Newspaper Post
Diċembru 2016 | Numru 145
It-tliet staġuni tal-Avvent 10
X’jgħidulna s-siltiet li jinqraw fil-quddies ta’ matul il-ġimgħa fl-Avvent?
Ħames Passi 09 Il-mixja li għamilt biex fl-aħħar ħfirt lil ħaddieħor.
Kaxxa tal-kartun 12 Marianne marret Londra għas-‘sales’ ... imma sabet ‘xi ħaġa’ oħra.
Ġesù: Alla magħna dejjem 14 Aktar dwar il-Vanġelu ta’ San Mattew.
Mary’s Prayer 22 X’setgħet qalet Marija lil Ġesù fil-Milied.
Il-‘Morning-After Pill’ 25 Kif taħdem dil-pillola? Għaliex il-kontroversja fuqha?
BSL
Britannia Tours … il-vjaææ tiegœek jibda hawn!
L-Ewwel tas-Sena fi
Skiing fi
29 ta’ Diċembru - 3 ta’ Jannar
L-iSlovenian Julian Alps
Plovdiv, Bulgarija
Kranjska Gora 26 - 31 ta’ Jannar
INŸURU Kranjska Gora, Velika Planina, Kranj, Bled, Bohinj & Mount Vogel
minn
¢429 minn
¢569
INŸURU Plovdiv City, Plovdiv Old Town, Sofia, Borovets, Kazanlak & Starosel
Carnival fi
Ptuj, Slovenja 24 ta’ Frar - 1 ta’ Marzu
Carnival
f’Lucerne 25 ta’ Frar - 1 ta’ Marzu
minn
¢499 INŸURU Ptuj, Bukovci, Markovci, Kurentovanje, Carnival event in Ptuj, Graz, Zotter Chocolate Factory, Zagreb, Trakosan Castle & Maribor
INŸURU Lucerne, Engelberg, Mt. Titlis, Mulhouse, Basel & Rhine Falls
Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, trasferimenti, servizzi ta’ tour leader u t-taxxi kollha (Kundizzjonijiet japplikaw). Valletta Branch - Tel: 2123 8039 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt
minn
¢579
E D I TO R J A L • D U N A N TO N P O R T E L L I
Magħna
Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u jitqassam b’xejn lill-familji Maltin.
T
rid tagħmel daqsxejn ta’ sforz biex fl-ewwel ġranet ta’ Novembru tikteb fuq Diċembru u fuq il-Milied! Fil-verità ħafna minn dak li jsir fi żmien ilMilied isir matul is-sena kollha wkoll. L-ikliet, ir-riċevimenti, ir-rigali, il-festi u l-ġbir ta’ fondi jsiru s-sena kollha. Imma mbagħad fil-Milied nagħtuhom timbru bil-kwiekeb u bil-blalen kulur id-deheb. Mela allura, ġaladarba s-sena kollha l-istess x’għandu speċjali l-Milied? Aħna nagħmluh speċjali meta naħsbu aktar mis-soltu fuq ilpreżenza ta’ Ġesù fil-ħajja tagħna. Għalina jkun faċli niftakru fil-Mulej fil-ġrajjiet sbieħ ta’ ħajjitna filwaqt li jsir diffiċli biex insibuh fil-mumenti tqal bħal dawk ta’ mard, ta’ mewt, ta’ problemi, ta’ inkwiet, ta’ diżappunt. Imma anki f’dawn il-mumenti Ġesù huwa magħna: huwa l-Għimmanu-El, Alla magħna dejjem u f’kull ħin. Nirsistu ħalli nqawwu fina din il-preżenza tiegħu.
L-unika ċertezza
Diċembru 2016 • Numru 145
Biex tirriklama fuq Flimkien ċempel fuq 2137 4942 jew 7959 3727 Email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta Indirizz Editorjali Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali. Editur Carmel Conti
Grafika Outlook Coop
Stampar Velprint Ltd
Flimkien fuq RTK Analiżi tar-rivista Flimkien issir filprogramm ‘Merżuq’ imtella’ mill-Kulleġġ tal-Kappillani fuq radju RTK 103FM kull l-aħħar Ħamis tax-xahar fid-9pm, b’ripetizzjoni l-Ħadd ta’ wara fis-2pm.
K E L M A TA’ F R A N Ġ I S K U
Aħna nitolbu lil Ġesù, imma aktar importanti minn hekk hu l-fatt li Hu qed jitlob għalina. Ġesù dejjem talab għaddixxipli tiegħu, bħalma għamel fl-Aħħar Ikla jew qabel il-mirakli li għamel bħal meta qajjem lil Lazzru mill-mewt. Ġesù talab fil-Ġnien taż-Żebbuġ u anki fuq isSalib. Temm ħajtu jitlob. U f’din qiegħda s-sigurtà tagħna, dan hu l-pedament tagħna, din hi l-ġebla tax-xewka tagħna: Ġesù li qed jitlob għalina! Ġesù li qed jitlob
għalija! U kull wieħed minna jista’ jgħid dan: Jiena żgur li Ġesù qed jitlob għalija, li hu qiegħed jinterċedi għalija quddiem il-Missier u jsemmini b’ismi. Qabel il-Passjoni Ġesù qal lil Pietru li hu kien talab għalih biex jibqa’ sod fil-fidi. Dak li qal lil Pietru jgħidu wkoll lilek u lili, lil kulħadd: “Jien tlabt għalik, jien qed nitlob għalik, bħalissa stess qed nitlob għalik.” Il-Papa Franġisku, 28 ta’ Ottubru, 2016
Grazzi u Awguri Lid-distributuri kollha li jqassmu l-Flimkien fid-djar tal-familji Maltin – grazzi mill-qalb għallimpenn tagħkom is-sena kollha. Lil kull min jikkontribwixxi bil-kitbiet tiegħu u lil kull min jirriklama fuq Flimkien – grazzi tal-ġenerożità tagħkom. Fl-aħħar imma mhux l-inqas, grazzi u l-Milied hieni u s-Sena tajba lill-qarrejja kollha tal-Flimkien għall-fedeltà tagħkom.
Faith Hope & Charity Gift Shop
...for that perfect gift, this Christmas
MALTESE SOUVEIRS · WOOD CARVINGS · RELIGIOUS ITEMS ·TRADITIONAL CRIBS · WEDDING GIFTS ORIGINAL PAINTINGS · SPECIAL OCCASIONS CARDS ROSARY BEADS · BIRTHDAY PRESENTS CHRISTMAS GIFTS find us on facebook - Faith Hope & Charity
Diċembru 2016 | 5
I L- K E L M A TA L-A RĊ I S Q O F
Żewġ ismijiet
M
attew, huwa u jħabbar it-tnissil u t-twelid ta’ Ġesù fl-ewwel kapitlu tal-Evanġelju tiegħu, isemmi żewġ ismijiet: Emmanu-El (Alla magħna) u Yeshua (Ġesù). Il-Profeta Isaija, għal iktar minn darba jisħaq li dak li għandu jiġi jismu Emmanu-El, hu Alla magħna. Donnu n-nies ta’ żmienu, wara l-esperjenza qarsa tal-eżilju, ma setgħux isibu rkaptu tagħhom infushom, la bħala individwi u lanqas bħala poplu. Ma sabux min imexxihom, min jagħtihom identità li tagħraf tagħmilhom kburin b’min huma u bis-sejħa tagħhom u twassalhom biex jerġgħu jinbnew bħala nazzjon. Permezz tal-profeta, Alla kellimhom u ried jagħtihom identità ġdida: Jien magħkom! Donnu jrid jgħidilhom: Tibżax tqum fuq saqajk u timxi. L-istess bħal meta tarbija tħoss is-saħħa f’riġlejha iżda tiddubita jekk iżommuhiex wieqfa jew le, jekk għandhiex ħila żżomm il-bilanċ, jekk tasalx li titlaq timxi, tħares ’il quddiem u tara u tisma’ lil min iħobbha jgħidilha: Hawn jien, m’intix se taqa’. Alla jagħti l-garanzija li hu preżenti dejjem u kullimkien. Din il-preżenza mwiegħda ssib it-twettiq fit-twelid ta’ Ibnu stess bħala bniedem. L-isem jieħu sura f’Ġesù. Fih Alla jgħannaq u jbus lill-bniedem u jurih li jaf x’inhi t-togħma tal-ħajja tiegħu kollha kemm hi.
It-tieni isem li jsemmi San Mattew huwa “Ġesù” – dak li jsalva jew jeħles: mhux biss isalva, imma jeħles, jagħti l-ħelsien. It-tifsira, li tista’ tkun doppja, mhix għalxejn. Alla jsalva, ma jħallix lill-bniedem fil-periklu, fil-ħsara. L-għajnuna tiegħi mingħand ilMulej li ċarrat is-smewwiet u niżel. Inħossuna mgħaffġin, iżda Alla b’Ibnu Ġesù ma jħalliniex ningħasru taħt it-toqol, l-iktar it-toqol tad-dnub tagħna, li jżommna lura u jaqtgħalna qalbna biex nilqgħu l-ħniena anke meta rridu nindmu. Iżda Ġesù jeħlisna wkoll. Jagħtina l-ħelsien, iqaċċat kull xkiel li jżommna marbutin malimgħoddi tagħna, biex tassew nitilqu nimxu. Il-verità teħliskom. Jien hu l-verità. Ġesù jiftħilna quddiemna l-orizzonti u l-possibiltajiet kollha li mhumiex magħluqa fil-limitazzjonijiet tad-dgħufija tagħna. Ġesù jiftħilna quddiemna l-mergħat ta’ Alla nnifsu. Dan hu tassew ilħelsien veru li ġej mill-Verità. Dan hu li niċċelebraw fil-Milied. Fil-bikja ċkejkna ta’ ħlejqa li trid kollox minn kulħadd, aħna naraw il-qawwa tal-imħabba ta’ Alla li turina li Alla hu magħna tassew u hu Alla li jsalva u jeħles. Hu Alla li mill-maxtura jgħidilna: Jien ġejt u sirt bniedem magħkom u bħalkom biex tfiqu u tkunu ħielsa biex issiru bħali u tibqgħu miegħi. Nagħtukom il-barka tagħna. Charles J. Scicluna + Arċisqof ta’ Malta
Intenzjoni tal-Papa għal Diċembru: Biex titneħħa minn kull rokna tad-dinja l-pjaga tat-tfal suldati. Installa l-app tan-Network Dinji ta’ Talb mal-Papa: (1) Iftaħ l-‘Application Store’ (2) Fittex ‘Click to Pray’ (3) Agħżel ‘Install’.
FLEXORIN GEL huwa emulsjoni li hija fformulata speċifikament biex i�affi l-uġigħ tal-muskoli u anke tal-ġogi. Li jaghmel FLEXORIN GEL speċjali hu l-fa� li dan il-prodo� mhux xi ingwent ordinarju li hawn ħafna bħalhom fuq is-suq, iżda emulsjoni ta’ żejt u ilma mħall�n flimkien biex b’hekk ikun jista’ jippenetra l-ġilda (li ukoll hi magħmula minn saffi ta’ żejt u ilma) aħjar u b’mod ħafna aktar mgħaġġel. Minħabba din ir-raġuni, FLEXORIN GEL kapaċi jilħaq ferm aħjar tessu� (�ssues) fil-ġisem li jistghu jibbenefikaw mill-ingredjen� a�vi (ac�ve ingredients) li mgħammar bih FLEXORIN GEL Barra mill-fa� li FLEXORIN GEL jippenetra l-ġilda malajr, FLEXORIN GEL mgħammar b’si� ingredjen� li huma xjen�fikament ippruva� li jtaffu l-uġigħ u in�ammazzjoni. Għaldaqstant, FLEXORIN GEL joffri serħan mill-uġigħ u jtaffi l-in�ammazzjoni mill-ewwel. FLEXORIN GEL jista’ jiġi applikat sa tliet darbiet kuljum, huwa kklassifikat bħala medical device u għalhekk ma għandux bżonn preskrizzjoni tat-tabib.
FLEXORIN GEL jista jinxtara minn spiżeriji ewlenin madwar Malta w Għawdex u mill-Europharma Medical Centre, Triq Salvu Psaila, B’Kara Tel: 23859211 ; 23859272 info@europharma.com.mt
Diċembru 2016 | 7
Knejjes Insara Nikkonkludu t-taqsima li bdejna fl-aħħar ħarġa dwar l-Istituzzjonijiet tal-Knisja. 138. Liema huma l-għaqdiet ewlenin ta’ Knejjes? L-għaqdiet ewlenin ta’ Knejjes huma l-Knejjes antiki tar-rit tal-Lvant u l-Knisja tar-rit talPunent (Latin). Minħabba tilwim li nqala’ matul iż-żminijiet, ħafna mill-Knejjes tar-rit tal-Lvant (Orjentali) illum mhumiex f’għaqda mal-Knisja ta’ Ruma u ma jaċċettawx l-Isqof ta’ Ruma (il-Papa) bħala l-ewwel fost l-isqfijiet, għalkemm għandhom l-istess Skrittura, l-istess fidi u l-istess Sagramenti. Dawn insejħulhom ‘Knisja Ortodossa’. Il-Knisja tal-Punent stess inqasmet fi żmien ir-Riforma u hemm ħafna Knejjes Insara li ma aċċettawx it-tradizzjoni sħiħa tal-Iskrittura, tal-fidi u tas-Sagramenti fl-għamliet li twasslu mill-Knejjes li huma f’għaqda ma’ Ruma. Dawn il-Knejjes huma ġeneralment magħrufa bħala ‘Knejjes Protestanti’ u jemmnu li f’ħafna ħwejjeġ il-Kattoliċi ċajpru xejriet fundamentali talVanġelu. 139. X’inhu l-Ekumeniżmu? L-Ekumeniżmu hu moviment fi ħdan il-Knejjes Insara bil-għan li nwieġbu għat-Talba ta’ Kristu (ara kapitlu 17 tal-Vanġelu ta’ San Ġwann) biex, fi spirtu ta’ ndiema għall-firdiet li hemm fostna, inħallu l-Ispirtu s-Santu jmexxina ħalli niksbu għaqda sħiħa fl-unità ta’ ġisem wieħed.
140. X’regoli għandha l-Knisja tal-Punent għall-membri tagħha? Minbarra xi regoli żgħar, ir-regoli ewlenin li l-Knisja tal-Punent għamlet għall-membri tagħha huma dawn: • jieħdu sehem fil-Quddies fil-Ħdud u filFesti Kmandati; • jagħmlu penitenza, skont id-direttivi tal-post, fl-Erbgħa tal-Irmied, fil-Ġimgħa l-Kbira u fil-Ġimgħat l-oħra; • iqerru darba fis-sena jekk ikunu għamlu dnub gravi; • jagħtu għajnuna materjali għall-ħtiġijiet tal-Knisja u għall-għotjiet ta’ karità li l-Knisja tagħmel; • ma jiżżewġux meta hemm ċerti impedimenti, bħal meta jkunu jiġu minn xulxin f’ċerti gradi. 141. Liema huma l-Festi Kmandati f’Malta? Il-Festi Kmandati f’Malta huma: il-Milied, l-Ewwel tas-Sena, in-Nawfraġju ta’ San Pawl (10 ta’ Frar) u Santa Marija (15 t’Awwissu). 142. Għaliex il-Knisja teżisti blistituzzjonijiet li għandha? Il-Knisja teżisti bl-istituzzjonijiet li għandha biex tħabbar il-miġja tas-Saltna t’Alla u biex trawwem fina l-ħajja tal-Ispirtu li biha din isSaltna tibda fostna minn issa. Kitba: Herbert McCabe O.P. Traduzzjoni: Arthur G. Vella S.J.
Irtir ispirat mill-Ikoni Tħejjija għall-Milied b’meditazzjonijiet iggwidati dwar ikoni antiki mimlijin sinifikat spiritwali. Għal kulħadd. Mill-Ġimgħa 9 sal-Ħadd 11 ta’ Diċembru. Dar Manresa, Għawdex. Imexxi Fr Gerald Buhagiar. 2276 000 jew email : info@mtsjoseph.org
0%
SIT PO LE DEAILAB AV
Starting from
€8,999
Price includes Scrappage Scheme
Industrial Motors Ltd. 1, Antonio Bosio Street, Msida MSD 1341 Tel: 2016 0000 Mob: 99991666 Email: info-iml@iml.mizzi.com.mt Mizzi Motors Ltd. Mgarr Road, Ghajnsielem, GSM 9016 Tel: 21556942 Mob: 99782000 Email: jcassar@mizzimotors.com.mt
www.suzuki.com.mt
A N D R E W B A L DACC H I N O & M A R I A C AC H I A
Diċembru 2016 | 9
Ħames passi Il-mixja li għamilt, pass wara ieħor, biex fl-aħħar wasalt biex ħfirt.
1
2 3
Erġajt għext il-weġgħa Meta xi ħadd weġġagħni (għax gidibli, iddiżappuntani, kiser il-fiduċja li kelli fih) kont imdorri nikseb ftit paċi tal-qalb billi nipprova ninsa u ngħid li ma ġrali xejn. Imma meta għamilt hekk ma stajtx nibda l-fejqan tal-ferita. Għalhekk, bħala l-ewwel pass ippruvajt nerġa’ ‘ngħix’ l-esperjenza li ġarrabt. Mhux faċli dan għax malajr stajt ninġarr mirrabja lejn min ferieni. Meta għamilt dal-‘vjaġġ’ sibt li dak li ġara ma kienx biss tort tal-ieħor. Sibt li kollu ħela ta’ ħin nistenna li xi darba l-ieħor jitlobni skuża. Ħela ta’ ħin ukoll li noqgħod nibki xortija ħażina. Għenni ħafna li aċċettajt il-fatt li, iva, kien hemm xi ħadd li lili naqasni u weġġagħni. Ippruvajt nifhem lilu u x’għamilli Ippruvjat inħares lejn dak li ġara mil-lenti talieħor. Ippruvjat ‘ngħix’ dak li kien qed iħoss u għaddej minnu l-ieħor. U hekk stajt nara lillieħor jerġa’ jilbes wiċċ uman. Fhimt, anki jekk ma qbiltx, għaliex għamel dak li għamel. Għamilt l-ewwel pass jien It-tielet pass: irrealizzajt li jien stess f’ħajti min jaf kemm-il darba weġġajt lil ħaddieħor u xorta ħafruli. Ħsibt fuq ir-rimors li ħassejt meta ġejt maħfur. Dan għenni nkun lest noffri l-id tal-maħfra.
4 5
Iddeċidejt li naħfer Meta ħfirt ma ridtx inżomm id-deċiżjoni għalija biss. Għedt biha anki lil ħaddieħor (ħabib, qarib, qassis, xi ħadd li nafda) mhux biex niftaħar imma biex nikkommetti ruħi għad-deċiżjoni li ħadt. Żammejt sod mad-deċiżjoni Meta reġgħu qamu d-dubji, ippruvajt ma nħallix ir-rabja u t-tpattija jiġru bija u jeħduni pass lura imma ppruvajt inżomm mad-deċiżjoni li ħadt. X’tgħallimt mill-esperjenza tiegħi? Tgħallimt li dejjem għandi żewġ għażliet: jew nibqa’ ndur fil-weġgħa u r-rabja u l-imrar (u nispiċċa nitkisser) jew nimxi ’l quddiem (u nikber biċċa oħra f’ħajti). Tgħallimt li meta naħfer nista’ nidher dgħajjef jew li għalaqt għajnejja għallinġustizzja. Imma fil-fatt mhux hekk! Naħfer ma jfissirx li nwaddab kollox taħt it-tapit, li dak li hu ħażin insejjaħlu tajjeb, jew li nibqa’ naqla’ u nissawwat għax nibża’ minn min hu aktar b’saħħtu. Tgħallimt li l-maħfra m’għandhiex loġika, li l-maħfra ma tinkisibx bil-forza u lanqas tinxtara. Il-maħfra vera toħroġ biss millqalb meta tkun imqanqla mill-imħabba. Tgħallimt li l-miraklu mhux li naħfer imma li tant inkun nixtieq inħobb li nkun lest li naħfer. Fhimt xi ftit aktar meta fil-Missierna ngħidu: “Aħfrilna dnubietna bħalma aħna naħfru.” Il-maħfra mhux paroli biss imma deċiżjoni.
10 | Flimkien
S P I R I T WA L I TÀ
It-tliet staġuni tal-Avvent
M
atul l-Avvent il-Knisja ma tgħaddiniex minn toroq bi dwal ilellxu u mużika tgħajjat imma minn triq iċċangjata b’siltiet sbieħ millBibbja li jinqraw fil-jiem ta’ matul il-ġimgħa fil-quddiesa. Dit-triq fiha tliet ‘staġuni’: l-istaġun tal-FUTUR, l-istaġun tal-PREKURSUR, u tat-TWELID.
• L-istaġun tal-FUTUR (28 ta’ Novembru
sas-7 ta’ Diċembru). F’dan l-istaġun l-attenzjoni tagħna ddur l-aktar fuq l-ewwel qari, meħud kuljum mill-ktieb tal-Profeta Isaija li kien jgħix 600 sena qabel Kristu. Ħaġa tal-iskantament kemm żminijietna jixbhu ż-żmien li kien jgħix fih Isaija: gwerer, eżilji, refuġjati. Minkejja dan, Isaija jagħti tama u kuraġġ biex niffaċċjaw l-isfidi tagħna. Għalhekk attenti għall-kliem li se nisimgħu ta’ kuljum bħal: “jibdlu x-xwabel tagħhom f’sikek tal-moħriet” jew “il-lupu jgħix mal-ħaruf” jew “jixxotta Sidi l-Mulej iddmugħ minn fuq kull wiċċ”. Dawn għandhom jagħmlulna ħafna sens lilna, speċjalment meta niftakru fl-aħbarijiet li nisimgħu kuljum. L-Avvent ma jiġix biex inessina d-dinja ta’ hemm barra imma biex ninvolvu ruħna fiha u nagħmluha aħjar, innisslu t-tama, nagħmlu l-kuraġġ. Dan li jfisser il-kliem ta’ tama li jinstema’ fl-ewwel qari bħal: “it-torox jisimgħu … għajnejn l-għomja jaraw … l-imsejknin jifirħu” u “Farrġu l-poplu tiegħi … bħal ragħaj li jirgħa l-merħla tiegħu … il-ħrief fi ħdanu jerfagħhom” jew “Hu jagħti l-qawwa lill-għajjien u jkattar il-qawwa lil
min hu bla saħħa.” F’kelma waħda: l-Avvent hu okkażjoni biex inxerred sens ta’ tama u kuraġġ madwari.
• L-istaġun tal-PREKURSUR (9-16
ta’ Diċembru) jiffoka fuq il-qari millVanġelu fejn kuljum se nisimgħu dwar Ġwanni l-Battista. Bħal nies importanti oħra fil-Bibbja, it-twelid tiegħu kien sinjal tal-preżenza ta’ Alla fost il-poplu tiegħu – biżżejjed niftakru f’nies bħal Iżakk, Samwel, u Sansun li kollha twieldu minn ommijiet li ma setgħux inisslu. Ġwanni kien prekursur (dak li jiġi qabel, bħal Elija) u dak li jħabbar il-konverżjoni. Għalhekk f’dawn il-jiem naqraw kliem bħal: “Ġwanni ġie għandkom miexi fit-triq tal-ġustizzja, u intom m’emmintuhx iżda l-pubblikani u n-nisa tattriq emmnuh.” L-Avvent jista’ jgħinni ninbidel billi nitlob aktar, inħobb aktar.
• Fl-aħħar tal-Avvent jasal l-istaġun tat-
TWELID (17-24 ta’ Diċembru). L-enfasi flaħħar tmint ijiem hija fuq l-infanzja ta’ Ġesù: in-nisel tiegħu, l-anġlu jgħid lil Ġużeppi biex ma jibżax jieħu lil Marija b’martu, l-anġlu jħabbar lil Marija, il-viżta lil Eliżabetta, Marija tkanta ‘Ruħi tfaħħar il-kobor talMulej’, Żakkarija bl-innu ‘Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael’. F’dal-jiem tajjeb napprezzaw ukoll l-akklamazzjonijiet ta’ qabel il-Vanġelu fejn se nisimgħu l-famużi ‘Antifoni O’ mimlijin simboli dwar it-tama tagħna filMessija. Tassew li għandna fiex nedhew fl-Avvent! Minflok nintilfu f’dak li jlellex ejjew infittxu dak li hu importanti.
SU P P O R T E D EMPLOYMENT PROGRAMME Positive Supported Employment Programme
HOTLINE 7707 5555
Offering Support and Employment to the
VULNERABLE
197, Office B, Triq il-Marina, Pieta Malta.T: (+356) 2703 6602 | 2707 5555 | 2707 5556 | E: info@ma4se.org The official Supported Employment Programme affiliated to the Malta Association for Supported Employment. VO-1159 Malta Representative of the European Union of Supported Employment.
12 | Flimkien
S I LVA N A C A R D O N A ŻG Ħ A Ż AG Ħ
Kaxxa tal-kartun
Marianne marret Londra għas-‘Sales’... imma sabet ‘xi ħaġa’ oħra
M
imdud fuq biċċa kartuna fuq bankina fil-qalba ta’ Londra kien hemm ġuvni b’bott żgħir f’idu. Min jaf, forsi xi ħadd minn dawk il-ħafna nies għaddejjin mgħaġġlin jixtru r-rigali mill-ħwienet enormi li hemm f’dawn ittoroq jieqaf jitfagħlu xi ħaġa tal-flus! Imma le, ħafna lanqas biss taw kasu u baqgħu għaddejjin. Mid-dehra kienu drawh mitluq hemm fuq il-kartun, lejl u nhar, sajf u xitwa. Forsi qatgħuha li messu mar jaħdem. Inkella beżgħu li jekk jagħtuh xi flus jispiċċa jberbaqhom fid-drogi. Ħdejh kien hemm l-uniku ħabib li kellu: il-kelb. Trid tarahom iżiegħlu b’xulxin u jitgeddsu flimkien filkesħa qalila ta’ Diċembru! Marianne ħarset lejh u għall-ewwel baqgħet miexja mal-kumplament ta’ ħbiebha li flimkien kienu siefru biex jaraw wieħed mill-musicals favoriti tagħhom. Kienu mgħaġġlin wisq, deħlin u ħerġin minn ħanut għal ieħor, jixtru ħwejjeġ u rigali għal xulxin. Iżda f’qalbha ħasset lil min jgħidilha: “Ieqaf ftit u mur agħtih xi ħaġa. Se tonfoq tant flus
f’rigali u ħwejjeġ! Dan bħalissa għandu bżonn min jgħinu u int jekk trid tista’ tgħinu.” Għal dawn il-kelmiet daret lura u resqet lejn il-ġuvnott li jgħix fuq bankina. Tagħtu xi ħaġa tal-flus flimkien ma’ pakkett ikel u xarba li kienet għadha kemm xtrat għaliha. Hekk kif tathomlu, għajnejn il-ġuvnott xegħlu bil-ferħ. Feraħ li minn fost dawk innies kollha mexjin madwaru kien hemm xi ħadd li waqaf u ħaseb fih. Mal-ħoss tal-flus neżlin fil-bott irringrazzjaha, imma mhux biss; berikha wkoll u bil-ferħ qalilha, “God bless you, God bless you!” Ma’ dal-kliem Marianne ħassitha emozzjonata ħafna u għajnejha mtlew biddmugħ. Xtaqet kieku tkellmu ftit imma bejn li ma kenitx taf x’se taqbad tgħidlu u bejn li sħabha bdew jgħajtulha biex tħaffef, kellha titlaq minn ħdejh. Bejnha u bejn ruħha bdiet tgħid, “Kif jista’ jkun li dak il-ġuvnott, żdingat, mitluq fuq il-bankina, irnexxielu jgħidli God bless you?” U fehmet li bil-mod tiegħu għaraf japprezza l-ftit flus li kien irċieva
Diċembru 2016 | 13
mingħandha, u ta’ dan il-ftit, li għalih seta’ xtaqx xi ħaġa li setgħet tixtrilu bħala rigal fisser ħafna, irringrazzjaha u berikha wkoll! tal-Milied. Hu qalilha, “Bħalissa għandi bżonn Waqfet tirrifletti dwar kemm kienet qed par ingwanti, xalla u beritta tas-suf. Għandi taħli flusha f’dak li mhux tassew bżonnjuż. bżonn ukoll persuni bħalek li jistgħu jgħinuni Ħasbet kemm dak kollu li kienet se tkompli b’xi mod.” tixtri kien se jkun kollu żejjed għaliha u li filFil-ftit jiem li għamlet Londra, Marianne verità ma kellhiex bżonnu. Imma hekk kienet rat realtà li qatt ma kienet immaġinat li teżisti imdorrija tagħmel f’dawn qabel. Baqgħet taħseb ħafna il-ġranet tal-Milied: xiri, dwar dak il-ġuvni u nies oħrajn Kif jista’ jkun li dak rigali, ikliet ma’ ħbiebha, il-ġuvnott, żdingat, bħalu li jgħixu barra fit-toroq safar u divertiment. Fihom mitluq fuq il-bankina, waqt li hi tgħix komda ġo dar infushom xejn ħażin! mal-familja tagħha fejn ma irnexxielu jgħidli Lil Marianne tant jonqosha xejn. God bless you? impressjonawha dawk Issa ħassitha involuta wisq u il-kelmiet God bless you li ma setgħetx tħalli kollox għaddej. lissen dak il-ġuvni li ddeċidiet li dakinhar, Iddeċidiet li fil-jiem li ġejjin tingħaqad ma’ xi minflok tixtri ħwejjeġ għaliha, tixtri għaqda li tagħti kenn lil żgħażagħ bla saqaf ġakketta u sleeping bag ħoxna għalih. U hekk fuq rashom, bħal dak il-ġuvni. B’dan il-pass se għamlet. Xtrathom u reġgħet marret ħdejh tagħti l-isbaħ rigali: ħinha u lilha nnifisha biex tagħtihomlu. Kellmitu ftit u staqsietu jekk taqdi lil ħaddieħor.
14 | Flimkien
P. M A RC E L LO G H I R L A N D O O F M B I B B J A
Ġesù: Alla magħna dejjem! Aktar dwar il-Vanġelu ta’ San Mattew li jinqara fil-Ħdud matul is-Sena ‘A’
G
ħal San Mattew, Ġesù huwa dak li kien imħabbar millKotba Mqaddsa. Imma ma jiġix milqugħ mill-mexxejja tal-Ġudajiżmu uffiċjali, magħluqin kif kienu f’legaliżmu u formaliżmu li għamewhom. Kienu afdaw lilhom infushom f’Mosè biex imbagħad ma għarfux lil Mosè l-ġdid (Ġesù) li jdaħħal ilpoplu tiegħu f’Art Imwiegħda ġdida. Għal San Mattew, Ġesù huwa l-Messija. Imma dal-Messija ma jidhirx bħala sultan glorjuż imma bħala qaddej li jbati. Għalhekk, biex wieħed jifhem sewwa n-natura tassaltna ta’ Alla jrid bilfors jgħaddi millesperjenza tal-mewt, bħalu. Is-Saltna li jġib Ġesù hija diġà preżenti, avolja se tidher b’mod sħiħ fil-futur. Hija bħall-ħmira li tikber fid-dinja u tista’ tiġi magħrufa biss minn dawk li jiċħdu l-mentalità tad-dinja. Il-Knisja riedha Ġesù biex twassal il-Bxara t-Tajba lid-dinja. Il-Knisja, bħallappostli, mhijiex perfetta, madankollu min jilqa’ lilha jkun jilqa’ lil Kristu stess. Spiċċa ż-żmien meta Ġerusalemm kienet iċ-ċentru tad-dinja. L-istrutturi tal-Knisja huma biss strument biex tixxandar il-Bxara t-Tajba matul l-istorja kollha. Ġesù huwa s-Sultan tal-univers. Mhux sultan ta’ din id-dinja. It-titlu ta’ sultan Ġesù rċevieh waqt il-passjoni, bl-inkurunazzjoni
bix-xewk, u bil-kundanna msammra massalib – kollha sinjali li jikkonfermaw li s-saltna ta’ Ġesù hija saltna ta’ mħabba. Ġesù juri min hu l-Missier. Huwa l-Iben ta’ Alla, imma mhux kif xtaquh il-bnedmin. Huwa Alla mħabba li jsejjaħ għall-imħabba u li jagħti d-dħul għas-saltna permezz tal-istess mħabba. San Mattew irid ifakkar lill-Insara li m’għandhomx joħolmu saltna divina imposta fuq is-soċjetà tal-bnedmin. Iridu jaċċettaw li se jkunu ppersegwitati u jipperseveraw fis-sejħa tagħhom li jkunu qaddejja. Dal-Vanġelu jgħanni l-kobor ta’ Ġesù l-Messija, li hu dejjem magħna. Din hija t-tema fundamentali ta’ din il-Bxara t-Tajba: “Arawha, ix-xebba ssir omm, u jkollha iben u ssemmih Għimmanu-el, Alla magħna” (1:22-23). Ġesù nnifsu jistqarr li “fejn hemm tnejn jew tlieta miġbura f’ismi, jiena nkun f’nofshom” (18:20). U fl-għeluq tal-Vanġelu, qabel tela’ s-sema: “U ara, jiena magħkom dejjem, sal-aħħar taż-żmien” (28:20). Alla magħna fil-persuna ta’ Ġesù Kristu. Din hija s-saltna tas-smewwiet li tagħmel minna dixxipli ta’ Ġesù, bnedmin ġodda, bnedmin li nsiru sinjal tal-preżenza ta’ Alla fost il-bnedmin, minkejja d-diffikultajiet, id-delużjonijiet, il-persekuzzjonijiet u l-firdiet li jeżistu fiddinja u fl-istess Knisja.
AUTUMN WINTER 2016
New Vestmann
Bran
Albac
black
black
dark grey
sizes:
36-41
sizes:
36-42
Fedaia
Carnia
black
dark brown
sizes:
36-40
sizes:
36-42
Larice
Orelle
black
black
sizes:
36-42
Phan Laces / purple sizes: 36-42
navy
sizes:
35-40
Phan Straps / purple sizes: 36-42
black
sizes:
36-42
Igora black sizes:
36-42
Sieves black sizes:
36-42
Yoria Laces navy sizes:
36-42
Cheia red sizes:
36-41
Frou Frou grey sizes:
36-42
New Brienne violet sizes:
36-42
Uzana fuchsia sizes:
35-41
Pagaio
Pilio
black
black
sizes:
40-46
sizes:
Larix black sizes:
40-46
40-46
Felce
Temu
Robert
dark brown
dark brown
dark grey
sizes:
39-46
sizes:
40-46
sizes:
39-46
Available from Scholl Foothealth Centres at: The Point-Tigne, The Plaza Shopping Centre-Sliema, Mosta, Fgura and Valletta. Suffolk Valletta, Abela’s Health and Beauty Centre Victoria-Gozo, and from all leading pharmacies (Scholl). Tel: 20601148
F O O T H E A LT H C E N T R E
www.schollfoothealthcentre.com While every effort has been made to ensure the accuracy of the information contained within this advert prices may be subject to change and not all sizes and colours may be available.
Diċembru 2016 | 19
M I R I A M E L L U L PAĠ N A L E T T E R A R J A
Milied Modern Qomt mir-raqda u rajt tlellix ma’ kullimkien basktijiet imfawrin bil-frugħa mimlijin... Xi kruha! Qawsalla ta’ bozoz iteptpu nofshom maqtugħin mużika tgħajjat – ħaditli rasi! Żfin, qbiż u taħwid ilbiesi mqaċċtin u tkaken mgħawġin – deheb jew fidda? Ma nafx – u mhux xorta?!
Ħallathom, illum kollox moda, kollox jgħaddi, kollox sew. Stilel ileqqu, pasturi jiċċaqalqu, l-għaġeb, sar għaref – anzi smajt li sar sindku! Povri anġli mtektkin qed jgħaddu ħafna ħin fuq il-playstation ... għalhekk għajjenin Santa Klaws ħarab ma’ Żvediża marru vaganza l-Karibew, mistagħġbin kif inħlew!
Siġġu vojt fil-Milied Infittxek, ngħajjatlek, indur mal-kmamar kollha. Għalxejn, m’intix hemm. Minflok … hawn siġġu vojt. U waqt li kollha imdawra mal-mejda nieklu u nixorbu, nitkellmu, ferħana, qed nistħajlek hawn magħna. Imma le, kollu ta’ xejn … għax m’intix hawn u qed nimmissjak.
J.X. Azzopardi
Liċ-ċriev smajt li kiluhom, għamluhom stuffat. Kulħadd indannat, riħa ta’ sokor, xorb u ikel bnin. Velenu trid tgħid! Dan hu l-Milied li ftaħartu bih? Jaħasra kif mhux qed tindunaw li dan mhu xejn ħlief ġenn u tbahrid? Did-dinja bit-toqol tal-vojt tagħha sa fl-aħħar ċediet. U dan mhux Milied!
S. Cardona
Inġibek quddiem għajnejja u niftakar kemm għaddejna ħin flimkien, int u jien biss. U wiċċek, għajnejk, it-tbissima tiegħek, kollha ttimbrati f’moħħi, jgħaddu jiġru l-memorji ta’ dak kollu li kont tħobb tagħmel miegħi, l-ikel li konna nieklu, u l-ħruġ li konna noħorġu. F’widnejja nisma’ kliemek ħelu jidwi ma jintesa qatt. Iebsa tfittxek u ma ssibekx, l-aktar f’dawn iż-żminijiet, fejn kulħadd b’ħalqu mċarrat ikanta, jifraħ, u jallegra.
U t-toroq diġà mżejna bit-twieqi jteptpu, madwar it-tlellix. Anke d-dar armata u l-bozoz mas-siġra mixgħula għajr waħda, mitfija għal dejjem. Int tfisser ħafna għalija imma rrid ngħidlek li bħalissa ninsab imdejqa għalhekk se ndawwar id-dwejjaq tiegħi f’talba u waqt li ħarsti mitfugħa lejn is-siġġu l-vojt, irrid nirringrazzjak tal-ħajja sabiħa li qsamt miegħi u ta’ dak kollu li lħaqna għamilna flimkien.
Ibgħat novella jew poeżija qasira għal din il-paġna. Il-kitba li titla’ bil-polza tirbaħ żewġ kotba mingħand Merlin Publishers Ltd. Ibgħat preferibbilment bl-email hekk: flimkien@maltadiocese.org jew mirell60@gmail.com jew 29, Miramaki, Triq Biagio Galea, Tarxien.
20 | Flimkien
D U N H EC TO R S C E R R I Ġ AW H A R I N S A R A
Agħmel il-ġid anki jekk ma jagħtikx gost San Ġwann tas-Salib Twieled fl-1521. Mistiku Spanjol li minn età żgħira daħal mal-Karmelitani. Ftit wara li kien ordnat saċerdot, issieħeb ma’ Santa Tereża ta’ Avila fir-riforma tal-Karmelu. Waqqaf bosta kunventi tal-patrijiet Skalzi. Għadda minn tbatijiet kbar u anke sab ruħu l-ħabs. Kien poeta ta’ livell għoli, u jibqa’ magħruf għad-deskrizzjoni tal-‘lejl mudlam’ tar-ruħ qabel ma din tilħaq stat għoli ta’ perfezzjoni: l-għaqda ma’ Alla. Għandu bosta kitbiet importanti oħra bħat-‘Telgħa tal-Muntanja tal-Karmelu’ u l-‘Kantiku Spiritwali’. Miet fl-1591. Papa Piju XI iddikjarah Duttur tal-Knisja.
*
“Qatt ma għandek tonqos tagħmel xi għemil tajjeb minħabba li jkun nieqes mill-gost u mill-ħlewwa li ssib fih jekk ikun xieraq li int tagħmlu għall-qadi tal-Mulej; u lanqas ma għandek tagħmlu biss għall-ħlewwa u l-gost li jagħtik. Jaqbillek ħafna li tagħmel dan u ħwejjeġ oħra li jdejquk; jekk le, ma tkunx tista’ tirbaħ il-kostanza meħtieġa u tirbaħ id-dgħufija tiegħek” (Twissijiet, 16).
*
“O mħabba l-aktar ħelwa ta’ Alla, hekk ftit magħrufa! Min ikun sab in-nixxigħat tiegħek, ikun sab is-serħan” (Sentenzi Spiritwali, 16).
*
“U jiġu jkellmuni dawk li jimirħu, fuq dak ġmielek kbir, imm’aktar iferuni w għal mejta jħalluni meta jlaqalqu kliem mingħajr tifsir” (Kantiku Spiritwali B, Strofa 7).
*
“Hemm ... fost ... il-bnedmin spiritwali (dawk) li jaqgħu wkoll f’xorta oħra ta’ korla spiritwali; dan jiġri meta jkunu mdejqin biddnubiet tal-oħrajn, u lil dawn jagħmlulhom għassa b’dik ix-xorta ta’ ħeġġa li ma tħallihomx kwieti ... Hemm oħrajn li huma mdejqa bihom infushom meta jintebħu binnuqqas ta’ sabar u n-nuqqasijiet tagħhom infushom; u dan in-nuqqas ta’ sabar mhux umiltà; u hekk ma jistabrux bihom infushom illi jkunu jixtiequ jagħmluha ta’ qaddisin imqar f’xi jum wieħed” (Lejl kollu Dlam, I, 5, 2-3).
*
“Ir-ruħ li hija waħedha u bla ebda mgħallem, u għandha virtù, hija bħal faħma li tkun qiegħda taqbad waħedha; tibqa’ tiksaħ aktar milli tisħon” (Sentenzi Spiritwali, 7).
*
“Meta wieħed jgħasses il-bibien tar-ruħ, jiġifieri s-sensi, ikun qiegħed iħares u jkattar fih il-paċi tal-qalb u s-safa” (It-Telgħa talGħolja tal-Karmelu, III, 23, 3).
Tmiem tas-sensiela. Grazzi mill-qalb lil Dun Hector Scerri mhux biss għal din is-sensiela imma għall-artikli kollha li kkontribwixxa fuq il-magażin Flimkien.
22 | Flimkien
Mary’s Prayer Max Lucado juża ftit l-immaġinazzjoni u jaqsam magħna x’setgħet qalet Marija lit-tarbija Ġesù f’idejha ftit mumenti wara li twieled.
G
od. O infant-God. Heaven’s fairest child. Conceived by the union of divine grace with our disgrace. Sleep well. Sleep well. Bask in the coolness of this night bright with diamonds. Sleep well, for the heat of anger simmers nearby. Enjoy the silence of the crib, for the noise of confusion rumbles in your future. Savor the sweet safety of my arms, for a day is soon coming when I cannot protect you. Rest well, tiny hands. For though you belong to a king, you will touch no satin, own no gold. You will grasp no pen, guide no brush. No, your tiny hands are reserved for works more precious: to touch a leper’s open wound, to wipe a widow’s weary tear, to claw the ground of Gethsemane. Your hands, so tiny, so white – clutched tonight in an infant’s fist – they aren’t destined to hold a sceptre nor wave from a palace balcony. They are
M A RY ’ S P R AY E R M A X L U C A D O
Diċembru 2016 | 23
reserved instead for a Roman spike that will staple them to a Roman cross. Sleep deeply, tiny eyes. Sleep while you can. For soon the blurriness will clear and you will see the mess we have made of your world. You will see our nakedness, for we cannot hide. You will see our selfishness, for we cannot give. You will see our pain, for we cannot heal. O eyes that will see hell’s darkest pit and witness its ugly prince … sleep. Please sleep. Sleep while you can. Lie still, tiny mouth. Lie still, mouth from which eternity will speak. Tiny tongue that will soon summon the dead, that will define grace, and that will silence our foolishness. And tiny feet, cupped in the palm of my hand, rest. For many difficult steps lie ahead for you. Do you taste the dust of the trails you will travel? Do you feel the cold sea water upon which you will walk?
Do you wrench at the invasion of the nail you will bear? Do you fear the steep descent down the spiral staircase into Satan’s domain? Rest, tiny feet. Rest today so that tomorrow you might walk with power. Rest. For millions will follow in your steps. And little heart … holy heart … pumping the blood of life through the universe: How many times will we break you? You’ll be torn by the thorns of our accusations. You’ll be ravaged by the cancer of our sin. You’ll be crushed under the weight of your own sorrow. And you’ll be pierced by the spear of our rejection. Yet, in that piercing, in that ultimate ripping of muscle and membrane, in that final rush of blood and water, you will find rest. Your hands will be freed, your eyes will see justice, your lips will smile, and your feet will carry you home. And there you’ll rest again, this time in the embrace of your Father.
Irtir fil-kampanja
Irtir bi tħejjija għall-Milied
Talb u riflessjoni fil-kampanja għal min jixtieq itiegħem mill-ġdid is-sinifikat veru tal-Milied. Għal kulħadd. Mill-Ġimgħa 2 salĦadd 4 ta’ Diċembru.
Jumejn ta’ riflessjoni biex nilmħu fejn u kif Ġesù jitwieled u jsir reali fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. Talb iggwidat, talb personali, ċelebrazzjoni tal-Liturġija u opportunità ta’ akkumpanjament spiritwali. Għal kulħadd. Mill-Ġimgħa 2 sal-Ħadd 4 ta’ Diċembru.
Mount St. Joseph, Mosta. Imexxu Clare Camilleri, Maria Theresa Portelli u Frank Mifsud. 2276 000 jew email info@mtsjoseph.org
Dar Manresa, Għawdex. Imexxi Fr Christopher Vella sj. 2276 000 jew email info@mtsjoseph.org
THE NISSAN
NOTE
COMPACT EXTERIOR. SPACIOUS INTERIOR
FROM
€13,299*
0%
SIT PO LE DEAILAB AV
*Price incl. Scrappage Scheme Malta: Nissan Motor Sales Ltd, National Road, Blata L-Bajda HMR 9010 | T: 25969999 | M: 99407554 / 99463750 | E: info-nissan@nissan.com.mt | Gozo: Mizzi Motors Ltd, Mgarr Road, Ghajnsielem GSM9016 T:21556942 | M: 99782000 | E: jcassar@mizzimotors .com.mt | Leasing Dept: T: 23264524
www.nissan.com.mt
Flimkien b’tipi kbar Trid li l-Flimkien b’tipa kbira jasallek id-dar bil-posta? Ibgħat ismek, l-indirizz u €15 ċekk (f’isem il-Kulleġġ tal-Kappillani) jew 60 bolla ta’ 26ċ (għal 12-il ħarġa f’sena). Ibgħathom hekk: Flimkien, PO Box 90, Marsa. Għal aktar tagħrif, ibgħat email: flimkien@maltadiocese.org jew ċempel: 2137 4942, 7959 3727
D OT T G O D F R E Y AG I U S S A Ħ Ħ I T N A
Diċembru 2016 | 25
Il-Morning-After Pill Kif taħdem dil-pillola? Għaliex dil-kontroversja kollha fuqha?
D
an l-aħħar f’Malta ġejna ffaċċjati bl-introduzzjoni tal-pillola kontraċċettiva ta’ emerġenza, iktar magħrufa bħala l-Morning-After Pill. Biex nifhmu aħjar kif taħdem dil-pillola rridu l-ewwel nifhmu eżatt il-proċess ta’ kif persuna tibda l-ħajja. Persuna tibda meta sperma ta’ raġel tiltaqa’ ma’ bajda ta’ mara. Dawn flimkien jiffurmaw zygote li jimxi bilmod lejn l-utru tal-mara fejn dan jeħel. Minn hemm ’il quddiem iż-zygote (li minn issa jibda jissejjaħ ‘embrijun’) jieħu n-nutrijenti li għandu bżonn biex jiżviluppa mid-demm li jkollha l-mara fl-endometriju (parti millutru). Skont l-informazzjoni li għandna fuq il-pillola, li dalwaqt se tkun disponibbli mill-ispiżeriji tagħna, dil-pillola hi maħsuba biex tipprevieni l-ovulazzjoni – jiġifieri tipprevieni l-preżenza ta’ bajda fil-mara jew billi tipprevieni l-fertilizzazzjoni (jiġifieri li l-isperma tiltaqa’ mal-bajda). L-istess letteratura tgħid ukoll li l-mod preċiż ta’ kif jaħdem l-ingredjent levonorgestrel mhux magħruf. Il-fatt hu li r-riċerka fuq it-tip ta’ ormoni (hormones) li hemm fil-morning-after pill ma taċċertaniex li dil-pillola ma tista’ qatt tipprevieni li ż-zygote jeħel mal-utru. Mara qatt ma tista’ tkun ċerta jekk l-ovulazzjoni tagħha jew il-fertilizzazzjoni sarux jew le. Hija propju din l-inċertezza li ħolqot il-kontroversja kollha u hija propju din l-inċertezza r-raġuni għala din il-pillola baqgħet illegali f’Malta għal dawn is-snin
kollha. Jekk iż-zygote ikun iffurmat fil-mara u ma jkunx jista’ jeħel mal-utru, iż-zygote imut bil-ġuħ u allura ma jiżviluppax u jispiċċa jmut. Minbarra dan, tajjeb li l-mara taħseb dwar side-effect importanti: mara li tieħu dil-pillola f’każ ta’ emerġenza għandha ċans ikbar minn ħaddieħor li jkollha ectopic pregnancy. Dan ifisser li ż-zygote, dejjem jekk jifforma, minflok ma jeħel mal-utru (fejn suppost) jista’ jeħel fil-fallopian tube fejn ma jkollux post fejn jikber. Jekk jiġri dan, il-fertilità tal-mara li tkun ħadet il-pillola tista’ tonqos u jnaqqsilha l-probabbiltà li jkollha tfal ’il quddiem. Fil-każ li mara tħoss li għandha ddur għal dil-pillolla kontraċċettiva ta’ emerġenza (morning-after pill) hi għandha titkellem kemm mal-partner tagħha kif ukoll mat-tabib. Għandha wkoll taħseb bejnha u bejn ruħha u tistaqsi: “Ġaladarba jista’ jkun li b’din il-pillola nista’ nwaqqaf proċess naturali ta’ zygote (li għandu l-potenzjal li jsir it-tifel jew it-tifla tiegħi u tal-partner tiegħi) għandi nieħu dan ir-riskju? Jew se nħossni ħatja – u forsi wkoll inkun fil-fatt ħatja – li nkun waqqaft l-iżvilupp ta’ ibni jew binti stess?” Issib min jgħid li l-mara għandha dritt tagħżel hi x’tagħmel b’ġisimha. Veru, imma tajjeb niftakru li zygote, għalkemm jeżisti f’ġisimha, fil-fatt mhuwiex ġisimha. Meta kull wieħed minna konna għadna zygote diġà kien determinat saħansitra s-sess bijoloġiku tagħna, jekk aħniex mara jew raġel. Ħaġa sew li persuna bħal din jitteħdilha d-dritt li tiżviluppa?
26 | Flimkien
Kont taf? Malti tajjeb
Ma’, sa, ta’ qabel kliem li jibda b’vokali, għ jew h. Qabel kliem li jibda b’vokali, għ jew h, il-prepożizzjonijiet ma’, sa u ta’ jistgħu jinkitbu sħaħ jew imqassrin m’, s’, t’. Pereżempju: 15 ta’ Awwisu jew 15 t’Awwissu; mort ma’ Elsa jew mort m’Elsa; sa issa mxejna jew s’issa mxejna; ħoss ta’ uragan jew ħoss t’uragan; ma’ għonq it-triq jew m’għonq it-triq; dak ta’ hemm jew dak t’hemm. (Minn ‘Deċiżjonijiet’ tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti)
Kurżitajiet 1.
2. 3.
4.
5.
6.
L-iljunfanti u l-baleni jgħaddu millmenopawsa bħan-nisa! It-tarantula (brimba) tibqa’ ħajja anki sentejn bla ma tiekol xejn. Għal kull bniedem fid-dinja hawn miljun nemla. In-nemel ma jorqdu qatt u m’għandhomx pulmun. Is-sentenza “The quick brown fox jumps over a lazy dog” tuża l-ittri kollha tal-alfabett Ingliż. Jekk tpoġġi ammont żgħir ta’ alkoħol fuq skorpjun dan jiġġennen u jigdem lilu nnifsu u jmut. Grupp ta’ kokki (owls) bl-Ingliż jgħidulu parliament. Fil-mitoloġija Griega l-kokka hi simbolu ta’ Atena, alla tal-għerf. Grupp ta’ ċawl
60 sena ilu
Fil-5 ta’ Diċembru 1955 ċerta Rosa Parks, mara Affro-Amerikana kienet bilqiegħda fuq bank f’tal-linja riżervata għall-bojod. Meta telgħet ukoll persuna bajda, Rosa ma qamitx biex iċċedilha postha, avolja f’Alabama u Montgomery kien hemm liġi li kienet tgħid li s-‘suwed’ ma jistgħux jużaw l-istess partijiet tax-xarabank użati mill‘bojod’. Rosa Parks ġiet arrestata għax kisret il-liġi. Saret kampanja kbira, fosthom bojkot u dimostrazzjonijiet kbar li fihom ħa sehem ukoll Martin Luther King. Fl-20 ta’ Diċembru, 1956 il-Qorti qatgħetha li l-liġi kienet tmur kontra l-kostituzzjoni.
(għasafar mhux ħut) jissejħu murder of crows, għax fl-antik kienu jaħsbu li ċ-ċawl kienu jgħaddu ġuri lil membri tagħhom li jkunu ġabu ruħhom ħażin u jekk dan jinstab ħati kien jinqatel (murdered) mill-grupp. 7. Baqra waħda tarmi gass biżżejjed kuljum (methane) biex timla 400 flixkun tal-litru. Il-baqra mhux stonku wieħed għandha imma erbgħa! Sittin baqra kapaċi jipproduċu daqs tunnellata ħalib f’inqas minn ġurnata. 8. Tagħtix żerriegħa tat-tuffieħ jew tallanġas lill-kelb … għax tista’ toqtlu!
28 | Flimkien
LO G Ħ O B • C L AU D I A C I N I
Tisliba 1
2
3
4
5
6 7
8
9
10 11
12
13
14 15
17
16 18
19
Weqfin 1. Ktieb li jiġbor kliem ta’ xi lsien u kif jitlissen (11) 3. Anzjan (3) 4. Bih tara oġġetti rqaq li l-għajn waħidha ma tarahomx (11) 7. Xitan; Satana (7) 8. Sikkina tingħalaq (3) 12. Aktar wiesgħa (3) 15. Mhux mgħawweġ (5) 16. Mingħajr (3)
Irbaħ voucher mingħand Alfsons Supermarket, il-Ħamrun Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar: Flimkien, Tisliba, Kurja, PO Box 90, il-Marsa.
20
21 22
Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor Mimduda: 2. ARMLA, 5. DAR, 6. BLU, 7. OMEGA, 9. KOWT, 10. TAĊĊ, 11. INT, 13. ZIJA, 14. BUZ, 15. NEJ, 17. JURI, 18. EROJ, 19. NARAW, 20. NIES, 21. FIN, 22. FTIRA. Weqfin: 1. EDUKA ZZJONI, 3. MBE, 4. KUNĊIZZJONI, 7. OTTAVIN, 8. ATT, 12. NOÈ, 15. NERVI, 16. JEW. Rebbieħ/a: J. C. Catania, B’kara
R
Sib il-Kliem Z B
K
AKTAR, ĠOBON, ĠONNA, KREJN, PONTA, PREZZ, SINNA, TORTA, UNURI, XITLA Qiegħed dawn l-għaxar kelmiet kull waħda fir-ringiela tagħha. Meta ssibilhom posthom, il-kaxxi l-griżi jkunu juru ŻEWĠ NUMRI. Premju voucher ta’ €20 li jissarraf għand Scotts Supermarket. Ibgħat biss iż-żewġ kelmiet (m’hemmx għalfejn il-grillja kollha) sal-15 tax-xahar: Flimkien, Sib il-Kliem, PO Box 90, Marsa Tweġiba għax-xahar l-ieħor: ĦAMSA u WIEĦED. Rebbieħ/a: R. Spiteri, Ħal Luqa
Nota: GĦ u IE jieħdu kaxxa waħda
Mimdudin 2. Karrotti, patata u basal (5) 5. Ħaffef, għaġġel! (3) 6. Tużah fuq is-silġ (3) 7. Ċanga, majjal u tiġieġ (5) 9. Ħu ommi (4) 10. Rispett; ġieħ (4) 11. Fuqu ddur ir-rota (3) 13. Ma jiftaħarx bih innifsu (4) 14. L-ewwel karta tal-logħob (3) 15. Inħall; ma baqax solidu (3) 17. Fi stat eħżen (4) 18. Logħba bejn erbgħa bid-dammi fuq bord fejn min jidħol l-ewwel jirbaħ. (4) 19. “L-hemm jiġi bil-ħemel u jmur bl------.” (Qawl, jiġifieri l-inkwiet, bħall-mard, jiġi ħafna u f’daqqa imma jmur bil-mod) (5) 20. La int, la hu u lanqas hi (3) 21. Riesaq ’l hawn (3) 22. Għandu tmur għal xi kuntratt (5)
Għalina t-tfal Kif għandi nitlob? • Tkellem ma’ Ġesù dwar dak kollu li hemm f’qalbek, qisek qed titkellem malaqwa ħabib. • Tkun qed titlob anki jekk toqgħod fisskiet quddiem it-tabernaklu. • Itlob anki meta ma jkollokx aptit. • M’għandekx ċans titlob? Jekk tassew trid titlob naqra ħin issib żgur.
C L AU D I A C I N I
Diċembru 2016 | 29
• Itlob anki billi tgħid grazzi jew titlob maħfra lil Ġesù. Tkellem mal-ġenituri dwar kif għandek titlob jekk: • tixtieq tibda tgħid ir-rużarju; • int u titlob qed tispiċċa taħseb f’ħafna affarijiet oħra – għidilhom jgħallmuk titlob anki dwar dik ix-xi ħaġa li ‘fixklitek’ waqt it-talb.
1.
2.
KWIZZ DWAR IL-MILIED BIEX TAGĦMLUH FLIMKIEN ID-DAR 1: Żmien ta’ qabel il-Milied. 2: Belt fejn twieled Ġesù. 3: Ġesù kien mir-razza ta’ liema sultan? 4: Fejn ħarab Ġużeppi bil-familja tiegħu minħabba Erodi? 5: Il-belt kapitali tal-Palestina. 6: Reġjun fejn tinsab il-belt ta’ Nazaret. 7: Isem ieħor għal Ġesù li jfisser ‘Alla magħna’. 8: Alla kellem lil Ġużeppi permezz ta’ -----. 9: Mexxiet lill-maġi għand Ġesù. 10: Ir-rigali tal-maġi. 11: Reġjun li fih kienet tinsab Betlehem. 12: Ġew mil-Lvant jaduraw lil Ġesù. 13: Raħal fejn trabba Ġesù. 14: “ ---- fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba.” 15: Fejn il-Madonna poġġiet lil Ġesù meta twieled. 16: Ktieb li fih ir-rakkont tat-twelid ta’ Ġesù. 17: Missier Ġwanni l-Battista.
GĦ u IE jieħdu kaxxa waħda
3.
4.
5.
6.
KOMPETIZZJONI BI PREMJU
Wara li twieġeb, ifforma kelma bl-ittri li hemm fil-kaxxi s-sofor.
1. 2. 3. 4. 5. 6.
Cospicua. Ħaxix tajjeb mal-brodu. Tirċevih meta tirbaħ xi ħaġa. Insett bi tmien saqajn. Mill-Indja. Insett li tigdem ħafna, l-aktar fis-sajf.
Ibgħat it-tweġiba flimkien mad-dettalji tiegħek hekk: Flimkien, Kompetizzjoni Tfal, Kurja, P.O. Box 90, Marsa. L-ewwel tweġiba tajba li tinfetaħ tirbaħ żewġ biljetti għall-In Guardia, f’Forti Sant’Iermu. Tweġiba għax-xahar l-ieħor: ĦARIFA Rebbieħ/a: M. Stagno, Mġarr
Tweġibiet: 1. Avvent. 2. Betlehem. 3. David. 4. Eġittu. 5. Ġerusalemm. 6. Galilija. 7. Għimmanu-El. 8. Ħolma. 9. Kewkba. 10. Deheb, inċens, mirra. 11. Lhudija. 12. Maġi. 13. Nazaret. 14. Paċi. 15. Maxtura. 16. Vanġelu. 17. Żakkarija.
30 | Flimkien
A L F R E D D E B AT T I S TA
Fittixtek, Mulej! Fittixtek, Mulej, f’dal-Milied. Fittixtek ansjuż kullimkien. U kważi qtajt qalbi… ma stajt insibek imkien.
Ħarist fil-presepju b’pasturi ħelwin u rajtek f’maxtura, imfisqi, ħosbien. Bir-rgħajja mistagħġba, bin-nagħaġ imdawrin, ’mma kollox kien sieket, kollox kien kwiet.
Fittixtek fis-siġra mimlija bil-bozoz jixegħlu mlewnin. Fittixt qalb bosta rigali w munzelli ta’ logħob u tiżjin.
U s-skiet sa fl-aħħar fakkarni fil-post kollu ħemda fejn tgħammar fis-skiet. U ġrejt dritt għal fejnek u sibtek ħosbien. Nistħajlek tistaqsi x’kien ġrali, għaliex dan l-inkwiet.
Intlift qalb il-folla ta’ nies imgħaġġlin Biex jaqdu jew jixtru għax kien sar il-ħin. Kien donnu se tieqaf id-dinja. Ħassejtni mitluf f’ġennata bħal din. Fittixtek fil-parties u l-ħafna ikliet, fix-xorb u fil-ħafna serati mħarbtin. Għedt: Fejn hu l-Milied ta’ żmien dari li bih tant jiftaħru l-Maltin?
U għedtlek, Mulej, kemm fittixtek f’dal-ġenn ta’ festi u tbahrid. U għedtli: “Min qallek li tliftni? Għaliex kellek tfittixni propju f’daż-żmien?” Fakkartni li dejjem preżenti. Int magħna tinsab kullimkien. M’hemmx bżonn il-Milied biex niftakru li inti tkun qribna kull ħin.
Monasteru mingħajr ħitan Issieħeb f’xi wieħed mit-tliet gruppi ta’ meditazzjoni li hawn f’Malta fi ħdan il-World Community for Christian Meditation. Għal aktar tagħrif idħol fil-website wccm.org jew ikkuntattja lil Carmel u Yvonne Sciberras (21410480, 99082425; carmsciberras@gmail.com; yhsciberras@gmail.com). Il-meditazzjoni tagħmilna Nsara aħjar għax biha nħallu lill-Imgħallem Ġesù jibdilna biex insiru aktar nixbhuh.
FEELING FREE AT HOME
invest in comfort and safety for yourself or your parents
Exclusive local distributors of Stair Lifts, Recliners & Scooters
Tel: +356 21 252206 Email: info@liftservices.com.mt Website: www.liftsservices.com.mt Lifts Services Ltd , Factory A25F Marsa Industrial Park, Marsa, Malta