Newspaper Post
Lulju 2017 | Numru 152
L-imħabba li tibqa’ 8 Il-mewt, skont tifla żgħira b’marda terminali
It-tfajjel li hemm ġo fik 10
Agħti l-ħajja mill-ġdid lit-tifel żgħir li hemm ġo fik.
Salterju tiegħi, ferħ tiegħi! 12 Kemm huma s-Salmi? Meta u minn min inkitbu? Kif jinqasmu?
Il-ħames dispjaċiri 14
Id-dispjaċiri li jtaqqluna fl-aħħar jiem ta’ ħajjitna, skont Bronnie Ware fil-ktieb tagħha The Top Five Regrets of the Dying.
Dar Hosegħa 18
Sejħa għal voluntiera nisa f’ċentru għal tfajliet u nisa li sabu ruħhom fil-prostituzzjoni.
Xi trid? Min int? 20
Luċija nnifisha tirrakkonta t-tielet dehra ta’ Fatima li ġrat mitt sena ilu.
Catch them doing something right 22
When the ear never hears praise … the heart loses the will to try.
Tbajja’ fil-ġilda 25
Tbajja’ fil-ġilda kkawżati mix-xemx li jistgħu jiżviluppaw f’kanċer.
BSL
Britannia Tours … il-vjaææ tiegœek jibda hawn! minn
¢579
minn
¢599
Black Forest Magic Lourdes 24-30 ta’ Lulju, 3-9 ta’ Awwissu, 8-14 ta’ Awwissu, 13-19 ta’ Awwissu, 18-24 ta’ Awwissu, 23-29 ta’ Awwissu, 28 ta’ Awwissu - 3 ta’ Settembru, 2-7 ta’ Settembru
28 ta’ Lulju - 4 ta’ Awwissu, 4-11 ta’ Awwissu, 18-25 ta’ Awwissu, 1-8 ta’ Settembru u 29 ta’ Settembru - 6 ta’ Ottubru INŸURU Schwenningen, Dorotheenhutte, Strasbourg, Black Forest (Triberg, Furtwangen, Titisee), Colmar, Freiburg, Mainau Island, Constance, Hohenzollern Castle, Stuttgart, Europa Theme Park, Schaffhausen u Rhine Falls
minn
¢499
Dolomiti fl-Italja 7-14 ta’ Awwissu, 14-21 ta’ Awwissu, 21-28 ta’ Awwissu, 4-11 ta’ Settembru INŸURU Trento, Venezja, Bolzano, Merano, Gardaland, Innsbruck, Riva del Garda, Limone, Malcesine, Canazei, Ortisei u Milan
Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, trasferimenti, servizzi ta’ tour leader u t-taxxi kollha (Kundizzjonijiet japplikaw). Valletta Branch - Tel: 2123 8039 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt
E dito r j al • D u n A n to n P o rtelli
Check-up fis-sajf
F
’nofs is-sajf ħafna jaħsbu u jieħdu l-vaganzi. Fil-vaganzi wieħed jistrieħ, jiġġedded fil-moħħ u fil-ġisem, u jħejji biex jibda b’ħeġġa sena “ġdida”, li tibda f’Settembru-Ottubru. Ħafna jinsew ir-rabta tal-ġdid mal-qadim. Naħsbu ftit kemm proġetti u programmi fil-ħajja tagħna jinbnew ftit ftit fuq dak li għamilna fl-imgħoddi, jum wara l-ieħor. Bilħidma, bl-interess u bis-sagrifiċċju tagħna jseħħ dak li nixtiequ għall-ġid tagħna u talfamilji tagħna. Il-kuntrarju jgħodd ukoll: l-iżball li ma jissewwiex, il-ħtija li ma nħafrietx, ittraskuraġni li ma tajtx kas tagħha, dan kollu jibda jaħdem ħażin fuq dak li tkun tixtieq tagħmel. Hekk inkunu nissugraw nibnu fuq ir-ramel futur li żgur imur ħażin. L-irġulija hija l-pedament ta’ kollox: biex nagħmel l-affarijiet sewwa u nimxi ’l quddiem,
Lulju 2017 • Numru 152
Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u jitqassam b’xejn lill-familji Maltin. Biex tirriklama fuq Flimkien ċempel fuq 2137 4942 jew 7959 3727 Email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta Indirizz Editorjali Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali. Editur Carmel Conti
Stampar Velprint Ltd
Flimkien fuq RTK Analiżi tar-rivista Flimkien issir filprogramm ‘Merżuq’ imtella’ mill-Kulleġġ tal-Kappillani fuq radju RTK 103FM kull l-aħħar Ħamis tax-xahar fid-9pm, b’ripetizzjoni l-Ħadd ta’ wara fis-2pm.
u biex nammetti l-iżball, nitlob maħfra u nfittex għajnuna ħalli nkompli fit-triq ittajba. Il-maqlub tal-irġulija hija s-suppervja li tipprova tkun dak li m’intix. Dan kien l-ewwel dnub u se jibqa’ dejjem magħna. Fil-vaganzi jiswa li wieħed jagħmel checkup fuqu nnifsu. Kunu mberkin.
Meta nsiru għomja Id-dnub ifaqqarna u jaqtagħna waħidna. Id-dnub hu għama tar-ruħ, ma jħalliniex naraw l-essenzjal; ma jħalliniex insammru ħarsitna fuq l-imħabba li tagħti l-ħajja. Iddnub kull darba jżommna mwaħħla fuq dak li hu tal-qoxra, hekk li ma nibqgħux inħossu iżjed għall-oħrajn u dak li hu tajjeb. Kemm tentazzjonijiet għandhom il-qawwa li jdallmu u jċajpru l-vista talqalb! Kemm hu faċli u żbaljat li nemmnu li l-ħajja tiddependi minn dak li għandna,
Grafika Outlook Coop
K elma ta’ F ra n ġ isk u
mis-suċċess jew mill-ammirazzjoni li nirċievu! Kemm hu faċli u żbaljat li nemmnu li l-ekonomija hi magħmula biss minn profitt u minn konsum; li x-xewqat individwali tagħna għandhom jiġu qabel ir-responsabbiltà soċjali! Meta nħarsu biss lejn il-‘jien’ tagħna, allura nsiru għomja u nintfew u nsiru nieqsa mill-ferħ u millibertà. X’ħaġa kerha! 4 ta’ Marzu, 2016
€12.50 fix-xahar
Għ
al bosta tfal fil‑bżonn, il‑faqar u n‑nuqqas ta’ tama huma preżenzi kontinwament f’ħajjithom.
Infatti, ħajjithom ma twiegħedx futur partikolarment pożittiv. Maqbudin f’ċiklu ta’ faqar u esplojtazzjoni, dawn it‑tfal huma mċaħħda minn edukazzjoni xierqa u kull forom oħra ta’ żvilupp. Kull m’għandhom bżonn huwa xi ħadd li jemmen fil‑ħolm tagħhom u li jagħtihom iċ‑ċans għal futur aħjar. Bis‑saħħa tal‑programm Child Sponsorship ta’ Missio, inti qed tkun dak ir‑raġġ ta’ dawl fil‑ħajja tagħhom. B’hekk tkun qed tipprovdilhom aċċess għall‑edukazzjoni, servizzi ta’ kura għas‑saħħa, u ilma tax‑xorb nadif.
Child Sponsorship iwiegħed li aħna naħdmu id f’id mat‑tfal, il‑ġenituri tagħhom, komunitajiet u oħrajn, sabiex niżguraw illi t‑tfal kollha jkunu mgħajxin u b’saħħithom.
Lulju 2017 | 5
M essaġ ġ tal-A rċ is q o f
Fis-sħana u n-nixfa tas-sajf
G
ħal ħafna Maltin, ix-xahar ta’ Lulju hu marbut ħafna mad-devozzjoni Marjana tal-Madonna tal-Karmnu. Hija devozzjoni li teħodna lura għal mijiet ta’ snin meta xi rġiel inġabru fuq l-Għolja tal-Karmelu biex jgħixu ’l bogħod mid-dinja u mit-tfixkil tagħha biex jingħataw kollhom kemm huma għall-qadi ta’ Alla, imnebbħin mill-ħajja tal-profeta Elija. It-tradizzjoni Karmelitana tgħid li Marija, il-Kewkba tal-Baħar, tat lil dawn l-irhieb libsa biex tfakkarhom fil-vokazzjoni tagħhom li jagħtu ġieħ lil Alla. Skont il-Papa Piju XII, din il-libsa tfakkar lil dawk kollha li jilbsuha filkonsagrazzjoni tagħhom lill-Qalb Imqaddsa ta’ Marija. Marija, bħal kull omm tajba li jixirqilha dan l-isem, tfakkarna l-ħin kollu li aħna nappartienu lil Alla. Fil-Magħmudija tagħna u fil-Griżma tal-Isqof li rċevejna, l-Ispirtu niżel bil-qawwa tiegħu fina biex jikkonsagrana lil Alla. Marija tkellmilna lil qalbna biex nagħmlu dak li jgħidilna hu. Huwa leħen ħelu li jidħol dirett fil-qalb, ma jisfurzax, ma jikkmandax, ma jobbligax, imma jistieden, iħajjar u jikkonvinċi bi mħabba.
Aħna llum ma ngħixux ’il bogħod middinja iżda fiha, u Alla jinsab ukoll fid-dinja, fil-ħajjiet ta’ dawk li jgħixu fiha, fil-ħtiġijiet tagħhom, fil-ferħ tagħhom. Fid-dinja Alla jrid jidher permezz tagħna, permezz tal-imġiba ta’ bejnietna. Biex dan iseħħ, Marija, għax tħobbna, għadha u tibqa’ tkellimna. Marija ttennilna dak li qalet lill-qaddejja fitTieġ ta’ Kana: “Agħmlu dak li jgħidilkom hu”. Marija qed tgħidilna li jeħtieġ li l-irjus kultant sħan tagħna jikkalmaw u jaraw ċar il-bżonn li ngawdu ħajjitna u ngħinu biex ingawduha flimkien, imqanqlin mill-kliem ta’ Binha, għax huma ż-żiffa li għandna bżonn fis-sħana u x-xita li għandna bżonn fin-nixfa ta’ ħajjitna. Nagħtukom il-barka pastorali tagħna. Charles J. Scicluna + Arċisqof ta’ Malta
Intenzjoni tal-Papa għal Lulju: Sabiex ħutna li tbiegħdu mill-fidi, bilgħajnuna tat-talb, flimkien max-xhieda tagħna, jerġgħu jiskopru kemm hu qrib tagħhom il-Mulej fil-ħniena tiegħu u kemm hi sabiħa l-ħajja Nisranija.
from Starting
€8,999* per month or €180*
0%
DE AVA POSIT ILAB LE
*Prices include Scrappage Scheme Industrial Motors Ltd. 1, Antonio Bosio Street, Msida MSD 1341 Tel: 20160000 Mob: 99991666 Email: info@suzuki.com.mt Mizzi Motors Ltd. Mgarr Road, Ghajnsielem, GSM 9016 Tel: 21556942 Mob: 99782000 Email: sales-gozo@mizzimotors.com.mt
www.suzuki.com.mt
Lulju 2017 | 7
Il-ħajja t’Alla fina Il-Katekiżmu miktub minn Fr McCabe OP minn numru 189 ’il quddiem jittratta dwar xi virtujiet (Karità, Ġustizzja, Qawwa, Rażan) u l-Aħħar Ħwejjeġ. Għal raġunijiet prattiċi m’aħniex se nġibu l-mistoqsijiet kollha imma biss dawk l-aktar rilevanti. Għaldaqstant in-numri mhumiex konsekuttivi. 206. Wara li nagħmlu dnub mejjet nistgħu bil-ħila tagħna nerġgħu nġibu fina l-ħajja t’Alla? Wara li nagħmlu dnub mejjet ma nistgħux bil-ħila tagħna lanqas biss nixtiequ li terġa’ tiġi fina l-ħajja divina, bħalma ma nistgħux inqumu mill-mewt bil-ħila tagħna. Iżda bil-Grazzja t’Alla li ċċaqlaqna nistgħu nfittxu l-ħniena u l-maħfra mingħand Alla li hu dejjem lest li jagħtiha lil dawk li jersqu quddiemu. 207. Liema azzjonijiet huma dnubiet mejta? Dnubiet mejta huma dawk ix-xorta ta’ dnubiet li huma direttament ipprojbiti millGħaxar Kmandamenti, għax il-Kmandamenti juruna x’inhuma l-inqas ħwejjeġ meħtieġa biex inżommu l-ħbiberija ma’ Alla u malproxxmu. Jagħmel dawn id-dnubiet min għax irid jiċħad jew jabbanduna ’l Alla, joqtol, jagħmel stupru, jagħmel adulterju, jagħti malafama, jaħlef fil-falz, joħnoq lill-fqir u dnubiet oħra bħal dawn. 208. Jista’ jkun hemm ċirkustanzi li jnaqqsu l-ħtija u li għalhekk dawn ma jkunux dnubiet mejta? Iva, jista’ jkun hemm ċirkustanzi li jnaqqsu l-ħtija, bħal meta persuna mingħajr tort tagħha ma tkunx taf il-ħażen ta’ dak li tagħmel jew meta ma jkunx hemm rieda sħiħa f’dak li wieħed jagħmel.
209. Nistgħu ngħidu li min ma kienx jaf kien dejjem skużat għal din l-injuranza? Le, min ma kienx jaf mhux dejjem skużat, għax jista’ jagħti l-każ li l-injuranza tkun ġejja minn nuqqas ta’ responsabbiltà ta’ dak li jkun jew għax wieħed ikun qed jidħak bih innifsu, jiġifieri jagħmel tabirruħu li ma jafx. 211. X’għandna nagħmlu meta naqgħu fi dnub mejjet? Meta naqgħu fi dnub mejjet għandna nindmu minnu u nfittxu li nerġgħu nsiru ħbieb ma’ Alla u mal-Knisja fis-Sagrament tal-Qrar (tar-Rikonċiljazzjoni). Jekk mhux possibbli nersqu għal dan is-Sagrament, għandna nitolbu għall-grazzja ta’ ndiema vera li biha nikkonvertu għall-ħajja tal-Ispirtu. 213. Kif nonqsu mill-karità lejn l-oħrajn? Nonqsu mill-karità lejn l-oħrajn billi nkunu indifferenti lejhom jew kontra tagħhom; billi ndumu ma naħfrulhom; billi nżommu f’qalbna; bl-għira; bit-tpattija; bi mġiba ħarxa u vjolenti; billi naħsbu jew nitkellmu ħażin fuq l-oħrajn, speċjalment jekk dan ma jkunx veru; billi ma nagħtux kashom meta huma fil-bżonn.
Kitba: Herbert McCabe O.P. Traduzzjoni: Arthur G. Vella S.J.
8 | Flimkien
X hieda
Rosaria Agius, minn San Pawl il-Baħar, bagħtitilna artiklu li qrat f’magażin ieħor f’Malta. Fil-fatt dan l-artiklu kien deher fil-blog ta’ Diane Montagna (Aleteia). Oriġinarjament l-artiklu nkiteb bil-Portugiż minn Dott. Rogério Brandão, onkologu Brażiljan. Aħna qed neħduh direttament mill-blog ta’ Montagna. Grazzi lis-Sinjura Agius.
The love that remains Death, as explained by a little girl with terminal cancer
A
s an oncologist with 29 years of professional experience, I can say that I’ve grown and changed as a result of the tragedies my patients have endured. We don’t know our real measure until, amid adversity, we discover that we are capable of going far beyond what we imagined. I have fond memories of the Oncological Hospital of Pernambuco (Brazil), where I took my first steps as a professional. I started going to the children’s ward, and there I fell in love with pediatric oncology. I witnessed the tragedies my patients endured, as innocent little victims of cancer. With the birth of my first daughter, I started
to feel uncomfortable seeing children suffer … until the day an angel passed by! I saw that angel in the semblance of an 11-year-old girl, exhausted by two years of different treatments, handling, injections and all the problems that chemical treatment programs and radiation involve. But I never saw that little angel give up. I saw her cry many times. I also saw the fear in her eyes, but that is only human! One day I arrived at the hospital early and I found my little angel alone in her room. I asked her where her mother was. To this day I cannot recount her response without becoming very emotional.
Lulju 2017 | 9
“Sometimes my mother leaves the room to cry in the hallway in secret. When I’m dead, I think my mother will miss me, but I’m not afraid to die. I wasn’t born for this life!” “What does death represent for you, my dear?” I asked her. “When we’re little, sometimes we go to sleep in our parents’ bed, and the day after we wake up in our own bed, isn’t that right? (Here I thought about my own daughters, who at the time were 6 and 2, and that is exactly what happened with them.)” “That’s what it’s like. One day I will go to sleep and my Father will come for me. I will wake up in His house, in my true life!” I was stunned, and didn’t know what to say. I was shocked by the maturity which suffering had brought about in the spirit of that child. “And my mama will miss me,” she added. Moved, I held back the tears and asked: “And what does missing someone mean to you, my dear?” “Missing someone is the love that remains.”
F il - qosor
L-imħabba li tibqa’
Tifla ta’ 11-il sena damet sentejn tieħu l-kura għall-kanċer. Qatt ma qatgħet qalbha, imma ta’ bniedma li kienet, bkiet u beżgħet. Darba, it-tabib sabha waħidha u staqsieha fejn kienet ommha. It-tweġiba li tatu baqa’ jiftakarha ħajtu kollha. “Xi drabi ommi toħroġ mill-kamra u tmur tibki fil-kuritur. La mmut, ommi se timmissjani, imma jien ma nibżax immut. Ma twelidx biex nibqa’ haw!” “X’inhi l-mewt għalik?” “Meta nkunu żgħar, xi drabi mmorru norqdu fis-sodda tal-mamà u l-papà, u l-għada nerġgħu nsibu ruħna fis-sodda tagħna. Hekk
“One day I will go to sleep and my Father will come for me. I will wake up in His house, in my true life!”
Today, at 53, I challenge anyone to give a better, more direct and simpler definition for the word ‘longing’: it is the love that remains. My little angel left us many years ago, but she left me with a great lesson that helped me to improve my life, to try to be more human and affectionate with my patients, to rethink my values. When night falls, if the sky is clear and I see a star, I call it ‘my angel’, who sparkles and shines in heaven. I think that in her new and eternal home, she is a shining star. Thank you, little angel, for the life you had, for the lessons you taught me, for the help you gave me. How beautiful longing is!
bil - M alti
jiġri fil-mewt. Xi darba se mmur norqod, u l-Missier se jiġi għalija, u nistenbaħ u nqum fid-dar tiegħu, fil-ħajja ta’ veru tiegħi!” Skantajt. Ma kontx naf x’naqbad ngħid. Skantajt bil-maturità li t-tbatija ġabet f’ruħ dik it-tifla. “Ommi se timmissjani.” “U xi tfisser, għalik, li timmissja lil xi ħadd?” “Timmissja lil xi ħadd tfisser dik l-imħabba li tibqa’.” Din l-anġlu ilha li ħallietna, imma tatni lezzjoni kbira li għenitni ntejjeb ħajti, li nkun aktar uman, nuri aktar imħabba mal-pazjenti tiegħi, u nirrevedi l-valuri tiegħi.
10 | Flimkien
M ichel Q u o ist
It-tfajjel li hemm ġo fik
A
lla jgħid: Jien inħobb iż-żgħar, u nixtieq li kulħadd ikun bħalhom. Anki l-anzjani rridhom jibqgħu żgħar. Fis-Saltna tiegħi jiena tfal żgħar biss irrid. Żgħar: mgħawġin, ħotbin, imkemmxin, b’daqna bajda… Kull tip ta’ żgħar. L-aqwa li żgħar. Fis-Saltna tiegħi m’hemmx post għal ħadd aktar. Inħobb it-tfal żgħar għax ix-xbieha tiegħi fihom għadha ma ttappnietx. Ix-xbieha tiegħi fihom għadha ma xxellfietx, Għadhom ġodda, safja, bla tbajja’. Għalhekk, meta nintlewa bil-mod għal fuqhom, nista’ nara lili nnifsi fihom. Inħobbhom, għax għadhom qed jikbru, għadhom qed jitjiebu, għadhom ma waslux, għadhom fit-triq. Imma l-kbar!... Ħeqq, dawk m’hemm xejn aktar x’tistenna mingħandhom. Dawk mhux se jikbru aktar. Ma jistgħux jitjiebu aktar. Waqfu jimxu. Tassew ħasra li l-kbar jaħsbu li ġa waslu. Jien inħobb iż-żgħar għax għadhom qed jissieltu, għadhom qed jidinbu. Mhux għax jidinbu – tifhmunix ħażin! – imma għax jafu li għadhom qed jidinbu, u jammettuh, u jippruvaw ma jerġgħux.
Lulju 2017 | 11
Imma l-kbar!... Dawk, skont huma, qatt ma jweġġgħu lil ħadd. Dawk m’hemm xejn xi ċċanfar fihom. Għalhekk jien ma nistax naħfrilhom … għax m’hemm xejn x’naħfrilhom! Ħasra tassew, għax dan mhux veru!
Imma fuq kollox, jien inħobb iż-żgħar minħabba l-ħarsa f’għajnejhom. F’għajnejhom nista’ nara l-età tagħhom. Fil-ġenna, fejn qiegħed jien, hemm biss għajnejn ta’ ħames snin. Għax għalija m’hemm xejn isbaħ mill-għajnejn safja ta’ tfal żgħar. Jiena ngħammar fit-tfal żgħar. Għalhekk, ftakar, li meta tara par għajnejn puri jħarsu lejk, inkun jien li qed inħares lejk minn ġo fihom. Min-naħa l-oħra, imma, ma naf b’xejn aktar ta’ dwejjaq minn par għajnejn bla ħajja: twieqi miftuħa, imma dar vojta. Par għajnejn, imma bla dawl. U għalhekk, qalbi sewda, nibqa’ barra l-bieb, nistenna fil-kesħa ta’ barra, u nerġa’ nħabbat. Għandi ħerqa kbira biex nidħol, imma min qiegħed ġewwa jinsab waħdu: jidbiel, jibbies, jinxef, jixjieħ. Miskin! Iftħuli, isaw! Huwa jien, Alla tagħkom, li qomt mill-mewt, li ġejt nagħti l-ħajja mill-ġdid lil dak it-tifel żgħir li hemm ġo fikom. Jien lest nagħtikom mill-ġdid il-wiċċ sabiħ ta’ tifel żgħir, kif ukoll l-għajnejn sbieħ ta’ tifel żgħir. Għax jien inħobb it-tfal żgħar, u nixtieq li kulħadd ikun bħalhom.
Addattata minn ‘I love youngsters’ (Michel Quoist, Prayers of Life)
12 | Flimkien
P. M arcello G hirla n d o O F M S A L M I G Ħ A L K U L JU M
Salterju tiegħi, ferħ tiegħi! Kif xtaqitna nagħmlu Carmen Stafrace mill-Imsida, dan ix-xahar qed nagħtu tagħrif ġenerali dwar is-Salmi.
I
l-Ktieb tas-Salmi (jissejjaħ ukoll ‘Salterju’) huwa wieħed mill-kotba tat-Testment ilQadim. Huwa ġabra ta’ 150 Salm miktuba matul medda ta’ żmien li tieħu mis-saltna ta’ David (1,000 sena qabel Kristu) sar-raba’ seklu qabel Kristu, meta ħa l-forma li għandu issa. Is-Salmi nkitbu minn diversi kittieba. Il-biċċa l-kbira tagħhom ġew attribwiti lis-Sultan David (dak li qata’ ras il-ġgant Goljat u meta kien sultan qatel lil ċertu Urija biex jeħodlu l-mara) imma dan ma jfissirx li kitibhom kollha hu. Is-Salmi nkitbu għall-użu kemm privat kif ukoll fit-tempju u fis-sinagoga. Fuq l-eżempju ta’ Kristu u l-Appostli, il-Knisja wkoll għamlitu l-ktieb tat-talb pubbliku u privat tagħha. F’dawn isSalmi aħna l-Insara naraw lil Kristu u l-Knisja tiegħu (Alla hu Kristu; Iżrael hi l-Knisja). Il-Ktieb tas-Salmi jinqasam f’ħames kotba: (1) Salmi 1-41; (2) Salmi 42-72; (3) Salmi 73-89; (4) Salmi 90-106 u (5) Salmi 107-150. Importanti t-titli li t-tradizzjoni Lhudija tat lis-Salmi u li spiss jindikaw il-forma letterarja
tas-Salm, l-użu liturġiku tiegħu, l-istrument mużikali li għandu jintuża, min jitqies l-awtur tiegħu, u xi ċirkustanzi storiċi li jorbtu s-Salm ma’ David. Is-Salmi jistgħu jinqasmu skont il-forma letterarja tagħhom, pereżempju: Innijiet ta’ tifħir Is-Salmi (innijiet ta’ tifħir) jgħannu l-kobor ta’ Alla u l-qawwa tiegħu fil-ħolqien u flistorja tas-salvazzjoni. Juru l-atteġġjament tal-bniedem li jipprova jidħol fil-misteru immens ta’ Alla li juri l-preżenza tiegħu f’kulma ħalaq u fl-interventi l-kbar tiegħu fl-istorja tal-poplu l-magħżul. Eżempji ta’ dawn l-innijiet huma s-Salmi 8, 104, 135 u 150. Salmi ta’ Supplika Il-karatteristika dominanti ta’ dawn is-Salmi hija t-tbatija u l-krib. Is-Salmi ta’ supplika jixxiebhu fl-istruttura: jikkontemplaw il-ferħ tal-passat (imżewwaq bl-interventi ta’ Alla li jsalva), il-preżent traġiku li dak li jkun ikun
Lulju 2017 | 13
qiegħed jgħix, u l-ftuħ għat-tama fil-futur. F’dawn is-Salmi nsibu talbiet personali kif ukoll talbiet tal-poplu (Salmi 12, 44, 60, 74, 79, 80, 83, 85 u 137). Interessanti ninnutaw kif f’dawn is-Salmi s-sitwazzjoni iebsa li minna jkun għaddej isSalmista hija spiss ippersonikata fl-‘għadu’ – xi drabi f’forma ta’ persuna jew bhejjem, marda jew xi tip ta’ hemm li jippersegwita lil min ikun qed jitlob. Dan l-għadu jista’ ikun anke minn ġewwa, bħad-dnub li jifred il-bniedem minn Alla. Is-Salmista jitlob, jokrob u jsaqsi lil Alla kemm se ddum is-sitwazzjoni tiegħu (Salmi 35 u 17). Imma s-Salmi ta’ supplika jagħlqu b’att ta’ fiduċja f’Alla li dejjem jisma’ lil kull min jitolbu. Salmi ta’ fiduċja u radd il-ħajr Il-bniedem tal-Bibbja jafda f’Alla għax jemmen fih, għax Alla hu l-blata żgura tas-salvazzjoni. Biex wieħed jesprimi fiduċja u radd il-ħajr biżżejjed jitlob bis-Salmi 16, 23, 27, 118 u 131. Salmi Liturġiċi Tajjeb niftakru li ħafna mis-Salmi twieldu filkuntest tal-liturġija fit-Tempju. Is-Salmi kollha saru l-bażi tal-liturġija Lhudija kif ukoll dik Nisranija. Il-bniedem tas-Salmi fil-fatt mhu qatt maqtugħ mill-poplu tiegħu u spiss jitlob bħala poplu. Fost is-Salmi hemm dawk li jidhru speċifikament liturġiċi, bħas-Salmi 15 u 24, li jitkellmu dwar il-kundizzjonijiet konkreti li l-bniedem għandu bżonn biex ikun jista’ jitlob fil-liturġija. Fost dawn is-Salmi hemm anke dawk li jissejħu ‘tal-pellegrinaġġ’ jew ‘għanjiet tattelgħat’. Dawn kienu jintużaw mil-Lhud huma u telgħin f’pellegrinaġġ lejn it-Tempju ta’ Ġerusalemm fil-festi l-kbar. Eżempji huma s-Salmi 120 sa 134. “Fraħt meta qaluli: Sejrin f’dar il-Mulej! Diġà qegħdin riġlejna fi bwiebek, Ġerusalemm!”
Salmi Sapjenzjali Is-Salmi Sapjenzjali huma dawk li, apparti t-talb, fihom elementi ta’ għerf tal-ħajja li jgħallmu lil kull min jitlob bihom. Eżempju klassiku huwa: “Hieni l-bniedem li ma jimxix fuq il-parir tal-ħżiena, li ma jiqafx fi triq il-ħatjin, li ma joqgħodx fil-laqgħat taż-żeblieħa” (Salm 1). Klassiku wkoll huwa s-Salm ‘akrostiku’ 119 (‘akrostiku’ għax kull paragrafu jibda b’ittra tal-alfabet Ebrajk) li jgħanni l-ġmiel tal-Liġi ta’ Alla. F’dan il-grupp jidħlu wkoll is-Salmi ‘storiċi’ li jgħannu l-istorja tal-fidwa talpoplu t’Alla, li hi ċċelebrata biex tqawwi u tgħallem lil kull min jiftakar fl-għemejjel ta’ Alla fil-mument preżenti (Salm 78, 105, 106 u s-Salm 136 li jissejjaħ ‘Il-Ħallel il-Kbir’). Salmi Rjali Dawn huma Salmi 2, 20, 21, 72, 89 u 110. Huma Salmi li b’xi mod jiċċelebraw il-patt ta’ Alla mas-Sultan David. Dan il-patt insibuh espress fl-oraklu tal-profeta Natan lil David (ara 2 Samwel 7:11-12). Uħud minn dawn is-Salmi kienu jintużaw fiċ-ċerimonja tal-intronizzazzjoni tas-sultan, li fir-rwol tiegħu kien jitqies bħala iben addottiv ta’ Alla. Meta ntemmet id-dinastija Davidika (586 qabel Kristu) dawn is-Salmi ħadu fuqhom xejra ‘profetika’, fis-sens li l-figura tas-sultan bdiet titqies bħala figura talMessija-Sultan li kellu jiġi mibgħut u kkonsagrat minn Alla nnifsu. “Salterju tiegħi, ferħ tiegħi!” Il-Knisja titlob kuljum bis-Salterju fil-Liturġija tas-Sigħat. Huwa l-ktieb tal-poeżija u tattalb, il-ktieb li jgħanni l-għemejjel tal-Mulej u l-għemejjel u l-jiem tal-bnedmin, il-ktieb li jesprimi l-ferħ u n-niket tal-bniedem, il-ktieb li huwa tassew il-ktieb ta’ ‘Għanjiet il-Mulej’.
14 | Flimkien
R ela z z j o n i j iet
Il-ħames dispjaċiri Bħala infermiera, Bronnie Ware għal żmien twil offriet kura lil pazjenti morda b’mard terminali li jkunu reġgħu lura fi djarhom biex iqattgħu l-aħħar jiem hemmhekk.
M
il-laqgħat li għamlet magħhom hija tgħallmet liema huma l-akbar dispjaċiri li kienu qed itaqqluhom fl-aħħar ġimgħat ta’ ħajjithom. Fil-ktieb tagħha, The Top Five Regrets of the Dying, l-infermiera Awstraljana tgħid li fl-aħħar jiem tagħhom dawn il-persuni setgħu jħarsu lura lejn ħajjithom b’mod aktar oġġettiv u liberu. Setgħu jaraw x’kien hemm f’ħajjithom li xtaqu li għamluh aħjar u liema kienu l-akbar dispjaċiri tagħhom. Minnhom nistgħu nitgħallmu aħna wkoll. Skont Ware, l-akbar ħames dispjaċiri kienu dawn: 1. Xtaqt kelli l-kuraġġ ngħix ħajti kif xtaqt jien u mhux kif riedni ħaddieħor! Dan kien assolutament l-akbar dispjaċir. Meta tirrealizza li ħajtek tkun waslet fit-tmiem, hemm tirrealizza kemm kellek ħolm u li xi wħud minnhom ikunu baqgħu biss ħolm. Id-dispjaċir ikun akbar jekk tkun taf li dal-ħolm ma twettaqx minħabba xi deċiżjonijiet li ħadt propju biex tagħmel dak li ppretenda minnek ħaddieħor. Hemm xi ħolma li nixtieq inwettaq f’ħajti? M’għandix għalfejn inħalli li jasal l-aħħar ta’ ħajti biex nipprova nagħmilha!
2 Kemm nixtieq li ma ħallejtx ix-xogħol jirkibni! L-irġiel, speċjalment, li tkellmu ma’ Bronnie esprimew dan id-dispjaċir. Xi wħud qalu li ma kinux gawdew lil uliedhom u lanqas lil marthom jew lill-partner tagħhom minħabba li ddedikaw wisq mill-ħin tagħhom lixxogħol. Jien għadni fil-ħin li nirranġa l-prijoritajiet? 3. Kemm nixtieq kelli l-kuraġġ nesprimi s-sentimenti tiegħi! Ħafna minn dawk li tkellmu ma’ Bronnie Ware qalu li kienu difnu s-sentimenti tagħhom biex ‘ma jiksruhiex mal-oħrajn’. Minħabba dan, dejjem qagħdu lura milli jgħidu x’qed idejjaqhom jew iweġġagħhom, u kellhom jikkuntentaw ruħhom b’ħajja medjokri. Baqgħu qatt ma żviluppaw u qatt ma saru dak li kienu kapaċi jsiru. Anzi, Ware tgħid, xi wħud mill-mard li kellhom kienu propju minħabba d-diżappunt, ir-riżentiment u r-rabja li kellhom ġo fihom, bħal ferita li ħallewha tiddenna. “Naturalment irridu noqogħdu dejjem attenti kif nitkellmu u nesprimu s-sentimenti tagħna,” tikteb Bronnie Ware, “għax mhux biżżejjed naqilgħuha minn fuq l-istonku tagħna, inkella nistgħu nweġġgħu lil ħaddieħor. Għalhekk irridu noqogħdu attenti. Veru wkoll li meta nkunu assertivi u ngħiduha kif inħossuha, ħaddieħor jista’ joqmos
Lulju 2017 | 15
xi ftit u għall-bidu forsi jieħu għalih jew iħossu skomdu. Imma ġaladarba noqogħdu attenti kif u meta nitkellmu dan m’għandux iżommna milli nesprimu s-sentimenti tagħna.” 4. Kemm nixtieq żammejt kuntatt malħbieb! Dan jixbah it-tieni dispjaċir li semmejna, bid-differenza li minflok l-ulied u l-partner hawnhekk jissemmew il-ħbieb. Spiss tant ninqabdu bil-ħajja mgħaġġla tagħna li wara numru ta’ snin inħallu ċerti ħbiberiji sbieħ u prezzjużi jidbielu u jmutu. Kull relazzjoni biex tibqa’ ħajja u friska trid tagħtiha l-ħin u tieħu ħsiebha. Ware tgħid: “Spiss nitilfu l-ħbieb, anki dawk li konna qrib ħafna tagħhom, għax jekk ma nfittxuhomx aktar bilfors li tidħol ċerta bruda. Ix-xogħol u l-flus għandhom ħabta jlellxu aktar u jidhru aktar importanti – sakemm il-mewt tasal qrib u nibdew naraw kollox b’lenti oħra u l-prijoritajiet imbagħad jinbidlu. Fl-aħħar ta’ ħajjitna dak li jibqa’ huma l-imħabba, irrelazzjonijiet u l-ħbiberiji.” 5. Kemm nixtieq li ħallejt lili nnifsi ngawdi l-ħajja aktar! Ware tgħid li ħassitha sorpriża b’dan iddispjaċir. “Kien biss fl-aħħar ġimgħat ta’ ħajjithom li ħafna mill-pazjenti rrealizzaw li l-kuntentizza fil-ħajja hija riżultat talgħażliet li għamlu. Ħafna jibqgħu staġnati u mwaħħlin fi drawwiet qodma. Spiss
Kien biss fl-aħħar ġimgħat ta’ ħajjithom li ħafna mill-pazjenti rrealizzaw li l-kuntentizza fil-ħajja hija riżultat tal-għażliet li għamlu
inħossuna ‘komdi’ f’dak li nkunu drajna u b’dak li jkun sar familjari u ma nkunux irridu nibdlu. Qisna nippreferu nibqgħu kif drajna, anki jekk ma nkunux kuntenti fih. Nibżgħu nibdlu għax kull bidla ġġib ċertu taqlib u inċertezza. Nippreferu nagħmlu tabirruħna li aħna kuntenti, meta fil-fatt ma nkunux, u meta fil-fond ta’ qalbna nkunu nixtiequ li dħakna u għexna b’mod aktar leġġer u ħadna gost u kellna sodisfazzjon f’ħajjitna.” L-aħħar kliem ta’ Bronnie Ware: “Tħallix li jaslu l-aħħar sigħat ta’ ħajtek biex issib il-paċi f’qalbek. Għandek iċ-ċans li tkun kuraġġuż, li tibdel, li tgħix kuntent, tgħix kif tixtieq qalbek u li tgħix ħajja bi tmiem li jkollu inqas dispjaċiri. Jekk hemm xi ħadd li tixtieq tgħidlu kemm tħobbu, toqgħodx lura, tistħix. Jekk għandek titlob maħfra, jew tagħti maħfra, tħallix jasal it-tmiem ta’ ħajtek – għax tista’ titlef anki dik l-okkażjoni!”
Ulied n a
18 | Flimkien
R ita B o n ello Vo lo n tar j at
Dar Hosegħa F’wieħed mill-villaġġi ewlenin ta’ Malta tinstab dar li ftit nies jafu dwarha. Jisimha ‘Dar Hosegħa’.
D
in id-dar hija ċentru li jilqa’ fi ħdanu tfajliet u nisa vulnerabbli li minħabba d-diffikultajiet tal-ħajja jsibu ruħhom fil-prostituzzjoni. Ħafna drabi dan ikun riżultat ta’ xi abbuż sesswali fi tfulithom. Din mhijiex xi dar residenzjali iżda hija post ta’ kenn jew post ta’ riferiment għal dawn in-nisa f’każ ta’ bżonn. Wara l-bibien ta’ din id-dar isir ħafna ġid. Il-Provvidenza ma tonqosx u għalhekk min għandu f’idejh it-tmexxija ta’ din id-dar isegwi lill-persuna sal-inqas dettall u b’mod ħolistiku. Il-post huwa uniku: joffri kenn emozzjonali kif ukoll psikoloġiku fejn dawn in-nisa jistgħu jsibu sapport għallbżonnijiet bażiċi, edukazzjoni informali, screening mediku għall-infezzjonijiet trasmessi sesswalment, edukazzjoni dwar is-saħħa, kif ukoll għajnuna kif jistgħu jħarsu ’l quddiem u jibdew jgħixu ħajjithom b’dinjità ’l bogħod mill-prostituzzjoni. Ta’ min isemmi li xi drabi l-għajnuna tingħata wkoll lill-familji tagħhom, speċjalment jekk ikun hemm it-tfal li sfortunatament ukoll
jistgħu jiġu affettwati mill-imġiba ta’ dawn in-nisa. Nisa li jinqabdu fil-prostituzzjoni jsibu ruħhom f’ħajja kaotika li mhux l-ewwel darba tisfurzahom jużaw sustanzi illegali biex ilaħħqu mar-realtajiet riskjużi u vjolenti li spiss jirriżultaw fi problemi ta’ saħħa fiżika kif ukoll mentali. Xi drabi jixxellfu mal-liġi u minħabba f’hekk isibu ruħhom il-ħabs. Biex jitwettaq ix-xogħol kollu ta’ kuljum, Dar Hosegħa tinsab fi bżonn ta’ voluntiera nisa ta’ esperjenza f’xogħol ta’ dan it-tip jew li lesti joffru nofstanhar fil-ġimgħa biex jissapportjaw lin-nisa f’din id-dar. Għandna bżonn ukoll ta’ numru ta’ part-time social workers (li jaħdmu sa massimu ta’ 10 sigħat) kif ukoll assistent amministratur. Kull min japplika ssirlu interview. Min jiġi aċċettat, wara, waqt żmien ta’ prova jkun irid isegwi taħriġ speċifiku. Min hu interessat għandu jċempel fuq in-numru 99508954 biex jagħmel appuntament. “Il-volontarjat,” jgħallimna l-Papa Franġisku, “huwa turija ta’ mħabba mill-aqwa lejn il-proxxmu.”
Għaliex ‘Hosegħa’? Wieħed mill-kotba tat-Testment il-Qadim huwa dak tal-profeta Hosegħa. Alla kien qallu biex jiżżewweġ lil ċerta Gomer, li kienet mara adultera. Alla b’hekk ried juri lill-poplu ta’ Iżrael li għalkemm huma kienu ġabu ruħhom bħal Gomer (ma baqgħux fidili lejh) hu xorta kien se jibqa’ fidil lejhom, iħobbhom u jistenniehom. F’ħin minnhom lil Hosegħa jgħidlu: “Jien ser niġbidha lejja u neħodha fid-deżert u lil qalbha nkellem” (Hos 2:16).
Lulju 2017 | 19
S ilva n a C ard o n a Żgħażagħ
Wara ġimgħa
F
erħan se jtir, Daniel ma waqafx jgħid kemm ħa gost matul il-ġimgħa ‘camping’ li attenda mal-grupp tiegħu. Trid tisimgħu jirrakkonta dwar kemm tgħallem jarma l-kampijiet u jorbot il-ħbula! Kemm sajjar ikel fuq il-ħatab, kemm lagħab u ġera wara l-ballun, kemm għam, kemm kanta għanjiet u taqbiliet, u kemm kabbar il-ħbiberija ma’ sħabu! Qalilna wkoll kemm kien kuntent li rebaħ l-unur għas-sens ta’ responsabbiltà u r-rispett li wera lejn sħabu. “Din is-sena,” kompla Daniel b’entużjażmu, “apparti t-tinda l-kbira li armajna biex nieklu taħtha u l-kampijiet l-oħra biex norqdu fihom, armajna wkoll kamp speċjali taħt siġra kbira ftit lil hinn mill-kampijiet l-oħra. Għall-bidu ħsibt li kienu ġejjin xi żgħażagħ oħra u li kellhom jingħaqdu magħna aktar tard, imma mhux għalhekk! Dan il-kamp twaqqaf biex stajna nsibu ftit ħin għall-kwiet u napprezzaw is-silenzju fost l-istorbju ta’ ħafna attivitajiet li kellna. Tgħidx kemm ħassejtni tajjeb jien f’dan il-kamp! Veru li għall-bidu ma kienx faċli li nidħol fih u noqgħod waħdi fil-kwiet għax dejjem nafni ngħix fl-istorbju u għaddej minn ħaġa għal oħra. Imma ftit ftit dan il-kwiet beda jogħġobni u bdejt inħossni nieħu r-ruħ. Bilqiegħda hemm ġew ħassejtni
kalm u moħħi sab is-serħan. Kien hemm imdendel poster b’vers meħud mill-Bibbja: ‘Be still and know that I am God’. F’dawk il-mumenti qgħadt naħseb x’seta’ jfisser għalija dak il-vers. Matul il-ġimgħa ‘camping’, nammetti li dħalt diversi drabi f’dan il-kamp. U mhux matul il-jum biss dħalt fih, tafux, imma billejl ukoll. Anzi stajt ninnota wkoll li dan il-kamp rari kien ikun vojt. Minn ġol-kamp kont nixħet ħarsti ’l fuq lejn is-smewwiet u nitpaxxa bl-ammont inkredibbli ta’ kwiekeb. Stagħġibt biċ-ċokon tiegħi u l-immensità ta’ fuqi. B’dak il-kobor quddiem għajnejja, u t-trankwillità f’dawn il-mumenti ta’ paċi f’qalbi u madwari, tqanqalt nitlob kif naf jien. Veru ħassejt lil Alla viċin tiegħi. Kemm nixtieq li tagħmlu esperjenza bħal din! Dan il-kamp lili għenni nirrifletti li kulħadd għandu bżonn jieqaf għal ftit mumenti ta’ kwiet biex jirkupra ftit isserħan tal-moħħ, it-trankwillità tal-ġisem u s-serenità tar-ruħ.” Min jaf kieku d-darba li jmissek tmur ‘camping’ int ukoll tipprova tarma kamp speċjali?! Kamp fejn tista’ tiskot u tapprezza s-silenzju li jgħinek tqum fuq saqajk u tkompli miexi ħajtek.
20 | Flimkien
A lfred C amilleri 10 0 S E N A M I D - D E H R I E T F ’ FAT I M A
Xi trid? Min int?
F
Luċija nnifisha tirrakkonta t-tielet dehra ta’ Fatima li ġrat mitt sena ilu
tit mumenti wara li wasalna fil-Cova da Iria, fejn kien hemm ħafna nies jgħidu r-Rużarju, rajna l-berqa tas-soltu, u mument wara s-Sinjura dehret fuq is-siġra. “Xi trid mingħandi?” staqsejtha. “Nixtieqkom tiġu hawn fit-13 tax-xahar li ġej. Komplu għidu r-Rużarju f’gieħ ilMadonna tar-Rużarju biex tiksbu l-paċi għaddinja u tispiċċa l-gwerra, għaliex hi biss tista’ tgħinkom.” “Nixtieqek tgħidilna min int u tagħmel miraklu biex kulħadd jemmen li dhertilna.” “Komplu ejjew hawn kull xahar. F’Ottubru ngħidilkom min jien u xi rrid, u nagħmel miraklu biex kulħadd jara u jemmen. Agħmlu sagrifiċċji għall-midinbin u għidu ta’ spiss, speċjalment waqt li tagħmlu xi sagrifiċċju: O Ġesù, dan noffrih għall-imħabba Tiegħek, għall-konverżjoni tal-midinbin, u biex inpatti għad-dnubiet kontra l-Qalb Immakulata ta’ Marija.” Kif qalet dawn il-kliem, il-Madonna fetħet idejha u minnhom ħareġ dawl li donnu nifed l-art. Urietna xeni tal-biża’ tal-infern, imbagħad qaltilna: “Għadkom kemm rajtu l-infern fejn imorru l-imsejkna midinbin. Sabiex isalvahom, Alla jixtieq iwaqqaf fid-dinja d-devozzjoni lejn il-Qalb Immakulata tiegħi. Jekk tagħmlu li ngħidilkom, ħafna jsalvaw, ikun hawn il-paċi, u l-gwerra tispiċċa. Iżda jekk innies jibqgħu joffendu ’l Alla, gwerra oħra u agħar tibda fi żmien il-Papa Piju XI. Meta taraw lejl imdawwal b’dawl misterjuż, kunu afu li dan ikun sinjal kbir minn Alla li ser jikkastiga d-dinja għall-ħażen tagħha
permezz ta’ gwerer, ġuħ u persekuzzjoni tal-Knisja u tal-Papa. Biex dan jiġi evitat, ser nerġa’ niġi biex nitlobkom il-konsagrazzjoni tar-Russja lill-Qalb Immakulata tiegħi u t-tqarbina ta’ riparazzjoni fl-ewwel Sibtijiet tax-xahar. Jekk isir dan, ir-Russja tikkonverti u jkun hawn il-paċi. Jekk le, l-iżbalji tagħha jitferrxu mad-dinja kollha u jġibu gwerer u persekuzzjonijiet għall-Knisja. It-tajbin isiru martri, il-Papa jkollu jsofri ħafna, u xi nazzjonijiet jinqerdu. Fl-aħħar, il-Qalb Immakulata tiegħi tirbaħ, il-Papa jikkonsagra r-Russja lili u din tikkonverti, u jkun hemm perijodu ta’ paċi fid-dinja. Fil-Portugall, id-domma tal-fidi tkun ippriżervata. (Hawn qaltilhom it-tielet parti tas-sigriet.) Dan tgħidu lil ħadd. Lil Franġisku tista’ tgħidhulu. Meta tgħidu r-Rużarju, wara kull posta għidu: O Ġesù tiegħi, aħfrilna dnubietna, ħarisna min-nar tal-infern, ħu l-ġenna l-erwieħ kollha, speċjalment dawk li l-aktar għandhom bżonn tal-ħniena tiegħek.” Wara ftit bdiet tielgħa lejn il-Lvant sakemm għebet.
22 | Flimkien
Catch them doing something right Sometimes families are slowly destroyed by negative or sarcastic speech. Husbands humiliate their wives in public with jokes over cooking or weight. Other husbands hear their wives ridicule in front of friends what they have achieved in their lives. Parents can tear holes in the tender self-esteems of young children.
B
ut we cannot always give praise in our families. Sometimes we have to face somebody and say that what they’ve done is unacceptable and can’t go on. Sometimes husbands and wives have to say hard things to each other, and certainly parents must be prepared to take knocks in the popularity stakes. But even when we have to say difficult things, it’s easier and much more effective when it comes from lips that readily praise – where there is a history of affirmation. In fact, some research has suggested that to flourish as human beings – to experience a sense of well-being – we need more positive comments than negative ones in our lives – to a factor of 3 to 1. There is a principle that is called ‘Catching your children doing something right’. As mothers, fathers, step-parents – even as employers – we are used to catching people doing something wrong and criticizing them for it. But the faster and more effective way to improved behaviour is to catch them doing something right and encourage them in it. Many of us, even as adults, are crushed by the
constant pointing out of where we go wrong. This is a great tragedy, because when the ear never hears praise, the heart loses the will to try. When you get the hang of ‘catching people doing something right’, you can often find the opportunity to encourage – even when it’s not that easy. An elderly grandmother went to watch her grandson at the school Sports Day. Tom didn’t get into the final of the 100 metres or the 200 metres. In fact, the only event in which he looked remotely comfortable was the egg and spoon race, but even then, he came last. As Tom and his grandmother walked away together, the little boy’s head was down until she put her arm around him and whispered, “You were the only one whose egg didn’t fall off the spoon.” That young boy never did make it as a sportsman, but against the odds he did achieve great things in other areas of his life. I’m not surprised…. It’s hard to fail with a grandmother like that. Estratt minn THE SIXTY-MINUTE FAMILY ta’ Rob Parsons
Lulju 2017 | 23
“
When the ear never hears praise, the heart loses the will to try”
Fil-qosor bil-Malti: Fil-familja spiss ngħidu diskors negattiv u kliem sarkastiku, li bih irġiel jumiljaw lil marthom dwar persunthom jew it-tisjir, l-aktar quddiem nies li jafu. Il-ġenituri wkoll xi drabi jfarrku s-self-esteem fraġli ta’ wliedhom żgħar, anki dawn quddiem kulħadd. Ċertament ma nistgħux noqogħdu l-ħin kollu nfaħħruhom. Se jiġu waqtiet meta se jkollna nuruhom li għamlu dak li mhux aċċettabbli, anki jekk ma jarawniex ‘ħelwin’. Imma meta jkollna ngħidu kliem iebes u diffiċli, nistgħu nkunu aktar effettivi u kredibbli jekk inkunu mdorrijin jisimgħuna wkoll infaħħru u ninkoraġġixxu. Skont studju li sar, biex ngħixu kuntenti flimkien għandna bżonn tliet kummenti pożittivi għal kull wieħed negattiv (hawn min jgħid li anki aktar!). Ipprova aqbad lil uliedek jagħmlu xi ħaġa tajba! Bħala ġenituri (anki bħala employers) aħna aktar imdorrijin naqbdu
lil min jagħmel ħażin u nikkritikawh. Imma l-aktar mod effettiv kif intejbu l-imġiba huwa li naqbduhom jagħmlu xi ħaġa tajba u ninkuraġġuhom fiha. Ħafna minna, anki adulti, inħossuna mkissrin għax il-ħin kollu jfakkruna fejn żbaljajna. Tassew ħasra, għax jekk il-widna ma tisma’ qatt kliem ta’ tifħir, il-qalb titlef il-qawwa li tipprova. Nanna marret tara lin-neputi fi sports day l-iskola. It-tifel ma rnexxilux jgħaddi għall-final tal-100 metru u lanqas tal-200 metru, imma għadda biss għat-tellieqa blimgħarfa u l-bajda … u xorta wasal l-aħħar. Huma u sejrin lura d-dar it-tifel kien qalbu sewda, b’geddum daqsiex. In-nanna dawret idha ma’ spalltu u qaltlu, “Int kont l-uniku wieħed li l-bajda ma waqgħetlekx millimgħarfa, prosit!” Dak it-tifel żgħir forsi qatt ma sar atleta famuż meta kiber imma, minkejja kollox, xorta rnexxa tajjeb f’oqsma oħra tal-ħajja. Tistennieha, hux, ħaġa bħal din. Diffiċli ma tirnexxix meta jkollok nanna bħal dik!
Association of Breastfeeding Counsellors Antenatal Breastfeeding Courses għal nisa tqal u l-familji tagħhom
· 12, 19, 26 ta’ Lulju · 6, 13, 20 ta’ Settembru · 1, 8, 15 ta’ Novembru Mis-6pm sat-8pm Il-korsijiet isiru f’The Malta Breastfeeding Centre, 21, Dar ta’ Kana, Il-Mall, Floriana. Biex tibbukkja u għal sapport professjonali kkuntattja lil Charmaine Galea fuq 2149 4766 jew 9983 7170; charmainegalea@gmail.com; info@breastfeedingmalta.org
Tixtieq titgħallem aktar dwar il-fidi Nisranija? Għandek xi dubji dwar il-fidi li tixtieq tiċċarahom? Jew xi punti u kurżitajiet li tixtieq tistudja aktar fil-fond? Dawn il-korsijiet se jiftħu f’Ottubru li ġej: • Diploma fl-Istudji Reliġjużi (kors ta’ sentejn filgħaxija) • BA fit-Teoloġija u l-Istudji Umanistiċi (kors ta’ tliet snin filgħodu) • BA (Hons) fit-Teoloġija (kors ta’ ħames snin filgħaxija, jew tliet snin filgħodu) • Baċellerat fit-Teoloġija (kors ta’ ħames snin filgħodu) • MA fil-Bioetika (kors speċjalizzat filgħaxija) • MA fit-Teoloġija (għal min hu gradwat fit-Teoloġija) • MA fl-Istudji Reliġjużi (għal min hu gradwat f’xi qasam u jixtieq jesplora r-rabta bejn il-qasam tiegħu u r-reliġjon) • Liċenzjat fit-Teoloġija (kors ta’ tliet snin filgħodu) • Dottorat fit-Teoloġija Għal aktar informazzjoni: 2340 2767 jew email lil theology@um.edu.mt jew żur il-website tal-Fakultà (www.um.edu.mt/theology/prospective) jew idħol fil-paġna tal-Facebook tal-Fakultà.
Flimkien b’tipi kbar Trid li l-Flimkien b’tipa kbira jasallek id-dar bil-posta? Ibgħat ismek, l-indirizz u €15 ċekk (f’isem il-Kulleġġ tal-Kappillani) jew 58 bolla ta’ 26ċ (għal 12-il ħarġa f’sena). Ibgħathom hekk: Flimkien, Kurja, Floriana. Għal aktar tagħrif, ċempel 25906400, 21374942 jew email flimkien@maltadiocese.org. Flimkien fuq ilkompjuter tiegħek. Flimkien tista’ taqrah ukoll online fuq il-websajt tal-Arċidjoċesi: www.maltadiocese.org
D ott. G o dfre y Agi u s S A Ħ Ħ I T N A
Lulju 2017 | 25
Tbajja’ fil-ġilda Tbajja’ fil-ġilda kkawżati mix-xemx li jistgħu jiżviluppaw f’kanċer
L
-akbar riskju mix-xemx hija s-‘sunburn’, bil-ħruq u l-uġigħ li ġġib magħha, bil-ġilda li tixjieħ u titkemmex kmieni, u l-kanċer tal-ġilda li huwa kkawżat mir-raġġi UV taxxemx. Aktar min 90% tal-kanċer tal-ġilda huma kkawżati mix-xemx. Dawn ir-raġġi UV jikkawżaw ħsara fl-għajnejn fuq il-kornea, il-katarretti u ħsara oħra minn ġewwa li ġġib deġenerazzjoni tal-‘makula’ li tista’ twassal biex tagħma. Il-melanoma hija kanċer tal-ġilda li jista’ wkoll jiżviluppa fl-għajn. Il-ġilda li tkun inħarqet mix-xemx issir ħamra, minfuħa, tagħmel il-bżieżaq u tweġġa’, imbagħad issir kannella u titqaxxar, biex titla’ ġilda ġdida. Aktar ma nieħdu xemx aktar niġu esposti għar-raġġi UV li jagħmlu ħsara kbira fuq idDNA taċ-ċelluli tal-ġilda. Aktar ma din il-ħsara tikber, aktar jikber iċ-ċans li ċ-ċelloli tal-ġilda
BENIGN
Malignant
A – Asymmetry. Jekk tpinġi linja f’nofs it-tebgħa, u ssib li ż-żewġ partijiet ma jkunux bħal xulxin, allura jkunu ‘asimetriċi’. Dan ikun sinjal ħażin (stampa fuq il-lemin).
BENIGN
Malignant
D - Dijametru. Id-dijametru tattbajja’ li jistgħu jindikaw kanċer ġeneralment ikun akbar minn 6 millimetri (iżda jistgħu jkunu iżgħar jekk tinduna bihom kmieni).
BENIGN
jibdew jikbru bla kontroll u b’hekk jiżviluppa l-kanċer tal-ġilda. Kull kwalità ta’ raġġi UVA u UVB jeqirdu l-vitamina A fil-ġilda. Dan jagħmel ħsara fuq il-‘collagen’ tal-ġilda u għalhekk il-ġilda titkemmex qabel iż-żmien. Għalkemm ir-raġġi UV jagħmlu ħsara kbira fil-ġilda, dawn għandna bżonnhom bħala sors tal-vitamina D. Ix-xemx għandna bżonnha wkoll biex issaħħan id-dinja, l-ibħra u l-atmosfera, u tmexxi l-istaġuni tas sena. Ħafna tfal u żgħażagħ jieħdu ħafna raġġi UV imma l-melanoma tista’ titfaċċa ħafna snin wara. Kif tagħraf tbajja’ kannella li ma jkunux kanċer minn dawk li huma jew jistgħu jiżviluppaw f’kanċer? Din hija dejjem deċiżjoni tat-tabib li, waqt li jeżamina dawn it-tbajja’, jaħseb fuq dawn il-kwalità tat-tbajja’: A, B, C, D u E, li bl-Ingliż insibuhom hekk:
Malignant
B - Border. Id-dawra ta’ barra trid tkun regolari u mhux imqabbża bħal dan ir-ritratt fuq il-lemin.
E - Evolving. Dan jiġifieri li wieħed għandu jinnota l-qies, il-forma, il-kulur, l-għoli kif ukoll jekk, meta tolqotha, joħroġx id-demm minnha. Dawn ikunu sinjali ta’ periklu.
BENIGN
Malignant
C - Colour. Meta l-kulur tattebgħa jkun l-istess (xellug), ikun inqas perikoluż minn meta dan ivarja bejn ċar u skur (lemin).
Qatt tasal għall-konklużjoni waħdek! Oqgħod attent u ċċekkja spiss u kellem tabib malajr jekk tara xi tebgħa li forsi ma kenitx hemm minn dejjem jew tara xi kambjament. Uri dawn it-tbajja’ lit-tabib tiegħek, żgħar kemm huma żgħar, u ħalli lilu jmexxik.
26 | Flimkien
Kont taf? Kif niktbu ċerti kliem • Illaħwa, kemm jaħraq! (Imma mbagħad niktbu: L-aħwa qablu bejniethom) • Illum sar jidlam malajr. (Tiktibx: il-lum) • Bħal-lum ġimgħa nsiefru. • Mil-lum ’il quddiem. • Sal-lum bqajna niġu. • It-tfal tal-lum donnhom itwal. • Iħobb jimxi la ġenba. (Tiktibx: laġenba) • Doris tilbes la Taljana. (Tiktibx: a la Taljana)
In-Nutar Medjevali Fost il-ħafna professjonijiet fil-Medju Evu kien hemm dik tan-nutar. Illum wieħed imur għand in-nutar biex, fost affarijiet oħra, jagħmel testment, ibigħ jew jixtri proprjetà, jew jieħu ġurament. Dan kien ukoll iseħħ filMedju Evu. Nistgħu narawh mid-dokumenti li fadal fl-Arkivji Notarili. Kien proprju fil-Medju Evu li bdew jiġu fformalizzati l-formularji. Minn dokumentazzjoni tas-seklu ħmistax insibu li minn kuntratt għal ieħor kien diġà hemm tip ta’ struttura fil-mod ta’ kif kienu jinkitbu l-kuntratti. Mill-kuntratti notarili nistgħu nieħdu idea ċara tal-ħajja ta’ kuljum tal-Maltin. Naraw x’doti kienu jħallu meta jiġu biex iwiegħdu lil uliedhom għażżwieġ jew kemm kienet tinkera biċċa art. Il-professjoni tan-nutar minn dejjem kellha rwol importanti fis-soċjetà. (Tagħrif miġbur minn Compagnia San Michele-Facebook.com/ compagniasanmichele.malta)
• Ladarba tibda, ikollok tkompli. (Imma mbagħad niktbu: Ma ġiex la darba u lanqas tnejn!) • It-tnejn imxew labranzetta. (Tiktibx: la branzetta) • Lembuba. (Tiktibx: lenbuba) • L-ewwel nett trid tiġi! (Hekk ukoll fl-aħħar nett, it-tieni nett, isfel nett – jiġifieri l-kelma ‘nett’ tibqa’ għaliha)
Tliet żwiemel famużi BUCEPHALUS (tfisser “ras ta’ barri”) kien iż-żiemel ta’ Alessandru l-Kbir. Kien żiemel enormi, iswed, bi troffa bajda fuq rasu, u għajnejh koħol. Alessandru biss irnexxielu jimmansah meta darba dawru jħares lejn ix-xemx għax induna li ż-żiemel kien qed jibża’ mid-dell tiegħu stess. Jingħad li miet ta’ 30 sena. Alessandru waqqaf belt għalih: Bucephala (illum fil-Pakistan). BABIECA kien iż-żiemel ta’ El Sid. Babieca tfisser “stupidu” għax missier El Sid ħaseb li ibnu kien jixraqlu żiemel aħjar. Akkumpanjah f’ħafna battalji tant li El Sid ried li jindifen fl-istess qabar miegħu. MARENGO kien iżżiemel griż ta’ Napuljun. Imsejjaħ hekk għallbattalja ta’ Marengo, naturalment mirbuħa minn Napuljun. Ġie ferut tmien darbiet u kien preżenti fil-battalji famużi ta’ Austerlitz u Waterloo. Miet ta’ 38 sena.
Lulju 2017 | 27 M iriam E ll u l PAĠN A L E T T E R A R J A
POEŻIJA REBBIEĦA
L-Irġulija Kien hemm xi darba kliem fuq l-irġulija: Mhux int li tgħodd, imma dawk ta’ madwarek. Kienu fl-antik jgħidulek b’qalb mimlija: “Inti lil dak ta’ ħdejk trid tħobbu bħalek!” Kont trid iġġorr il-bidu umli tiegħek. U jekk għax moħħok fond ilħaqt f’karriera, Dak li bdejt fih bilfors ridt terfgħu miegħek Għax jekk tinsieh iħarsu lejk biċ-ċiera. Illum mhux hekk! Biex tara l-irġulija, Fittex jekk trid forsi ssibha fil-baħar. Qarrieq trid tkun, it-triq dritta milwija. Aktar m’int diżonest aktar tiftaħar. Għidli min int, u ngħidlek bla tbatija Jekk f’qalbek hemmx xi farka ta’ tjubija. Orazio Cachia
Ibgħat novella jew poeżija qasira għal din il-paġna. Il-kitba li titla’ bil-polza tirbaħ żewġ kotba mingħand M erlin Publishers Ltd. Ibgħat preferibbilment bl-email hekk: flimkien@maltadiocese.org jew mirell60@gmail.com jew 29, Miramaki, Triq Biagio Galea, Tarxien.
Tgħid Għalija?... Ħoss ta’ kitarra mħallat maż-żiffa Għawdxija f’sajf qawwi u jaħraq t’Awwissu, iħennuni, waqt li nitpaxxa nisma’ l-melodija b’rittmu kawtiel ... min jaf hux għalija? Subgħajk twal jiżfnu u jaqbżu mal-kordi u n-noti li ħerġin minn qalbek jieħdu l-ħajja. B’għajnejk blu, mitlufin iħarsu ’l bogħod, kultant taħseb u titbissem ... u tħares lejja. It-tokki tal-ħin, il-kwiet, il-mużika ... flimkien iwennsuni ... u int mitluf tibqa’ ddoqq ... iddoqq ... u f’daqqa waħda titbissimli u jien ninduna, illi l-melodija hi biss għalija. Miriam Ellul
28 | Flimkien
Lo għ o b • C lau dia C i n i
Tisliba
Weqfin 1. Reliġjuża tgħix f’kunvent (4) 2. Dawn tal-lottu jew tal-flus (5) 3. Għaġin irqiq qisu spagetti (5) 4. Issellfu għal xi żmien (4) 5. Tniżżel il-baħar; tibda; tinawgura (5) 9. Alla Grieg tal-imħabba (4) 10 u 13 Wieqfa. Rakkont, ġrajja (6) 11. Porċellana (4) 13. Ara 10 Wieqfa 14. ----- Bonnici, skultur tal-Monument talIndipendenza fil-Furjana (5) 16. Jekk jaqbdek, kul! (5) 17. Ta gost, ingħoġob, ta pjaċir (5) 18. Tarf twil fil-libsa tal-għarusa (4) 19. Ħaxix tal-baħar (4)
1
3 4
Nota: GĦ u IE jieħdu kaxxa waħda
Mimdudin 1. Ringiela jew kju, bħal ta’ nemel wara xulxin (6) 4. Ġakketta ħoxna u twila għall-bard (4) 6. Tirqim, lixxar (6) 7. Wild il-baqra għadu taħt is-sena; għoġla (4) 8. Turi għażla bejn tnejn (3) 10. Qafel sew (6) 12. Perijodu, żmien, epoka (3) 14. Sett numri f’biljett tal-lottu (3) 15. Frotta safranija u sajfija (6) 18. Il-boss; kapitlu ta’ ktieb (3) 20. Ommu tagħmel il-qagħqiet fil-Milied! (4) 21. Tifsil bl-idejn qabel ħjata bil-magna (6) 22. Imma, però (4) 23. “Taqla’ fuq wiċċek u ------ vittorja.” Qawl li jfisser: Meta tiġik waħda ħażina imma tbellagħha lilek innifsek li xorta spiċċajt minn fuq. (6)
Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor Mimduda: 1. BARRUM, 4. FWAR, 6. ĠUMMAR, 7. NANI, 8. ĦIN, 10. AMORIN, 12. BBA, 14. BAR, 15. TRIPLU, 18. BIR, 20. TOGA, 21. IDEALI, 22. ASJA, 23. AVANZA. Weqfin: 1. BUĠI, 2. ROMEO, 3. MERĦI, 4. FANN, 5. RTIRA, 9. INRI, 10. ARA, 11. ROTI, 13. BLU, 14. BATRA, 16. RRIMA, 17. PRECA, 18. BAXA, 19. XITA.
2
6 4 3 2 5 7 1 1 7 2 4 2 9 7 6 4 5 6 4 3 1 8 7 5 6 9 3 7
Rebbieħ/a: M. Saliba, Ħal Qormi Irbaħ voucher mingħand Alfsons Supermarket, il-Ħamrun. Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar: Flimkien, Tisliba, P.O. Box 1, Il-Furjana
Sudoku
Imla l-vojt kollu b’mod li l-kolonni, il-linji u kull kaxxa ta’ disgħa jimtlew bin-numri 1 sa 9. Premju voucher ta’ 20 ewro li jissarraf għand Scotts Supermarket. Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar: Flimkien, Sudoku, P.O. Box 1, Il-Furjana.
Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor
1
4
2
9
8
6
5
3
7
8
5
6
7
3
2
9
1
4
9
7
3
5
4
1
6
8
2
5
2
9
1
6
7
8
4
3
6
3
4
2
9
8
1
7
5
7
1
8
4
5
3
2
9
6 9
4
8
1
3
2
5
7
6
3
6
5
8
7
9
4
2
1
2
9
7
6
1
4
3
5
8
Rebbieħ/a: L. Cassar, Ħal Luqa
C lau dia C i n i I ll u stra z z j o n i Ja n et V ella
Lulju 2017 | 29
Għalina t-tfal Qadddis tax-Xahar: Santa Marta • Marta (tfisser ‘Sinjura’, lady) kienet tgħix f’Betanja, qrib Ġerusalemm, flimkien ma’ ħutha Marija u Lazzru. • Fil-Vanġelu ta’ San Ġwann naqraw li “Ġesù kien iħobbhom lil Marta, lil oħtha u lil Lazzru.” Taħseb li Ġesù jħobbok ukoll? • Meta darba Ġesù mar iżurhom, Marta kienet imħabbta ħafna. Ġesù qalilha ma tinkwetax iżżejjed u tfittex l-aktar ħaġa li tiswa. X’kienet din il-ħaġa? • Kienet preżenti meta Ġesù qajjem lil ħuha Lazzru mill-mewt. Marta marret tilqgħu fit-triq u hu qalilha: “Jien hu l-qawmien u
l-ħajja. Kull min jemmen fija, ukoll jekk imut, jgħix; u kull min jgħix u jemmen fija, dan ma jmut qatt. Temmnu inti dan?” Marta weġbitu: “Iva, Mulej. Jiena nemmen li inti l-Messija, l-Iben t’Alla, dak li ġie fid-dinja.” Għid spiss it-talba sabiħa li qalet Marta. • Reġgħet kienet qed isservi wkoll waqt l-ikla li għamlu lil Ġesù f’Betanja dakinhar li Marija dilkitlu riġlejh u xxuttathomlu b’xagħarha. Inti tgħin fid-dar biex tħejji jew tiżbarazza l-mejda? • Il-festa tagħha niċċelebrawha fid-29 ta’ Lulju.
1.
Agħti kulur lill-istampa
2.
3.
4.
5.
Kompetizzjoni bi premju Wara li twieġeb, ifforma kelma bl-ittri li hemm fil-kaxxi s-sofor. 1. 2. 3. 4. 5.
Malta mdawra bih. Grada f’xi għalqa. Orbot il-kelb biha qabel toħorġu. Fiha torqod u tistrieħ. F’idejk għandek għaxra.
Ibgħat it-tweġiba flimkien mad-dettalji tiegħek hekk: Flimkien, Kompetizzjoni Tfal, P.O. Box 1, Il-Furjana. L-ewwel tweġiba tajba li tinfetaħ tirbaħ żewġ biljetti għall-In Guardia f’Forti Sant’Iermu. Tweġiba tax-xahar l-ieħor: EŻami Rebbieħ/a: S. Abdilla, Il-Mosta Santa Marta
M ax E hrma n n L-A ħħar Paġ n a
30 | Flimkien
Żewġ għanjiet Bi pjaċir kbir qed inġibu l-kliem ta’ żewġ għanjiet, miktubin mill-Prof. Oliver Friggieri. Jistgħu wkoll jitkantaw fuq il-melodiji indikati, imma sbieħ anki waħidhom bħala talb. Xi mkien madwari Kliem: Oliver Friggieri Titkanta fuq il-melodija ta’ ‘Amazing Grace’ Jien naf li ’l fuq mis-sħab hemm Int, mistoħbi w ħaj, Mulej, ma tongħos qatt u tgħasses biss fuq kulma ħlaqt b’idejk. Xi mkien madwari nisma’ l-ħoss tal-passi ta’ riġlejk, fuq spallti nħoss idejk ħelwin, nisimgħek tieħu n-nifs. Kull meta jien ikolli l-ferħ Int bħali tkun ferħan. Kull meta nxerred ħafna dmugħ Int tibki bħali wkoll. Kulm’għedtli darba ma nsejtux, erfajtu f’din il-qalb, inġorru miegħi fejn immur u nxandru lil kulħadd.
Inħoss idejk it-tnejn Kliem: Oliver Friggieri Mużika: attribwita lil Frederick Cook Atkinson (1841-1897) Inħoss idejk it-tnejn niżlin, Mulej, jistrieħu fuq spallejja li għejew, u l-għaxar swaba’ tiegħek mellisin jinfduni ħelu ħelu w jien nistrieħ. Fittixthom għal żmien twil idejk fid-dlam, u tul it-triq sewdiena ma sibthomx, u bqajt inħuf u nteftef ’l hawn u ’l hinn u fl-aħħar ħsibt li inti ma kontx hemm. Staqsejt għalik lin-nies matul il-jum, fittixtek bla serħan matul il-lejl, għalxejn stennejtek tixref minn xi mkien u l-għajta mnikkta tiegħi ma nstemgħetx. Idejk illum bħan-nida fuq il-ward missewni nkiss inkiss sa ma ndunajt, idejk ħelwin sabuni kif kont xtaqt u daħlet fija l-ħlewwa ta’ subgħajk. Ma bsartx, Mulej, li tul iż-żmien mudlam Int qatt ma kont ’il bogħod u kont fil-qrib, staħbejtli biex tarani nħoss il-baħħ u ridt tarani nfittex sa ma nsib. Idejk it-tnejn nifduni sew, Mulej, u niżlu ġewwa fija sal-qiegħ nett, mill-bir ta’ qalbi tella’ kulma trid għax kulma nħażen hemm tajthuli Int.
Lulju 2017 | 31
Ftit ċajt għal ħdejn il-baħar Raġel lil martu: Ma nafx kif int kapaċi tkun daqshekk sabiħa imma wkoll daqshekk stupida fl-istess ħin! Martu: Ħa nispjegalek. Alla ħalaqni sabiħa biex int tinġibded lejja. Għamilni wkoll stupida biex jien ninġibed lejk! (Din tagħmel sens biss bl-Ingliż) A man and his wife were having an argument about who should brew the coffee each morning. Wife: You should do it because you get up first. Husband: You should do it, because that is your job. Wife: No, it is in the Bible that the man should do the coffee. Husband: I can’t believe that! Show me. So she fetched the Bible, opened the New Testament, and showed him at the top of several pages that it indeed says ... ‘HEBREWS’. Raġel u martu kienu miksurin u waqgħu f’silenzju kbir bejniethom. Ir-raġel ftakar li l-għada kellu jqum fil-5:00am għax kellu jsiefer imma ma riedx jaqa’ għaliha u jkellimha hu l-ewwel. Qabad karta u kiteb: ‘Qajjimni fil5:00am’ u poġġieha fejn hi żgur issibha qabel torqod. Meta filgħodu r-raġel stenbaħ l-arloġġ kien qed juri d-9:00am. Irrabjat, qam biex jara għaliex ma qajmitux. Fuq karta żgħira ħdejn is-sodda tiegħu sab miktub: “Saru l-5:00am. Qum!” Għalliem: Walter, semmili xi ħaġa importanti ħafna li hawn fid-dinja llum li ma kenitx teżisti għaxar snin ilu. Walter: Jien!
Għalliema: Chris, qed ninnota li l-‘composition’ tiegħek ‘My Dog’ hija preċiż bħal ta’ ħuk. Min minnkom ikkopja? Chris: Ħadd, miss. It-tnejn ktibna fuq l-istess kelb! Tifla kienet sejra tiġri l-quddies u titlob, “Mulej, agħmel li nasal fil-ħin! Tħallinix nasal tard!” Fil-fixla, waqgħet u ħammġet u qattgħet illibsa. Qamet, tfarfret malajr u kompliet tiġri u kompliet titlob. Imma din id-darba qaltlu: “Mulej, jekk jogħġbok tħallinix nasal tard, imma ma kellekx għalfejn timbuttani minn wara!” Tfajla ċemplet lil aġenzija tal-ivvjaġġar. Tfajla: Tista’ tgħidli kemm tieħu ħin titjira minn Londra għal Sydney? Aġent: Sekonda waħda! Tfajla: OK, grazzi ħafna! U niżżlet it-telefon. Katekist kien qed jispjega l-għaxar kmandamenti lil tfal ta’ sitt snin. Kien għadu kemm fissrilhom il-kmandament ‘Weġġaħ lil missierek u lil ommok’. Katekist: Hemm xi kmandament li jgħallimna kif għandna nġibu ruħna ma ħuk jew oħtok? Bla ma qagħdet taħsibha fit-tul, tifla minnhom wieġbet: La toqtolx! John sema’ b’attenzjoni kbira l-istorja ta’ kif Alla ħalaq lil Eva mill-kustilja ta’ Adam. Il-jiem ta’ wara John deher imħasseb ħafna u qatta’ ħafna ħin fis-sodda. Omm: John, ġralek xi ħaġa dan l-aħħar? John: Għandi uġigħ f’ġenbi. Naħseb li se jkolli mara ftit ieħor.
FEELING FREE AT HOME
invest in comfort and safety for yourself or your parents
Exclusive local distributors of Stair Lifts, Recliners & Scooters
Tel: +356 21 252206 Email: info@liftservices.com.mt Website: www.liftsservices.com.mt Lifts Services Ltd , Factory A25F Marsa Industrial Park, Marsa, Malta