-tifkira tal-Misteru tal-Għid.

• • • •

Missierna … Ħobżna … Sliema … Qaddisa … (10 darbiet) Glorja … Kif kien mill-bidu… Marija Santissima urina li inti ommna. Għalik jisma’ t-talb tagħna dak li twieled għalina u ried ikun bniedem bħalna. • O Ġesu tiegħi, aħfrilna dnubietna, eħlisna min-nar tal-infern. Ħu l-ġenna l-erwieħ kollha, l-aktar dawk li għandhom bżonn tal-ħniena tiegħek. Salve Regina: Sliem għalik, Sultana, omm tal-ħniena, ħajja, ħlewwa u tama tagħna. Sliem għalik, lilek ingħajtu, aħna, inturufnati, ulied Eva. Lilek nitniehdu, aħna li nibku u nolfqu f’dan il-wied tad-dmugħ. Ejja mela, avukata tagħna; dawwar lejna dawk l-għajnejn tiegħek tal-ħniena. Urina, wara dan it-turufn Amment, lil Ġesù, frott imbierek tal-ġuf tiegħek, o ħanina, o pija, o ħelwa, Verġni Marija. Skont il-fehma tal-Papa: Missierna, Sliema, Glorja … Fl-Isem tal-Missier, u tal-Iben, u tal-Ispirtu s-Santu. Ammen.


Awwissu 2017 | 19

R i c hard Borg L itteri ż m u

Iċ-ċavetta f’idejk! J

ekk qed taqra din, sinjal li taf taqra u tikteb. Jekk ma tiltaqax ta’ kuljum ma’ nies li la jafu jaqraw u lanqas jiktbu allura ma tistax tirrealizza f’liema żvantaġġ jgħixu nies bħal dawn! Min ma jkollux ħiliet jew għodda bażiċi bħall-qari u l-kitba ikollu ħafna inqas opportunitajiet, pereżempju fejn jidħol ix-xogħol. Jekk għadek student/a jew taħdem f’ambjent ta’ uffiċċju, ma timmaġinakx mingħajr kitba u qari. Anki l-kapaċità li torganizza xogħlok u ħinek tajjeb (pereżempju billi tagħmel lista ta’ prijoritajiet), jew li taqra avviż jew ċirkolari huma neċessarji. Jekk l-omm u l-missier ma jkunux jafu jaqraw u jiktbu, kif se jgħinu lil uliedhom fit-taħriġ u l-iskola? Taf lil xi ħadd li hu għaddej minn dawn id-diffikultajiet? Illum hemm mod kif tista’ tgħin. L-Istitut Paulo Freire, tal-Ġiżwiti, fi proġett sponsorjat mill-Vodafone Foundation, qed jinvesti f’għodda elettronika li tista’ tgħinek tgħin lil ħaddieħor. Tista’ ssir taf aktar dwar din l-għodda billi żżur is-sit elettroniku www.cavetta. org.mt u tniżżel fuq il‘mobile’ tiegħek l-app ‘IċĊavetta’. Din l-app toffri eżerċizzji sempliċi (imfassla fuq ‘Iċ-Ċavetta’, miktub minn David Muscat u Carmen Mamo, esperti fil-litteriżmu) li pass pass iwasslu lil dak li jkun biex jagħraf l-ittri tal-alfabet u l-ħsejjes irrappreżentati

mill-ittri, jgħaqqad il-ħsejjes jew l-ittri, u jifforma l-kliem u s-sentenzi li ngħidu ta’ kuljum. L-app hi biss parti minn servizz akbar li joffri l-Istitut Paulo Freire u li hemm fil-pakkett multisensorjali ‘Iċ-Ċavetta’. Tista’ tkun promotur tal-ġustizzja soċjali billi tgħin lill-proxxmu jakkwista l-ħiliet tal-qari, il-fehim u l-kitba, kif ukoll ħiliet oħra. Żur is-sit elettroniku ‘Iċ-Ċavetta’ www. cavetta.org.mt u agħmel kuntatt ma’ Fr Vince Magri SJ. Int tista’ twassal din iċ-ċavetta u tiftaħ bieb li għal dawn il-persuni hu msakkar biex ikollhom l-opportunitajiet li semmejna. Permezz ta’ din l-app u ftit mill-ħin liberu tiegħek, tista’ tgħin lil min għandu bżonn il-ħiliet bażiċi. Tkun qed tagħmel differenza kbira lil min jinsab f’din is-sitwazzjoni. Issa taf bil-proġett. Taf ukoll bl-għodda. Aħseb ftit jekk tafx lil xi ħadd li jista’ jkollu ġejjieni aħjar jekk jitgħallem jaqra u jikteb. Lest/a tagħti daqqa t’id? Iċ-ċavetta f’idejk.


20 | Flimkien

A lfred Camilleri 10 0 S E N A M I D - D E H R I E T F ’ FAT I M A

L-appuntament li ntilef Ir-raba’ dehra ta’ Fatima propjament kellha sseħħ fit-13 ta’ Awwissu, imma dakinhar it-tfal ma tfaċċawx. Għaliex?

I

s-sindku tal-post, ċertu Arturo de Oliveira Santos, kien ħataf lit-tfal u ħadhom fil-ħabs ta’ Vila Nova de Oúrem biex iġegħelhom jiċħdu li kienu raw id-dehriet. Biex jagħmel pressjoni fuqhom, offrielhom rigali u anki heddidhom li jitfagħhom f’kaldarun biż-żejt jagħli, iżda t-tfal żammew sod. Jumejn wara, is-sindku reġa’ ħadhom lura Fatima, fil-ħabs, fejn il-ħabsin spiċċaw jgħidu r-Rużarju mat-tlett itfal. Fid-19 ta’ Awwissu, madwar l-erbgħa ta’ wara nofsinhar, Luċija kienet ma’ Franġisku u kuġina oħra jirgħu n-nagħaġ f’post jismu Valinhos. Lucia ħebritha qalbha u bagħtet malajr għal Ġjaċinta li laħqet waslet filħin biex tara lill-Madonna. Luċija tkompli tirrakkonta r-raba’ dehra hekk: “Franġisku u jien rajna d-dawl qawwi. Imbagħad, malli waslet Ġjaċinta, rajna lillMadonna fuq is-siġra tal-ballut, bħas-soltu. ‘X’tixtieq minni?’ staqsejtha.

Valinhos, il-post fejn seħħet id-dehra tad-19 ta’ Awwissu, 1917

‘Nixtieqkom tkomplu tmorru l-Cova da Iria fit-13 ta’ kull xahar u tgħidu r-Rużarju kuljum. Fl-aħħar xahar nagħmel miraklu biex kulħadd jemmen.’ Qaltilna wkoll li kieku s-sindku ma ħatafniex dakinhar tat-13 ta’ Awwissu, ilmiraklu kien se jkun akbar. ‘Xi tridna nagħmlu bil-flus li n-nies qed iħallu fil-Cova da Iria?’ staqsejtha. ‘Agħmlu żewġ pjattaformi, waħda għalik u oħra għal Ġjaċinta. Waħda biex iġġorruha ma’ żewġt ibniet oħra lebsin l-abjad. L-oħra jġorrha Franġisku ma’ tliet subien oħra. Il-flus li jpoġġu fuqhom ikunu għall-festa tal-Madonna tar-Rużarju. Il-flus li jibqa’ mbagħad użawhom biex tinbena kappella.’ ‘Nixtieq nitolbok tfejjaq xi morda,’ għedtilha jien. ‘Iva, infejjaq xi wħud minnhom matul din is-sena,’ wieġbet hi. Imbagħad wiċċha ħa bixra ta’ swied il-qalb u qalet, ‘Itolbu, itolbu ħafna u offru sagrifiċċji għall-midinbin, għax ħafna erwieħ qegħdin imorru l-infern għax m’għandhom lil ħadd min jitlob u joffri sagrifiċċji għalihom.’ Wara li qalet dan, il-Madonna bdiet tielgħa bħas-soltu lejn il-Lvant u għebet.” Biex tkun taf aktar dwar il-messaġġ ta’ Fatima aqra l-ktieb “Ħdejn Fatima Dehret”. Jinxtara mill-Uffiċċju Missjunarju (Valletta), il-Catholic Bookshop (Paola), Radju Marija jew ċempel 21892770 jew 9949 1900.


Awwissu 2017 | 21

X

Xi dritt għandna?

i dritt għandna nkesksu u nġelldu l-klieb u nħalluhom jigdmu u jtertqu lil xulxin sakemm joħroġ id-demm – biex aħna nilagħbu l-imħatri fuqhom? Xi dritt għandna li nġelldu s-sriedak u narawhom inaqqru għajnejn xulxin – biex niftaħru li “tiegħi ġab lill-ieħor żibel”? Xi dritt għandna li biex ikollna ġilda sabiħa, xagħar faqgħa, dwiefer meraviljużi, ‘make-up’ mill-aqwa – nixtru prodotti magħmula wara esperimenti tal-biża’ fuq fniek, xadini u annimali oħra? Xi dritt għandna nżommu għasfur f’gaġġa li bilkemm għandu fejn jiċċaqlaq – basta noqgħod nisimgħu jsaffar u naqla’ ħamsin ewro minn fuqu? Xi dritt għandna nixtru kelb żgħir bħala rigal għall-Milied – biex imbagħad niħduh xi mkien ’il bogħod bil-karozza u nitilquh hemm wara ftit xhur? Xi dritt għandna li nittorturaw barri u nimlewh vleġeġ – biex nuru li aħna ‘macho’ u ‘superjuri’? Xi dritt għandna ndaħħlu flieles u flieles u flieles ġo gaġġa li ma tesagħhomx – basta jiħxienu, jikbru u jbidu? Xi dritt għandna nħallu lil uliedna jixxuttjaw qattus – sempliċement għax jinzerta jkun għaddej minn quddiemhom? Xi dritt għandna noqtlu rinoċeronte – biex neħdulu qrunu u nagħmluh flus?

Xi dritt għandna nsawtu kelb għax idejjaqna jinbaħ – minflok naraw xi jrid jgħidilna u x’għandu bżonn? Xi dritt għandna li nattendu wirjiet fejn iljunfant jiġi mġiegħel joqgħod bilwieqfa fuq sieq waħda – biex it-tfal tagħna jieħdu selfie miegħu? Xi dritt għandna nżommu għasafar jew ħut jew hamsters – jekk imbagħad ma nbiddlulhomx spiss, ma nagħtuhomx ilma nadif? Xi dritt għandna mmorru għall-kaċċa fil-Kenja jew il-Botswana – biex niftaħru li qtilna ljun u mbagħad nieħdu ritratt malkadavru u npoġġuh fuq facebook? Xi dritt għandna nagħtu x-xokkijiet lillġrieden – biex nippubblikaw studji sbieħ u nuru kemm aħna bravi? Xi dritt għandna nkomplu nħaddmu żwiemel jew baqar jew ngħabbuhom b’toqol li ma jifilħux – avolja jkunu xjaħu jew mardu? Xi dritt għandna li ndeffsu u ngħaffġu ħnieżer fuq trakk huma u sejrin għallqatla u mbagħad, kif għadu jiġri f’xi biċċeriji fid-dinja ‘ċivilizzata’ – noqtluhom bl-akbar ħruxija u kattiverija? Xi dritt għandna naħsbu li qed nagħmlu progress – jekk m’aħniex kapaċi nħobbu u nieħdu ħsieb lil ħbiebna l-annimali?


22 | Flimkien

S ilva n a Cardo n a Żgħa ż agħ

Ħarġu r-riżultati! Andrew ħebritu qalbu li ma kienx għadda f’suġġett minnhom. Veru kien sabha tqila l-karta tal-eżami dakinhar. U hekk ġara! Kif fetaħ ir-riżultat, ħass id-dinja taqa’ fuqu. Kien weħel u issa kien tilef iċ-ċans li jidħol fil-kulleġġ fejn kien ilu joħlom li se jkompli l-istudji tiegħu. Dak li kien ilu jispira għalih rah jispiċċa fix-xejn. Sadanittant, fuq il-midja soċjali, ħbiebu bdew jiktbu fuq l-istatus tagħhom kemm kienu ferħana bir-riżultati sbieħ li ġabu u kulħadd jgħid f’liema kulleġġ kien sejjer u liema suġġetti se jkompli jistudja f’livell avvanzat. Iżda Andrew ma ażżarda jikteb xejn. Ħassu umiljat u mitluf quddiem din is-sitwazzjoni. Staħa jiffaċċja lil sħabu u jgħidilhom li hu ma għaddiex. Dak il-ħin għażel li ma jikkummenta xejn, la fuq l-istatus tiegħu u lanqas fil-‘group chat’ ta’ bejniethom. Ma kellu aptit jara u jkellem lil ħadd. Xi dwejjaq! Ingħalaq f’kamartu u baqa’ hemm jitnikket waħdu. Il-ġenituri tiegħu ħeġġewh jitkellem magħhom dwar kif kien qed iħossu. Fakkruh f’kemm kien mar tajjeb fis-suġġetti l-oħra. Qalulu wkoll li hemm diversi toroq oħra kif xorta waħda jista’ jasal fejn ried jilħaq. Semmewlu l-possibiltajiet ta’ x’seta’ jagħmel.

Huwa qabel magħhom li l-ewwel pass kien li jagħmel appuntament mal-‘istudents advisory services’ biex jiggwidawh, jara x’alternattivi hemm għalih u jimxi minn hemm. Bi ftit kuraġġ u sapport mill-esperti f’dan il-qasam, kif ukoll mill-ġenituri u ħutu, Andrew ma baqax jiffoka biss fuq is-suġġett li falla fih iżda beda jara l-istampa sħiħa. B’hekk fehem u apprezza li bis-suġġetti li għadda minnhom xorta kellu opportunitajiet oħra li jwassluh għall-karrieri sbieħ u li jogħġbu lilu. Fehem ukoll l-importanza li l-ħajja tkompli sejra, jiġri x’jiġri. Reġa’ beda jikkomunika ma’ sħabu fuq l-internet u pprova jibqa’ pożittiv minkejja d-diżappunt li ġarrab. Dakinhar filgħaxija Andrew ftakar ukoll fi kliem Ġesù: “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom” (Mt 11:25-30). F’qalbu offra n-niket li kien ħass meta fetaħ ir-riżultat. Emmen bis-sħiħ li ħajtu ma kinitx biss irriżultat li ġab, u li l-Mulej se jkun miegħu fl-għażliet u l-impenn ġdid.


Awwissu 2017 | 23 M iriam E ll u l PAĠN A L E T T E R A R J A

POEŻIJA REBBIEĦA

Qalb Xemxija Fix-xefaq ’il bogħod tinħall ix-xemx għaslija, lewn id-deheb il-ġawhar wiċċha, titbissem lill-korpu kajman ta’ ruħu kaħlan.

Imbagħad, tintiseġ il-ħarsa, fi dwett namrat imb wiċċ il-ħelwa veduta, titkattar siltet il-ħajja din l-għaxqa fi ġrajja.

Tingħasar il-benna, mid-dielja t’imħabba, bħal ħlejju tal-għenba din l-għożża titrabba. Wayne Farrugia

Il-Firda Kultant nistaqsi waħdi, Nixtieq niktiblek ittra, Jien lest inġibek lura, Dal-ħabi, dan għalfejn? Biex nara kif qed tgħix, U nħallas ma nafx kemm, Bħalkieku din enigma Ma nafx fejn nibgħathielek, ’Ma Alla jridek miegħu, Nindaga jkun għalxejn. Għax indirizz m’għandix. Għalxejn jien nibki d-demm. Ħadd ħadd ma kien jaf jgħidli, Nixtieq niltaqa’ miegħek, Inftamna sentejn ilu, Biex nara fejn tinsab, Għax ħadd ma jaf l-imkien, Mill-għożża ta’ xulxin, Għax hawn li fadal minnek, Kien żmien ta’ diqa u niket, Xi wħud qaluli nsaqsi, Gozz għadam u ftit trab. Lil Alla tal-ħolqien. Hekk amar id-destin! Imqar narak għal siegħa, Lil Alla jien saqsejtu, Fadalli tama waħda, Fis-satra ta’ billejl, ’Ma hu ma weġibnix, U din mhu ser tmut qatt: Jew nisma’ leħnek jidwi, Ġo qalbi smajt bħal eku, Xi darba għad niltaqgħu, Fil-baħħ bla qies, bla kejl. ’Ma dan ma sabbarnix. U ma jifridna ħadd! Miktuba minn J.J. Martinelli, mibgħuta min-neputi Andrea Portelli

Ibgħat novella jew poeżija qasira għal din il-paġna.Il-kitba li titla’ bil-polza tirbaħ żewġ kotba mingħand M erlin Publishers Ltd. Ibgħat preferibbilment bl-email hekk: flimkien@ maltadiocese.org jew mirell60@gmail.com jew 29, Miramaki, Triq Biagio Galea, Tarxien.


Kont taf? Little Boy Il-bomba li ntefgħet fuq Hiroshima kien jisimha Little Boy. Kien it-Tnejn, 6 ta’ Awwissu 1945, meta ntefgħet il-bomba nukleari mill-bomber B-29 Amerikan li l-pilota semmieh Enola Gay, għax ommu hekk kien jisimha. Il-pilota kien Paul W. Tibbits. Fid-9 ta’ Awwissu ntefgħet bomba oħra, din id-darba fuq Nagasaki. Hu stmat li fiż-żewġt ibliet inqatlu mal-130,000 persuna bil-feriti u r-radjazzjoni. Il-Ġappun ċeda għalkollox fil-15 ta’ Awwissu. Aktar tard, Tibbits qal: “Jien konvint li aktar salvajna nies milli qtilna.” Kien qed jirreferi għall-Ġappuniżi u l-Amerikani kollha li setgħu nqatlu kieku l-gwerra kellha titkompla, Tibbits miet ta’ 92 sena fl-2007.

Awwissu Ix-xahar ta’ Awwissu ssemma għal Ċesari Awgustu (l-imperatur Ruman li fi żmienu sar iċ-ċensiment meta twieled Ġesù). Qabel, dan ix-xahar kien jismu ‘Sextilis’. Kien is-sitt xahar tal-kalendarju

Ruman. Għar-Rumani s-sena kienet tibda f’Marzu tagħna u kienet magħmula minn għaxar xhur u mhux tnax. Għalhekk Settembru kien is-seba’ xahar, Ottubru t-tmien xahar, u l-bqija.

from Starting

€8,999* per month or €180*

0%

DE AVA POSIT ILAB LE

*Prices include Scrappage Scheme Industrial Motors Ltd. 1, Antonio Bosio Street, Msida MSD 1341 Tel: 20160000 Mob: 99991666 Email: sales@suzuki.com.mt Mizzi Motors Ltd. Mgarr Road, Ghajnsielem, GSM 9016 Tel: 21556942 Mob: 99782000 Email: sales-gozo@mizzimotors.com.mt

www.suzuki.com.mt


D ott. G odfre y Agi u s S A Ħ Ħ I T N A

Awwissu 2017 | 25

Tliet armi kontra l-kolesterol X’effett għandu l-kolesterol fuq saħħitna. Għaliex nagħtuh daqshekk importanza?

M

in ikollu l-kolesterol għoli għandu riskju akbar li jkollu mard tal-qalb u li taqbdu puplesija. Ir-riskju jiġi kkalkulat mhux fuq ilkolesterol biss iżda wkoll fuq l-età, ilpressjoni, it-tipjip, il-piż u l-ġenetika, għax il-kolesterol għoli jintiret ukoll. Għalhekk wieħed jagħti ħafna importanza lil dan it-test. Dan għandek tagħmlu għall-anqas kull ħames snin jekk għalaqt l-20 sena, u darba fis-sena jekk għalaqt l-40. Meta l-kolesterol ma jkunx normali dan it-test jista’ jsir aktar spiss. Allura x’ifissru dawk l-ittri u dawk innumri li jintużaw fit-test? • Total Cholesterol għandu jkun normali bejn 2 u 5. • LDL Cholesterol huwa l-kolesterol il‘ħażin’ (preferibbilment bejn 0.1 u 3.88) • HDL Cholesterol huwa l-kolesterol it‘tajjeb’ (preferibbilment bejn 0.9 u 1.45) (Figuri kif indikati fil-laboratorju tal-Isptar Mater Dei). It-‘triglycerides’ (kwalità ta’ xaħam fiddemm) jiġu minn dawk il-kaloriji li jinsabu fl-ikel żejjed, li jkun fihom ħafna zokkor jew alkoħol u jsiru ‘triglycerides’ fiċ-ċelloli tax-xaħam fil-ġisem (0.1-2.26). 1. Dieta Biex wieħed inaqqas il-kolesterol fiddemm għandu jagħmel dieta speċjali li jkun fiha inqas xaħam, liema xaħam jinstab fl-isfar tal-bajd, il-butir, iċ-

ċikkulata, il-jogurt, il-ġobon u l-ħalib mhux xkumat (‘unskimmed’). Dak li llum insejħulu ikel ‘healthy’ jfisser aktar ħaxix frisk u frott u inqas laħmijiet u karboidrati, li ġejjin mill-familja taz-zokkor, bħalma hu l-alkoħol, is-‘soft drinks’ li jkun fihom kwantità kbira ta’ zokkor, u inqas qali u butir, li llum insibuh ukoll bla kolesterol għax magħmul mill-ħxejjex u s-soya. 2. Eżerċizzju It-tieni ħaġa li wieħed għandu jagħmel huwa li jibda jagħmel ftit eżerċizzju. Dan għandu jibda bil-mod u bil-ftit kuljum sakemm wieħed jiflaħ, u jikkonsisti f’mixja qasira fil-bidu li bil-mod il-mod titwal u forsi ssir ftit aktar mgħaġġla. Ħu parir tat-tabib tiegħek biex jiggwidak x’tagħmel u sakemm għandek tasal. 3. Mediċini Fl-aħħar nett jiġu l-mediċini li kulħadd jaf li jista’ jkollhom (mhux bilfors) xi ftit side effects. Jista’ jkun hemm bżonn li wieħed iwaqqaf il-mediċini u jikkontrolla bl-ewwel żewġ affarijiet li semmejna (dieta u eżerċizzji). Teżisti kwalità ta’ mediċina li fiha l-Omega 3 u li nsibuha wkoll fis-salamun u t-tonn. Din hija ta’ benefiċċju kbir għal saħħitna għax iżżid l-HDL (il-kolesterol it-tajjeb) u tnaqqas it-‘triglycerides’. Għandek xi mistoqsija għat-tabib? Ibgħat hekk: Flimkien, P.O. Box 1, Il-Furjana jew bl-email: flimkien@maltadiocese.org



Awwissu 2017 | 27

Logħo b • Clau dia Ci n i Mimdudin 1. Minnu jsiru l-ġulepp u l-karamelli (6) 4. Mġiba, attitudni, mod kif wieħed iġib ruħu (4) 6. Geżwer tajjeb (6) 7. Tajjeb ikollok wieħed il-bank! (4) 8. Fratell, ajk, novizz (3) 10. Imrobbi biż-żegħil (6) 12. Xaqq bejn ġebla u oħra (3) 14. Karta tal-logħob bin-numru wieħed (3) 15. Jixbah, qisu l-istess (6) 18. Din issibha fuq l-għonq (3) 20. Ħtija, offiża (4) 21. Saħħa mill-ġdid (6) 22. Ma jqarraqx, ġust, sinċier u onest (4) 23. Żmien qabel l-Għid (6)

Tisliba

4 9 3 1

6 9 5 8 8 9 7 1 2 6 2 1 3 7 9 9 3 7 5 4 7 1 2

Nota: GĦ u IE jieħdu kaxxa waħda

Weqfin 1. Inbid qares; neħħa r-rabta (4) 2. Għaffeġ taħt saqajh (5) 3. Kummidjant, pulċinell, komiku (5) 4. Noè bnieha biex isalva mill-għarqa (4) 5. Użin Malti daqs 800 gramm (5) 9. Ħad-Dingli magħruf għalih! (4) 10. Minnufih, malajr! (3) 11. Dudu li jitrabba biż-żmien fl-injam! (4) 13. L-id tiegħi (3) 14. Taħlita ta’ isfar u ikħal (5) 16. Lewn il-lellux (5) 17. Aktar fin (5) 18. Qfil jew ankrar (4) 19. Ta’ togħma tajba (4)

Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor Mimduda: 1. SERBUT, 4. KOWT, 6. RFINAR, 7. ERĦA, 8. JEW, 10. SAKKAR, 12. ERA, 14. ĠOK, 15. NASPLA, 18. KAP, 20. NINU, 21. TIXLIL, 22. IŻDA, 23. TKANTA. Weqfin: 1. SORU, 2. BANEK, 3. TARJA, 4. KREW, 5. TVARA, 9. EROS, 10. STO, 11. KINA, 13. RJA, 14. ĠANNI, 16. APTIT, 17. PAXXA, 18. KUDA, 19. ALKA.

3 5 7 9 8 3 4 1 2 6 1 9

Rebbieħ/a: R. Borg, Is-Siġġiewi Irbaħ voucher mingħand Alfsons Supermarket, il-Ħamrun. Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar: Flimkien, Tisliba, P.O. Box 1, Il-Furjana

Sudoku

Imla l-vojt kollu b’mod li l-kolonni, il-linji u kull kaxxa ta’ disgħa jimtlew bin-numri 1 sa 9. Premju voucher ta’ 20 ewro li jissarraf għand Scotts Supermarket. Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar: Flimkien, Sudoku, P.O. Box 1, Il-Furjana.

Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor 7

3

4

8

9

1

6

2

5

1

9

5

2

6

4

8

7

3

8

6

2

5

3

7

4

1

9

6

1

9

7

2

8

3

5

4

5

2

3

1

4

9

7

6

8

4

7

8

3

5

6

1

9

2

2

5

6

4

7

3

9

8

1

3

8

7

9

1

2

5

4

6

9

4

1

6

8

5

2

3

7

Rebbieħ/a:

S. Xuereb, Il-Mellieħa


Clau dia Ci n i I ll u strazz j o n i Ja n et Vella

28 | Flimkien

Għalina t-tfal ‘Snack’ bil-‘cornflakes’ u ċ-ċikkulata Ikollok bżonn: • 100 gramma butir bla melħ (imqatta’ żgħir) • 4 mgħaref ‘golden syrup’ • 200 gramma ċikkulata (imqattgħa żgħira) • 150 gramma ‘cornflakes’ • Madwar 30 forma tal-karti (tal-pasti)

Metodu: • Poġġi l-butir, iċ-ċikkulata u l-‘golden syrup’ f’kazzola fuq nar baxx. • Ħawwad flimkien l-ingredjenti u neħħihom minn fuq in-nar xħin jinħall kollox. • Żid il-‘cornflakes’ u ħawwad bil-mod sakemm jinksew bit-taħlita. • B’mgħarfa poġġi t-taħlita ftit ftit ġol-forom tal-karti. (Uża forom tal-karti kkuluriti jew iddisinjati biex min jieħu minnhom jieħu aktar gost b’dan is-‘snack’.) • Ippostja l-forom fuq gabarrè u poġġihom fil-friġġ biex jibbiesu.

Kompetizzjoni bi premju Wara li twieġeb, ifforma kelma bl-ittri li hemm fil-kaxxi s-sofor. 1.

2.

3.

4.

5.

1. Vaganza barra l-pajjiż. 2. Waħda li tħobb il-flus u ma tonfoq xejn. 3. Nofs in-nofs. 4. Dari kienu jbilluha fil-klamar. 5. Madwarha noqogħdu biex nieklu. Ibgħat it-tweġiba flimkien mad-dettalji tiegħek hekk: Flimkien, Kompetizzjoni Tfal, P.O. Box 1, IlFurjana. L-ewwel tweġiba tajba li tinfetaħ tirbaħ żewġ biljetti għall-In Guardia f’Forti Sant’Iermu. Tweġiba tax-xahar l-ieħor: BANDA Rebbieħ/a: H. Fenech, Ħaż-Żebbuġ


Awwissu 2017 | 29


L-A ħħar Paġ n a

30 | Flimkien

L-erba’ xemgħat L-erba’ xemgħat mixgħula kienu ftit ftit qegħdin jinħlew. Kien hemm skiet kbir fil-kappella fejn kienu, tant li stajt tismagħhom jitkellmu bejniethom.

L

-ewwel waħda kienet qed tgħid: “Jiena x-xemgħa tal-Paċi. Imma l-bnedmin tal-lum mhumiex kapaċi jgħixu fil-paċi. Naħseb li ma baqagħli xejn aktar x’nagħmel ħlief li nintefa bil-mod u nispiċċa!” U hekk ġara: ix-xemgħa ħalliet lilha nnifisha tnemnem sakemm intfiet għalkollox. It-tieni waħda qalet: “Jiena x-xemgħa tal-Fidi. Imma, jaħasra, illum ma niswa xejn għax il-bnedmin ma jridux jafu. X’sens fiha li nibqa’ mixgħula?” U kif qalet hekk, ġiet żiffa ħafifa li kif għaddiet minn fuqha malajr tfietha. Mimlija diqa, it-tielet xemgħa qalet: “Jiena x-xemgħa tal-Imħabba. M’għandix saħħa nibqa’ mixgħula. Il-bnedmin ma jridux jagħtu kasi u ma jifhmux kemm jien importanti.

Ħlief jobogħdu ma jafux, anki lil min l-aktar iħobbhom.” U bla ma qagħdet tistenna aktar din ukoll ħalliet lilha nnifisha tintefa. Imma f’ħin minnhom daħal tifel żgħir fil-kappella u ra x-xemgħat, tlieta minnhom mitfija. Imbeżża’ b’dak id-dlam, it-tifel qal lix-xemgħat: “Intom x’qed tagħmlu? Jien irridkom tibqgħu mixgħula għax jien nibża’ mid-dlam!” U kif qal hekk infaqa’ jibki. Meta rat dan, qabżet ir-raba’ xemgħa, li kienet baqgħet tnemnem, u qalet: “Tibżax, ibni. Tibkix. Sakemm nibqa’ mixgħula jien, dejjem nistgħu nerġgħu nixegħlu t-tliet xemgħat l-oħra. Jiena x-xemgħa tat-Tama.” B’għajnejh imdemmgħin u minfuħin ittifel qabad ix-xemgħa tat-Tama u reġa’ xegħel ix-xemgħat l-oħra kollha.

Tibżax, ibni. Tibkix. Sakemm nibqa’ mixgħula jien, dejjem nistgħu nerġgħu nixegħlu t-tliet xemgħat l-oħra. Jiena x-xemgħa tat-Tama


Awwissu 2017 | 31

Ftit ċajt għas-sajf T

ifel: Pa, minn fejn ġew il-bnedmin? Missier: Darba kien hawn Adam u Eva, u dawn kellhom it-tfal, imbagħad dawn kibru u kellhom it-tfal huma wkoll, u baqgħu sejrin hekk sakemm fl-aħħar ġejna aħna. It-tifel mar għand ommu u staqsieha l-istess mistoqsija. Omm: Fil-bidu konna xadini imma mbagħad evolvejna u sirna dak li aħna llum. It-tifel reġa’ mar għand missieru: Pa, mela inti għedtli gidba! Missier: Le, ibni, ommok kienet qed titkellem fuq in-naħa tal-familja tagħha.

P

reżentatur tat-tv lil parteċipant: Kieku kellek tgħaddi minn wieħed minn tliet bibien liema tagħżel? L-ewwel, bieb li warajh hemm raġel bi xkubetta f’idu; it-tieni, bieb li warajh hemm tigra ilha ma tiekol seba’ snin; it-tielet, bieb li kif tiftħu taqa’ preċipizzju għal isfel. Parteċipant: It-tieni bieb, dak bit-tigra, għax jekk ilha ma tiekol seba’ snin, allura mejta żgur!

F

tit ilu, jien u żewġi (li ma tantx jattendi knisja) konna ħerġin mill-quddies u l-kappillan kien fil-bieb jieħu b’id kull min joħroġ. Meta kien imiss lilna ħataf id ir-raġel u qallu: Kemm ili ma narak! Int imissek tingħaqad mal-Armata tal-Mulej! Żewġi: Imma, Kappillan, jien diġà fl-Armata tal-Mulej! Kappillan: Kif jista’ jkun? Jien narak hawn biss fil-Milied u fl-Għid. Żewġi: Għax jien fit-taqsima tas-‘Secret Service’ tal-Mulej.

T

ifel żgħir fetaħ il-Bibbja kbira tal-familja. Bi stagħġib kbir fuqu beda jqalleb ilpaġni qodma, riħa ta’ trab. F’ħin minnhom waqgħet xi ħaġa minnha: kienet werqa qadima li xi ħadd kien ippressaha bejn ilpaġni. Tifel: Ma, ara x’sibt! Omm: Jaqaw? Tifel: Naħseb li sibt il-libsa ta’ Adam!

G

ħalliem: Jista’ kangarù jaqbeż aktar millkoppla tal-Vatikan? Student: Dażgur, il-koppla tal-Vatikan ma tistax taqbeż!

Ż

agħżugħ kien għadu kif ġab il-liċenzja tas-sewqan. Mar fuq missieru, li kien ‘pastor’ Protestant. Żagħżugħ: Pa, nista’ xi drabi nuża l-karozza? Pastor: Studja aktar il-Bibbja, ġib marki aħjar l-iskola, aqta’ xagħrek u mbagħad ejja nerġgħu nitkellmu. Għadda xahar. Iż-żagħżugħ reġa’ ġie għand missieru biex jiddiskutu dwar il-karozza. Pastor: Kemm jien kuntent bik, ibni! Qed iġġib marki aħjar, qed narak tistudja l-Bibbja ta’ spiss … imma xagħrek bqajt ma qtajtux! Żagħżugħ: Imma, pa, Sansun kellu xagħru twil, Noè wkoll, Mosè l-istess u jgħidu li anki Ġesù kellu xagħru twil… Pastor: Veru, imma dawk kull fejn marru dejjem jimxu kienu!


FEELING FREE AT HOME

invest in comfort and safety for yourself or your parents

Exclusive local distributors of Stair Lifts, Recliners & Scooters

Tel: +356 21 252206 Email: info@liftservices.com.mt Website: www.liftsservices.com.mt Lifts Services Ltd , Factory A25F Marsa Industrial Park, Marsa, Malta


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.