Flimkien - Dicembru 2018

Page 1

Newspaper Post

Diċembru 2018 | Numru 169

Bexxaqlu l-bieb! 8

L-Avvent ifakkarna fl-ewwel miġja ta’ Ġesù fid-dinja. Imma mhux biss.

Meta t-tfal ‘ipattuhielna’ 10 Raġuni oħra għala wliedna jġibu ruħhom b’mod negattiv.

L-id li tbennen 12 L-affarijiet ordinarji li nagħmlu huma l-materja prima tal-ferħ.

X’taf dwar il-Milied? 21

Tagħrif bażiku (u bibliku) dwar il-Milied li għandek tkun taf.

In-Nutar 25 Nista’ nirrinunzja l-wirt f’każ ta’ dejn? Nista’ nevita l-apertura tas-suċċessjoni?


BSL

Britannia Tours … il-vjaææ tiegœek jibda hawn!

L-Art Imqaddsa u l-Ġordan 24 ta’ Frar - 5 ta’ Marzu

L-Għid f’Lourdes 17 - 21 ta’ April Valletta Branch - Tel: 2123 8039 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt


E dito r j al D u n J o se p h M i z z i

Diċembru 2018 • Numru 169

Nixtieqlek … F’dan il-Milied, permezz tat-twelid tal-Mulej Ġesù fostna, nixtieqlek ftit kwiet u kalma f’ħajtek, nixtieqlek ftit ġabra u ħemda, nixtieqlek ftit żmien ta’ riflessjoni, nixtieqlek ftit mistrieħ, nixtieqlek il-paċi f’ħajtek, nixtieqlek hena u ferħ, nixtieqlek il-ġid u r-risq, nixtieqlek ħbiberiji sinċieri u onesti, nixtieqlek għaqda ma’ Alla u mal-proxxmu, nixtieqlek armonija f’darek, nixtieqlek għaqda ma’ qrabatek, nixtieqlek relazzjonijiet tajba mal-ġirien u ma’ sħabek tax-xogħol, nixtieqlek ħafna mħabba f’ħajtek, nixtieqlek is-serenità f’qalbek u f’moħħok, nixtieqlek ħelsien minn dak kollu li jtaqqlek, nixtieqlek li qalbek tkun mimlija bit-tama, nixtieqlek saħħa f’ġismek u f’moħħok, nixtieqlek ruħ safja u qaddisa li tilqa’ lil Alla u tħallih jibdlek fih. Awguri.

Weekend għal ġenituri bit-tfal żgħar 7-9 ta’ Diċembru, Mount St Joseph, Mosta. Weekend għal ġenituri li jixtiequ jirriflettu kif jistgħu jkunu jixbhu aktar lil Marija u Ġużeppi fis-sejħa ta’ ġenituri. Imexxu Antoinette Dalli u Elizabeth Scerri. Għal aktar dettalji: info@mtsjoseph.org jew ċempel 2276 0000.

Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u jitqassam b’xejn lill-familji Maltin. Biex tirriklama/kull korispondenza ċempel fuq 2182 8931 jew 7946 1470 Email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta Indirizz Editorjali Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali. Editur Carmel Conti

Grafika Outlook Coop

Stampar Velprint Ltd

Raġġ ta’ Dawl

The secret to living well and longer: eat half, walk double, laugh triple, and love without measure. Proverbju Tibetan

Biex tgħix tajjeb u fit-tul: kul in-nofs, imxi d-doppju, idħaq it-triplu, u ħobb bla limiti.

Living my First Christmas with a Loss 1 ta’ Diċembru, Mount St Joseph, Mosta. Telfa ta’ xi ħadd għażiż, telfa ta’ impjieg, telfa tas-saħħa, telfa tal-fidi ... Telfiet kbar bħal dawn jimmarkawna għal dejjem. Xi drabi ż-żmien tal-Milied isir aktar iebes meta nġarrbu xi telfa riċenti. Dan l-irtir hu opportunità biex nitolbu u nirċievu sapport. Ikun hemm ukoll servizz ta’ ‘child minding’. Tmexxi Bernadette Briffa. Għal aktar dettalji: info@mtsjoseph.org jew ċempel 2276 0000.



M essaġġ tal- A rċ is q o f

Diċembru 2018 | 5

Il-Milied sal-Epifanija!

D

iċembru huwa xahar speċjali fil‑kalendarju tal‑Knisja. L‑ewwel parti hi ddedikata lit‑tħejjija għall‑miġja ta’ Ġesù. It‑talba tagħna f’dan iż‑żmien: “Ejja, Mulej Ġesù!” Din hi t‑talba tal‑profeti qabel l‑ewwel miġja ta’ Ġesù bħala l‑Iben ta’ Alla magħmul bniedem. Hija wkoll it‑talba tal‑Knisja hi u tistenna t‑tieni miġja tiegħu. Matul Diċembru nfakkru wkoll qaddisin li jgħinuna nħejju ruħna għall‑Milied. Fis‑6 ta’ Diċembru nfakkru lil San Nikola, li bil‑ġenerożità tiegħu fetaħ it‑tradizzjoni sabiħa ta’ dak li aħna nsejħulu ‘Santa Klaws’. Il‑fatt li nirreferu għalih bħala ‘Father Christmas’ ma jgħiniex nifhmu li mhuwiex karattru fittizju li joqgħod jiġri biċ‑ċriev fis‑sema imma li kien isqof Kattoliku qaddis minn Mira, fit‑Turkija. Festa importanti hija t‑tnissil bla tebgħa tal‑Verġni Marija. Fil‑liturġija tal‑Kunċizzjoni, aħna nsellmu t‑tnissil tal‑Madonna bħala dak id‑dawl taż-żerniq li juri li fuqna riesqa x‑xemx tal‑ġustizzja, li huwa Ġesù. Fit-13 niċċelebraw lil Santa Luċija. Dakinhar ukoll f’Malta nfakkru Jum ir‑Repubblika. F’din il‑festa tfajliet Skandinavi jingħataw

kuruna mdawla biex jiftakru f’din iż‑żagħżugħa li tat ħajjitha bħala xhieda lil Ġesù. Isimha stess ifisser ‘dawl’, sinjal li fuqna riesaq tassew jum id‑dawl: ir‑rebħa tax‑xemx fuq il‑lejl, ir‑rebħa tal‑jum fuq id‑dlam, u r‑rebħa ta’ Ġesù fuq il-ħażen. Nixtieq li bħala Nsara, li b’ferħ kbir fil‑25 ta’ Diċembru niċċelebraw it‑twelid tiegħu u mbagħad fl‑1 ta’ Jannar niċċelebraw l‑għoti tal‑isem ta’ Ġesù, iċ‑ċirkonċiżjoni tal‑Mulej, il‑maternità divina ta’ ommu Marija, u Jum il‑Paċi, inkomplu niċċelebraw il‑festi sbieħ tal‑Milied sal‑festa tal‑Epifanija meta nfakkru ż-żjara tal-maġi lil Ġesù tarbija (6 ta’ Jannar). Xi wħud iżarmaw it‑tiżjin tal‑Milied malli jgħaddi l‑Ewwel tas‑Sena. Nissuġġerixxi li nkomplu nifirħu bil‑miġja ta’ Ġesù sakemm tgħaddi l‑festa tal‑Epifanija. Nistedinkom niltaqgħu għall-bdil talawguri tal-Milied, il-Ħadd filgħodu, 23 ta’ Diċembru, fil-Kurja, il-Furjana. Nawgura lill‑familji tagħna Avvent sabiħ, Milied hieni u sena ġdida mimlija risq u barka. + Charles J. Scicluna Arċisqof ta’ Malta

Kelma ta’ Franġisku Faith is passed on by contact, from one person to another, just as one candle is lighted from another. (Pope Francis, Lumen Fidei, 37) Il-fidi ngħadduha bħall-kuntatt minn persuna għal oħra, bħalma fjamma titqabbad minn fjamma oħra. (Papa Franġisku, Id-Dawl tal-Fidi, 37)



For that Perfect Christmas Gift, visit us....


AV V E N T

8 | Diċembru 2018

Bexxaqlu l-bieb! L-Avvent ifakkarna fl-ewwel miġja ta’ Ġesù fid-dinja. Imma mhux biss.

L

-ewwel nett, ftit storja: l-Avvent mhux minn dejjem kien marbut mal-Milied. Fir-raba’ u l-ħames seklu, fi Spanja u Franza, l-Avvent kien staġun ta’ tħejjija għall-magħmudija ta’ Nsara ġodda fil-festa tal-Epifanija f’Jannar ta’ wara. L-Insara kienu jagħmlu erbgħin jum penitenza, talb u sawm. Ftit li xejn kien hemm rabta bejn l-Avvent u l-Milied. Kien fis-sitt seklu li l-Insara f’Ruma bdew jorbtu l-Avvent mal-miġja ta’ Ġesù, imma l-miġja li kellhom f’moħħhom ma kenitx il-miġja tiegħu fil-Milied imma t-tieni miġja tiegħu fil-glorja. Kien biss fil-Medjuevu li l-Avvent beda jintrabat mal-Milied. Il-kelma Avvent Avvent (adventus, bil-Latin) tfisser miġja jew wasla, għalkemm aktar tintuża fis-sens ta’ ‘stennija’.

Raba’ Ħadd dwar il-ġrajjiet li seħħew immedjatament qabel it-twelid ta’ Ġesù. Fl-ewwel qari nisimgħu profeziji (l-aktar minn Isaija) dwar il-Messija. Fittieni qari San Pawl iħeġġeġ bi kliem li jaqbel mal-atmosfera ta’ dan iż-żmien. Fost il-ġimgħa. Hawn insibu żewġ taqsimiet. Fl-ewwel taqsima (mill-bidu tal-Avvent sas-16 ta’ Diċembru) ilVanġeli jkollhom x’jaqsmu mal-ewwel qari, li jkun meħud minn Isaija. MillĦamis tat-tieni ġimgħa, fil-vanġelu nibdew naqraw dwar Ġwanni l-Battista, imma l-ewwel qari jkun ġeneralment minn Isaija. Fit-tieni taqsima (mis-17 sal-24 ta’ Diċembru) jinqraw siltiet millVanġeli skont Mattew u Luqa bil-ġrajjiet li seħħew fil-jiem ta’ qabel l-ewwel Milied. L-ewwel qari, mit-Testment il-Qadim, ikun magħżul b’riferiment għall-Vanġelu.

Kif jitqassam l-Avvent? L-Avvent fih żewġ ‘mixjiet’ għaddejjin fl-istess ħin, qishom żewġ toroq waħda fuq l-oħra: waħda permezz tal-qari tal-Kelma ta’ Alla li jsir nhar ta’ Ħadd; il-mixja l-oħra ssir bil-qari matul ilġimgħa. Fil-Ħdud. Il-Vanġelu tal-Ewwel Ħadd jirreferi għall-miġja tal-Mulej fl-aħħar taż-żmien; fit-Tieni u t-Tielet Ħadd hu dwar Ġwanni l-Battista; fir-

L-Avvent illum L-Avvent ifakkarna wkoll li aħna qed nistennew il-miġja ta’ Kristu filglorja. Hekk nistqarru kuljum wara l-Konsagrazzjoni: ‘Inħabbru l-mewt tiegħek, Mulej, inxandru bil-ferħ ilqawmien tiegħek, u nistennewk sa ma tiġi fil-glorja.’ Nixbhu l-Lhud fl-aħħar żmien tat-Testment il-Qadim meta kienu jistennew il-miġja tal-Messija. Kienu jiftakru fl-għeġubijiet li Alla


AV V E N T

għamel magħhom meta ħariġhom millEġittu u, imsaħħa minn din il-memorja, kienu jitolbu lil Alla jerġa’ jeħlishom fil-futur. Hekk ukoll aħna fl-Avvent niftakru fl-ewwel miġja ta’ Kristu,

Diċembru 2018 | 9

imma fl-istess ħin inħarsu ’l quddiem u nistennew bil-ħerqa l-miġja tassaltna tiegħu fostna. Il-fidi tagħna mhijiex mibnija biss fuq “memorja” imma wkoll fuq xi ħaġa li qed tiġri LLUM. L-innu “O ejja, o ejja, Immanuel” jesprimi perfettament dan il-ħsieb. Forsi filparroċċi tagħna fl-Avvent dan l-innu jmissna nkantawh aktar spiss.

“L-Avvent hu okkażjoni tajba biex inbexxqulu ftit il-bieb …”


Uliedna j oyce C A L L U S

10 | Diċembru 2018

Meta t-tfal

‘Ipattuhielna’

Raġuni oħra għala wliedna jġibu ruħhom b’mod negattiv.

F

l-aħħar żewġ ħarġiet rajna kif it-tfal ma jagħmlu xejn għal xejn; dejjem ikun hemm xi raġuni għala jġibu ruħhom b’ċertu mod. L-ewwel raġuni kienet biex jiġbdu l-attenzjoni (u xi drabi din tinbidel f’waħda negattiva).

It-tieni kienet li t-tfal ikunu jixtiequ l-ispazju tagħhom biex jippruvaw l-affarijiet weħidhom, u meta aħna ma nħalluhomx, allura t-tfal jistgħu jaħsbu li qed nimpikawlhom, u jibdew jimpikaw huma wkoll u jisfidawna.


U L I E D N A j oyce C A L L U S

Illum se nitkellmu fuq raġuni oħra għala t-tfal iġibu ruħhom b’mod negattiv. Din tgħodd l-aktar għal tfal ftit ikbar, dawk ta’ madwar ħdax-il sena. Meta tfal ta’ din l-età jgħaddu minn xi esperjenzi negattivi u li weġġgħuhom ikunu jridu jitkellmu dwarhom mal-ġenituri (u hawn m’aħniex ngħidu għal meta l-ġenituri stess ikunu ħolqu l-weġgħa). Ħafna drabi, qabel ma t-tfal jiftħu qalbhom, huma jippruvawna ftit (jagħmlu ftit ‘sounding’) biex jaraw x’tista’ tkun ir-reazzjoni tagħna. Dan jagħmluh billi jgħidu anki kliem li jista’ jweġġa’. Jekk jaraw li aħna lesti

Diċembru 2018 | 11

nisimgħu u nifhmu, allura jkomplu jinfetħu. Iżda jekk ir-reazzjoni tkun ta’ għajjat jew kundanni, allura ma jkomplux. Eżempju: Nistħajlu familja b’żewġt itfal ta’ 8 snin u 11-il sena, u wieħed minnhom iħoss li ħuh qed jiġi ppreferut. Dan jista’ jibda jgħid lil ommu kliem bħal: ‘Ma nħobbokx, aħjar omm sieħbi minnek, iġri nitlaq middar, eċċ.’ Kliem bħal dan juri li dan it-tifel jixtieq jesprimi l-emozzjoni negattiva li għandu. Jekk l-omm tieħu għaliha u tmur fuq id-‘defence’, se titlef iċ-ċans li tifhem u tgħin lil binha. F’dawn iċ-ċirkustanzi t-tifel jista’ jiddeċiedi li ma jiftaħx qalbu magħha u minflok ‘ipattihielha’ bi kliem aktar iebes. Mela kif għandna nġibu ruħna aħna? L-ewwel irridu nisimgħuhom jitkellmu bil-paċenzja kollha u ma ninterrompuhomx; inħalluhom jesprimu dak kollu li jkunu qed iħossu. Wara dan, nippruvaw nagħtu isem lill-emozzjoni li naħsbu li t-tfal qed iħossu, biex nuruhom li qed nifhmu, pereżempju: ‘Naħseb li ħassejtek IRRABJAT meta imbuttawk fuq il-vann tal-iskola.’ jew ‘Min jaf kemm ħassejtek IDDISPJAĊUT li l-għalliem għajjat miegħek!’ Jekk l-iżball ikun seħħ min-naħa tagħna, għandu jkollna kuraġġ nitolbu skuża u noqogħdu attenti għal darba oħra. Jekk ikun xi ħaddieħor li żbalja, nibqgħu nitkellmu mat-tfal bil-kalma kollha sakemm joħorġu żewġ jew tliet ideat li jistgħu jgħinu t-tfal jieqfu fuq saqajhom u jiddeċiedu x’se jagħmlu. B’hekk insaħħu r-rabta pożittiva li għandu jkum hemm bejnna u wliedna.


12 | Diċembru 2018

Ħ o lma ta’ ver u

L-id li tb L-affarijiet ordinarji li nagħmlu huma l-materja prima tal-ferħ.

F

tit ilu ħlomt li wasalt f’post mimli siġar. Kien hemm raġel b’mannara u minġel f’idejh. Għalkemm mimli għomor, kien għadu wieqaf u twil, b’għajnejh ċari. Minnufih, bdejna npaċpċu, qisna konna nafu lil xulxin għal ħafna snin. Staqsejtu, ‘X’inhi t-tama tad-dinja?’ ‘It-tama tad-dinja,’ weġibni hu mill-ewwel, ‘huma t-tfal.’ ‘Imma t-tfal min se jieħu ħsiebhom?’ erġajt staqsejt jien. ‘Il-ġenituri li jindukrawhom,’ weġibni, donnu mistagħġeb li staqsejthielu. ‘U għaliex għandu jkun hekk?’ ‘Għax Alla hekk ried sa mill-bidu. Ried li aħna nitrabbew f’familja, u maż-żmien insibu l-aktar ferħ profond fil-familja.’ ‘Imma biex trabbi familja trid tbati u tħabbat wiċċek ma’ ħafna problemi,’ għedtlu jien. ‘It-tbatija u l-problemi ma jneħħux ilferħ,’ kompla hu. ‘Il-ferħ jinstab fejn, jiġri

x’jiġri, tibqa’ ssib l-imħabba. Hu għalhekk li t-tama tad-dinja qiegħda fil-familja. Il-familji jistgħu joħolqu dinja ta’ verità u tjubija, u jżommu l-ferħ fil-qlub tan-nies. Fejn ma hemmx tjubija jew verità, ma hemmx ferħ.’ ‘Qatt ma ġietni f’rasi din,’ għedtlu. ‘Qatt ma rrealizzajt li aħna, bil-ftit li nagħmlu mat-tfal tagħna, qed nagħmlu xi ħaġa daqshekk importanti.’ ‘Intom qed tagħmlu l-aktar xogħol importanti fid-dinja,’ qalli l-anzjan, ‘għax qed tgħaddu lil uliedkom dak li rċevejtu mingħand il-ġenituri tagħkom qabilkom: it-tjubija, is-sbuħija, il-verità, u l-fidi f’Alla.’ L-anzjan issa kien niżżel il-minġel flart. Xħin ħares fiss f’għajnejja, stajt naqra l-ħniena fihom; għajnejh ħassejthom jinfduli ruħi. ‘Imma kif nistgħu nagħmlu dan?’ għedt jien u nipprova naħrab dik il-ħarsa tiegħu. ‘Qed tagħmluha diġà! Kuljum! Imma intom ma tindunawx. It-tfal jarawkom u josservawkom. Huma jistaqsukom x’qed tagħmlu u jiġu għandkom bil-problemi tagħhom. Intom tgħallmuhom bl-aktar mod sempliċi kif għandhom ikunu onesti, tajbin, ġusti, u kif iħobbu.


Ħ o lma ta’ ver u

Diċembru 2018 | 13

bennen Meta intom tħobbu lil xulxin, kif wegħidtu darba quddiem l-altar, uliedkom jitgħallmu x’jiġifieri tħobb. Meta tieħdu ħsiebhom, anki meta twassluhom lejn u mill-iskola, huma jinnutaw l-imħabba u l-kura li għandkom lejhom. Meta toqogħdu tisimgħuhom jirrakkontaw dak li jinkwetahom u jbeżżagħhom, iħossuhom imfarrġa. Meta tikkoreġuhom, jitgħallmu jkunu ġusti. Meta tidħqu u tiċċajtaw magħhom, jitgħallmu x’jiġifieri tiċċelebra. Meta taħfru u titolbu maħfra, jitgħallmu jaħfru huma wkoll. ‘Jistgħu ma jaqblux magħkom u joqogħdu jargumentaw magħkom, imma meta jarawkom iġġibu ruħkom b’mod konsistenti, se jitgħallmu l-kuraġġ. Jekk tkunu ġentili u turu ħniena, se jagħmlu bħalkom. Se jsiru ta’ rieda soda għax intom tkunu ta’ rieda soda. Se jemmnu f’Alla għax jarawkom temmnu fih u jisimgħukom tgħidu kif Hu qed ibierek id-dar tagħkom. ‘Id-dar tagħkom hija skola fejn huma jitgħallmu jħobbu, fejn Alla ta’ veru jgħammar. Mingħajr familji bħalkom, iddinja ma tistax tibqa’ tara l-wiċċ ta’ Kristu, se tinsa x’jiġifieri li Kristu jmissek b’idu u bil-grazzja tiegħu.’

L-anzjan issa ma kienx baqa’ jħares lejja. Tbaxxa ftit biex jerfa’ l-mannara u kompla fuq xogħlu. Imma f’daqqa waħda, waqaf u reġa’ tkellem. ‘M’aħniex aħna nfusna li noħolqu l-ferħ,’ qalli. ‘Il-ferħ jingħata lilna. Li jeħtieġ hu li aħna nwieġbu għal dan ir-rigal kbir. U nagħmlu hekk sempliċement billi nħobbu tassew lil xulxin u nagħmlu għal xulxin dawk il-ħafna atti żgħar ta’ mħabba, tant żgħar li ħadd ma jibqa’ jiftakarhom. Huwa hekk li noħolqu dinja aħjar.’ L-anzjan reġa’ mar ħdejn is-siġra fejn kien qabel. Kien għadu b’saħħtu, u kapaċi juża l-mannara b’ċerta forza u preċiżjoni. U hemm intemmet il-ħolma tiegħi. Stenbaħt u bqajt naħseb dwar il-verità kbira li kien fiha. Aktar ma ħsibt dwarha, aktar għamilt il-qalb, għax irrealizzajt li l-aktar affarijiet ordinarji li nagħmlu għal uliedna u għal dawk qrib tagħna huma l-materja prima tal-ferħ. Kulma hemm bżonn hu li narawhom fid-dawl tas-sema. Addattata u maqluba minn ‘The Hand That Rocks The Cradle’ (Don Bosco’s Madonna, Diċembru 2006), mibgħuta minn Maria Pia Vella


FSWS

14 | Diċembru 2018

Jisirqu biex ikunu bħal sħabhom Kif Claire ma baqgħetx tħoss li kienet omm ‘ħażina’.

D

arren kien ‘social worker’ iddedikat ħafna. Fost il-familji li kien jgħin, waħda minnhom kellha diffikultajiet finanzjarji kbar. Kaġun ta’ hekk, l-ulied tewmin ta’ tnax-il sena, Jade u Lydon, bdew jirrikorru għas-serq biex ikollhom l-affarjiet bħal ta’ sħabhom. Ommhom Claire kienet ‘single mother’ u kienet taħdem il-ġurnata kollha biex tlaħħaq mal-ispejjeż tal-ħajja. Għalhekk it-tfal kienu jkunu ħafna ħin weħidhom. Darren fittex servizzi li setgħu jżommu lil dawn iż-żewġt itfal miġburin, b’danakollu sar jaf li aktar kienu qed ifallu milli jattendu. Kif seta’ jgħin iktar lil din il-familja? Ġieh f’moħħu s-servizz tal-‘Home Based Therapeutic Services’ (HBTS). Peress li fi ħdan l-HBTS hemm diversi terapisti u counsellors, Darren kien jaf li l-membri kollha tal-familja setgħu jirċievu servizz ħolistiku u komplut. Bi ftehim mal-omm u t-tfal, Darren introduċa lil Janice (counsellor speċjalizzata fit-tfal u l-adolexxenti) u lil Gabriel (terapista tal-familja). Raw il-bżonn li l-omm tirċievi terapija għaliha nnifisha darba fil-ġimgħa ħalli tingħata spazju tesprimi lilha nnifisha.

Sadattant, Janice bdiet tiltaqa’ ma’ Jade u Lydon, u offritilhom li tarahom individwalment kif ukoll flimkien. F’dan l-ispazju, it-tfal setgħu jesprimu kif kienu qed jesperjenzaw it-tbatijiet tal-ħajja. Ħareġ li kienu qed jgħaddu minn ħafna bbuljar. Janice esplorat modi kif it-tfal setgħu jiffaċċjaw l-ibbuljar b’mod kostruttiv u għenithom jemmnu aktar fihom infushom. Wara dan kollu, Claire u wliedha ngħataw terapija tal-familja flimkien biex tissaħħaħ ilkomunikazzjoni u l-għaqda ta’ bejniethom. Claire bdiet tħossha aktar qrib uliedha; ma baqgħetx tħoss li kienet omm ‘ħażina’. It-tfal ukoll fehmu aktar is-sitwazzjoni tal-familja u bdew japprezzaw aktar is-sagrifiċċji li kienet tagħmel ommhom għalihom. Barra minn hekk, il-membri tal-familja għarfu li flimkien setgħu joħolqu sistemi li jgħinuhom jgħixu ħajja aħjar u għaldaqstant jaħdmu għal futur aktar hieni. Għal aktar informazzjoni dwar il-‘Home Based Therapeutic Services’ (HBTS) ċempel fuq Supportline 179 jew ibgħat email fuq hbts.fsws-headoffice@gov.mt.


LOVE EVERY STEP CHRISTMAS 2018


RACHELE Grey - 36-42 €49.00

FROU FROU Violet - 35-42 €45.00 €31.50

LOVELY Camel - 36-41 €55.00

CHEIA Burgundy - 36-42 €55.00

PANDA Pink - 37-41 €59.00

M EN M

SORAIA Black - 36-42 €65.00

EN

FELCE Dark Brown - 39-46 €55.00 Brandy Black - 39-46 €55.00


SOFORA Black - 35-38 €89.00

RUDY Brown - 36-42 €133.00 NEW VESTMANN LOW Black/White - 36-42 €60.00

TATY PVC Black - 36-41 €55.00

SIEVES TAUPE - 36-41 €109.00

TATY Dark Brown - 36-41 €55.00 NEW VESTMANN LOW CAMO - 35-42 €60.00

NEW VESTMANN Black - 35-42 €60.00


RY -FL E! N M VE FF rs LI CO LI 0-O fe of N RE. DE : 1 O NT EE ODE T ther Y LCE R C OU y o U OL D F MO CK an B H N O HE n with A PR C SC * E G tio FF TH RIN nc

R

ot

TE

n an

EN

O

ST

% 10

JU *C

U

ed us

D

be

in

u

nj co

POCKET BALLERINA Denim - 35-42 €18.00

POCKET BALLERINA Black/White - 35-42 €18.00

POCKET BALLERINA Moccassin - 35-42 €15.50

POCKET BALLERINA Buy 1 Get 1 FREE! €13.50 FOR 2

VELVET SMOOTH Diamond Crystals €29.90 €19.44

VELVET SMOOTH Wet & Dry €59.90 €23.96

Available from Scholl Foothealth Centres at: The Point-Tigne, Mosta, Fgura, Valletta and Abela’s Health and Beauty Centre Victoria-Gozo, and from all leading pharmacies. Tel: 20601148

www.schollcentre.com While every effort has been made to ensure the accuracy of the information contained within this advert prices may be subject to change and not all sizes and colours may be available.

Scholl® is a trade mark of Reckitt Benckiser Group of companies and is used under license.


Parabb o li F r S . Attard

Diċembru 2018 | 19

Lanċa ġejja, oħra sejra Għal Marsamxett, iva, imma għall-Ġenna lanċa waħda biss hemm.

M

ela, tiddeċiedi li tmur mawra sa Għawdex, u wara ħin tistenna filkju ta’ karozzi mexjin bil-mod biex jitilgħu, iwaqqfu l-karozza tiegħek għax ilvapur ikun imtela. Uffa! Imma mbagħad tgħid, ‘U iva, ma jdumx ma jiġi ieħor!’ Biex nibqgħu fuq it-tema tal-baħar, Ġesù darba xebbah is-Saltna tas-Smewwiet ma’ ‘xibka mitfugħa l-baħar li fiha jinġabar minn kollox. Meta timtela jtellgħuha x-xatt, u joqogħdu bilqiegħda, jiġbru fil-kannestri dak li jkun tajjeb u jarmu l-ħażin.’ Imbagħad żied jgħid: ‘Hekk jiġri fi tmiem id-dinja: l-anġli joħorġu jifirdu l-ħżiena mill-ġusti, u jixħtuhom fil-ħuġġieġa tan-nar’ (Mattew 13:47-50). Dawn tal-aħħar ma setgħetx tiġihom agħar! Il-mewt mhijiex biss dik li tagħmel lillbnedmin kollha l-istess (għax taqbad lil kulħadd fix-xibka) iżda wkoll dik ir-realtà li tissepara lill-bnedmin, kif uriena Kristu stess. Ġesù ma kienx bħall-Fariżej li kienu jħobbu jfettqu fuq kollox, però d-dritt sejjaħlu dritt, u l-imgħawweġ sejjaħlu mgħawweġ. Stinka, ħadem, ipprietka u għamel kulma seta’ biex lilna l-bnedmin jagħmilna konxji li l-ħajja (u l-ħajja ta’ dejjem b’mod speċjali) hija realtà serja wisq biex noqogħdu nilagħbu jew nibqgħu aljenati jew nipposponu.

Fil-Ktieb tal-Apokalissi, Ġesù juri biċċar li min hu biered fil-fidi u fl-imħabba mhux se jirnexxilu jidħol fil-ħajja ta’ dejjem. Kull wieħed minna jew huwa salvat jew mhuwiex; jew diġà għandu l-ħajja eterna fih jew le. Ma hemmx triq tan-nofs. L-aktar ħaġa preokkupanti hija l-attitudni ta’ ‘U iva mbagħad naraw!’ Is-salvazzjoni hija mogħtija b’xejn lil min verament jaċċetta lil Ġesù f’ħajtu, min jieħu kliemu bis-serjetà. Iżda dan ma jfissirx li għax b’xejn allura hija xi ħaġa ta’ valur baxx. Lill-komunità ta’ Nsara tal-belt ta’ Filippi, San Pawl kitbilhom: ‘Għalhekk, għeżież tiegħi, bħalma dejjem obdejtu ... ħabirku għas-salvazzjoni tagħkom bil-biża’ u t-tregħid’ (Fil 2:12). Kull persuna għad tkompli teżisti għall-eternità kollha, iżda dal-ftit snin li ngħixu fuq din l-art huma l-uniku żmien fl-eżistenza kollha tagħna li fih nistgħu verament nagħżlu li nħobbu lil Alla. Wara din il-ħajja, jew se nħobbuh għal dejjem (waqt li narawh kif inhu) jew mhux se jirnexxilna narawh (u għalhekk ma jkunx hemm spazju għall-imħabba lejh). Lanċa ġejja u oħra sejra ... għal Marsamxett, iva, imma għall-Ġenna lanċa waħda biss hemm. Ara kif tagħmel u kun ċert li qbadtha!


20 | Diċembru 2018

W I ĊĊ I L- FOQ R A C H R I S T I N E B O RG

Ħajti hija tiegħi! J

ien Christine Borg, u għandi 36 sena. Minkejja d-diżabilità fiżika li twelidt biha, dejjem rajt kif niddetermina ħajti jien stess, biex ngħix ħajti b’mod sħiħ. Illum qed ngħix ħajja indipendenti f’waħda middjar fil-komunità tad-Dar tal-Providenza. Għalija, ħajti hi ġlieda kontinwa; irrid dejjem niġġieled kontra l-ostakli li s-soċjetà toħloqli u li jimpeduni milli ngawdi drittijiet daqs ħaddieħor, anki jekk matul is-snin sar titjib fl-aċċessibilità u l-attitudni tan-nies. Il-fatt li għext f’dar li għażilt jien u għext ma’ min xtaqt jien, kif għamilt sitt snin ilu, għen ħafna biex inkun aktar indipendenti. Tgħallimt nikkontrolla l-flus, nuża t-trasport pubbliku u, l-aktar ħaġa importanti għalija, nieħu d-deċiżjonijiet li jikkonċernaw lili jiena stess. Issa ħajti sirt nikkontrollaha jien. Inħobb ħafna l-mużika; il-kantant favorit tiegħi huwa Jon Bon Jovi. Irnexxieli niltaqa’ miegħu meta nzerta Malta xi snin ilu, però dan ma kienx faċli. Wara ħafna attentati li għamilt fil-ġimagħtejn li kien hawn, iddeċidejt li nieħu l-aħħar ċans u mmur fil-lukanda fejn kien qed joqgħod. Ix-xorti riedet li rnexxieli naħbat miegħu waqt li kien ħiereġ mil-lift. Dik il-kwarta li qattajt ma’ Bon Jovi (u għandi r-ritratti miegħu) kienet l-isbaħ kwarta ta’ ħajti. Nixtieq ikolli aktar ħbieb. Dan mhux dejjem faċli minħabba l-attitudni negattiva

lejn il-persuni b’diżabilità li sfortunatament għadha teżisti f’Malta. Xi wħud, meta jarawk tuża siġġu tar-roti, jittrattawk u jkellmuk ta’ tifla żgħira. Dan idejjaqni ħafna lili għax jien inħares lejja nnifsi bħala persuna adulta, minkejja li nuża siġġu tar-roti u għandi bżonn is-sapport biex naqdi l-bżonnijiet tiegħi. Kemm ili ngħix f’Dar Akkwarell, fil-Qawra, tgħallimt diversi affarijiet li qabel kienu diffiċli għalija, bħal nipprepara l-kolazzjon tiegħi jien stess. F’Lulju li għadda, flimkien ma’ Tonio Mercieca, resident ieħor f’Dar Akkwarell, qtajt xewqti u għamilt avventura ta’ ‘paragliding’. L-irjieħ kienu qawwija u l-baħar imċaqlaq, imma ma kinux qawwija daqs id-determinazzjoni tiegħi! Wara ħassejtni tassew ferħana għax hemm fuq ħassejtni libera minn kollox, mingħajr siġġu tar-roti, mingħajr ħafna ssikkar. Kieku jkolli nerġa’ nagħmilha, nagħmilha żgur! Waħda mix-xewqat tiegħi hija li niżżewweġ u jkolli familja. Illum qed nagħmel kors l-MCAST, grazzi għall-appoġġ li sibt minn din l-istituzzjoni. Nemmen li meta s-soċjetà toffri lill-persuni b’diżabilità opportunitajiet indaqs aħna nistgħu nagħmlu kulma naspiraw għalih. Artiklu mid-Dar tal-Providenza (info@dartalprovidenza.org). Maħruġ bil-permess ta’ Christine Borg.


K W I ZZ

Diċembru 2018 | 21

X’taf tassew dwar il-Milied? L-aktar tagħrif bażiku (u bibliku) dwar il-Milied li bħala Nisrani għandek tkun taf. 1. X’kien jismu l-anġlu li ħabbar lil Marija li se tnissel lil Ġesù? 2. F’liema belt kienet toqgħod Marija meta dehrilha l-anġlu? 3. B’liema kliem Marija aċċettat li ssir omm Alla? 4. Isaija kien ħabbar: ‘Ara, ix-xebba tnissel u jkollha iben, u jsemmuh Għimmanu-el.’ Xi jfisser l-isem Għimmanu-el? 5. Meta Ġużeppi sar jaf li Marija kien se jkollha tarbija, x’iddeċieda li jagħmel għall-ewwel? 6. X’kien jisimhom omm u missier Ġwanni l-Battista? 7. X’qalet omm Ġwanni l-Battista meta Marija daħlet u sellmitilha? 8. X’tissejjaħ it-talba li qalet Marija meta ltaqgħet magħha, u li tibda bil-kliem ‘Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej’? 9. X’kien jismu l-Imperatur ta’ Ruma meta twieled Ġesù?

10. X’jisimha l-belt fejn twieled Ġesù? 11. Liema profeta kien ħabbar isem il-belt fejn kellu jitwieled il-Messija? 12. X’sinjal taw l-anġli lir-rgħajja biex jagħrfu lil Ġesù? 13. X’kantaw l-anġli meta dehru lir-rgħajja? 14. Il-belt fejn twieled Ġesù kienet magħrufa wkoll bħala l-Belt ta’ ----- . 15. Meta Ġesù ġie ppreżentat fit-tempju kien hemm raġel li laqgħu f’dirgħajh. X’kien jismu? 16. Kien hemm ukoll profetissa. X’kien jisimha? 17. Min ordna l-qtil tat-tfal subien minn sentejn ’l isfel? 18. Fejn ħaduh lil Ġesù biex ma jinqatilx? 19. Meta miet Erodi deher anġlu lil Ġużeppi. X’qallu jagħmel? 20. Fejn kompla jgħix Ġesù sakemm kiber u beda l-ħajja pubblika tiegħu?

TWEĠIBIET (1) Gabrijel (2) Nazaret (3) ‘Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek!’ (4) ‘Alla hu magħna’ (5) Kien se jibgħatha bil-moħbi, imma deherlu anġlu u qallu ma jibżax (6) Eliżabetta u Żakkarija (7) ‘Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek!’ (8) Magnificat, bil-Latin tfisser ‘Tfaħħar’ (9) Ċesari Awgustu (10) Betlehem (11) Mikea kien kiteb: ‘Imma int, Betlehem ta’ Efrata, ċkejkna fost il-familji ta’ Ġuda, minnek għad joħroġli dak li jkun prinċep f’Iżrael; hu għandu l-bidu tiegħu mill-qedem, sa minn dejjem ta’ dejjem.’ (12) ‘tarbija mfisqija u mimduda f’maxtura’ (13) ‘Glorja lil Alla fl-ogħla tas-smewwiet, u sliem fl-art lill-bnedmin li jogħġbu lilu!’ (14) David (15) Xmun (16) Anna, bint Fanwel (17) Erodi (18) Eġittu (19) Imur lura Iżrael (20) Nazaret.



TBATI B’NUQQAS

TA’ SMIGĦ ?

Ħafna nies idumu biex itejbu s-smigħ tagħhom. Jagħmlu ħajjithom aktar diffiċli għalxejn. Jekk m'intix moqdi fis-smiegħ, kellimna. ■ Test b'xejn ■ Noffru l-aqwa teknoloġija, u fuq kollox, servizz eċċezzjonali. ■ Prezzijiet jibdew minn €350. ■ Perjodu ta' prova biex tkun ċert li mort għall-aħjar. ■ Nagħmlu viżti fid-djar ukoll. ■ Matul 21 sena, għinna mijiet ta’ nies, nagħmlu ħilitna miegħek ukoll. ■ Isma’ u gawdi d-diskors, telefon, televiżjoni, radju u mobile.

Nagħmlu wkoll forom ta’ ġewwa l-widna – Puliti, Diskreti u Ma Jsaffrux. Jekk għandek forma li mhix komda jew pulita, kellimna, anke jekk il-hearing aid mhux mixtrija minn għandna. Dawn il-forom huma ta’ l-aqwa kwalita' magħmulin b’makkinarju sofistikat, apposta għalik fuq il-qies tal-widna tiegħek.

Għin lilek innifsek u lil ta' madwarek.

Ċempel fuq 21576171 jew ibgħat email fuq info@beacon.com.mt

Mudell kompletament ġewwa l-widna. L-aktar mudell żgħir u diskret iżda l-aktar b’saħħtu fis-suq.

Mudell ta’ wara l-widna.

Ċkejken, pulit, diskret u b’saħħtu, anke għal min għandu nuqqas ta’ smiegħ serju.


Id-dar �egħi, mal-familja, indipenden�

Ċemplilna għal kwotazzjoni bla obligazzjoni illum fuq 21 524 888

Tista' �kkwalifika għas-sussidju mill-Gvern 133, Mdina Road, Zebbug, ZBG 9015, Malta Mobile: (+356) 99 242 320 Email: info@stairsindependent.com Web: www.stairsindependent.com


N u tar Ryan C aligari

Diċembru 2018 | 25

Rinunzja ta’ wirt f’każ ta’ dejn Fil-maġġoranza tal-każijiet, min jiret jaċċetta l-wirt tat-testatur. L-aċċettazzjoni tista’ tkun ‘espressa’ jew ‘taċita’. L-aċċettazzjoni tkun ‘espressa’ meta l-eredi jagħmel kuntratt għand nutar jew inkella jagħmel skrittura privata fejn huwa jiddikjara espressament li qiegħed jaċċetta l-wirt. L-aċċettazzjoni tkun ‘taċita’ meta l-eredi jagħmel xi att li bilfors ikun ifisser li huwa ried jaċċetta l-wirt, liema att huwa ma kienx ikollu l-jedd jagħmel kieku ma kienx eredi. Eżempju ċar huwa meta wieħed jieħu xi oġġetti mid-dar tal-mejjet anki qabel ma jinfetaħ it-testment. Dan l-aġir, minbarra li huwa moralment żbaljat, iġorr ukoll konsegwenzi legali, bħal fil-każ li t-testatur ikun ħalla djun. Bħala prinċipju, fil-mument ta’ meta l-eredi jaċċetta l-wirt b’mod espress jew b’mod taċitu, huwa jkun aċċetta l-wirt kollu, inkluż ukoll xi dejn li kellu l-mejjet. Għalhekk, fl-eżempju ta’ hawn fuq, l-eredi jkun aċċetta b’mod taċitu l-wirt kollu tat-testatur, inkluż id-djun. Però jekk l-eredi jkun jaf li t-testatur ikun ħalla xi responsabbiltajiet, jista’ jirrifjuta li jaċċetta l-wirt? Il-liġi tistipula li l-eredi jista’ jagħmel dan, iżda dan jirrikjedi li tkun miktuba f’kuntratt għand nutar jew permezz ta’ dikjarazzjoni ppreżentata fir-reġistru talQorti ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja. Il-konsegwenza ta’ din ir-rinunzja hija li l-eredi jitlef kull jedd għas-suċċessjoni talmejjet, però fil-kuntratt tar-rinunzja huwa xorta jista’ jiddikjara li qiegħed iżomm id-dritt għas-sehem riżervat (il-‘leġittima’) kif ikun imissu skont il-liġi. Barra minn hekk, din ir-rinunzja ma ttellfux milli jitlob xi legati mħollija lilu fit-testment. Barra minn hekk, wieħed qatt ma jista’ jirrinunzja għall-wirt jew inkella jassenjah lil ħaddieħor meta t-testatur ikun għadu

ħaj. Dan ifisser li jekk it-testatur jinnomina lil ibnu bħala eredi, dan tal-aħħar qatt ma jista’ jassenja l-proprjetà li jkun se jiret lil xi persuna oħra diment li t-testatur ikun għadu ħaj. L-istess jingħad f’każ li t-tifel jixtieq jirrinunzja għall-wirt tat-testatur meta dan ikun għadu ħaj. Għalhekk, għalkemm l-eredi għandu kull dritt li jirrinunzja għall-wirt tat-testatur f’każ li jkun hemm djun, dan jista’ jagħmlu biss wara l-mewt tat-testatur, mingħajr ma jkun aċċetta l-wirt b’mod ‘espress’ jew ‘taċitu’, u dan permezz ta’ kuntratt għand nutar jew permezz ta’ dikjarazzjoni fil-Qorti ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja. Jekk, min-naħa l-oħra, l-eredi jaċċetta l-wirt, dan ikun ifisser li aċċetta l-wirt kollu tat-testatur, inkluż ir-responsabbilitajiet u d-djun li t-testatur kellu. Mistoqsijiet tal-Qarrejja Jien legalment separat, u għandi iben. Hemm bżonn nagħmel testment qabel immut biex nevita l-apertura tassuċċessjoni li semmejt inti f’Ottubru? F’każ ta’ testment, it-tariffa tan-nutar hija standard? SF Meta persuna ma tagħmilx testment ikun hemm bżonn dejjem l-apertura tas-suċċessjoni, u dan sabiex ikun hemm ċertezza li kull terza persuna li jista’ jkollha interess fil-wirt tkun avżata permezz talavviż li jsir f’gazzetta lokali. L-uniku każ fejn din l-apertura tas-suċċessjoni ma ssirx huwa meta persuna tagħmel testment, u dan minħabba li t-testment jipprovdi ċertezza definittiva dwar min huma l-eredi. Rigward it-tariffa nutarili, il-liġi tipprovdi li din tista’ tkun bejn €50 u €250. Ovvjament din tvarja skont in-nutar partikolari.


Christmas Gifts of Faith Ikla

Dan il-Milied tista’ tgħin fil-ħidma tal-Aid to the Church in Need b’risq il-Kristjani ppersegwitati?

el k i l a t i t t e PakkKristjani Sirjani

għa familj a fil-bż l onn

għall-

€2

3 €29

Rigali

tal-Milied għat-tfal

€55

€51

€71

€572

Għajnrudontafqir

Għajnuna

għal saċe

għall-morda

Għajnuna fil-form azzjoni saċerdota li

Bid-donazzjoni ġeneruża tiegħek, hi kemm hi, tagħmel differenza kbira fil-ħajja tal-Kristjani ppersegwitati minħabba l-Fidi tagħhom fi Kristu biex huma jibqgħu xhieda ħajja f’art twelidhom stess. Indirizz Postali

Isem u kunjom Tel / Mob

E-Mail

Semmi l-Gift of Faith:

Donazzjoni: €

Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818

Onlajn www.acnmalta.org

@acn_malta

Aid to the Church in Need Malta

Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta ( Reg. No. LPF-212 ) bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.


Lo għ o b • C lau dia C ini

Diċembru 2018 | 27

Tisliba 1

2

3

4

5

6 7

8

9

10

11

12

13

14

16

15

17

18

19

Weqfin 1. Reżħa, temperatura baxxa (5) 2. Rispett; ġieħ (4) 4. Fejn Ġesù biddel l-ilma fl-inbid (4) 5. Qrib (5) 6. Xwabel ... jew staġuni sħan (4) 7. Ħelu marbut ma’ żmien l-Għid (7) 8. Ħbit, ġlied, assalti, taqbidiet (7) 13. Futbol, għum, tlielaq, pereżempju (5) 14. Kapaċità (4) 15. Lokalità qrib San Ġiljan, bil-parroċċa ddedikata lil Marija Immakulata, Omm il-Knisja (5) 17. La jien, la hu u lanqas hi (4) 18. Min għandu ħallih iroxxu (4)

A B C D E F G H I J K L M

F-M T-A HxO L+S Q÷S OxD Z+R C÷O G-U BxE D+I N-H K÷O

5

11 20

N O P Q R S T U V W X Y Z

MxS J-Y A+W IxQ X÷S Y÷W V+H P-Z C-L X÷B U+R T-E A-L

20

21

Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor Mimduda: 1. BITĦA, 3. ISFAR, 7. OTTUBRU, 9. OĦTI, 10. AKUT, 11. GOST, 12. SĦAB, 16. ĦJAR, 18. ANTI, 19. NIĠERJA, 20. NUTAR, 21. MALTA. Weqfin: 1. BOZOZ, 2. ĦATI, 4. SARA 5. RABTI, 6. KUDA, 7. OTTOMAN, 8. UKRAJNA, 13. OĦXON, 14. ATEU, 15. KITLA, 17. RITA, 18. AJMA. Rebbieħ/a: E. Brisley, il-Gudja

2

3

Irbaħ voucher mingħand Alfsons Supermarket, il-Ħamrun, billi twieġeb tajjeb sal-15 tax-xahar. Ibgħatha hekk: Flimkien, Tisliba, P.O. Box 1, il-Furjana.

Alfakodo Peress li fl-Alfakodo ta’ Novembru dehru xi żbalji, dan ix-xahar mhux se nġibu soluzzjoni u mhux se jingħata l-premju bħas-soltu.

F’din il-logħba, l-ittri minn A sa Z għandhom valur numeriku. Ta’ xi wħud diġà jidhru fil-kolonni tal-lemin. Imla l-kumplament tal-valuri billi tagħmel użu mill-ħjiel li hemm fil-kolonni tan-nofs. Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar hekk: Flimkien, Alfakodo, P.O. Box 1, Il-Furjana. Premju: biljett għad-dħul fil-MUŻA (Mużew Nazzjonali tal-Arti, Triq il-Merkanti, Valletta).

Nota: GĦ u IE jieħdu kaxxa waħda

Mimdudin 1. Dari fuqu kienu jsajru (5) 3. Ilsir, qaddej (5) 7. Lokalità bil-parroċċa ddedikata lil San Publiju (7) 9. Annimali b’widnejn twal u bil-fama li huma injoranti (4) 10. Dawk tal-Appostli jinkludu r-rakkont tal-miġja ta’ San Pawl f’Malta (4) 11. Mara sabiħa, id- ---- ġewwa (Qawl: L-isbaħ don tal-mara huwa l-ġmiel) (4 12. Dan ix-xahar ifawwar il-bjar (4) 16. Tal-id, tat-tennis, tad-dgħajsa jew tal-bajtar (4) 18. Huma xerrdu d-dmugħ (4) 19. Dawn mill-Ingilterra (7) 20. Dak ta’ Aladin kien itir (5) 21. Iltim; bla ġenituri (5)


C lau dia C ini

Diċembru 2018 | 29

Għalina t-tfal Qaddis tax-Xahar: San Nikola

Illustrazzjoni: Janet Vella

• Twieled fis-sena 270 f’Patara, it-Turkija. Il-ġenituri kienu għonja ħafna imma mietu waqt epidemija. • Jingħad li kellu l-fama li bil-moħbi jqassam ir-rigali. Forsi għalhekk sar Santa Klaws tal-lum. Magħruf ukoll bħala San Nikola ta’ Bari għaliex f’Bari l-Italja hemm santwarju ddedikat lilu. • Miet f’Mira fis-6 ta’ Diċembru 343, il-ġurnata li fiha nfakkru l-festa tiegħu. Grazzi mill-qalb lil Claudia Cini (kitba) u Janet Vella (illustrazzjoni) li f’dawn ix-xhur ħadu ħsieb din is-sensiela.

Kompetizzjoni bi premju Immorru Betlehem!

Sib 10 differenzi bejn dawn iż-żewġ stampi. Ibgħat it-tweġiba flimkien mad-dettalji tiegħek hekk: Flimkien, Kompetizzjoni Tfal, P.O. Box 1, Il-Furjana. L-ewwel tweġiba tajba li tinfetaħ tirbaħ żewġ kotba għat-tfal mingħand Horizons. Rebbieħ tax-xahar l-ieħor: E. Paris, is-Swieqi

Soluzzjoni għal Żiemel fil-Kċina: (1) gwarniċa tal-fireplace (2) misluta tat-tfajla (3) dahar is-siġġu wara r-raġel (4) tarf il-maktur iswed tal-cowboy (5) faxxa sewda mal-kappell talcowboy (6) tarf tal-mejda ħdejn il-minkeb lemini tattfajla (7) riedni taż-żiemel.


30 | Diċembru 2018

e k o r B

at Christmas I

am flat broke from over-spending at Christmas time. But I need to go shopping again soon because I am completely out of self-respect. I’ve said things I wish I could take back and I am not feeling too good about myself. I also want to exchange a carton of self-righteousness for an equal amount of humility. I hear that it is less expensive and wears well, and while I’m at it I’m going to check on tolerance and see if there is any available in my size. I must remember to try to match my patience with the little I have left. My neighbour is loaded with it and it looks awfully good on her. I was told the same department has a repair shop for mending integrity. Mine has become frayed around the edges from too much compromising. If I don’t get it refurbished soon, there won’t be any left. I almost forgot the most important thing of all: compassion. If I see some – no matter what the color, size or shape – I’m going to

stock up heavily, regardless of the price. I have run out of it so many times and I always feel ashamed when it happens. I don’t know why it has taken me so long to get around to shopping for these items. They don’t cost nearly as much as some of the frivolous things I bought at Christmas time. And I’ll get a lot more satisfaction from them. Yes, I’m going shopping today and I can leave my cheque book and credit cards at home! The things I’m looking for have no price tags. What a joy! Persuna fl-aħħar tinduna x’tip ta’ xiri tal-Milied trid tagħmel: indunat li naqsilha r-rispett għaliha nnifisha, se tixtri ftit umiltà, se tiċċekkja baqgħalhiex tolleranza, tipprova tara xi tqabbel mal-paċenzja, issewwi naqra l-integrità, u spiċċatilha wkoll il-kompassjoni. Fl-aħħar se tmur tixtri l-affarijiet għall-Milied mingħajr ‘cheque book’ jew ‘cards’.


VO #1066

FESTA TA’ GENEROZITA L-1 TA’ JANNAR 2019

CEMPEL ISSA

(sms) €7 €10 €15 €25

506 18 922 516 02 012 517 02 013 518 02 014


FEELING FREE AT HOME

invest in comfort and safety for yourself or your parents

Exclusive local distributors of Stair Lifts, Recliners & Scooters

Tel: +356 21 252206 Up to â‚Ź5000 Email: info@liftservices.com.mt in government grants Website: www.liftservices.com.mt *subject to eligibility, terms and conditions Lifts Services Ltd , Factory A25F Marsa Industrial Park, Marsa, Malta


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.