Flimkien Jannar 2017

Page 1

Newspaper Post

Jannar 2017 | Numru 146

Buffu mhux tal-Karnival 12

Kellu 24 sena u kien ilu miżżewweġ xahrejn. Minflok ħarab mill-belt ta’ Aleppo, Anas baqa’ hemm biex iferraħ lit-tfal iltiema ... sal-1 ta’ Diċembru li għadda...

Koppji li “jgħixu flimkien” jistgħu jitqarbnu? 05 Martina tixtieq li fl-2017… 10 X’ħolmot u x’tixtieq biex iġġib bidla fiha u f’ta’ madwarha.

Get off the red chair! 13 L-aqwa rigal li nistgħu nagħtu lil uliedna

Jiena xi ħadd ... li jokrob mill-ġuf ta’ mara 18 Oġġetti kollha demm f’dixx tal-istainless steel. Indifferenza ta’ min xogħlu suppost isalva l-ħajja. Mara li “ġisimha mhux tagħha”. Tarbija ġejja bin-numru ta’ kromożomi “mhux kif suppost”.

L-abort għadu dnub? 19 X’qal eżattament il-Papa dwar l-abort?


BSL

Britannia Tours … il-vjaææ tiegœek jibda hawn!

Holy Land u l-Ġordan 21 - 28 ta’ Frar

Skiing fi

Kranjska Gora L-iSlovenian Julian Alps 26 - 31 ta’ Jannar

minn

¢1359

Jinkludi full board, l-eskursjonijiet u l-entraturi kollha skont il-programm

INŸURU Kranjska Gora, Velika Planina, Kranj, Bled, Bohinj & Mount Vogel

INŸURU Galilee, Tabor, Nazareth, Beatitudes, Capernaum, Jerusalem, Betlehem, Ein Karem, Qumran, Petra, Ammam & Nebo

Carnival fi

Ptuj, Slovenja 24 ta’ Frar - 1 ta’ Marzu

minn

¢569

Carnival

f’Lucerne 25 ta’ Frar - 1 ta’ Marzu

minn

¢499 INŸURU Ptuj, Bukovci, Markovci, Kurentovanje, Carnival event in Ptuj, Graz, Zotter Chocolate Factory, Zagreb, Trakosan Castle & Maribor

INŸURU Lucerne, Engelberg, Mt. Titlis, Mulhouse, Basel & Rhine Falls

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, trasferimenti, servizzi ta’ tour leader u t-taxxi kollha (Kundizzjonijiet japplikaw). Valletta Branch - Tel: 2123 8039 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt

minn

¢579


E dito r jal • D u n A n to n P o r telli

Il-Buffu ta’ Aleppo

I

rid ikollok saħħa mentali u qawwa spiritwali kbira biex waqt it-traġedja ta’ gwerra qerrieda tagħmilha ta’ buffu biex tipprova tferraħ lil min qed jgħix fl-istess traġedja bħalek (ara l-faċċata kif ukoll artiklu ieħor f’paġna oħra talmagażin). Dan il-buffu ma beżax li jgħidulu li hu verament “buffu” biex idaħħak waqt il-ġuħ, l-għatx u l-mewt tal-gwerra. Imma hu kien qiegħed iwassal il-messaġġ verament qawwi li l-ferħ tal-bniedem, is-sens veru tal-ħajja, l-ispirtu veru li hemm f’kull bniedem huma aqwa mill-kruha tal-ħażen u talmibegħda. U dan il-buffu miet biex jagħti din ix-xhieda! Kellu biss 24 sena. Dan huwa l-ispirtu li jħeġġeġ lil dawk kollha li joffru ħajjithom għal ħaddieħor: fil-familja stess, fil-komunità, lil min hu fil-bżonn spiritwali u mentali, fiżikament jew psikoloġikament. Nitolbu biex matul din is-sena l-ġdida l-Mulej jimliena b’dan l-ispirtu ta’ għotja u ta’ qsim ma’ ħaddieħor. Dan huwa l-istess spirtu tal-Mulej Ġesù nnifsu. Awguri għal sena mimlija mħabba lejn ilproxxmu!

Flimkien fuq Radju Marija Programm dwar il-kontenut tal-magażin Flimkien. Kull l-ewwel Ħamis tax-xahar fl-10:00am.

Jannar 2017 • Numru 146

Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u jitqassam b’xejn lill-familji Maltin. Biex tirriklama fuq Flimkien ċempel fuq 2137 4942 jew 7959 3727 Email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta Indirizz Editorjali Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali. Editur Carmel Conti

Grafika Outlook Coop

Stampar Velprint Ltd

Flimkien fuq RTK Analiżi tar-rivista Flimkien issir filprogramm ‘Merżuq’ imtella’ mill-Kulleġġ tal-Kappillani fuq radju RTK 103FM kull l-aħħar Ħamis tax-xahar fid-9pm, b’ripetizzjoni l-Ħadd ta’ wara fis-2pm.

K elma ta’ F r a n ġ i s k u

Dak li jista’ kollox għandu memorja qasira! Il-ħniena hi l-isem ta’ Alla u hi wkoll iddgħufija tiegħu, il-punt dgħajjef tiegħu. Il-ħniena tiegħu dejjem twasslu għallmaħfra, biex jinsa d-dnubiet tagħna. Jien nieħu gost naħseb li Dak li jista’ kollox għandu memorja qasira. Ladarba jaħfirlek, jinsa kollox, għax ikun ferħan li ħafirlek. Għalija dan hu biżżejjed, kif kien għall-mara adultera tal-Vanġelu “li ħabbet ħafna”. “Għax Hu ħabb ħafna” – ilKristjaneżmu kollu jinsab miġbur hawn. Il-Papa Franġisku, Minn intervista fuq L’Avvenire, 17 ta’ Novembru, 2016

Judas sold Jesus with a kiss Nota mill-Editur: Nappellaw lil min kitbilna ittra bl-Ingliż bit-titolu “Judas sold Jesus with a kiss” biex jekk jogħġbu jibgħat ismu u fejn nistgħu nikkuntattjawh għax nixtiequ ħafna li nagħmlu kuntatt miegħu. L-ittra jista’ jindirizzaha hekk: Editur, Flimkien, PO Box 1, Il-Furjana FRN 1520. Jista’ jikteb PRIVATE & CONFIDENTIAL fuq ix-xellug fuq tal-invilopp, u naċċertawh li l-ittra tinfetaħ u tinqara biss mill-Editur li mbagħad ikun jista’ jikkuntattjah direttament. Grazzi.


When I grow up I want to be.....

By donating â‚Ź2.33 on

50617374

you can feed 7 children for one day. By donating â‚Ź6.99 on

50618820

you can buy books for one child for a year.

Please help these children achieve their dreams when they grow up, so they can be fully ALIVE.

w w w.missio.org.mt


Jannar 2017 | 5

Dawk li “jgħixu flimkien” Waslitilna din il-mistoqsija: Veru li l-Papa qal li dawk li qed jgħixu flimkien (poġġuti) jistgħu jitqarbnu? Jien jidhirli li mhux hekk u li qegħdin iħawdu kliem il-Papa. A. Pace

D

in hi mistoqsija importanti ħafna imma qabel inwieġbu l-mistoqsija tajjeb ngħidu li l-kelma “poġġuti” m’għandhiex tkun fil-vokabularju tagħna l-Insara. Anke jekk persuna qed tgħix ħajja li f’għajnejna mhix ideali jew li tidher li mhix għalkollox in line mat-tagħlim talKnisja, bħala Nsara m’għandna l-ebda dritt nużaw kliem dispreġjativ biex niddeskrivu s-sitwazzjoni tagħha.

Għalkemm din id-diskussjoni qajmet ħafna dibattiti, din kienet diskussjoni neċessarja għax fid-dinja tal-lum il-familja għaddejja minn bidliet soċjali u kulturali kbar. Għalhekk, fid-19 ta’ Marzu 2016, wara li attenda għal-laqgħat kollha tas-Sinodu u studja b’attenzjoni l-proposti li tressqulu, ilPapa Franġisku ħareġ dokument importanti bl-isem ta’ Amoris Laetitia (Il-Ferħ talImħabba).

Allura l-Papa tkellem? Iva, f’Marzu li għadda l-Papa Franġisku tkellem dwar is-sitwazzjoni ta’ koppji Kattoliċi li huma miżżewġin ċivilment biss, jew li qed jgħixu flimkien għalkemm mhumiex miżżewġin bil-Knisja. Tkellem ukoll dwar is-sitwazzjoni ta’ persuni separati/divorzjati li daħlu f’relazzjoni ġdida għalkemm għadhom marbutin fi żwieġ validu. Imma tajjeb ngħidu li l-Papa ma tkellimx għax darba waħda filgħodu qam u qal, “Illum ħa ngħid xi ħaġa li tiġini f’moħħi!”

Allura x’qal il-Papa? F’kapitlu 6, u b’mod speċjali f’kapitlu 8 talAmoris Laetitia, il-Papa Franġisku ma beżax jitkellem ukoll dwar dawk is-sitwazzjonijiet tal-familja li huma kkumplikati u kontroversjali. Minn naħa waħda, il-Papa kkonferma dak li dejjem għallmet il-Knisja Kattolika, jiġifieri li ċerti sitwazzjonijiet (koppji li qed jikkoabitaw, koppji li ntrabtu biss bi żwieġ ċivili u mhux bi żwieġ, u relazzjonijiet ġodda wara separazzjoni jew divorzju) mhumiex skont il-Liġi t’Alla, u m’għandhom qatt jiġu ppreżentati bħala sitwazzjonijiet ideali jew tajbin fihom infushom. Min-naħa l-oħra, il-Papa talab lilna, l-Insara Kattoliċi madwar id-dinja, biex ma npoġġux is-sitwazzjonijiet kollha f’qoffa waħda, u biex inkunu aktar ħanina ma’ xulxin, speċjalment ma’ min hu mweġġa’ jew min hu dgħajjef.

Mela għalfejn tkellem? Il-Papa tkellem wara li matul l-aħħar tliet snin, il-Knisja Kattolika ċċelebrat Sinodu tal-Isqfijiet importanti ħafna dwar il-familja. Matul dan is-Sinodu, il-Knisja ddiskutiet b’mod ċar u miftuħ diversi temi relatati mal-ħajja taż-żwieġ, l-imħabba u l-familja, inkluż xi suġġetti jaħarqu u kontroversjali.


6 | Flimkien

Fil-ħajja hemm ħafna griż, u mhux kollox iswed jew abjad!” Fl-Amoris Laetitia, il-Papa talab, b’mod speċjali lis-saċerdoti, biex ma jaqtgħux sentenzi dwar il-ħajja tan-nies u ma jikkundannawx lill-persuni li jinsabu f’sitwazzjonijiet li huma kkumplikati jew li mhumiex ideali. Talab lis-saċerdoti biex jimxu ma’ dawn il-koppji u jkunu qrib tagħhom. Talabhom biex jiltaqgħu magħhom u b’attenzjoni jippruvaw jifhmu aħjar issitwazzjoni tagħhom u jkunu sors ta’ fiduċja, tama u faraġ għal dawn il-persuni. Bħalma kien għamel il-Papa Ġwanni Pawlu II fl-1981, il-Papa Franġisku jrid li ssir distinzjoni bejn sitwazzjonijiet li jkunu differenti. Fil-fatt, San Ġwanni Pawlu II kien għamel differenza bejn il-każ ta’ persuna li b’sinċerità ppruvat issalva ż-żwieġ tagħha imma xorta ġiet abbandunata b’mod inġust mir-raġel jew mara tagħha, u l-każ ta’ persuna li bi ħtija gravi kienet hi li kissret iż-żwieġ tagħha. Il-Papa Pollakk kien kiteb ukoll li hemm każijiet fejn persuni jidħlu f’relazzjoni ġdida biex jagħtu futur aħjar lil uliedhom, jew għax fil-kuxjenza huma konvinti li ż-żwieġ

tagħhom mhux validu (ara par. 84 talFamiliaris Consortio). Ħamsa u tletin sena wara, il-Papa Franġisku kompla jibni fuq dan it-tagħlim, u talab lis-saċerdoti biex, fi djalogu mal-koppji, jiddixxernu (jigifieri jevalwaw jew jgħarblu sew) iċ-ċirkustanzi, l-intenzjonijiet u l-konsegwenzi kollha relatati mas-sitwazzjoni tagħhom għax, fi kliem Franġisku stess, fil-ħajja hemm ħafna griż, u mhux kollox iswed jew abjad! Imma allura issa jgħaddi kollox? Le, il-Papa ma qalx hekk! U mhux ġust meta xi ħadd jgħid li l-Papa qal hekk! Fid-dokument importanti Amoris Laetitia, il-Papa Franġisku kiteb b’mod ċar li dan il-proċess ta’ dixxerniment li l-koppja għandha tagħmel bl-għajnuna tassaċerdot, għandu jsir bil-galbu, b’sinċerità, u fi spirtu ta’ talb. Fuq naħa, dan id-dixxerniment jgħin biex, quddiem it-tajjeb li hemm fihom, il-koppja jilmħu l-preżenza u l-grazzja ta’ Alla. Imma fuq in-naħa l-oħra, dan il-proċess jorbot ukoll lill-koppja biex


Jannar 2017 | 7

quddiem dawk l-elementi “irregolari” li hemm fir-relazzjoni tagħhom, jeżaminaw flimkien mas-saċerdot jekk hemmx ħtija min-naħa tagħhom u, f’każ li hemm, kemm hi kbira. Fil-fatt, il-Papa qal li fejn hemm ħtija morali ta’ dnub, is-saċerdot għandu jħeġġeġ lill-koppja biex “tikkonverti” u tikkoreġi l-istil ta’ ħajja tagħha. Fl-istess ħin, importanti ħafna ngħidu li l-Papa Franġisku għallem ukoll li propju għax il-ħajja mhix dejjem ċara, u mhux kollox abjad u iswed, jeżistu każijiet fejn il-koppja jista’ ma jkollix ħtija morali ta’ dnub avolja s-sitwazzjoni tagħha minn barra tidher ħażina jew mhux ideali. F’paragrafu 301 tal-Amoris Laetitia, il-Papa kiteb hekk: “Għalhekk ma nistgħux ngħidu aktar li dawk kollha li jinsabu f’qagħda hekk imsejħa ‘irregolari’ qed jgħixu fl-istat

tad-dnub il-mejjet, imċaħħda mill-grazzja li tqaddes.” F’paragrafu 305 rrepeta l-istess punt bi kliem differenti: “Minħabba filkundizzjonamenti jew aspetti li jnaqqsu l-gravità, hu għalhekk possibbli li, f’qagħda oġġettiva ta’ dnub – li mhix suġġettivament ħatja jew li mhijiex ħatja għalkollox – wieħed jista’ jgħix fil-grazzja ta’ Alla, jista’ jħobb, u jista’ wkoll jikber fil-ħajja tal-grazzja u talimħabba”. Hawnhekk il-Papa kompla jgħid li f’każijiet bħal dawn, il-Knisja għandha d-dover li tgħin lil dawn il-koppji biex ikomplu jikbru fil-grazzja ta’ Alla u biex jipparteċipaw aktar fil-ħajja tagħha. Fi kliem Franġisku stess, f’ċerti każijiet, din l-għajnuna tista’ tkun ukoll l-għajnuna tas-Sagramenti tal-Qrar u t-Tqarbin.


0%

SIT PO LE DEAILAB AV

Starting from

€8,999

Price includes Scrappage Scheme

Industrial Motors Ltd. 1, Antonio Bosio Street, Msida MSD 1341 Tel: 2016 0000 Mob: 99991666 Email: info-iml@iml.mizzi.com.mt Mizzi Motors Ltd. Mgarr Road, Ghajnsielem, GSM 9016 Tel: 21556942 Mob: 99782000 Email: jcassar@mizzimotors.com.mt

www.suzuki.com.mt


P. M a rc ello G h i r la n do O F M

Jannar 2017 | 9

Bieb, anzi kustat, miftuħ beraħ X’se jibqa’ mill-esperjenza tiegħi bħala “Missjunarji tal-Ħniena” matul il-Ġublew tal-Ħniena? L-uniku kliem li jitnissel fil-fond ta’ qalbi, wara l-esperjenza bħala Missjunarju tal-Ħniena matul is-Sena tal-Ġublew fiddjoċesi ta’ Għawdex, huwa: “Roddu ħajr lillMulej, għax għal dejjem hi l-ħniena tiegħu!” (Salm 136). Il-Qalb ta’ Alla l-Missier dejjem miftuħa beraħ. M’għandhiex bibien. Fil-ftuħ hemm biss is-Salib ta’ Ġesù Ibnu. Ġenbu miftuħ beraħ ukoll. Xmara ta’ ħniena tgelgel mill-kustat miftuħ fuq dawk kollha li jħarsu “lejn dak li nifdu”. Ħarset l-Imsallab hija l-ħniena tal-Missier. Idejh huma biss ħniena, fejqan u ħelsien. Kelmtu hija kelma ta’ ħniena li tinfed sa ġol-mudullun. “Fih kollox jitkellem mill-ħniena, ma hemm xejn fih li m’għandux ħniena” (Misericordiae Vultus, 8). Irċevejna l-mandat tal-Papa Franġisku f’Ruma f’Ras ir-Randan li għadda. Il-Papa talabna nitfgħu l-ħarsa tagħna fuq Kristu Ġesù bħala l-wiċċ tal-ħniena infinita talMissier. Talabna niddawlu mill-ħniena, nilbsu l-ħniena, interrqu fil-paġni talIskrittura, naqtgħu l-frott abbundanti talħniena, nitlaqqmu fil-qalb tal-Knisja-Omm li minn sidirha mimli ħalib il-ħniena riedet tisqi u tagħti l-ħajja lil ħafna bil-għatx għall-għasel tal-maħfra u tal-ħajja mġedda u maħluqa mill-ġdid mill-miżerikordja talqalb tal-Missier.

Kienet din l-imħabba u l-ħniena talMissier dejjem preżenti fi Kristu Msallab li l-Papa riedna nxandru lil kulħadd biex bħal qisna “insakkru” lil dawk kollha bilgħatx. Kienet din l-imħabba u l-ħniena li xprunawna biex insiru d-dirgħajn imxammra tal-Knisja li xxandar b’qawwa l-kelma talħniena li tfarraġ u tibni fil-predikazzjoni ta’ din l-Aħbar dejjem Tajba u Ġdida. Kienet ir-rabta ma’ dirgħajn Dak li ssallab għallimħabba li tatna l-qawwa ngħollu jdejna mijiet ta’ drabi biex nagħtu l-assoluzzjoni fis-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni – anke lil ħafna li kienu ilhom ma jersqu lejn din l-għajn ta’ ħniena u maħfra. Kien il-leħen tal-Kristu fil-Knisja li għamel tiegħu l-kordi vokali tagħna biex insejħu lil kulħadd għallopri tal-ħniena, kemm spiritwali kif ukoll tal-ġisem, biex insiru “Ħanina bħall-Missier”! Missjunarju tal-ħniena! Sejħa, mandat, qawwa appostolika, esperjenza ta’ mħabba, imperreċ f’dak il-beraħ tal-qalb tal-Missier, bil-qawwa tal-Ispirtu kanal tax-xmara talħniena ħierġa mill-kustat tal-Kristu, l-uniku għajn ta’ ħniena! Is-Sena tal-Ġublew tal-Ħniena ntemmet. Kelma u mistoqsija jibqgħu fuq fommi: “Kollox jiġi muri fil-ħniena; kollox jinġabar fl-imħabba ħanina tal-Missier” (Misericordia et Misera, 1). Jista’ qatt jintemm il-mandat tal-Missjunarju tal-Ħniena?


10 | Flimkien

Silva n a Ca r do n a Żg ħ ażag ħ

Ħolm u xewqat għall-2017 X’tixtieq twettaq matul l-2017? Għal xiex qed tispira? Għandek xi ħolma kbira li forsi bħalissa qed taraha impossibbli?

M

artina bdiet taħseb f’kemm tixtieq titgħallem iddoqq l-arpa, li trabbi kelb, u li jkollha smartphone. Imma mhux biss! Kellha wkoll xewqat ferm aktar profondi li setgħu jġibu bidla għall-aħjar fiha nnifisha, f’ta’ madwarha, u fir-relazzjoni tagħha ma’ Alla. Fuq l-internet, kienet rat u semgħet diskors tal-Papa Franġisku fil-bidu tas-sena 2015. Dan id-diskors ispiraha biex tapplikah għal ħajjitha għas-sena ta’ wara. Għalhekk, qabdet kalendarju u f’kull xahar bdiet tniżżel ix-xewqa tagħha u kif se tasal għaliha. Ilkalendarju qassmitu hekk: • Jannar: Nara li meta jinqala’ xi argument ma’ ħuti, inkun jien l-ewwel li nara kif nerġa’ nġib l-għaqda bejnietna. • Frar: Irrid nissapportja u nisma’ lillġenituri meta narahom għajjenin u mtaqqlin wara ġurnata xogħol. • Marzu: Nara li r-relazzjoni tiegħi malħbieb u l-proxxmu tkun tajba u nkun konxju ta’ dawk li veru għandhom bżonn xi tip t’għajnuna. • April: Nuża lsieni sew billi ma ngħidx kliem iebes li jweġġa’. Barra minn hekk irrid inneħħi minn ilsieni kliem vulgari li forsi drajt ngħid. • Mejju: Irrid indewwi l-weġgħat li għandi f’qalbi billi naħfer lil min weġġagħni b’xi mod fil-passat.

• Ġunju: Nara li xogħli nagħmlu bil-qalb, b’entużjażmu ... u tajjeb! • Lulju: Ma rridx nimtela bl-għira għal sħabi għall-affarijiet materjali li għandhom u li jien m’għandix, jew għal dak li jafu jagħmlu u jien ma nafx. • Awwissu: Intajjar ħsibijiet negattivi li jtellfuli l-paċi interjuri ta’ qalbi. • Settembru: Nikkontrolla r-rabja tiegħi biex meta nħossni rrabjata ma nasalx f’punt li nkun nixtieq inpattiha wkoll. • Ottubru: Matul il-ġurnata ma nitgħażżinx u ma nintelaqx. • Novembru: Inqis li ma ngorrx għal kull ħaġa ta’ xejn għax nispiċċa negħja jien u ndejjaq lil ta’ madwari. • Diċembru: Ngħin lil min hu batut, lillanzjan, lill-barrani. Martina tixtieq tagħmel dan kollu għax taf li se jkun għall-ġid tagħha stess. Għalhekk tixtieq li meta tħossha se taqta’ qalbha, tagħmel kuraġġ. Sena ġdida dejjem hija okkażjoni fejn tista’ tibda mill-ġdid. Agħmel l-ewwel pass int ukoll, bħal Martina. Tibqax toħlom biss. Wettaq ukoll il-ħolm u x-xewqat li għandek, għall-ġid tiegħek u ta’ dawk ta’ madwarek. Jekk trid taqra d-diskors kollu tal-Papa: https://cnsblog.wordpress.com/2015/01/01/ pope-francis-suggested-new-years-resolutions/


OLD RAILWAY TRACK S a n ta V e n e r a

Enhancing luxury with an affordable Mediterranean flair. Old Railway Track, Santa Venera | +356 2147 2241 | bridgepoint.com.mt


12 | Flimkien

S O L I DA R J E TÀ

Buffu mhux tal-Karnival

K

ien jilbes parrokka lewn oranġjo jgħajjat, imma ħajtu ma kenitx karnival. Kellu ċ-ċans jaħrab millassedju tal-belt ta’ Aleppo, fis-Sirja, imma s-social worker Anas al-Basha għażel li jibqa’ hemm. Baqa’ hemm mhux biex jiġġieled imma biex iferraħ lit-tfal, inissel fihom it-tama, u jnessihom xi ftit mit-trawma li għaddew minnha. Ħafna minn dawn it-tfal diġà tilfu lil ommhom jew lil missierhom jew lit-tnejn. Kellu 24 sena u kien imexxi Space for Hope, wieħed miċ-ċentri li jippruvaw joffru tama lil żoni fis-Sirja li qegħdin fi gwerra li ilha għaddejja aktar minn ħames snin bejn irribelli fuq naħa u l-armata Sirjana u l-alleati tagħha mill-Iran, ir-Russja u l-Ħizbollaħ fuq l-oħra. Imma fl-1 ta’ Diċembru anki dik il-fjamma żgħira ta’ allegrija u tama ntfiet għal dejjem. Dakinhar, in-numru ta’ social workers filLvant ta’ Aleppo ma baqax 34 imma sar 33. Anas inqatel minn missila sparata mir-Russi jew mill-Armata Sirjana. Is-supervisor ta’ Anas, ċerta Samar Hijazi, qalet li se tibqa’ tiftakar lil Anas bħala ħabib li l-għaxqa tiegħu kienet li jaħdem mattfal. “Kien jagħmlilhom ħafna reċti żgħar biex ikisser il-ħitan li kienu nbnew anki bejniethom,” qalet Samar. Ta’ min jgħid li f’Aleppo jeżistu wkoll diversi kċejjen immexxijin minn Musulmani u Nsara flimkien li ta’ kuljum jitimgħu linnies li nqabdu fil-belt. Il-ġenituri ta’ Anas kienu laħqu telqu mill-belt ta’ Aleppo qabel ma l-belt ġiet iċċirkondata għalkollox f’Lulju li għadda. Huma marru jgħixu fil-kampanja, bogħod mill-ġlied u l-bombi.

L-assedju ta’ Aleppo, fejn għadhom jgħixu mal-250,000 ruħ, fosthom 100,000 tifel u tifla, kien u għadu esperjenza tal-waħx anki għal dawk li ddeċidew jibqgħu hemm biex jieħdu ħsieb it-tfal imwerwrin. “Kull wieħed u waħda minna nħossuna sfiniti għall-aħħar. Irridu naraw minn fejn se nġibu l-forza psikoloġika biex inkomplu naħdmu,” qalet Samar. Anas ħalla warajh lil martu, li għadha maqbuda f’Aleppo. Kienu ilhom miżżewġin xahrejn biss. Waqt li aħna ninsabu medhijin bil-ħajja pjuttost komda tagħna, anzi ftit ieħor ikollna wkoll il-karnival, ħaddieħor qed jgħix fi gwerra. L-inqas ħaġa li nistgħu nagħmlu jien u int hija li għall-inqas ninteressaw ruħna f’dak li qed jiġri f’Aleppo, nitolbu għalihom kuljum, ingergru inqas kontra r-refuġjati li jaħarbu minn dawn il-pajjiżi, u ngħinu f’inizjattivi li jippruvaw itaffulhom xi ftit mittbatija li għaddejjin minnha.


ULIEDNA

Jannar 2017 | 13

Get off the red chair! The most important gift we can give a child

T

he key to a child’s heart is to let him or her know that we love them anyway. There is no more powerful force on the face of the earth for building strong relationships than unconditional love. Of course, parents should do their utmost to motivate their children and help them achieve their best, but children need to know that their parents’ love for them is not based on their accomplishments but on their relationship – the fact that they are their parents. In other words: love without strings. Children perceive our love and acceptance of them in several ways: 1. What we say Acceptance means we will strive to find the good in our children. If we are not careful, so much of our communication with our kids involves catching them doing something wrong and criticising them for it. Sometimes, the fastest way to get a parent’s attention is to do something wrong! So, it is imperative that we catch our kids doing something right! We do well to remember the awesome power of praise. There is hardly a person on the face of the earth who does not respond to it. Most of us know how effective it is in

the work situation, but forget to show it to a child. Praise can be like rain in the desert. 2. Our touch Some years ago a man was invited to speak to some prison inmates who had been attending parenting classes as they were eager to be good fathers. He told these men about a businessman who couldn’t bring himself to hug his children. At the end of the session one of the prisoners approached the speaker and said: “At visiting times my family and I have to sit around a table. That table and the four chairs that surround it are screwed to the floor. One of the chairs is red and I have to sit on that chair. There are toys for the kids in the corner of the visiting room and sometimes my daughter calls to me to join her playing there, or perhaps she’ll fall and need me. I get up to go to her and, as I do, a guard will shout: Hey, you! Get back on the red chair.” The prisoner then looked at the speaker straight in the eye and said: “Tell the man who can’t bring himself to hug his children about the man who can’t get off the red chair!” 3. Our time When a lawyer’s kids were young, he had a busy life in a law firm and a speaker on management issues – but his family was growing


14 | Flimkien

up without him. He told himself that he was doing it all for them – but they would have preferred fewer luxuries and more of him. Somebody once said, “We are so busy giving our children what we didn’t have that we don’t have time to give them what we did have.” Your 9-year-old son will not cherish the memory of the television you bought for his bedroom. But he will never forget the night that you and he slept in the living room in an old tent somebody lent you. He will remember the sense of excitement as you both ate too many chocolates, and how he felt when the battery in the torch failed, and at one moment the tent simply caved in! And when he is old, he’ll still remember it. The greatest gift We send our children into a world that will continually judge them. They will be forced to ask themselves: “Am I clever enough?” or “Am I good with people?” or “Am I determined enough or am I too laid back?” And, of course, they will ask: “Am I attractive enough?” So, we do our children a wonderful service if we send them into that world with an unshakeable belief that there is at least one person who, irrespective of their

grades, weight or athletic prowess, loves them – anyway. It really is the greatest gift. Many of us, as adults, are still searching for somebody to love us like that. Fil-qosor bil-Malti:

Qum minn fuq dak is-siġġu l-aħmar!

L-aktar ħaġa importanti biex tmiss qalb uliedek hija li jkunu konvinti li inti tħobbhom bla kundizzjoni; li mħabbtek lejhom ma tiddependix mill-marki, is-sbuħija u s-suċċessi tagħhom. Imma kif? Billi: (1) nuruhom li napprezzaw dak li jagħmlu tajjeb (2) immissuhom u ngħannquhom – storja ta’ ħabsi li kull meta xtaq iqum minn fuq is-siġġu aħmar tal-ħabs biex jilgħab ma’ bintu li tkun ġiet iżżuru ma’ ommha kien jisma’ l-gwardjan jgħajjat: “Erġa’ poġġi fuq dak is-siġġu!” Il-ħabsi jagħti parir lil min isibha diffiċli jgħannaq lil uliedu: “Qum minn fuq dak is-siġġu l-aħmar!” (3) nagħtuhom il-ħin, għax it-tfal mhux ir-rigali tiegħek jridu imma lilek. Jalla jħossuhom konvinti li fiddinja teżisti għall-inqas persuna waħda li lesta tħobbhom dejjem, jiġri x’jiġri. Anki ħafna minna l-adulti għadna qed infittxu lil xi ħadd li lest li jħobbna b’dak il-mod!

Servizz Ekumeniku Djoċesan Biex nitolbu għall-għaqda fost l-Insara. Il-Ħamis 19 ta’ Jannar fis-6:30pm. Knisja ta’ Santu Wistin, Valletta Jippresiedi Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna. Kulħadd huwa mistieden.

Il-Kardinal Gianfranco Ravasi f’Malta 200 sena mit-twaqqif tal-Provinċja Agostinjana f’Malta. It-Tlieta, 24 ta’ Jannar fis-5.45pm il-Kardinal Gianfranco Ravasi se jagħmel taħdita dwar “Il Tempio e la Piazza. Fede, cultura, società” fl-iskola tas-Sorijiet Agostinjani, Triq M. Tereża Spinelli, il-Gżira. Kulħadd mistieden. Għal iktar tagħrif: Fr Salvinu Caruana OSA (99402102, 79294177 jew salvino.caruana@ um.edu.mt jew caruana.salvino@gmail.com) jew lis-Sur A. Borg (99450099)


I l- K elma tal-A rċ i s q of

Jannar 2017 | 15

Iż-żewġt uċuħ ta’ Jannar J

ingħad li isem ix-xahar ta’ Jannar ġej minn isem l-alla ruman Janus li kellu żewġt uċuħ – mhux għax kien ipokrita imma għax kellu wiċċ iħares lejn dak li għadda u l-ieħor ’il quddiem lejn dak li ġej. Il-passat faċli iktar tevalwah għax għadda u tista’ tiftakru. Għall-futur tista’ tippjana iżda inqas faċli twettaq dak li tippjana. Nistgħu nħarsu lejn dak li għadda b’nostalġija għax kien sabiħ u nistgħu wkoll inħarsu lejh u nitnikktu għax illum, imgħallmin mill-esperjenza, nafu li stajna għexnieh aħjar. It-tnejn jistgħu jkunu esperjenzi inutli jekk jibqgħu biss fuq livell emottiv. Jannar jiftħilna għajnejna. Jekk inħarsu lura u nibku ż-żmien li għadda, għax naħsbu li qatt mhu se jkun hemm aħjar minnu, inkunu qed niskru fl-imgħoddi bla ma napprezzaw l-illum u nittamaw fl-għada. Dak li għamlu ta’ qabilna, u dak li għamilna aħna sal-bieraħ, huwa essenzjali biex jiftħilna għajnejna u jqawwilna qalbna ħalli nxammru l-kmiem u mmiddu jdejna biex illum u għada jkunu aħjar għalina u għal ta’ madwarna. Jekk, min-naħa l-oħra, se nħarsu lura b’sogħba għall-iżbalji, intenzjonati u mhumiex, tagħna jew ta’ ħaddieħor, inkunu qed ninħlew u nirrendu lilna nfusna bla ħila li nsewwu l-ħsara u nfejqu l-ġrieħi biex nissaħħu u nitqawwew. Mhux biżżejjed nikkundannaw biss. Li nitolbu apoloġija u niskużaw ruħna jsewwi

biċċa u jfejjaq għal ftit. Ma nistgħux noqogħdu nistennew lil xi ħadd jiżbalja biex imbagħad nikkundannawh. Tweġġagħna l-attitudni ta’ min iħallina niżbaljaw biex imbagħad jogħxa jikkundannana. Il-fejqan sħiħ jista’ jseħħ biss jekk ikollna mħabba ġeneruża biżżejjed li niftħu għajnejn xulxin, li nippromwovu l-valuri li jkabbruna u jibnuna flimkien. Li nintilfu fil-labirint ikkumplikat tal-istorja, tas-sabiħ u l-ikrah li għadda, jaljenana mil-lum u minn għada, li daqt isiru storja huma wkoll. Fil-bidu ta’ din is-sena wkoll, Alla, kif ma jehda qatt jagħmel, jurina li l-iktar importanti mhux it-toqol fil-bagalji tal-bieraħ imma l-libertà u l-ġustizzja mibnija fuq it-tama f’xulxin u fuq l-imħabba għal xulxin minn issa ’l quddiem. Minn qalbi nitlob biex minn issa ’l quddiem il-ġenerożità tagħna ma tibqax marbuta biss mal-ġbir tal-flus imma tkun ġenerożità li tibdel in-nostalġija u l-kundanna fi kliem u għemil li jagħmlu llum aħjar mill-bieraħ u għada aqwa mil-lum. Nagħtukom il-barka tagħna. Charles J. Scicluna + Arċisqof ta’ Malta

Intenzjoni tal-Papa għal Jannar: Biex l-Insara kollha jkunu fidili għat-tagħlim ta’ Kristu, biex jirsistu bit-talb u l-imħabba ta’ aħwa ħalli terġa’ sseħħ l-għaqda bejn il-Knejjes u flimkien jiffaċċjaw l-isfidi tal-umanità.


CUSTOM-MADE & STANDARD STAIRCASES

Whether you've got loads of space and would love a showpiece staircase, or you have little space and would like a custom-made or standardized staircase we got it for you!

CONTACT US TODAY FOR YOUR PERSONALIZED STAIRCASE Mdina Road, Zebbug T: 2146 1758 / 9 • E: info@cortisgroup.com Industrial Estate, Attard T: 21437 264 • E: furniture@cortisgroup.com

www.cortisgroup.com


t n a r G 0 0 3 2 € o t p et u

G

Call us on

21 424 750 www.solarsolutions.com.mt

Experience - Quality - Affordability

2/3 Tal-Balal Road, Xwieki, L/O Għargħur, Malta 0099 Flimkien-Ad-Aug-2016.indd 1

1/1/2002 1:29:10 AM


18 | Flimkien

ABORT

...jiena xi ħadd... li nokrob mill-ġuf ta’ mara

Q

att ġiek f’moħħok li abort isir saħansitra fuq tarbija diġà ffurmata? Qatt ġibt quddiem għajnejk l-oġġetti kollha demm f’dixx tal-istainless steel li jintużaw fi klinika tal-abort? Għaliex l-indifferenza ta’ min xogħlu suppost li jsalva u jiddefendi l-ħajja imma fil-fatt qed jeqridha? X’umanità miġnuna hi din tagħna li tfejjaq lill-marid u tiddefendi l-bhejjem (u sewwa tagħmel) imma mbagħad fl-istess ħin toqtol tarbija umana? Dan kif meta jitwettaq abort, jitqiesu l-interessi ta’ kulħadd ħlief talpersuna li tkun qed tikber fil-ġuf? Qatt immaġinajt ftit x’diskussjoni tkun għaddejja ġo mara qabel jitwettaq l-abort? Xi jkun qed jingħad “hemm ġew”? X’tifkiriet tat-tfulija u t-trobbija tal-mara jinqalgħu? Tgħid dawk ittifkiriet jistgħu jsiru tiftixa fir-ruħ imqallba tal-mara mifxula, bit-tarbija ġo fiha, bil-beżgħat tagħha għal dak li riesaq fuqha? Qatt ġibt quddiem għajnejk mara li taf li “ġisimha mhux tagħha”? Għax fil-verità mhux biss min stupraha u użalha ġisimha mingħajr il-kunsens tagħha imma anki t-tabib bl-għodda f’idu biex iqaċċtilha lil binha minn ġo fiha qed jikkmandalha ġisimha! Għaliex binha, bla leħen u bla saħħa u li qed jikber ġo fiha, se jkollu jħallas ta’ dan kollu?

Sitwazzjonijiet u mistoqsijiet bħal dawn issibhom fil-ktieb “Jiena xi ħadd ... li nokrob mill-ġuf ta’ mara” – miktub minn Paul P. Borg. Il-ktieb, ippubblikat minn Horizons, fih numru ta’ novelli. X’se tagħmel koppja li “issib tqala ma’ wiċċha” imma bħalissa għaddejja minn diffikultajiet kbar? Kif se tħoll id-dilemma koppja li ssir taf li t-tarbija li ġejja m’għandhiex l-għadd ta’ kromożomi “kif suppost”? Borg jittanta jagħti leħen lil ħolqien ġdid li ħalqu u sidru għadhom ċkejknin wisq biex jinstemgħu, idejh ċkejknin wisq biex jiddefendu ruħhom. Id-diskussjoni għandha tkun sempliċement jekk mara għandhiex “dritt fuq ġisimha”? Il-kittieb jemmen li d-diskussjoni trid tinżel f’qiegħ ir-ruħ u titbiddel fil-mistoqsija: Tħobb jew ma tħobbx? Qabelxejn, u qabel kollox, hi konsiderazzjoni intima u personali li tirrigwarda lill-omm dwar uliedha stess. Trid tkun ibbażata fuq il-qawwa talimħabba li għandha l-omm lejn dik il-ħlejqa unika li qed tikber ġo fiha u li qed tiġġieled kemm tiflaħ biex tgħix ... minkejja kollox. Tista’ tikseb il-ktieb mingħand Horizons billi tibgħat ċekk ta’ 10 ewro pagabbli lil Horizons, Triq l-Iskultur, Qormi QRM 3580. Il-ktieb jintbagħatlek bil-posta. Il-qligħ mill-ktieb imur b’risq għaqdiet li jaħdmu favur il-ħajja sa millġuf.


F r B r e n da n G att

Jannar 2017 | 19

X’qal il-Papa dwar l-abort Fi tmiem il-Ġublew tal-Ħniena, il-Papa Franġisku ħareġ ittra appostolika bl-isem Misericordia et Misera (Ħniena u l-Miżera). F’paragrafu 12 huwa wessa’ l-fakultajiet tassaċerdoti meta fil-qrar jiltaqgħu ma’ penitenti li jkunu ħatja tad-dnub tal-abort. Kien hemm min staqsa x’qal eżattament il-Papa. Ħa niċċaraw x’qal. X’kienet is-sitwazzjoni sal-lum? Il-abort hu dnub gravi, għalhekk huwa wieħed mid-“dnubiet riservati”. Dan id-dnub, bħal kull dnub ieħor, dejjem seta’ jinħafer imma l-abort iġorr ukoll il-piena ta’ skomunika. Sal-lum, sabiex saċerdot jagħti l-assoluzzjoni, l-ewwel kien ikollu jirrikorri għand l-isqof (mingħajr ma jiżvela l-identità tal-penitent) biex jagħti l-assoluzzjoni. Din mhux burokrazija żejda imma minħabba l-gravità tad-dnub. Ta’ min jgħid li anki qabel is-Sena tal-Ħniena, issaċerdoti setgħu jagħtu l-assoluzzjoni għal dan id-dnub mingħajr ma jġibu l-permess mingħand l-isqof. Dan kien permess biss f’ċerti ċirkustanzi, bħal fi żmien ir-Randan. Minn issa ’l quddiem Matul is-Sena tal-Ħniena, il-Papa kien diġà estenda l-fakultà lil kull saċerdot sabiex fil-qrar ikun jista’ jassolvi lill-penitenti ħatja ta’ abort mingħajr il-bżonn li jirrikorri għand l-isqof tiegħu. Issa, dan il-permess ġie estiż b’mod permanenti. Għalfejn għamel hekk il-Papa? Il-Papa enfasizza li dan qed jagħmlu biex kulħadd jifhem li l-ħniena t’Alla hija ikbar minn kull dnub, kbir kemm huwa kbir. Qal hekk: “Ma jeżisti l-ebda dnub li ma jistax jintlaħaq u jiġi meqrud mill-ħniena

ta’ Alla meta din issib qalb niedma li titlob rikonċiljazzjoni mal-Missier.” L-abort m’għadux dnub gravi? Il-gravità tal-abort ma nbidlitx. Il-Papa stess saħaq: “Insostni bis-saħħa tiegħi kollha li l-abort huwa dnub gravi għaliex itemm ħajja innoċenti.” Li nbidel biss huwa li issa għandna għodda iktar prattika f’idejna. Ħa nġib eżempju: Il-fatt li l-gvern fetaħ sptar apposta tal-onkoloġija jfisser li issa l-marda tal-kanċer saret inqas perikoluża? Żgur li le. Ifisser pjuttost li għandna għodda aħjar biex nikkumbattu din il-marda qerrieda. Tista’ tinftiehem ħażin din il-miżura? Sfortunatament, iva! Kien hemm min qal li bil-mod il-mod il-Knisja se tibdel il-pożizzjoni tagħha dwar l-abort. Żgur li dan mhux il-każ! Il-Papa Franġisku konsistentement żamm l-istess linja bħall-papiet kollha ta’ qablu fuq dan is-suġġett. Anzi, jiddeskrivi l-abort bħala wieħed mill-aktar espressjonijiet koroh talkultura li tuża u tarmi dak li tqisu żejjed jew skomdu. X’inhu l-pass li jmiss? Il-Papa poġġa piż fuq is-saċerdoti sabiex ikunu gwida, sostenn u faraġ għal dawk li jqerru dan id-dnub. Għandhom idewwu l-ġerħa spiritwali u emozzjonali li jikkawża l-abort filwaqt li qatt ma jaqgħu fit-tentazzjoni li jittrattawh qisu mhu xejn. Infatti l-Papa jitkellem dwar “rikonċiljazzjoni speċjali”. Hawnhekk m’aħniex qed nitkellmu dwar l-hekk imsejħa “nuqqasijiet żgħar”. Il-fejqan ta’ veru jibda meta l-penitent jifhem il-kruha tad-dnub imma jifhem ukoll il-ħniena t’Alla li teqred u tfejjaq dan id-dnub.


20 | Flimkien

Kont taf? Malti tajjeb: ma’ l- jew malIl-prepożizzjonijiet ġo, ma’, sa, ta’ jingħaqdu dejjem mal-artiklu anki quddiem kliem li jibda bil-vokali jew bl-għ jew bl-h. Għalhekk, tiktibx ġo l-università imma ġol-università; mhux ma’ l-isqof imma malisqof; mhux sa l-aħħar imma sal-aħħar; mhux ta’ l-arloġġ imma tal-arloġġ; mhux sa l-għalqa imma sal-għalqa; mhux ta’ l-hena imma tal-hena.

Bla mustaċċi u bla eyebrows

F’kull mazz karti tal-logħob, il-King of Hearts huwa l-uniku sultan mingħajr mustaċċi. U jekk qatt ma kont osservajt din, allura probabbli qatt ma nnutajt li l-Mona Lisa m’għandhiex eyebrows. Għaliex? Għax kienet il-moda f’Firenze ta’ żmien ir-Rinaxximent li jqaxxruhom!

Karta milwija

L-ebda biċċa karta b’forma kwadra (u li ma tkunx imxarrba) ma tista’ tintlewa min-nofs għal aktar minn 7 darbiet. Ippruvaha!

Kafè u tips

F’espresso wieħed ikun hemm mhux inqas minn 42 żerriegħa tal-kafè. F’espresso ssib 80mg ta’ kafeina, fl-instant coffee 65mg, fil-kafè dekaffeinat 3mg, f’landa Coca 23mg, fit-tè 40mg, u f’uqija ċikkulata ssib 20mg. Anki l-kelma tip għandha x’taqsam mal-kafè. Ġejja mill-coffee houses ta’ Londra fejn il-kaxex tar-ramm tal-wejters kien ikollhom imnaqqax fuqhom il-kliem To Insure Promptness.

Biċċiet ta’ vjolin

Il-vjolin huwa magħmul minn 70 biċċa separata tal-injam.

Malli tqum filgħodu

L-aktar ħaġa effiċjenti li tista’ tieħu filgħodu biex tħossok imqajjem u f’sensik mhix issoltu kikkra kafè imma … tuffieħa!

Deheb pur

Biċċa deheb pur daqs kaxxa tas-sulfarini tista’ tiċċattjaha u tiftaħha u ssir daqs pitch tat-tennis?



22 | Flimkien

Virtujiet Minn dan ix-xahar nibdew it-Tielet Taqsima tal-Katekiżmu. Din it-taqsima hi dwar il-“Ħajja fl-Ispirtu” (il-virtujiet bħall-fidi, it-tama, l-imħabba, il-ġustizzja, il-kuraġġ, il-qies u l-għaqal). 143. X’inhi virtù? Virtù hi xejra qawwija fina li ngħixu ħajja tajba. Din ix-xejra nrawmuha fina bleżerċizzju jew tingħata lilna bħala grazzja. 144. X’nifhmu b’ħajja tajba? B’ħajja tajba nifhmu l-ħajja ta’ ħbiberija ma’ Alla u mal-proxxmu li permezz tagħha naslu għall-hena. 145. Liema huma l-virtujiet ewlenin li huma marbutin direttament mal-ħbiberija tagħna ma’ Alla? Il-virtujiet ewlenin li huma direttament marbutin mal-ħbiberija tagħna ma’ Alla jissejħu ‘virtujiet teologali’ u huma: fidi, tama u mħabba. 146. Liema huma l-virtujiet ewlenin l-oħra? Il-virtujiet ewlenin l-oħra li għandhom x’jaqsmu mal-ħbiberija tagħna ma’ Alla permezz tal-ħbiberija tagħna mal-proxxmu jissejħu l-‘virtujiet kardinali’ u huma: ħaqq (ġustizzja), qawwa (kuraġġ), qies (rażan) u għaqal (sens komun).

147. Jista’ jkollna l-virtujiet kardinali bil-ħila tagħna jew bit-tagħlim? Bil-ħila tagħna u bit-tagħlim nistgħu naslu biex ngħixu (b’xi mod iżda mhux b’mod sħiħ) il-virtujiet kardinali li jħejjuna ngħixu sewwa f’soċjetà f’din id-dinja. Iżda ladarba din issoċjetà hi msejħa biex tasal għas-Saltna ta’ Alla, il-virtujiet kardinali jridu jilħqu l-milja tagħhom u jibqgħu jgħixu permezz talvirtujiet teologali, speċjalment l-imħabba. 148. Jista’ jkollna l-virtujiet teologali bil-ħila tagħna? Bil-ħila tagħna jew bl-isforzi tagħna ma jista’ qatt ikollna l-virtujiet teologali għax dawn huma rigali minn Alla li jisboq kull qawwa umana. Fil-ħarġa li jmiss nibdew nitkellmu dwar il-fidi. Kitba: Herbert McCabe O.P. Traduzzjoni: Arthur G. Vella S.J.


M i r iam E ll u l PAĠN A L E T T E R A R J A

Jannar 2017 | 23

Jiena Refuġjat POEŻIJA REBBIEĦA

Charmaine Tanti

Jiena refuġjat. Kemm jien sfortunat! Ġejt itturufnat minn art twelidi.

U wara xi żmien sibt ruħi xi mkien. Kont bil-wisq għajjien, u rqadt mill-ewwel.

Għal futur aħjar jiena ħrabt mid-dar. U flimkien mal-ġar jien spiċċajt Malta.

Għal jiem sħaħ imxejt. Jien naf kemm batejt! Jiem bil-ġuħ għaddejt ’il bogħod minn dari.

U ħlomt ħolm sabiħ waqt li kont nistrieħ. Xtaqt li kont ngħix fih, u mhux f’did-dinja.

Għad m’iniex fiż-żgur. Forsi nerġa’ mmur lil pajjiżi nżur wara dil-gwerra.

Navżaw li l-poeżiji f’din il-paġna m’għandhomx għalfejn ikunu b’suġġett reliġjuż jew xi talba. Nippruvaw inkunu kreattivi, umoristiċi u leġġeri, mhux dejjem suġġetti serji. Suġġerimenti għal suġġetti: billejl, kulur partikolari, taħt il-baħar, il-fwieħa, meta nkun bin-ngħas, l-anzjan ta’ ħdejna, il-gost tal-qari, ħolma kerha, il-ħares, deċiżjoni importanti li ħadt, l-istaġuni, xi ħaġa li ħafna jarawha kerha imma għalija sabiħa, l-għira, post kif immaġinajtu u kif fil-fatt sibtu, kemm sirt ninsa, it-tieqa tiegħi, l-akbar biża’ tiegħi, għeluq żmieni, ir-radju fil-karozza, il-ħajja fl-akkwarju, il-lampa fil-kantuniera, meta naqta’ nifsi, superstizzjoni. Ibgħat novella jew poeżija qasira għal din il-paġna. Il-kitba li titla’ bil-polza tirbaħ żewġ kotba mingħand Merlin Publishers Ltd. Ibgħat preferibbilment bl-email hekk: flimkien@maltadiocese.org jew mirell60@gmail.com jew 29, Miramaki, Triq Biagio Galea, Tarxien.

Drachma Parents Support Group Grupp ta’ sapport għal ġenituri Kattoliċi b’ulied gay. Il-laqgħat li jmiss: • il-Ħamis, 19 ta’ Jannar u l-Ħamis 16 ta’ Frar f’Mount St Joseph, Tarġa Gap, Mosta fis-7:30pm. • Il-Ħamis 5 ta’ Jannar u l-Ħamis 2 ta’ Frar f’Dar Nazareth, Tarxien, fis-7:30pm. Ċempel 79442317 għal aktar tagħrif jew biex tirċievi b’xejn fuljett dwar is-suġġett.



D ott G odf r e y Agi u s Sa ħ ħ it n a

Jannar 2017 | 25

Irjiħat u influwenza Mistoqsija: Kelli infezzjoni f’sidri u għaddietli, imma xtaqt inkun naf jekk din l-infezzjoni hix kronika. X’irrid nagħmel biex ma terġax taqbadni?

Q

egħdin fl-istaġun tal-irjiħat u l-influwenza, u bħal daż-żmien kulħadd ikun fil-periklu li taqbdu xi waħda minn dawn. Importanti nifhmu d-differenza kbira li hemm bejn riħ u influwenza. It-tnejn huma kkawżati minn viruses, imma jiddependi ħafna millindividwu x’jiġri wara li dan jibda. Dan jista’ jgħaddi fix-xejn imma jista’ wkoll ikollu kumplikazzjonijiet. Id-differenza bejn riħ u influwenza hi din. Meta jkollok riħ is-sintomi huma ħfief (bħal deni baxx, uġigħ ta’ ras, imnieħer imblukkat u ftit sogħla) imma meta jkollok l-influwenza s-sintomi huma aktar severi (uġigħ fi griżmejk, deni għoli, u ddum aktar minn ġimgħa). Il-mikrobi jidħlu f’ġisimna mill-imnieħer jew mill-ħalq u jikkawżaw infezzjoni li tagħti deni ta’ 100F-102F, u kultant aktar, speċjalment fit-tfal. Tikkawża wkoll uġigħ ta’ ras, uġigħ u għeja ma’ ġismek kollu, imnieħrek miżdud u mimli, uġigħ fi griżmejk u sogħla kattiva. Il-problema mhix l-influwenza fiha nnifisha imma l-kumplikazzjonijiet tagħha, fosthom l-infezzjonijiet fis-sinuses tar-ras, filwidnejn, il-bronkite u l-pulmonite. Il-kura għal dawn hija komuni għattnejn, u l-ewwel li jiġuna f’moħħna huma l-antibijotiċi. Dan huwa l-akbar żball! Il-viruses tal-irjiħat u tal-influwenza ma jistgħux jiġu kkurati bl-antibijotiċi għax dawn

ma għandhom ebda effett fuqhom. Il-kura hija l-mistrieħ fis-sodda, sprays li jiftħu l-imnieħer, mediċina biex iżżomm id-deni baxx, u xi mistura għas-sogħla. Jekk is-sogħla tkun xotta u irritanti hemm mistura mod, u jekk din tkun bil-katarru hemm mistura mod ieħor. Din jifhimha kulħadd li ma tistax twaqqaf sogħla bilkatarru b’mistura li traqqad ix-xerqa għax il-bili jakkumulaw fil-pulmun. Jeżistu ħafna kwalitajiet ta’ expectorants li jgħinu l-ġisem jeħles mill-katarru. Meta s-sintomi ma jbattux b’din il kura, allura kellem lit-tabib. Hu biss jista’ jiddeċiedi jekk ikollokx bżonn l-antibijotiċi. Tiħux antibijotiċi minn jeddek għax jekk teħodhom għalxejn tikkawża infezzjonijiet li jkunu reżistenti għall-antibijotiċi u jkun aktar diffiċli biex tikkurahom. L-ewwel prevenzjoni hija l-iġjene, billi taħsel idejk spiss bl-ilma u s-sapun, u forsi wkoll b’xi alcohol wipes. Uża tissues li tarmihom mal-ewwel biex ma jiġu f’idejn ħadd. Evita li tmur ħdejn nies li jkunu qed ibatu mill-influwenza, speċjalment jekk int anzjan jew tbati minn xi kundizzjoni tal-qalb jew tal-pulmun. Fl-aħħar nett hemm l-injezzjoni talinfluwenza, li għandna nieħdu fil-bidu talistaġun. Hemm ukoll injezzjoni li biha tista’ tevita infezzjonijiet tal-pulmun mill-mikrobu tal-pneumococcus li jikkawża l-pulmonite. Imma dwar din staqsi lit-tabib tiegħek.


26 | Flimkien

R I F L E SS J O N I

X’jismu Alla? Irċevejna ittra mingħand is-Sur Paul Sammut dwar l-artiklu ta’ P. Marcello Ghirlando (Alla kattiv u jpattiha? Awwissu 2016): “Ħafna għandhom l-idea li Alla jpattiha u dan jesprimuh fi kliem bħal ‘Alla jħallsek’ jew ‘Alla jpattihielek’ jew, agħar minn hekk, ‘Nirrak Alla joqtlok.’ Kliem bħal dan jippreżenta lil Alla bħala kattiv, imma aħna nistqarru li Alla hu mħabba u ħniena. Kif nistgħu nippreżentaw lil ta’ warajna idea korretta ta’ Alla u mhux dik li ġiet ippreżentata lilna?”

J

eżistu diversi espressjonijiet bil-Malti li jesprimu ideat żbaljati dwar Alla. Peress li huma użati ħafna jew huma “qwiel ta’ missirijietna”, nistgħu nieħdu l-impressjoni li huma xi verità assoluta jew parti mit-tagħlim tal-Knisja. Biżżejjed wieħed isemmi l-espressjoni “Alla fejn iridek isibek” – jiġifieri ta’ xejn tipprova tinħeba minnu biex ma jaqbdekx għax meta jrid Alla jsibek u jtaptaphielek għax “lil dak ma taħrablux”. Veru li “lil Alla ma taħrablux” imma ma taħrablux mill-ħarsa kollha ħniena tiegħu, għax jiġi hu stess ifittxek biex iqiegħdek fuq spallejh u jieħdok lura d-dar! “Alla ma jħallasx bin-nhar ta’ Sibt” – qawl li jpinġi lil Alla jissaporti u jieħu paċenzja imma xi darba xorta se jitilgħulu u “iħallsek”. Idea oħra negattiva dwar Alla. Alla li tkellem dwaru Ġesù huwa Alla li jistenna, li jħenn, li ma jaqtax qalbu minna, li jagħlaq għajnejh għad-dnubiet tagħna. Meta xi ħadd ikun ilu jiżgiċċa imma fl-aħħar jinqabad, tisma’ min jgħid: “Alla flaħħar laħqu!” Din tixbah ħafna lil ta’ qabilha. Alla jilħaq lil kulħadd, veru, imma bl-imħabba u l-ħniena tiegħu!

“F’ħajjet Alla li ġralek, għax ma smajtx minni!” Qisna qed ngħidu li Alla nnifsu ħa gost li ġratlek xi ħaġa ħażina, talli ma obdejtx. Faċli nużaw lil Alla u nimmanipulawh għalliskopijiet tagħna, anki biex nuru li forsi kellna raġun! Xi drabi nużaw lil Alla anki biex inżommu d-dixxiplina fit-tfal: “Il-Bambin jibgħatlek innar!” Kieku Alla jisma’ minna u jibgħat in-nar kull meta t-tfal ikunu mqarbin kieku d-dinja żgur ilha meqruda – talli konna mqarbin aħna stess! Imma forsi l-aktar waħda kerha hija: “Nirrak Alla joqtlok!” Din tesprimi rabja u vendetta. Imma għalfejn indaħħlu lil Alla “kompliċi” fil-vendetta li nħossu f’qalbna? Ġesù jaħfer biss jaf, kif għamel fuq is-salib. Tajjeb naqraw dak li hemm fi Ktieb il-Għerf (11:22-12:2): Imma int, O Sid, li tħobb kulma jgħix, lil kulħadd tagħder, għax kollox huwa tiegħek. Għax f’kulħadd hemm in-nifs tiegħek bla ma qatt jintemm. Għalhekk int twiddeb bil-ftit il-ftit lil dawk li jonqsu. Twissihom u tfakkarhom fejn dinbu, biex jerġgħu lura millħażen tagħhom, u fik, Mulej, iqiegħdu t-tama tagħhom.”

Paulus Fl-okkażjoni tal-1950 sena mill-martirju ta’ San Pawl se ssir Cantata, L-X ta’ Frar 1928, miktuba mill-kompożitur Christopher Muscat fuq poeżija tal-Poeta Nazzjonali Dun Karm Psaila, u Oratorju fuq in-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta, miktub mill-kompożitur Mons Marco Frisina. Iż-żewġ siltiet se jiġu eżegwiti għall-ewwel darba nhar il-Ħamis 9 ta’ Frar, 2017 filParroċċa ta’ San Pawl, ir-Rabat (dħul bl-invit). Ikun ripetut għall-pubbliku (dħul bil-biljett) fil-Konkatidral ta’ San Ġwann is-Sibt 11 ta’ Frar, 2017. L-Orkestra Filarmonika Nazzjonali u l-Chorus Paulus, flimkien mal-Kor Jubilate Deo, se jkunu taħt id-direzzjoni ta’ Mons Frisina.


ISSA Għall-bejgħ Musbieħ għal Riġlejja Pawlu Chetcuti sj Biex nifhmu u ngħixu l-Kelma t’Alla fil-Quddiesa tal-Ħadd Kull nhar ta’ Ħadd il-Knisja tiġborna biex nisimgħu ‘il-Kelma t’Alla’. Wisq drabi dak li nisimgħu ma nifhmuhx u jħallina fejn inkunu, jekk forsi ma jħawwadniex ukoll. Dan il-ktieb huwa ġabra ta’ ħsibijiet fuq il-Kelma t’Alla li nisimgħu filQuddiesa tal-Ħadd. Wara kull ħsieb hemm mistoqsija: x’sens fiha din il-Kelma għall-ħajja tagħna ta’ kuljum? Kif se tkun dawl li jmexxini biex nagħraf il-Verità fil-geġwiġija ta’ ilħna fejn kulħadd jippretendi li għandu raġun hu? Dan mhux ktieb li taqrah. Il-mistoqsijiet mhux se jweġibhomlok, imma se jistaqsihomlok hu. It-tweġiba hija Dak li hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja. F’kull paġna se jistiednek biex miegħu u bħalu tkun int ukoll it-tweġiba għallmistoqsijiet tiegħek u ta’ ħutek. Ħallih imexxik, Ħadd wara Ħadd, pass wara pass, biex Kelmtu ssir fik għajn ta’ ilma ħaj.

jekk tixtieq tirċievi l-ktieb id-dar bil-posta

ibgĦat din il-formola lil Horizons, triq l-iskultur, Ħal Qormi QRM 3580 Nixtieq nixtri

kopja/kopji tal-ktieb bil-prezz ta’ €35 kull ktieb.

Qed nibgħat ċekk ta’ €

pagabbli lil Horizons.

Isem u Kunjom Indirizz

Kodiċi Postali

Telefon

Horizons, Triq l-Iskultur, Ħal Qormi QRM 3580 | T: 2144 1604 | E: info@horizons.com.mt Horizons Malta www.horizons.com.mt |


28 | Flimkien

Mine to keep They took away what should have been my eyes (But I remembered Milton’s Paradise). They took away what should have been my ears (Beethoven came and wiped away my tears). They took away what should have been my tongue (But I had talked with God when I was young). He would not let them take away my soul: Possessing that, I still possess the whole. Helen Keller

Fil-qosor ħafna, f’dil-poeżija Helen tgħid li tilfet id-dawl, is-smigħ u l-kliem imma ma tilfitx l-aktar ħaġa importanti: ruħha. Helen Keller twieldet fl-1880. Kienet l-ewwel persuna nieqsa mis-smigħ u d-dawl fiddinja li kisbet grad universitarju. L-isforzi kbar li għamlet l-għalliema tagħha Anne Sullivan biex tippenetra l-iżolament li kienet tgħix fih Helen joħorġu tajjeb ħafna fil-film The Miracle Worker. Ta’ sena u nofs Helen qabditha marda li ħaditilha s-smigħ u d-dawl. Dak iż-żmien Helen setgħet tikkomunika ftit ma’ tifla ta’ 6 snin, bint

il-koka tal-familja, li kienet kapaċi tifhem issinjali li kienet tagħmel Helen. Helen Keller saret kittieba prolifika, u għamlet diskorsi f’diversi pajjiżi, speċjalment kontra l-gwerra, id-dritt tan-nisa għall-vot, u d-drittijiet tal-ħaddiema. Anne Sullivan mietet fl-1936. Ħdejn is-sodda żżommilha jdejha kien hemm Helen. Keller mietet fl-1968. John Milton imsemmi fil-poeżija MINE TO KEEP kien kiteb il-poeżija Paradise Lost meta kien agħma. Beethoven kiteb xi wħud millaqwa kompożizzjonijiet tiegħu meta diġà kien tilef is-smigħ kważi għalkollox.


Jannar 2017 | 29

Log ħ ob • Clau dia Ci n i

Tisliba

Nota: GĦ u IE jieħdu kaxxa waħda

Mimdudin 1. Raġel tal-mogħża (6) 4. L-iqsar xahar tas-sena (4) 6. Jgħin waqt il-quddiesa (6) 7. Min jitwieled hekk ma jmutx kwadru! (4) 8. Fil-Ġenesi, martu saret statwa tal-melħ (3) 10. Ħolqa tal-metall biex taqfel ċinturin (6) 12. Reċipjent żgħir għal-likwidu (3) 14. Koppja; tnejn (3) 15. Post tad-dfin taħt knisja (6) 18. Post; art (3) 20. Bajda Silġ kellha sebgħa bħala ħbieb (4) 21. Induna; intebaħ (6) 22. Riħ jonfoħ minn fuq il-Libja; Punent Nofsinhar (4) 23. Tilbsu bit-tama li jħarsek minn xi seħer (6) Weqfin 1. Min għandu ħa jroxxu! (4) 2. Lostru iswed għaż-żraben (5) 3. Eżerċizzju fiżiku (5) 4. Persistenti, inkejjuż, skrupluż, idejqek (4) 5. Ħmieġ tal-fniek, mogħoż jew nagħaġ (5) 9. Roqgħa ilma f’deżert (4) 10. Mingħajr (3) 11. Drapp spiss użat fl-uniformijiet talmilitar (4) 13. Ma ħalliex ġdid (3) 14. Grupp ta’ nies jiddiskutu (5) 16. Ħareġ bil-pensjoni (5) 17. Drapp fuq mejda tal-biljard (5) 18. Ħut artab u ovali jixbah lill-qarnit (4) 19. Bla ħotob (4)

4 5 1 9 1 9 4 2 6 6 3 4 1 5 3 9 1 6 5 7 1 8 6 3 5 4 5 7 1

Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor Mimduda: 2. ĦAXIX, 5. ISA, 6. SKI, 7. LAĦAM, 9. ZIJU, 10. UNUR, 11. FUS, 13. UMLI, 14. ASS, 15. DAB, 17. AGĦAR, 18. LUDO, 19. UQIJA, 20. JIEN, 21. ĠEJ, 22. NUTAR. Weqfin: 1. DIZZJUNARJU, 3. XIĦ, 4. MIKROSKOPJU, 7. LUĊIFRU, 8. MUS, 12. USA, 15. DRITT, 16. BLA. Rebbieħ/a: M. Calvin, L-Imsida Irbaħ voucher mingħand Alfsons Supermarket, il-Ħamrun. Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar: Flimkien, Tisliba, P.O. Box 1, Il-Furjana FRN 1520.

7 2 9 1 9 7 8

Sudoku Imla l-vojt kollu b’mod li l-kolonni, il-linji u kull kaxxa ta’ disgħa jimtlew bin-numri 1 sa 9. Premju voucher ta’ 20 ewro mingħand Scotts Supermarket. Ibgħat it-tweġiba sal-15 taxxahar: Flimkien, Sudoku, P.O. Box, il-Marsa. Soluzzjoni għal Sib il-Kliem ta’ Diċembru: TNEJN u SITTA. Rebbieħ: T. Duncan, Ħal Qormi


30 | Flimkien

Għalina t-tfal

Clau dia Ci n i I ll u s t r a z z jo n i J a n et Vella

Qaddis tax-xahar: San Anton Abbati

Agħti kulur lill-istampa

• Bena erba’ monasteri fejn il-patrijiet kienu jgħixu billi jagħmlu u jbigħu basktijiet u broxkijiet. • Meta nsejħulu “Abbati” ma jfissirx li kien jgħin fil-quddiesa imma li kien superjur ta’ kunvent (bl-Ingliż “abbot”) • Kien jgħid: “Ix-xitan jibża’ minna meta aħna nitolbu u nagħmlu s-sagrifiċċji.” • Miet fis-sena 356, fl-età ta’ 105 snin. • Il-festa tiegħu niċċelebrawha fis-17 ta’ Jannar.

1.

2.

GĦ u IE jieħdu kaxxa waħda

• Twieled l-Eġittu fis-sena 251. Kellu oħtu iżgħar minnu. • Ta’ 20 sena tilef lill-ġenituri tiegħu. • Darba sema’ l-kliem ta’ Ġesù: “Mur bigħ li għandek, agħtih lill-fqar u jkollok teżor fis-sema” u ddeċieda li jagħmel hekk. • Mill-familja kien sinjur imma hu biegħ kulma kellu u l-flus tahom lill-foqra. • Ta’ 35 sena mar waħdu fid-deżert f’ħajja ta’ penitenza u talb. • Wara xi snin in-nies bdiet tmur għandu għall-fejqan u l-pariri.

3.

4.

5.

Kompetizzjoni bi premju Wara li twieġeb, ifforma kelma bl-ittri li hemm fil-kaxxi s-sofor. 1. 2. 3. 4. 5.

Miegħu torbot il-bandiera. Mhux aħna u lanqas huma. Ħares jew fantażma. Ifittxuh il-pirati. Wara l-Ħadd.

Ibgħat it-tweġiba flimkien mad-dettalji tiegħek hekk: Flimkien, Kompetizzjoni Tfal, Kurja, P.O. Box 1, Il-Furjana FRN 1520. L-ewwel tweġiba tajba li tinfetaħ tirbaħ żewġ biljetti għall-In Guardia, f’Forti Sant’Iermu. Tweġiba għax-xahar l-ieħor: BAMBIN Rebbieħ/a: J. Schembri, Is-Siġġiewi


FEELING FREE AT HOME

invest in comfort and safety for yourself or your parents

Exclusive local distributors of Stair Lifts, Recliners & Scooters

Tel: +356 21 252206 Email: info@liftservices.com.mt Website: www.liftsservices.com.mt Lifts Services Ltd , Factory A25F Marsa Industrial Park, Marsa, Malta


SPONSORSHIPS GĦAL SENA GĦATͲTFAL FLͲINDJA, FILͲKENJA U FILIPPINI

BOROŻ TA’ STUDJU GĦAL STUDENTI FLͲAFRIIKA

LOTTERIJA MARATONA MISSJONI INTI TISTA’ TIRBAĦ 20 PREMIJIET KBAR FOSTHOM DIN IL-KAROZZA TLUGĦ LOTTERIJA MARATONA MISSJONI: 29 JANNAR 2017

108

DPL/47/2016

Għin il-Missjoni u IRBAĦ

JERRY CANS U BINI TA’ BOREHOLE FILͲKENJA


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.