Flimkien Dicembru 2015

Page 1

Newspaper Post

Diċembru 2015 | Numru 133

PROTEZZJONI TAL-EMBRIJUN

6 Mhux meħtieġ u mhux raġonevoli

X’qal il-grupp ta’ esperti mwaqqaf mill-Isqfijiet Maltin dwar bidliet proposti fil-liġi attwali

7 F’Pariġi Alla beka ŻGĦAŻAGĦ

10 L-imħatri nikolhom!

Għamluli sfida ġdida. Tgħid nidħol għaliha? L-INTERVISTA

13 Eroj moħbija fid-djar

Għal għoxrin sena ħadet ħsieb ommha marida IS-SENA TAL-ĦNIENA

18 Meta l-bibien ma jingħalqux aktar Tagħrif dwar il-Ġublew tal-Ħniena li se jibda fit-8 ta’ Diċembru

30 Mort għandu billejl Mid-djarji ta’ persuni li ltaqgħu ma’ Wiċċ il-Ħniena


BSL

Britannia Tours … il-vjaææ tiegœek jibda hawn!

Il-Æisem Qaddis ta’ Patri Piju gœall-qima f’Ruma INŸURU Ruma, il-Vatikan u Assisi

5-8 Frar

L-Gœid f’Lourdes MINN

¢479 ESKURSJONIJIET INKLUŸI

TITJIRIET DIRETTI GŒAL LOURDES

INŸURU Lourdes, Betherram, St Jean de Luz, Col d’Ibardin u Pont d’Espagne

MINN

¢479

23-28 Marzu

(25 Mar - Festa Pubblika)

FULL BOARD

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, trasferimenti, servizzi ta’ tour leader u t-taxxi kollha (Kundizzjonijiet japplikaw). Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt


Editorjal • Dun A nton Por telli

Aħfrilna bħalma naħfru

F

il-presepju dejjem naraw il-familja ta’ Ġesù, Marija u Ġużeppi. Magħhom naraw xi ragħaj, xi nagħaġ, xi ħmara. Ġesù twieled f’din il-familja. Kien fiha li għex, tgħallem il-Kelma ta’ Alla, għex il-fidi tiegħu, ra t-tbatija, is-sagrifiċċju u l-ferħ. Fiha għex l-imħabba tal-bnedmin u ta’ Alla. Din kienet it-tħejjija li wasslet biex tant nies inġabru madwaru u hu wasslilhom ilħniena u l-imħabba ta’ Alla li hu Missier. Hija din il-ħniena li l-Papa stedinna biex niċċelebraw matul is-Sena Qaddisa speċjali li tibda fit-8 ta’ Diċembru. Aħna mhux biss nilqgħu fina din il-ħniena ta’ Alla imma naqsmuha ma’ xulxin: Aħfrilna bħalma aħna naħfru lil min hu ħati għalina. Jekk ma naħfrux ikun ifisser li fina ma tkunx waslet il-ħniena ta’ Alla nnifsu. Nitolbu lill-Mulej Ġesù biex inaddafna minn kull ħażen bil-qawwa tal-ħniena tiegħu: hekk jiġi jgħammar ġewwa fina. Il-Milied qaddis lilkom ilkoll! K E L M A TA ’ F R A N Ġ I S K U

L-eżiljati moħbija

Waqt li nwaħħlu ħarsitna fuq il-Familja Mqaddsa ta’ Nazaret, fil-mument meta hi mġiegħla ssir refuġjata, naħsbu fil-ħajja diffiċli tal-immigranti u r-refuġjati li sfaw vittmi tar-rifjut, tal-abbuż, tal-bejgħ talbnedmin u tax-xogħol bħala lsiera. Imma ejjew naħsbu wkoll fl-“eżiljati” l-oħra – jien insejħilhom “eżiljati moħbija”, dawk li jinsabu fil-familji stess: l-anzjani, li xi drabi jiġu trattati daqslikieku kienu xi piż żejjjed. Spiss naħseb li nistgħu nieħdu idea ta’ kif sejra familja billi nosservaw kif jiġu trattati t-tfal u l-anzjani li għandha fi ħdanha. Angelus, 29 ta’ Diċembru, 2013

Diċembru 2015

Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u titqassam b’xejn lill-familji Maltin. Biex tirriklama fuq Flimkien ċempel fuq 2137 4942 jew 7959 3727 Email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta Indirizz Editorjali Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali Editur Carmel Conti

Grafika Outlook Coop

Stampar Velprint Ltd

Nota: Jiddispjaċina li minħabba nuqqas ta’ spazju dan ix-xahar kellna nħallu barra dawn irrubriki: Ġawhar (Fr Hector), Nakkumpanjaw lil Uliedna (Fr Carl-Mario), Ittri mill-Qarrejja u Appostolat tat-Talb. Jerġgħu jidhru f’Jannar. Ir-rigal żgħir li s-soltu nagħtu lill-qarrejja tagħna fi żmien il-Milied se jitqassam fi Frar għall-okkażjoni tal-bidu tar-Randan.



Diċembru 2015 | 5

Milied hieni mimli ħniena

A

vveniment uniku f’dan ix-xahar ta’ Diċembru ta’ din is-sena 2015 huwa l-ftuħ tal-Bieb tal-Ġublew tal-Ħniena. Il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku ser jiftaħ il-Bieb Qaddis tal-Ġublew fil-Bażilika Papali ta’ San Pietru nhar it-8 ta’ Diċembru. Fl-Arċidjoċesi ta’ Malta l-Bieb Qaddis talĠublew tal-Ħniena ser jinfetaħ fil-Katidral tal-Imdina nhar it-13 ta’ Diċembru filgħaxija. Fil-5:30pm ser jitlaq pellegrinaġġ millKnisja ta’ San Mark ir-Rabat (Agostinjani)

li jwassalna sal-Bieb Qaddis fil-Katidral. Nistedinkom ilkoll biex tieħdu sehem. Il-Mulej wera l-Ħniena kbira tiegħu meta bagħat lil Ibnu l-Waħdieni biex jifdina. Meta noffru l-awguri għal “Milied Hieni” lil xulxin ejjew noffru lil xulxin id-don sabiħ tal-maħfra u tal-paċi! Il-Milied Hieni mimli Ħniena lil kulħadd! +Charles J. Scicluna Arċisqof ta’ Malta


6 | Flimkien

L-IFFRIŻAR TAL-EMBRIJUNI

Mhux meħtieġ xjentifikament u mhux raġonevoli “It-tagħrif xjentifiku prevalenti u r-riżultati miksuba lokalment fit-trattament bl-IVF s’issa juru li l-introduzzjoni tal-iffriżar tal-embrijuni f’Malta la hu meħtieġ xjentifikament u lanqas huwa raġonevoli.”

D

in hija waħda mill-konklużjonijiet ewlenin ta’ grupp ta’ esperti fil-qasam tal-mediċina, il-liġi, il-psikoloġija, il-politika soċjali, l-istudji tal-familja, l-istudji tad-diżabbiltà, il-filosofija u t-teoloġija, imqabbda mill-Konferenza Episkopali Maltija biex jippreparaw studju fuq it-tibdil li l-Gvern jidher li qed iħejji biex idaħħal fl-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni (2012). Il-grupp ikkonkluda wkoll li, fuq bażi ta’ argumenti legali, mediċi u etiċi, l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni għandu jibqa’ kif inhu, għax iħares id-dinjità u l-integrità tal-embrijun uman. Barra minn hekk, l-involviment ta’ terzi persuni permezz taddonazzjoni ta’ gameti u l-maternità surrogata se joħloq dilemmi serji dwar min huma l-veri ġenituri u jwassal għal kwistjonijiet serji etiċi, legali u psikosoċjali. L-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Isqof Mario Grech laqgħu l-konklużjonijiet talgrupp li kien ikkordinat mill-Fakultà tatTeoloġija. Id-dokument ta’ pożizzjoni jikkonkludi li l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni kif

inhu llum qed iħares l-interessi leġittimi tattarbija li se titwieled u jippromwovi standards etiċi xierqa fit-trattament tal-fertilità. Jinnota li l-liġi attwali, li għaddiet tliet snin ilu biss, kienet ġiet approvata unanimament mill-Membri Parlamentari kollha wara proċess estensiv ta’ konsultazzjoni li involva lill-istakeholders kollha fuq livell tassew nazzjonali. L-aktar importanti, dan l-Att kien kollu kemm hu ffukat fuq il-protezzjoni tal-embrijun uman – valur li b’mod ċar għadu jinżamm fi stima għolja f’Malta – u li għandu jkun affermat iktar milli mwarrab. Il-kunsens unanimu fil-Parlament wassal biex il-fertilizzazzjoni in vitro tkun offruta għall-ewwel darba mis-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa, u dan is-servizz issa ilu jopera għal aktar minn sena. Fil-fatt, l-ewwel trabi mwielda minn dawk il-koppji, li t-trattament tagħhom kien suċċess, m’ilhomx ħafna li twieldu. Għalkemm in-numri għadhom żgħar u s-servizz għadu fil-bidu, l-ewwel riżultati wrew rata tajba ta’ suċċess, b’mod speċjali meta wieħed jinnota l-fatt li dawk il-koppji li ngħataw prijorità għal trattament


Diċembru 2015 | 7

bikri kienu magħmula minn grupp ta’ riskju partikolarment għoli. Aktar minn hekk, id-data xjentifika prevalenti u r-riżultati miksuba minn trattament ta’ fertilizzazzjoni in vitro lokalment s’issa juru li l-introduzzjoni taliffriżar tal-embrijuni f’Malta mhix meħtieġa xjentifikament u mhix raġonevoli. L-iffriżar tal-embrijuni mhux se jtejjeb ir-rata ta’ suċċess lokali, li titqabbel tajjeb ma’ dawk ta’ ċentri barranin. Għall-kuntrarju, ladarba l-iffriżar tal-embrijuni huwa bla dubju marbut mal-ħolqien ta’ embrijuni żejda, dan il-proċess se joħloq sensiela ta’ dilemmi etiċi, morali u psikoloġiċi marbuta mar-rimi ta’ embrijuni żejda u l-ħela ta’ embrijuni. Barra minn hekk, ma tinsab l-ebda evidenza li t-tibdil għall-Att dwar ilProtezzjoni tal-Embrijuni huwa meħtieġ minn liġijiet tal-UE jew minħabba sentenzi riċenti mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet talBniedem. Id-dokument ta’ pożizzjoni jesprimi wkoll it-tħassib tal-grupp li l-introduzzjoni talittestjar ġenetiku qabel l-impjantazzjoni mhux probabbli li jkun ristrett għal kundizzjonijiet fatali jew li mhux vijabbli. Minflok, huwa probabbli ħafna li dan se jkun estiż biex ikopri kundizzjonijiet oħra, fejn ittestijiet ġenetiċi huma disponibbli faċilment, li jwassal għal selezzjoni, skartar u rimi ta’ embrijuni. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-grupp jinkludu li hemm bżonn li l-adozzjoni u l-fostering jiġu mħeġġa, promossi u faċilitati minn leġiżlazzjoni xierqa, u li jeħtieġ li jkun offrut sostenn uman u pastorali lil dawk il-persuni li għal xi raġuni ma jkunux jistgħu jkollhom tfal tagħhom stess. Il-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta, li kienet delegata mill-Konferenza Episkopali Maltija biex tlaqqa’ grupp interdixxiplinari biex jipprepara dan l-istudju approfondit, diġà ssottomettiet lill-Knisja

f’Malta, fuq talba tal-Isqfijiet, dokumenti ta’ pożizzjoni oħra fuq id-dokument ta’ konsultazzjoni tal-Gvern dwar il-proposta tal-leġiżlazzjoni dwar it-trapjanti tal-organi, l-espressjoni tal-ġeneru u l-karatteristiċi sesswali, u d-dekriminalizzazzjoni talvilifikazzjoni tar-reliġjon u l-pornografija. L-esperti li ħadu sehem f’dan l-istudju huma: Rev. Professur Emmanuel Agius (Chairperson), Professur Kevin Aquilina, Ms Grace Attard, Professur Simon Attard Montalto, l-Imħallef Giovanni Bonello, Mr George G. Buttigieg, Ms Astrid Camilleri, Mr Joe Camilleri, Dr Nadia Delicata, Rev. Professur George Grima, Mr Raymond Galea, Rev. Professur Paul Galea, Mr John Mamo, Rev. Dr Paul Pace, Ms Joseanne Peregin, Dr Clarissa Sammut Scerri, Mr Albert Paul Scerri, il-Professur Charles SavonaVentura, Dr Pierre Schembri Wismayer, Dr Sue Vella, Dr Anna Vella, Rev. Dr Ray Zammit. Il-verżjoni sħiħa tad-Dokument ta’ Pożizzjoni tista’ titniżżel mill-websajt knisja.org/ProtezzjoniEmbrijuni

“...ladarba l-iffriżar tal-embrijuni huwa bla dubju marbut malħolqien ta’ embrijuni żejda, dan il-proċess se joħloq sensiela ta’ dilemmi etiċi, morali u psikoloġiċi marbuta mar-rimi ta’ embrijuni żejda u l-ħela ta’ embrijuni”


0%

SIT PO LE DE ILAB AVA

Window Sticker

XL

SMA L

Starting from

â‚Ź8,999

L CA

R

3.6L/ 100k m

(Incl. Scrappage Scheme)

Industrial Motors Ltd. National Road, Blata L-Bajda, HMR 9010 Tel: 25969641/3 Mob: 99991666 Email: info-iml@iml.mizzi.com.mt Mizzi Motors Ltd. Mgarr Road, Ghajnsielem, GSM 9016 Tel: 21556942 Mob: 99782000 Email: jcassar@mizzimotors.com.mt

EASY

www.suzuki.com.mt

ROOM Y 254L


Diċembru 2015 | 9

F’Pariġi Alla beka Nhar il-Ġimgħa, 13 ta’ Novembru, f’Pariġi Alla beka.

B

eka għal mara ta’ 35 sena li kienet qed tiċċelebra għax il-kumpanija li magħha kienet impjegata offritilha kuntratt ta’ xogħol permanenti. Kien l-aħħar jum taxxogħol tagħha. Beka għal mara oħra, ta’ 33 sena, li kienet tħobb tpinġi, u li kulħadd kien jiftakarha tpinġi sa minn mindu kienet żgħira. Daqshekk misset il-kuluri b’idejha. Alla beka għall-professur ta’ 33 sena li meta jiġi lura d-dar filgħaxija mhux se jerġa’ jilgħab ma’ ibnu ta’ 3 snin; daqshekk ikkarezza lil martu li qed tistenna t-tieni tarbija. Beka jara lil Antoine, ġurnalist, iqatta’ jumejn sħaħ ifittex lil martu Helene f’kull sptar li hemm Pariġi biex jara jsibx lil martu li filgħaxija ma rritornatx id-dar. Bħalissa qed jibki lil martu flimkien ma’ ibnu ta’ 17-il xahar. Alla beka jaqra l-ittra li Antoine kiteb lil min qatillu lil martu. Beka jara lil koppja żagħżugħa, ta’ 22 u 23, li għażlu li jiċċelebraw il-ħames anniversarju flimkien propju f’dak il-post, dak il-ħin. L-aħħar anniversarju li ċċelebraw. Alla beka lil dawk iż-żewġ aħwa nisa, 35 u 36, li flimkien ma’ tmint iħbieb ħarġu jieklu l-Ġimgħa filgħaxija. Kienet l-aħħar ikla, l-aħħar tazza nbid – għall-għaxra li huma. Beka għal Anne ta’ 29, li tant kienet tħobb it-tfal li bidlet xogħolha għal nurse tat-tfal u kienet tixtieq li fil-futur qarib ikollha t-tfal hi wkoll. Imma issa qatt mhi se jkollha. Beka wkoll għall-familjari tagħhom. Għallġenituri li mhux se jirċievu aktar messaġġi bil-mowbajl filgħaxija biex iserrħulhom

rashom li waslu d-dar. Għall-ulied li f’daqqa waħda se jsibu d-dar vojta; żwieġhom jew marthom li se jsibu ħajjithom vojta. Alla beka għat-terroristi li żvujtaw ilKalaxnikovs tagħhom fuq bnedmin ħuthom. Beka li kellhom xi motiv biex għamlu dan. Beka li emmnu li kienu qed jagħmlu tajjeb. Beka li meta għamlu dan, qalu li għamluh għalih, u għajtu ismu. Beka għax kien hemm min feraħ u ċċelebra – minflok beka. Kull balla lil Alla taqqbitlu qalbu, u għal darba oħra ħarġitlu d-demm. Beka anki għall-familjari tat-terroristi. Dawn ukoll ommijiet u missirijiet, aħwa jew ulied. Dawn ukoll se jħossu vojt, rabja, biża’, vendetta. Alla beka wkoll għal eluf oħra li jitilfu ħajjithom imma li nibqgħu ma nisimgħux bihom għax il-midja internazzjonali ma twasslilniex l-istejjer personali tagħhom. Fl-aħħar, u mhux l-inqas, Alla beka għal Diesel, il-kelba ta’ 7 snin li tilfet ħajjitha waqt il-qadi ta’ dmirijietha. Fidila sal-aħħar.


10 | Flimkien

L-imħatri nikolhom! Għamluli sfida ġdida. Tgħid nidħol għaliha?

S

akemm kont għadni tifel, ma kienx ikun hemm imħatra li ma kontx nidħol għaliha. Min kien jisfidani għal xi ħaga, kont ngħidlu iva mill-ewwel. La kont inqis il-periklu li stajt nidħol fih u lanqas l-inkwiet li kien jinqala’ kemm mal-ġenituri kif ukoll mal-għalliema tiegħi. Min jaf kemm-il darba spiċċajt fl-uffiċċju tas-surmast wara xi mħatra gravi. L-aħħar imħatra spiċċajt ksirt sieqi u ddeċidejt li daqshekk nagħmel imħatri! Imma xi xhur ilu sieħbi Jean, tal-kulleġġ, li għadu kemm ġej minn esperjenza ta’ talb ma’ grupp ta’ żgħażagħ oħra, sfidani għal imħatra ġdida. Sfidani biex insir naf lil Ġesù personalment u nimxi fuq il-passi tiegħu. “Mm, imħatra stramba din! Insomma, imħatra stramba u mhix, għax jien naf ħafna dwar Ġesù! Naf li twieled minn Marija Verġni fuq tiben f’maxtura f’għar tal-annimali ġewwa Betlehem. Naf li meta kiber għallem lin-nies. Naf li għamel ħafna mirakli u l-folla kienet tiġġennen għal warajh. Naf li miet fuq salib u li qam mill-mewt. U naf ħafna aktar fuqu. Però, ma nafx kif ser insir naf lil Ġesù “personalment”! Din hija sfida verament tajba għalija, u beħsiebni nidħlilha b’ruħi u b’ġismi.” Bdejt billi staqsejt lil sħabi l-oħra x’jaħsbu u kif jistgħu jgħinuni f’din l-isfida. Kien hemm min qalli, “Hawn biex ġej?” Oħrajn daħku bija u għaddewni biż-żmien. Imma xi wħud kienu lesti jgħinuni


Żgħażagħ Silvana Cardona

u ssuġġerewli naqra xi ħajjiet tal-qaddisin biex b’hekk nitgħallem minn għandhom kif skoprewh huma personalment. Oħrajn qaluli biex nibda nattendi xi laqgħat fil-grupp magħhom. Imbagħad reġa’ resaq Jean lejja u qalli, “Jekk trid tassew tkun taf lil Ġesù, u trid tiġi mibdul fih, aqra l-Evanġelju, mur spiss quddiem it-Tabernaklu, ħu lil Ġesù fit-tqarbin, u itolbu jgħallmek hu.” Ftit ftit, bdejt nimxi fuq il-parir ta’ sieħbi Jean. Kull filgħodu, jew x’ħin ikolli xi free lesson, bdejt immur fil-kappella. Hemm kont noqgħod waħdi għall-kwiet quddiem is-Sagrament. Kont inħossni kalm u seren. Aktar ’il quddiem, bdejt naqra siltiet qosra mill-Evanġelju u bdejt niskopri lil Ġesù u t-tagħlim tiegħu. Fejn ma kontx nifhem, bdejt nistaqsi, u ħadt ħsieb li jkolli wkoll min jiggwidani spiritwalment. Matul dan il-proċess ħassejt li għandi nagħmel qrara tajba, u rġajt bdejt nitqarben mill-ġdid. Issa sar jagħmel aktar sens li nirċievi lil Ġesù ġo fija ta’ kuljum. Sirt inħoss ħeġġa kbira ġo fija biex ningħaqad ħaġa waħda ma’ Ġesù fl-Ewkaristija. Wara li nirċevih, inħossni mħeġġeġ u aktar kapaċi biex noħroġ mid-dinja komda tiegħi u nagħmel xi ħaġa ta’ ġid b’ħajti. Issa qed nipprova nagħti tbissima lil min forsi jkun imdejjaq. Nisma’ b’attenzjoni lil min jixtieq jiftaħ qalbu miegħi dwar xi ħaġa li tkun qed tinkwetah. Qed nuża kliem ta’ inkorraġġiment lil min qed jaqta’ qalbu. Se nipprova nċedi aktar minn dak li hu tiegħi u ngħaddih lill-oħrajn, sew jekk mill-ħin tiegħi kif ukoll dak materjali. Se nipprova nkun aktar preżenti fil-familja tiegħi. Imnalla kienet dik l-isfida li għamilli Jean!... Għax verament sirt naf min hu Ġesu. Issa mhux biss naf iktar “dwaru” imma “lilu”! Sirt naf min “tassew hu”. U s-sabiħa hi li issa ma nistax ngħix mingħajru!

Diċembru 2015 | 11

nagħmel X’taħseb, jekk jien issa il-Milied? sfida lilek għal dan Tixtieq tilqa’ l-istess sfida li kelli jien, u tiskopri lil Ġesù personalment fil-ħajja tiegħek? F’idejk! Ċentru Injazjan għall-Ispiritwalità Irtir għall-miżżewġin Opportunità għall-koppji miżżewġin li jikbru fir-relazzjoni tagħhom bejniethom u ma’ Alla. Miftuħ għall-ewwel tmien koppji li japplikaw. Ħin għal talb personali u bħala koppja. Ikun hemm ukoll sharing fi grupp u tiġdid tal-wegħdiet taż-żwieġ. Imexxi Fr Chris Vella sj Mill-Ġimgħa 4 sal-Ħadd 6 ta’ Diċembru Manresa House, Għawdex

Irtir fis-skiet (individwali) Talb fuq stil Injazjan. Tlett ijiem jew sebat ijiem (l-għazla f’idejk). Imxennaq għal ftit ħin mal-Mulej? Tixtieq issaħħaħ dak li temmen fih? Imexxu: Rita Gatt, Sr Mariella Ebejer u Louis Vella Mit-Tnejn 7 ta’ Diċembru sal-Ħadd 13. Mount St Joseph, Mosta Miftuħ għal kulħadd

Irtir għall-Avvent Qatt ħassejt li jiġi l-Milied imma qatt ma jirnexxilek taqbad il-veru tifsira tiegħu? Irtir residenzjali fuq stil Injazjan. Inputs qosra, ħin twil għal talb personali, possibbiltà ta’ diskussjonijiet personali mal-mexxejja tal-grupp f’atmosfera ta’ kwiet u paċi. Imexxi Fr Edgar Busuttil SJ Mill-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru sal-Ħadd 13 Manresa House, Rabat, Għawdex Miftuħ għal kulħadd


CRIBS&

CHRISTMAS ART

EXHIBITION December 21, 2015 – January 6, 2016

AUBERGE D’ITALIE, MERCHANTS STREET, VALLETTA


L-INTERVISTA

Diċembru 2015 | 13

L-eroj

moħbija fid-djar

Intervista ma’ mara li għal għoxrin sena ħadet ħsieb ommha marida

Kemm domt tieħu ħsieb ommok? Kont ili nieħu ħsieb ommi għal dawn l-aħħar għoxrin sena, sakemm ġiet nieqsa. Mill-bidu nett kienet tbati bid-dijabete, u din il-marda kienet ir-raġuni li minħabba fiha aktar ma beda jgħaddi ż-żmien aktar saħħitha bdiet tmur lura u żdiedu l-kumplikazzjonijiet. F’dawn l-aħħar 12-il sena tilfet in-nervituri kollha ta’ ġisimha u spiċċat f’sodda bla ma tiċċaqlaq. Tilfet għalkollox id-dawl ta’ għajnejha, għalhekk kellha bżonn attenzjoni erba’ u għoxrin siegħa kuljum. Fl-aħħar erba’ snin qabditha wkoll id-demenzja. Sibt għajnuna minn xi ħadd biex tieħu ħsieb ommok u taqsam it-toqol? Kieku jien u ħuti ma ġbidniex ħabel wieħed, ma kienx ikun possibbli li nżommuha d-dar. Jiena għandi tliet ħuti oħra bniet li kienu

jitqassmu bejniethom biex ikunu jistgħu jgħinuni aktar. Min kien imurli għall-pilloli, u min jagħmilli xi qadjiet oħra. Kienu jgħinuni biex indawruha minn naħa għal oħra biex ma jkollix ġrieħi. Il-mard fih innifsu joħloq tbatija u problemi. Jiena ddedikajt ħajti għaliha. Kont tlaqt ix-xogħol u tlift il-paga, imma naħseb li meta tkun qed tieħu ħsieb il-marid bil-qalb, tinsa lilek innifsek u, għalkemm tħoss ittbatija, tibqa’ għaddejja. Meta kont nara li dak li qed nagħmel qed nagħmlu ma’ ommi kien jagħmilli kuraġġ. Mhux qed ngħid li ma kinux jiġuni waqtiet ta’ dwejjaq – l-aktar meta kont inkun għajjiena u nħoss li t-triq twila u ma tispiċċa qatt. Min jaf kemm kont inkun nixtieq noħroġ u ma nistax, jew li nkun irrid nibqa’ rieqda wara li nkun għaddejt lejl imqajma, iżda kien hemm bżonn li nibqa’ għaddejja!


14 | Flimkien

Il-fatt li l-kura li ħadt b’ommok kienet fittul, dan ġagħlek tbati int stess biex tajtha din il-kura? Qgħadt nieqsa minn xi ħaġa? Kull ġurnata li tisbaħ kont ngħid, “Ħa nara x’ħa jiġri llum!” Għaliex il-mard bħalma kellha ommi dejjem b’xi ħaġa ġdida. Trid toqgħod dejjem moħħok fiha. Spejjeż dejjem ikollok, imma nista’ ngħid li bl-għajnuna ta’ Alla dejjem sibt lil min jgħinni, bħallGħaqda Persuni b’Diżabilità għall-equipment u l-community nurses tal-KGH li kienu jiggwidawni ħafna. Kien jiddispjaċini meta kont nara lil ommi f’dak l-istat, imma hi stess kienet tagħtina ħafna faraġ meta konna narawha tant irrassenjata. Kull meta konna nistaqsuha kif kienet tħossha, kienet dejjem tgħid, “Tajba, għall-grazzja ta’ Alla!” Ġieli ħassejtek li tixtieq tgħinha aktar jew li m’intix tgħinha biżżejjed? Meta naħseb jekk għamiltx biżżejjed magħha, naħseb li nista’ ngħid li għamilt l-almu tiegħi kollu biex naraha komda u ma jonqosha xejn. Fil-fatt meta għal ftit mumenti kienet tiġi moħħha f’postu kienet dejjem tirringrazzja lil Alla. Dan kien ta’ sodisfazzjon kbir għalija. Minn fejn sibt il-forza biex għamilt dak li għamilt? Kif għenitek il-fidi f’din il-missjoni? Il-forza li kien ikolli kienet tiġi mit-talb u mill-Kelma ta’ Alla. Jien kont inqum fil-ħamsa ta’ filgħodu u nibda bir-rużarju u naqra silta mill-Bibbja. Dawn kienu jagħtuni l-qawwa għal matul il-ġurnata. Nista’ ngħid li minkejja x-xogħol kollu li kien ikolli ma’ ommi, ilquddiesa ta’ kuljum qatt ma naqset għax dejjem kont nirranġa ma’ ħuti biex joqogħduli ma’ ommi. Naħseb li meta taħdem id f’id malMulej xejn ma jibqa’ tqil, u għalhekk ġo fik tħoss ċerta paċi. Meta jkollok tiffaċċja mard daqshekk fit-tul tista’ tibda taqta’ qalbek, imma ma nistax infisser kemm issir faċli t-triq għaliex issir ħaġa ta’ rutina.

Naħseb li meta taħdem id f’id mal-Mulej xejn ma jibqa’ tqil, u għalhekk ġo fik tħoss ċerta paċi Ftit ilu l-Papa tkellem dwar il-kura li nagħtu lill-morda fil-familja u qal: “Dawn l-affarijiet huma erojċi … atti erojċi moħbija li jsiru bil-ħlewwa u bilkuraġġ meta fid-dar ikun hemm xi ħadd marid.” X’taħseb fuq dan il-kliem? Meta l-Papa qal li kull min jgħin il-fqir u l-batut fil-mard ikun qed jagħmel att erojku hu kollu minnu. Jagħmilli ħafna kuraġġ ukoll ċertu kliem mill-Bibbja bħas-silta mill-Vanġelu meta Ġesù jgħidilna li dak li nagħmlu mal-proxxmu nkunu qed nagħmluh miegħu. Ir-raba’ kmandament huwa ‘Weġġaħ’ lil missierek u ’l ommok’. Bin Sirak jgħid weġġaħ lil missierek b’qalbek kollha u tinsiex l-uġigħ tal-ħlas ta’ ommok. Ftakar li kienu huma li ġabuk fid-dinja. Biex se tħallashom għal dak kollu li tawk? Meta kont naqra kliem bħal dan żgur ma stajtx ma niħux ħsiebha għax dan huwa d-dmir tagħna lejn il-ġenituri. Kif tħossok illum li ommok ħallietna? Kemm ilha nieqsa ommi, inħoss li l-ħajja tiegħi nbidlet min-nhar għal-lejl. Għax għalkemm is-salib ikun tqil, u xi drabi tħossok li mhux se tasal, bl-għajnuna ta’ Alla u l-Madonna l-ħajja tħossha ħafifa u ma taqtax qalbek. Illum inħossni qed ngħix bla skop, imma naf li rrid nirrassenja ruħi u nibqa’ għaddejja. B’Alla fil-qrib naf li l-ħajja tiegħi se terġa’ issib l-iskop tagħha u naf li ommi qed titlob għalija minn fejn tinsab.


www.karti-godda-tal-euro.eu – www.centralbankmalta.org 1

3

1

2

2

3

IL-KARTA L-ĠDIDA TAL-€20 Fil-25 ta’ Novembru 2015, il-karta l-ġdida tal-€20 daħlet fiċ-ċirkolazzjoni fil-pajjiżi kollha taż-żona tal-euro. Importanti li tkun taf il-karatteristiċi tas-sigurtà tal-€20 l-ġdida.

1

2

3

Ħoss

Ħares

Mejjel

Il-karta Ħoss il-karta tal-flus. Tinħass tqarqaċ u soda.

Watermark bil-wiċċ Ħares lejn il-karta tal-flus kontra d-dawl. Jidhru xbieha ta’ wiċċ Europa, il-valur u x-xbieha ewlenija.

Numru aħdar żmerald Dan in-numru jleqq juri effett tad-dawl li jidher miexi ’l fuq u ’l isfel. In-numru jibdel il-kulur ukoll minn aħdar żmerald għal blu skur.

Stampar imqabbeż Ħoss il-linji qosra mqabbżin mat-truf tax-xellug u tal-lemin tal-karta tal-flus. Ix-xbieha ewlenija, l-ittri u l-valur numeriku l-kbir jinħassu eħxen ukoll.

Tieqa bil-wiċċ fl-ologramma Kontra d-dawl, it-tieqa fin-naħa ta’ fuq tal-ologramma ssir trasparenti u turi xbieha ta’ wiċċ Europa miż-żewġ naħat tal-karta.

Ologramma L-istrixxa lewn il-fidda turi l-valur, id-disinn ewlieni u s-simbolu tal-€. Tieqa bil-wiċċ fl-ologramma It-tieqa fin-naħa ta’ fuq tal-ologramma turi xbieha ta’ wiċċ Europa. Meta tmejjel il-karta tal-flus, fit-tieqa jidhru wkoll linji bl-ilwien tal-qawsalla madwar il-valur numeriku. Fuq wara, fit-tieqa jidhru l-valuri numeriċi bl-ilwien tal-qawsalla.

Id-denominazzjonijiet l-oħra (€50, €100, €200, €500) se jinħarġu fis-snin li ġejjin.

IL-KARTA TAL-€20 LI QED TINTUŻA BĦALISSA TIBQA’ VALUTA LEGALI


PERSONAL

BUSINESS

INVESTMENTS

INVESTMENT ADVICE WITH INTEGRITY Our investments team combines decades of financial experience and unwavering integrity. Contact our Investments team today for sound and personalised advice with the integrity you can trust.

facebook.com/apsb

2122 6644

ank

apsbank.com.mt

values you can bank on

APS Bank Ltd is licensed by the Malta Financial Services Authority to undertake the business of Banking and to conduct Investment Services business, and is enrolled in the Tied Insurance Intermediaries List under the Insurance Intermediaries Act 2006.



Catherine Borda

18 | Flimkien

Meta l-bibien ma X’inhu

Ġublew? Il-Papa jħabbar ‘Sena tal-Ħniena’ “Għeżież ħuti, spiss ħsibt fuq kif il-Knisja tista’ tagħmel iżjed evidenti l-missjoni tagħha ta’ xhud tal-ħniena. Hi mixja li titlaq minn konverżjoni spiritwali, u jeħtieġ nagħmluha din il-mixja. Għalhekk iddeċidejt li nsejjaħ ‘Ġublew Straordinarju’ li jkollu fil-qalba tiegħu l-ħniena ta’ Alla. Se tkun ‘Sena Mqaddsa tal-Ħniena’. Irridu ngħixuha fid-dawl talkelma ta’ Alla: ‘Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom’ (Lq 6:36).” B’dal-kliem Papa Franġisku ħabbar il-Ġublew tal-Ħniena fit-13 ta’ Marzu li għadda. Il-Ġublew tal-Ħniena jibda fit-8 ta’ Diċembru, 2015 (Festa tal-Kunċizzjoni u 50 sena mill-għeluq tal-Konċilju Vatikan it-Tieni) u jintemm fl-20 ta’ Novembru, 2016 (Kristu Re). It-tħabbira uffiċjali tas-Sena Mqaddsa saret permezz tal-qari u l-pubblikazzjoni ta’ Bolla Papali fit-12 ta’ April, 2015 (Festa tal-Ħniena Divina). Id-dokument uffiċjali dwar il-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena jismu “Wiċċ il-Ħniena” (Misericordiae Vultus).

Il-kelma ‘ġublew’ ġejja mill-kelma Ebrajka ‘jobel’ (muntun) b’riferenza għall-qarn talmuntun li kien jintuża waqt il-funzjonijiet sagri fit-Tempju f’Ġerusalemm. Fl-antik, il-Lhud kienu jiċċelebraw ġublew kull 50 sena. Skont il-Ktieb tal-Levitiku, l-iskjavi u l-priġunieri kienu jinħelsu, id-djun jinħafru, u l-ħniena ta’ Alla tintwera b’mod speċjali: “Imbagħad tgħodd seba’ ġimgħat ta’ snin, seba’ snin għal seba’ darbiet, li jġibu disgħa u erbgħin sena. U ddoqq it-tromba fl-għaxra tas-seba’ xahar, f’jum l-espjazzjoni, u ssemmgħu t-trombi ma’ artkom kollha. Tqaddsu intom il-ħamsin sena, u tniedu l-ħelsien fl-art lil kull min jgħammar fiha. Tkun is-sena tal-ġublew għalikom: kull wieħed jerġa’ għal li kellu u għal ma’ niesu. Tkun għalikom, il-ħamsin sena, is-sena tal-ġublew: la tiżirgħu u lanqas taħsdu milli tnibbet l-art, u anqas tiġbru l-għeneb middwieli bla żbir. Għax hu żmien il-ġublew, żmien li għandkom tqaddsu, u tieklu mirraba’ dak li trodd l-art.” Għall-Knisja Kattolika, is-Sena tal-Ġublew għandha tifsira aktar spiritwali minn dik li kellha għall-poplu Lhudi. Tikkonsisti f’maħfra ġenerali, indulġenza miftuħa għal kulħadd, u l-possibiltà ta’ tiġdid tar-relazzjoni tan-Nisrani ma’ Alla u malproxxmu. Għalhekk, is-Sena tal-Ġublew trid tkun opportunità ta’ approfondiment fil-fidi u biex il-ħajja Nisranija tingħex b’xhieda aktar awtentika.


Diċembru 2015 | 19

jingħalqux aktar Il-Logo Il-logo uffiċjali tal-Ġublew u l-motto jiġbru fihom dak kollu li hi s-Sena talĦniena. Il-motto, “Ħanina bħall-Missier”, meħud millEvanġelju skont San Luqa, jistedinna nimxu wara l-eżempju mimli mħabba tal-Missier, u jitlobna ma niġġudikawx u ma nikkundannawx, imma nagħtu mħabba u maħfra mingħajr qies (Lq 6:37-38). Il-logo, iddisinjat mill-Ġiżwita Marko Rupnik, juri lil Ġesù bħala r-Ragħaj it-Tajjeb li qed jerfa’ fuq spallejh lir-ruħ mitlufa, raffigurata fil-persuna ta’ Adam. Juri li hija l-imħabba ta’ Kristu li twassal fi tmiemu l-misteru tal-Inkarnazzjoni li jilħaq il-milja tiegħu fl-opra tal-Fidwa. Ninnutaw li l-għajn il-leminija ta’ Kristu hi mwaħħda ma’ dik tax-xellug ta’ Adam: Kristu jara b’għajnejn Adam, u Adam jara b’għajnejn Kristu. Jiġifieri bil-ħniena ta’ Alla, Kristu u l-bniedem jaraw mill-istess għajn. Kristu u Adam jidhru ġo forma msejħa “lewża” – forma importanti ħafna flikonografija bikrija u medjevali, għax hi simbolu taż-żewġ naturi ta’ Kristu: natura divina u natura umana. It-tliet ovali li jservu bħala sfond, u li jiċċaraw aktar ma jersqu ’l barra, ifissru li Kristu qed joħroġ l-umanità mil-lejl tad-dnub u l-mewt. Min-naħa l-oħra, il-kulur skur jissuġġerixxi l-fond impenetrabbli talimħabba ta’ Alla li kapaċi taħfer kollox.

Il-Porta Santa Il-Ġublew tas-Sena Mqaddsa talĦniena jibda bir-rit tal-ftuħ tal-Porta Santa fil-Bażilika ta’ San Pietru – bieb li jinfetaħ biss meta jkun hemm Anno Santo, Sena tal-Ġublew. Fis-snin l-oħra jinżamm magħluq u jkun hemm ħajt mibni warajh. Għalhekk l-ewwel ħaġa li ssir hija li jitwaqqa’ l-ħajt. Hemm tliet bażiliċi kbar oħra f’Ruma li għandhom Porta Santa: San Ġwann Lateran, San Paolo fuori le Mura, u Santa Maria Maggiore. Filwaqt li l-bieb ta’ San Pietru se jinfetaħ fit-8 ta’ Diċembru (Festa talKunċizzjoni), l-oħrajn se jinfetħu fit-13 ta’ Diċembru, filgħodu (San Ġwann Lateran) u filgħaxija (San Paolo fuori le Mura). Jinfetħu wkoll dawk tal-bażiliċi madwar id-dinja. F’Malta l-bażiliċi tal-Ġublew huma tal-Imdina, tal-Mellieħa u tal-Isla. Il-bieb tal-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore se jinfetaħ fl-1 ta’ Jannar (Solennità ta’ Marija Omm Alla u Jum il-Paċi). Ir-rit tal-ftuħ tal-Porta Santa jfisser li matul is-Sena tal-Ġublew l-Insara jkunu qed jingħataw passaġġ ieħor straordinarju fil-mixja spiritwali tagħhom. Il-Knisja wkoll f’dan iż-żmien tkun qed titlob u taħdem biex tara liema bibien il-Mulej qed isejħilha biex tiftaħ beraħ sabiex tkun sinjal u antiċipazzjoni ta’ Ġerusalemm tas-sema li “il-bibien tagħha ma jingħalqux binhar, għax lejl hemmhekk ma jkunx hemm” (Apokalissi 21:25).


20 | Flimkien

Marija Cachia

Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2016

Aqbad il-basket u imxi!

aliex għandek tesperjenza l-World Youth Day fi Krakovja (il-Polonja) fl-2016? Forsi ġieli smajt lil min jitkellem fuq ilWorld Youth Day (WYD)? Forsi taf lil xi ħadd li mar? Forsi taħseb li hi biss xi ġurnata fejn niftakru fiż-żgħażagħ? Fil-verità il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ ilu jiġi ċċelebrat mill-Knisja Kattolika kull sena fid-djoċesijiet differenti f’Ħadd il-Palm sa mill-1984. Però kull sentejn jew tlieta ssir manifestazzjoni kbira f’belt waħda li għaliha jkunu mistiedna ż-żgħażagħ Kattoliċi kollha tad-dinja. Dawn l-okkażjonijiet speċjali mwaqqfa’ minn San Ġwanni Pawlu II jieħdu l-għamla ta’ festa kbira b’tema partikolari li kull darba tkun differenti. Għall-okkażjoni, ilPapa joħroġ ukoll tema li fuqha ż-żgħażagħ ikunu se jirriflettu u jitolbu. Għalhekk il-laqgħa tiżvolġi wkoll b’katekeżijiet li jikkunsidraw it-tema u bosta attivitajiet kulturali relatati. Il-qofol tal-WYD jkunu l-laqgħat malPapa, u hawn forsi tiftakru fir-ritratti li juru baħar ta’ nies kemm f’Pariġi, f’Manila, f’Ruma, f’Madrid u f’Rio de Janeiro. Ngħid baħar ta’ nies għaliex fl-aħħar laqgħa propja f’Rio kien hemm iktar minn 3 miljun żagħżugħ u żagħżugħa!

Għadni niftakarni nara fuq it-televiżjoni l-attivitajiet f’Ruma fis-sena 2000. Bqajt mistagħġba kif ammont kbir ta’ żgħażagħ qattgħu ħinijiet twal fix-xemx jistennew biex jitolbu flimkien mal-Papa. Tant laqtuni dawn ix-xeni li nibtet fija x-xewqa li nattendi għal wieħed minn dawn l-avvenimenti. L-atmosfera spettakolari tal-WYD diffiċli tinsieha. Folol kbar ta’ żgħażagħ ta’ ilsna u kulturi differenti jkantaw, jitolbu u jgħixu flimkien. Esperjenza vera ta’ komunità, ta’ Knisja. Qed nikteb hawn sabiex nistieden lilek ukoll biex tgħix din l-esperjenza unika! Iva, lilek li għandek bejn 18 u 30 sena u tixtieq tipparteċipa fil-WYD tas-sena d-dieħla li ser ssir fil-Polonja. Il-Papa Franġisku jistieden lilek ukoll biex taqbad il-basket u tibda dil-mixja ta’ fidi. Mixja li se tlaqqgħek ma’ nies ġodda u kulturi ġodda, u li twasslek iktar viċin ta’ Kristu. Il-preparamenti għas-sena d-dieħla diġà bdew. Iż-Żgħażagħ Azzjoni Kattolika (ŻAK, ġiet mitluba minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna biex f’isem l-Arċidjoċesi Maltija tieħu ħsieb il-pellegrini Maltin. Għalhekk jekk int interessat li tgħix din l-esperjenza, ibgħatilna email hawn: wyd@zakmalta.org u żur is-sit elettroniku: zakmalta.org/wyd.



22 | Flimkien

53. Meta nfakkru b’mod speċjali l-qawmien ta’ Ġesù? Infakkru u niċċelebraw b’mod speċjali l-qawmien ta’ Ġesù f’Sibt il-Għid billejl u flGħid il-Kbir, iżda nfakkruh ukoll kull nhar ta’ Ħadd, Jum il-Mulej. 54. X’ġara meta Ġesù qam mill-mewt u reġa’ ngħaqad ma’ Missieru? Meta Ġesù qam mill-mewt u reġa’ ngħaqad ma’ Missieru bagħat l-Ispirtu s-Santu fuq iddixxipli tiegħu. 55. F’liema jum niċċelebraw b’mod speċjali l-miġja tal-Ispirtu s-Santu? Niċċelebraw b’mod speċjali l-miġja talIspirtu s-Santu fil-jum ta’ Għid il-Ħamsin (Pentekoste), il-jum tat-twelid tal-Knisja. It-Tieni Taqsima: IL-KNISJA

Il-Knisja u t-Tradizzjoni 56. X’inhi l-Knisja? Il-Knisja hi l-komunità li bl-għotja tal-Ispirtu s-Santu temmen f’Ġesù, l-Iben t’Alla, li bissagrifiċċju u l-mewt tiegħu fuq is-salib salva d-dinja. Permezz ta’ din il-fidi tal-komunità, l-azzjoni ta’ Ġesù Saċerdot, li daħal bejn Alla u l-bniedem biex isalvana, tasal fil-qlub talbnedmin matul l-istorja. 57. Kif għandha tingħaraf il-Knisja? Il-Knisja tingħaraf għax matul l-istorja tgħaddi: (1) il-Kelma t’Alla u (2) isSagramenti. Kitba: Herbert McCabe O.P. Traduzzjoni: Arthur G. Vella S.J.

Katekiżmu Żgħir (8)

58. X’nifhmu meta ngħidu li l-Knisja tgħaddi l-Kelma t’Alla u s-Sagramenti? Meta ngħidu li l-Knisja tgħaddi l-Kelma t’Alla u s-Sagramenti nkunu qed nifhmu li qed tgħaddilna t-Tradizzjoni.

L-Iskrittura Mqaddsa 59. Fejn għandna nsibu l-aktar il-Kelma t’Alla fit-Tradizzjoni tal-Knisja? Fit-Tradizzjoni tal-Knisja nsibu l-aktar il-Kelma t’Alla fl-Iskrittura jew fil-Kotba Mqaddsa. 60. X’inhi l-Iskrittura? L-Iskrittura huma l-kotba tal-Bibbja Lhudija (it-Testment il-Qadim) u l-kitbiet tal-ewwel żminijiet tal-Knisja (it-Testment il-Ġdid) li huma l-Ittri ta’ San Pawl u ta’ oħrajn, l-Evanġelju ta’ San Mark, ta’ San Mattew, ta’ San Luqa, flimkien mal-Atti tal-Appostli, l-Evanġelju ta’ San Ġwann u l-Ktieb talApokalissi. 61. Kif għandna naqraw l-Iskrittura? Għandna naqraw l-Iskrittura bħala l-ktieb talKnisja: bħala l-Kelma t’Alla fi kliem il-bnedmin. Għandna nippruvaw nifhmu x’għamla ta’ kitbiet sawru l-bnedmin, biex nistgħu nifhmu xi jrid jgħidilna Alla permezz ta’ dawn il-kitbiet. 62. X’jiġri f’min jisma’ jew jaqra l-Iskrittura? Meta naqraw jew nisimgħu l-Iskrittura, l-ewwel ħaġa li tiġri hi li nsiru nafu aħjar il-ġrajja tal-imħabba t’Alla għalina, mill-ħolqien salġejjieni tal-Knisja; it-tieni ħaġa hi li, f’sens aktar profond u jekk inkunu mħejjija sewwa, dan is-smigħ jew qari tal-Iskrittura jqawwi fina l-fidi li twasslilna l-Imħabba t’Alla li hi l-Ispirtu s-Santu msawwab fina.



Liponerv CR Dosage regimen: Once daily dose = 600mg alphalipoic acid, 100% RDA of Vitamins B1, B6 and B12

Controlled release of alphalipoic acid One of the advantages of Liponerv CR is the controlled release of alphalipoic acid over a number of hours, thus allowing for once daily administra�on. Alphalipoic acid has a short half-life, and with the incorpora�on of both the MATRIS® (Retard Mul�form Administra�on Timed Release Ingredient System) and SURACTIVES components, this degrada�on can be reduced by releasing the alphalipoic acid over 9-10 hours. Liponerv CR is made up of controlled release alpha lipoic acid (ALA) at a dose of 600mg, and Vitamin B complex. ALA is a POTENT an�oxidant able to counteract free radicalmediated oxida�ve stress damages, whereas the Vitamin B complex protects the nerves from degenera�ve phenomena. This combina�on offers synergis�c, las�ng and targe�ed treatment for neuropathic pain and hypersensi�ve nerves.

Indica�ons:

• Cervical brachial syndrome pain • Carpal Tunnel syndrome pain • Scia�ca pain • Diabe�c neuropathy • Fibromyalgia

Liponerv CR does not require a prescrip�on, it is a registered food supplement available from leading pharmacies and Europharma Medical Center, Psaila Street, B’Kara. Tel 23859211; 23859272 info@europharma.com.mt

Peak plasma concentra�ons are reached a�er 11 hours.


Ifhem dak li tiekol

Diċembru 2015 | 25

Ikel bnin għall-Milied

F

il-Milied hija drawwa sabiħa li nlaqqgħu l-familja tagħna għall-ikla tal-Milied. Għandna t-tendenza li nlestu ħafna ikel, appetisers għal qabel, u xi deżerta għal wara – jekk ma naħsbux fil-ħlewwiet, il-kejkijiet u affarijiet oħra “tal-Milied” għal waqt it-te! Tajjeb li bħala starters nagħmlu għażla ta’ affarijiet tajbin għas-saħħa, bħal affarijiet magħmulin mill-ħobż ismar, ħaxix u frott, insalata ta’ laħmijiet mhux proċessati, dips tal-legumi u l-ħxejjex. Nistgħu nużaw ġobnijiet li fihom ftit xaħam, ġbejniet u jogurt. Bħala ikla prinċipali sirna nħobbu nimlew id-dundjan, is-serduq jew xi laħam ieħor. Din hija tradizzjoni sabiħa, imma biex nieklu dan l-ikel u nibżgħu għal saħħitna, meta nsajru rridu noqogħdu attenti wkoll għal x’se nużaw biex nimlew dan il-laħam. Lanqas ħaqq nagħżlu laħam “li ma jħaxxinx” imma mbagħad nużaw mili li jagħmlilna l-ħsara. Insibu ħafna riċetti tal-mili, fosthom bil-klin u l-bejken, bil-qastan u l-berquq, l-ispinaċi u l-pine nuts, il-lewż u r-ross, u oħrajn. L-importanti hu li nieklu tajjeb u nieħdu gost, imma ma niklux ikel li jħaxxen jew li mhux tajjeb għal saħħitna.

Fl-aħħar tal-ikla, bħala deżerta, nistgħu nippreparaw affarijiet li ma fihomx wisq zokkor u kremiet. Jekk noqogħdu attenti li ma nesaġerawx fil-porzjonijiet, inkunu nistgħu nieħdu gost flimkien bla ma nagħmlu ħsara lilna nfusna u lil min jiġi għandna. Noqogħdu attenti wkoll millalkoħol, li fih ħafna zokkor u li wkoll jista’ jagħmel ħsara jekk neħduh f’ammonti eċċessivi. Is-sigriet hija l-moderazzjoni!

Mili bir-ross u l-lewż Ingredjenti: • 3 kikkri ross misjur; • 250 gramma zalzett imqatta’; • basla żgħira mqattgħa; • karfusa mqattgħa; • 60 gramma (1/2 kikkra) lewż jew ġewż imqatta’; • ras tewm imfarrak; • bajda waħda mħabbta ftit; • 2 mgħaref ħwawar imħallta; Poġġi l-ingredjenti kollha fi skutella kbira u ħawwadhom sew. Imbagħad imla l-laħam bil-mili.



Paġna tal-Logħob • Claudia Cini

Diċembru 2015 | 27

Mimdudin

5. Ġurdien kbir u iswed (3) 6. Tad-dielja jew tat-te, pereżempju! (5) 7. Soċjetà sigrieta u kriminali fi Sqallija (5) 8. Uża għajnejk; ħares (3) 9. Mawriet f’artijiet oħra (5) 12. Rabta ċoff, tinħall malajr (5) 15. Mismugħ; osservat (5) 18. Mexxa ċelebrazzjoni (5) 20. Brother f’ordni reliġjuż (3) 21. Dawn ma jċaqċqux għal xejn (5) 22. Għaqda; rabta (5) 23. Ġardina b’ħafna siġar (3)

Tisliba 1

2

3

4

5 6

7 8

9

10

11

12

13

14

1. It-tifel tan-nagħġa (5) 2. Aktar fqir (5) 3. Tiżjin tal-festa (5) 4. Pura; nadifa (5) 10. u 11. Weqfin: Tilar biż-żibeġ li dari t-tfal kienu jgħoddu bih (6) 11. Ara 10. Weqfin 13. It-tifel ta’ (3) 14. Skwadra; grupp (3) 16. Tlieta għal tlieta (5) 17. Il-muntanja tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej (5) 18. Intensi, jippenetraw (5) 19. Agħmel bħal; ikkopja (5)

W-S QxN A+T TxM X-A R+M DxN U÷U J-Q E+H S÷N NxZ G-S

5

4

N O P Q R S T U V W X Y Z

17

18

19

20 21

22 23

Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor Mimdudin: 5. NOL, 6. LOĠOĠ, 7. ARMLA, 8. LOK, 9. QSARI, 12. KELBA, 15. RADJO, 18. KUTRA, 20. NEJ, 21. SERJE, 22. OĦXON, 23. SIES. Weqfin: 1. GAĠĠA, 2. ANĠLI, 3. BLAKK, 4. ĠEMEL, 10. SPA, 11. RAJ, 13. EMU, 14. BIR, 16. DORBI, 17. ONEST, 18. KJOSK, 19. TAXXA. Rebbieħ: F. Montebello, il-Gżira

Alfakodo A B C D E F G H I J K L M

16

V÷O T+C K-H J-I Y+H AxM F÷Z TxA NxO B-H Q+K P+Z L÷N

Irbaħ voucher mingħand BfitMalta Fitness Studio, 123, Triq il-Kbira, Żabbar (7979 0411) billi tuża l-għajnuna fil-kolonni tan-nofs biex issib il-valuri neqsin. Ibgħatha sal-15 tax-xahar: Flimkien, Alfakodo, Kurja, PO Box 90, il-Marsa. Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor

3

A B C D E F G H I J K L M 11 6 17 21 2 23 19 7 15 25 4 20 12 N O P Q R S T U V W X Y Z 3 24 13 8 16 5 26 14 9 18 22 10 1

Rebbieħ: F. Sciberras, Raħal Ġdid

Imgħarraq jibqa’ ħaj u fuq l-art imut!

7

Tweġiba: Ħut

Irbaħ voucher mingħand Alfsons Supermarket, il-Ħamrun Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar: Flimkien, Tisliba, Kurja, PO Box 90, il-Marsa.

15

Nota: GĦ u IE jieħdu kaxxa waħda

Weqfin


Give style and comfort this Christmas

SCHOLLFOOTHEALTHCENTRE.COM THE POINT, TIGNE • PLAZA SHOPPING CENTRE, SLIEMA VALLETTA • MOSTA • FGURA • VICTORIA, GOZO


Tfal fil-Bibbja • Storja: Claudia Cini; Illustrazzjoni: Graziella Grech Cachia

J

Diċembru 2015 | 29

Meta waqajt mit-tieqa

isfel, ġabruni mejjet. Iżda Pawlu nxteħet isimni Ewtiku, żagħżugħ li kont fuqi u, wara li għannaqni miegħu, qal linnoqgħod fil-belt ta’ Troas, belt sabiħa nies: “Tibżgħu xejn, għax ruħu għadha fih.” ħdejn il-baħar fit-Turkija tal-lum. Pawlu Wara dan, Pawlu reġa’ tela’ fuq, qasam l-Appostlu kien wasal fil-belt tagħna u, il-ħobż u kiel, u kompla jitkellem sas-sebħ. peress li kien beħsiebu jitlaq l-għada, baqa’ L-għada, Pawlu telaq minn Troas ... u jien jitħaddet man-nies sa tard billejl. Fil-kamra bqajt ħaj biex nirrakkonta din il-ġrajja. ta’ fuq, fejn konna miġburin, kien hemm ħafna msiebaħ mixgħulin. Fost in-nies jisimgħu lil Pawlu kien hemm jien. Dakinhar, peress li kienet xi ftit tas-sħana, Ma niflaħx u post fejn inpoġġi bilqiegħda ma sibtx, inżomm għajnejja iddeċidejt li noqgħod bilqiegħda għall-frisk miftuħin aktar! fuq ħoġor it-tieqa tal-kamra. Pawlu, bħassoltu, beda jkellimna dwar il-ħniena ta’ Alla. Jiena kont nitgħaxxaq nisimgħu jipprietka; tassew kien jaf xi jgħid. Imma jiena ma kontx imdorri ndum daqshekk imqajjem u, għalkemm bdejt nagħmel sforz kbir biex nibqa’ mqajjem, għajnejja bdew jingħalquli bin-ngħas. Xi kultant bdejt nagħti b’rasi wkoll sakemm, bla ma naf kif, għajnejja marru bija u rqadt. Għajjien kif kont, ma ġibtx quddiem għajnejja li kont rieqed fuq ħoġor it-tieqa. B’xorti ħażina waqajt għal isfel. Xħin stenbaħt, sibt ħafna nies imdawrin miegħi, fosthom Pawlu li kien qed iżommni minn idejja. In-nies dehru maħsudin, u kellhom raġun, għax jien kont waqajt millgħoli ħafna u ma ġrali xejn. Imma, kif qaluli sħabi wara, meta jien waqajt mit-tieqa għal

KOMPETIZZJONI

Kemm-il sular waqa’ Ewtiku?

Fittex fl-Atti tal-Appostli (Testment il-Ġdid) kapitlu 20, vers 9. Ibgħat it-tweġiba hekk: Flimkien, Tfal fil-Bibbja, Kurja, P.O. Box 90, Marsa. L-ewwel tweġiba tajba li tinfetaħ tirbaħ Kangaroo Ball mingħand BfitMalta Fitness Studio, 123, Triq il-Kbira, Ħaż-Żabbar (7979 0411). Tweġiba għal ta’ Novembru: 12-il qoffa. Rebbieħ: K. Satariana, tas-Sliema


30 | Flimkien

L-Aħħar Paġna

Mort għandu billejl… Tgħid, dawk li ltaqgħu ma’ Ġesù fil-vanġelu kienu jżommu xi forma ta’ djarju? Matul is-Sena tal-Ħniena se nimmaġinaw ftit x’konna naqraw fid-djarju ta’ xi wħud minnhom. Nibdew minn xi ħadd li forsi ma nistennewx li niltaqgħu miegħu fl-Avvent…

B

żajt nitlef il-fama li kelli, il-job, il-ħbieb, il-pożizzjoni (kont wieħed mill-mexxejja tal-Lhud, membru fis-Sanhedrin). Imma meta ġejt għas-sì u n-no, il-fidi tiegħi fih ma stajtx naħbiha. Ippreferejt nagħmel dak li hu tajjeb … milli dak li stennewni li nagħmel. Bejn li nsalva ġildi u nsalva ruħi … għażilt tal-aħħar, u mort ħabbattlu fuq il-bieb. Ġesù kien jisfida lil min juża r-reliġjon biex jikseb poter fuq l-oħrajn; jisfida lil min aktar jimpurtah middrawwiet, it-tradizzjonijiet u r-regoli … milli min-nies tad-demm u l-laħam. Jien ukoll studjajt u osservajt il-liġijiet … u rajt in-nies jirtogħdu taħt piżijiet li ma jifilħuhomx. Kemm sigħat għamilt nisma’ argumenti sħan dwar id-dettalji tal-liġi! Kemm ilbist ilbies solenni u offrejt sagrifiċċji fit-Tempju … iżda nqast millħniena! Kemm fittxejt l-ewwel u l-aqwa postijiet! Fl-aħħar ridt nitlaq u neħles minn dan kollu. Ridt ninħeles minn reliġjon li ma baqgħet tfisser xejn għax nieqsa mill-mogħdrija u l-ħniena. Kemm hu faċli żżomm lista tar-regoli f’idejk u tittikkja dawk li tosserva! Kemm hu faċli tipparaguna ruħek maloħrajn … jien nagħmel din, jien nemmen hekk, jien nevita dan, imma l-oħrajn le!

Kont qattajt ħajti kollha nipparaguna u nħossni aktar ġust mill-oħrajn. Imma meta għamilt hekk kont qed nipparaguna ruħi mal-oħrajn … mhux ma’ Ġesù. Kont aktar qed nagħti kas ta’ kemm tiswa l-fwieħa … milli tal-mara midinba li kissret ilvażett tal-fwieħa u dilket riġlejn Ġesù. Kont aktar moħħni li nwaddab il-ġebel lilladultera … milli nittrattaha ta’ mara fil-bżonn ta’ ħniena. U għalhekk mort għandu billejl. U ħabbattlu fuq il-bieb. Dak il-lejl seħħet waħda mill-aktar taħditiet importanti f’ħajti. Qatt ma ninsa kliemu: “Alla hekk ħabb lid-dinja li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta’ dejjem” (Ġwanni 3:16). Wieħed u għoxrin kelma. Kollha importanti. Ibda minn “Alla hekk ħabb” u spiċċa filkliem “ħajja ta’ dejjem”. Imma l-aktar kliem li niftakar hu: “kull min”. Kull min iħabbat fuq il-bieb: jekk hux raġel jew mara s-sess, ir-razza, il-kulur, l-orjentazzjoni sesswali, sinjur jew fqir, innazzjonalità. Fil-ħniena tiegħu, Alla jiftaħ il-bieb beraħ lil “kull min” iħabbatlu: Jiġifieri lilek … u lili. Nikodemu.


ID-DAR tAl-pRovIDenzA

Mid-9:00am ’l quddieM l-aĦjar talent lokali Xandira televiŻiva fuq l-istazzjonijiet lokali

€10

516 02 012

€25

518 02 014

€15

517 02 013

€ 7 SM S

506 18 922

organizzata minn



Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.