Newspaper Post
Marzu 2018 | Numru 160
Kurċifiss Imfarrak 8 X’kien ġara f’Bojayá? Għaliex Kristu bla jdejn u bla saqajn? U x’għandu x’jaqsam miegħi?
Ħames Lingwaġġi ta’ Mħabba 19 Liema huma? B’liema minnhom l-aktar li nitkellem jien? B’liema l-aktar nixtieq li ħaddieħor ikellimni? Fanal li ma jintefa qatt 14 Oliver Friggieri dwar ir-rumanz li Alla qed jikteb id f’id magħna. Attakk tal-ażżma 25 Kif inkun naf għandix l-ażżma? Kif nevita l-attakk? Hemm xi kura? Meta l-imħabba tibred 4 Il-messaġġ tal-Papa Franġisku għar-Randan. Il-Parabbola tas-Salib 30 In-nies gergru: Alla ma jafx x’inhi tbatija u ma għandux l-iċken idea ta’ dak li għaddejna minnu aħna!
BSL
Britannia Tours … il-vjaææ tiegœek jibda hawn! PELLEGRINAĠĠI ĠITI GĦAL LOURDES
3 T’IJIEM 29 ta’ Æunju - 2 ta’ Lulju, 6 - 9 ta’ Lulju, 13 - 16 ta’ Lulju, 20 - 23 ta’ Lulju, 27 - 30 ta’ Lulju, 3 - 6 ta’ Awwissu, 10 - 13 ta’ Awwissu, 17 - 20 ta’ Awwissu, 24 - 27 ta’ Awwissu, 31 ta’ Awwissu - 3 ta’ Settembru 4 T’IJIEM 2 - 6 ta’ Lulju, 9 - 13 ta’ Lulju, 16 - 20 ta’ Lulju, 23 - 27 ta’ Lulju, 30 ta’ Lulju - 3 ta’ Awwissu, 6 - 10 ta’ Awwissu, 13 - 17 ta’ Awwissu, 20 - 24 ta’ Awwissu, 27 - 31 ta’ Awwissu, 3 - 7 ta’ Settembru INŸURU Lourdes, Pont d’Espagne, Gavarnie, Artouste u El Portalet Il-prezz huwa bbaÿat fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludi t-titjiriet, lukanda, trasferimenti, servizzi ta’ tour leader u t-taxxi kollha (Kundizzjonijiet japplikaw). Valletta Branch - Tel: 2123 8039 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt
MINN
¢489
E d i tor j al • Du n A n to n P or t elli
Fil-għoli
I
r-ritratt fil-faċċata jfakkarni fit-tielet tentazzjoni ta’ Ġesù fid-deżert meta x-xitan ħadu fuq l-ogħla post tat-Tempju u qallu biex jintefa’ għal isfel ħalli jara l-anġli jiġux jilqgħuh. U Ġesù qallu, “Iġġarrabx lillMulej Alla tiegħek.” Imma ftakart ukoll f’kemm hu faċli għalina li naħsbu li lħaqna, li tlajna fil-għoli, li aħna fuq l-oħrajn, aqwa minnhom u huma nemel quddiemna. Mhux biss ma nitgħallmux mill-kliem ta’ Marija “Il-Mulej xerred lil dawk li huma mkabbra f’qalbhom” imma lanqas minn Humpty Dumpty li kellu rasu kbira u meta waqa’ ħadd ma kien kapaċi jtellgħu fuq iċċint fejn kien! U lanqas nitgħallmu minn tant nies li huma verament kbar, ta’ min jammirahom u ta’ min jikkupjahom, għax huma umli, għax għarfu li għandhom bżonn lil Alla f’ħajjithom, biex ikun magħhom u jweżinhom fil-ħidma kollha tagħhom. Hija s-suppervja li twasslek biex taħseb u tgħix mingħajr Alla fil-ħajja tiegħek u mimli biss bik innifsek, b’dak li inti, li wara kollox hu mogħti lilek mill-Mulej li jħobbok.
Drachma Parents Group
Marzu 2018 • Numru 160
Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u jitqassam b’xejn lill-familji Maltin. Biex tirriklama fuq Flimkien ċempel fuq 2137 4942 jew 7959 3727 Email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta Indirizz Editorjali Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali. Editur Carmel Conti
Grafika Outlook Coop
Stampar Velprint Ltd
K elma ta’ Fra nġ isku
Dirgħajn ħelliesa
Meta xi ħadd jagħmel pass imqar ċkejken lejn Ġesù, jiskopri li Hu diġà jkun qed jistennieh b’dirgħajh miftuħa. Dan hu l-mument biex lil Ġesù Kristu ngħidulu: “Mulej, tqarraqt u b’elf mod ħrabt minn imħabbtek, imma hawn jien mill-ġdid biex inġedded il-patt tiegħi miegħek. Għandi bżonnok. Ifdini mill-ġdid, Mulej, ilqagħni mill-ġdid fid-dirgħajn ħelliesa tiegħek.” Il-Ferħ tal-Vanġelu, paragrafu 3
Irtir għal persuni divorzjati jew miżżewġin ċivilment (u kull min hu interessat fis-suġġett)
Grupp ta’ sapport għal ġenituri Kattoliċi b’ulied gay jew trans. Il-laqgħat li jmiss:
8 ta’ Marzu 7pm sal-11 ta’ Marzu 3pm, Dar Manresa, Għawdex. Imexxi Fr Dominic Sultana.
Il-Ħamis 1 ta’ Marzu u il-Ħamis 5 ta’ April: Dar Nazaret, Ħal Tarxien fis-7:30pm.
Fid-dawl tal-eżortazzjoni ‘Amoris Laetitia’, dan l-irtir jista’ jkun ta’ għajnuna għal dawk li daħlu fi żwieġ ċivili kif ukoll għal Insara ddivorzjati li jixtiequ japprofondixxu l-ispiritwalità tagħhom u jidħlu f’dixxerniment personali. L-irtir intenzjonat għal dawk li jixtiequ min jifhimhom u jħoss magħhom kif ukoll li jisimgħu perspettivi li jistgħu jkunu ta’ ‘challenge’ għalihom. Għal aktar dettalji: info@mtsjoseph.org jew ċempel 22760000.
Il-Ħamis 15 ta’ Marzu u l-Ħamis 19 ta’ April: Mt St Joseph, Mosta fis-7:30pm. L-Erbgħa 4 ta’ April: Quddiesa fil-kappella taċ-Chaplaincy tal-Università, Tal-Qroqq fis7:30pm. Wara jkun hemm riċeviment żgħir. Ċempel 79442317 għal aktar tagħrif jew biex tirċievi b’xejn fuljett dwar is-suġġett.
4 | Marzu 2018
R A NDA N 201 8
Meta l-imħabba tibred Il-messaġġ tal-Papa Franġisku għar-Randan
N
ixtieq ngħin lill-Knisja kollha tgħix bil-ferħ u l-verità dan iż-żmien ta’ grazzja billi nħalli tnebbaħni espressjoni ta’ Ġesù: “Joktor il-ħażen, u għalhekk l-imħabba tibred f’ħafna” (Mattew 24:12). Is-sinjali li juruna li fina l-imħabba qed tintefa huma: (a) ir-regħba għall-flus li hi l-għerq ta’ kull ħażen (b) iċ-ċaħda ta’ Alla li ma tħalliniex infittxu l-faraġ fih, fil-Kelma tiegħu u fis-Sagramenti. Meta l-imħabba tintefa tidħol fina vjolenza kontra kull min narawh theddida għaċ‘ċertezzi’ tagħna: (a) it-tarbija li għadha ma twelditx (b) l-anzjan marid (ċ) dak li jgħaddi jżurna, jiġifieri l-barrani (d) il-proxxmu li ma jaqbilx max-xewqat tagħna. Anki l-ħolqien hu xhud sieket ta’ kif din l-imħabba qed tibred: (a) l-art ivvelenata miżżibel mormi (b) l-ibħra, anki huma mniġġsa, li jkollhom jgħattu l-fdalijiet ta’ tant nawfraġji tal-migrazzjonijiet sfurzati (ċ) is-smewwiet li huma mċarrta minn magni li jwaddbu xita ta’ għodod tal-mewt. L-imħabba tibred ukoll fil-komunitajiet tagħna. Sinjali l-iżjed ċari ta’ dan huma: (a) l-għażż egoista (b) il-pessimiżmu sterili (ċ) it-tentazzjoni li niżolaw ruħna (d) il-gwerer kontinwi li joqtlu l-aħwa (e) il-mentalità mondana li ġġegħelna nagħtu kas biss ta’ dak li jidher minn barra. Il-Knisja toffrilna f’dan iż-żmien tarRandan tliet rimedji: (a) it-TALB biex qalbna tiskopri l-gideb sigriet li bih inqarrqu bina nfusna u hekk infittxu l-faraġ ta’ Alla, li hu Missierna u jixtiqilna l-ħajja;
(b) il-KARITÀ għax din teħlisna mirregħba u tgħinna niskopru li l-persuna l-oħra hi ħuna u oħtna, u li dak li għandi qatt ma huwa tiegħi waħdi. Kull karità hi okkażjoni biex nieħdu sehem fil-Providenza ta’ Alla ma’ wliedu; (ċ) is-SAWM li jdgħajjef il-vjolenza tagħna, iżarmana, u hu okkażjoni importanti biex nikbru, jippermettilna nduqu dak li għaddejjin minnu dawk li jonqoshom imqar l-iktar meħtieġ u jesprimi l-qagħda tar-ruħ tagħna, imġewħa u għatxana għal Alla. Is-sawm jagħmilna iżjed attenti għal Alla u għall-proxxmu, ifakkarna li Alla biss jaqta’ l-ġuħ tagħna. Jekk l-imħabba donnha qed tintefa f’ħafna qlub, żgur li mhux hekk qed jiġri fil-qalb ta’ Alla! Fil-lejl tal-Għid ngħixu mill-ġdid irrit suġġestiv tal-mixegħla tal-blandun, mixgħul minn “nar ġdid”. Id-dawl naqra naqra jibda jkeċċi d-dlam u jdawwal lill-ġemgħa liturġika. “Id-dawl ta’ Kristu, li qam glorjuż mill-imwiet, mill-qalb u l-fehma tagħna jkeċċi d-dlamijiet” biex ilkoll nistgħu ngħixu mill-ġdid l-esperjenza tad-dixxipli ta’ Għemmaws. Jekk nisimgħu l-Kelma ta’ Alla u nitrejqu bil-Ħobż tal-Ewkaristija, il-qalb tagħna terġa’ lura għall-ħeġġa tal-fidi, it-tama u l-imħabba. Għal raġunijiet ta’ spazju kellna nqassruh ftit. It-test sħiħ bil-Malti qiegħed fuq issit elettroniku Laikos kif jidher hawn: http://www.laikos.org/Papa_Frangisku_ Messagg-Randan_2018_01112017.htm
M essaġ ġ tal-A rċ is q of
Marzu 2018 | 5
Żewġ żminijiet
K
emm nagħmlu sew li żmien ir-Randan neħduh b’serjetà kbira! Ta’ kull sena għal ħafna minna r-Randan hu ġrajja spiritwali li nesprimuha b’modi differenti. Wara kollox, Alla nnifsu għarraf lilu nnifsu ħafna drabi b’ħafna modi, iżda issa f’dan l-aħħar żmien huwa kellimna permezz ta’ Ibnu u fih wera min tassew hu. F’Ibnu huwa wera li hu Alla li jagħder, iħenn u jaħfer għax iħobb u, għax iħobbna, huwa jfittex li aħna nkunu ħaġa waħda miegħu, minn hawn sa fil-ħajja ta’ dejjem. Għalhekk ir-Randan huwa żmien qawwi ta’ grazzja. Bi Kristu hu jurina iżjed min tassew hu. Ma’ Kristu jgħinna ngħixu l-mixja tagħna lejn il-qawmien. Fi Kristu jgħaqqadna filfamilja tiegħu fuq din l-art fil-mixja tagħna lejn għaqda sħiħa miegħu u ma’ ħutna għal dejjem. Iżda r-Randan mhux għan fih innifsu, kif forsi kultant għandna t-tentazzjoni naħsbu. Marbut miegħu hemm iż-żmien tal-Għid, iż-żmien li fih, wara r-riflessjoni u l-indiema li tiġi minnha fir-Randan, issib il-milja tagħha l-hena tal-ħajja ġdida li Ġesù jipproponilna bil-Qawmien tiegħu mill-imwiet. Għax Alla tagħna mhux Alla tal-mejtin iżda Alla talħajjin, ħajjin li jgħixu mhux weħidhom iżda flimkien. Għalhekk dawn iż-żewġ żminijiet, tarRandan u tal-Għid, li normalment ngħixuhom
flimkien mal-Knisja kollha madwar id-dinja fl-istaġun tar-rebbiegħa, huma sinjal ta’ kuraġġ u tama li, minkejja d-diffikultajiet u t-tbatija, nistgħu ngħixu ħajja ġdida flimkien, ma’ Alla u mal-bnedmin l-oħra. Il-ħajja ġdida li tiġi mill-Qawmien ta’ Kristu mill-imwiet hija ħajja li twaqqa’ minn bejnietna l-ħitan tal-iżolament ta’ individwi, ta’ gruppi, ta’ għaqdiet, ta’ komunitajiet u ta’ soċjetajiet. Hija ħajja fejn it-tislima hija “Il-paċi miegħek!” Il-ħitan jinbnew matul is-snin, kultant għax irridu u kultant mingħajr ma nindunaw. Iżda għalina li nemmnu dawn ma jibqgħux swar għal dejjem. Ġesù qam u għeleb l-akbar sur: il-mewt. Miegħu huwa sieħeb lilna biex aħna wkoll negħlbu d-differenzi ta’ bejnietna, u mhux biss nagħdru u naħfru iżda nħennu u ngħożżu. Jalla kull Għid li niċċelebraw ikun pass ieħor fil-mixja tagħna fuq din l-art lejn issema pajjiżna. Jalla kull Għid ikabbar fina l-għożża lejn xulxin u għaqda iktar sħiħa biex dak li ngħixu b’qawwa kbira fir-Randan ikabbar fina l-għarfien ta’ kemm niswew quddiem Alla u kemm aħna prezzjużi għal xulxin. Nagħtukom il-barka pastorali tagħna. Charles J. Scicluna + Arċisqof ta’ Malta
from Starting
€8,999* per month or €180*
0%
DE AVA POSIT ILAB LE
*Prices include Scrappage Scheme Industrial Motors Ltd. 1, Antonio Bosio Street, Msida MSD 1341 Tel: 20160000 Mob: 99991666 Email: sales@suzuki.com.mt Mizzi Motors Ltd. Mgarr Road, Ghajnsielem, GSM 9016 Tel: 21556942 Mob: 99782000 Email: sales-gozo@mizzimotors.com.mt
www.suzuki.com.mt
Rexton inoX - the nearly invisible hearing aid The Rexton inoX™ click and fit is a completely-in-canal (CIC) loaded with the top hearing aid technology, TruCore™. Unlike other custom-fit hearing aids, inoX does not require an impression to be taken of your ear and sent in for manufacturing. Instead, inoX uses an innovative, comfortable soft sleeve to provide you with a quick and easy fit right in your hearing health professional’s office. They’re a quick and easy way to enjoy all the benefits of ultra-discreet CIC hearing aids with no wait.
• • • •
Impartial expert hearing advice Excellent after-care service FREE batteries
FREE hearing tests available Monday 12th MAR - Friday 23rd MAR
Money-back guarantee
Clear-Tone Hearing 360 St Joseph High Road Santa Venera, Malta
CLEAR TONE HEARING
Tel. 27040839 or Mob. 77771659 www.cleartonehearingmalta.com Rexton inoX Anzeige_ V3.indd 1
01.02.2018 16:45:59
C . B or da
8 | Marzu 2018
Il-Kurċifiss Imfarrak X’kien ġara f’Bojayá? Għaliex Kristu bla jdejn u bla saqajn? U x’għandu x’jaqsam miegħi?
M
agħruf bħala ‘Kristu Mfarrak’ jew ‘Kristu Iswed ta’ Bojayá’ (tinqara Boħàġa), dan il-kurċifiss hu simbolu tal-agħar massakru li qatt ġara fil-Kolombja, fl-Amerika ta’ Isfel. Il-kurċifiss kien preżenti waqt il-laqgħa ta’ rikonċiljazzjoni li għaliha attenda Papa Franġisku meta żar il-Kolombja f’Settembru li għadda. Huwa kurċifiss li anki tħares lejh biss ibeżżgħek. Fil-qrib hemm imnaqqax innumru 8,472,143. Dan hu n-numru talvittmi li mietu fil-gwerra ċivili li kissret mhux biss il-kurċifiss ta’ Bojayá imma numru kbir ta’ familji mal-pajjiż kollu. Imma x’ġara eżattament f’Bojayá? Għaliex Kristu tfarrak u spiċċa bla jdejn u bla saqajn? Fit-2 ta’ Mejju 2002, membri tarribelli tal-FARC tefgħu bomba tal-gass filknisja ta’ Bojayá fejn ħafna abitanti tal-post kienu daħlu għall-kenn għax kienu nqabdu fi sparatura bejn iż-żewġ naħat. Kien propju hemm ġew fejn seħħ il-massakru u mietu mal-mitt ruħ. Tfarrket statwa tal-Madonna u tfarrak ukoll il-kurċifiss li spiċċa bla jdejn u bla saqajn. Fl-2016 il-gwerilli tal-FARC
Il-kurċifiss imfarrak ta’ Bojayá
pubblikament talbu maħfra għall-istraġi li kienu wettqu. Fl-2017 ġie ffirmat ftehim u ntemmet il-gwerra ċivili. ‘Kristu Mfarrak’ jirrappreżenta l-pjanijiet u l-ħolm li jitfarrku, mhux biss tal-abitanti ta’ Boyajà imma anki tiegħi u tiegħek. Il-pjanijiet tagħna jitfarrku bil-mard għal għarrieda, bl-inkwiet li xi drabi donnu ma hemmx li jieqaf, bil-firdiet fil-familji. Kull meta jitfarrku l-ħolm u l-pjanijiet tagħna jkun qed jitfarrak ukoll il-Kurċifiss. Il-Papa deher kommoss meta sama’ l-istorja ta’ Luz Dary Landazury, vittma tal-isplużjoni, u li wara x-xhieda tagħha ppreżentat waħda mill-krozzi f’riġlejn il-kurċifiss. Kommoventi kienet ukoll l-esperjenza ta’ Juan Carlos Murcia (gwerilla tal-FARC) li tilef idu waqt li l-bomba li kien qed jipprepara splodiet f’idejh. Tkellmet ukoll il-Pastor Mira Garcia li barra milli qatlulha lil missierha, il-gwerilli FARC qatlu wkoll lil żewġha. Aktar tard bintha Sandra Paola nħatfet mill-FARC u nstabet mejta seba’ xhur wara. U bħallikieku dan ma kienx biżżejjed, qatlulha wkoll lil binha Jorge.
Il-kurċifiss merfugħ mill-abitanti tal-post
Il-knisja ta’ Bojayá mkissra bil-bomba
Marzu 2018 | 9
F’ġest inkredibbli ta’ maħfra, tlett ijiem biss wara d-difna ta’ binha Jorge, Garcia laqgħet f’darha lil żagħżugħ li nzerta ra r-ritratt ta’ binha fil-gazzetti u mar jistqarr magħha li hu kien wieħed mill-qattiela ta’ binha. Garcia poġġiet f’riġlejn il-kurċifiss il-qmis bajda li bintha Sandra Paola darba tat lil ħuha Jorge. Għalhekk il-‘Kurċifiss Imfarrak’ – imma wkoll kull kurċifiss – huwa simbolu wkoll tal-qawmien, tal-maħfra, tal-kuraġġ filmaltemp, tar-rikonċiljazzjoni. Il-Kurċifiss jgħinna biex minkejja li l-ħolm u l-pjanijiet tagħna xi drabi jitfarrku, aħna nistgħu ma nitfarrkux u ma nitkissrux magħhom. Kulħadd għandu l-Kalvarju tiegħu. Fuq il-Kalvarju kulħadd għandu r-roqgħa tiegħu. Il-Kalvarju mhux qiegħed biss f’Ġerusalemm. Il-Kalvarju huwa roqgħa fil-ħajja tiegħi u tiegħek. Qabel ma l-Papa għamel talba quddiem il-‘Kurċifiss Imfarrak’, qal: “Meta tara lil Kristu hekk, mutilat u ferut, tħossu jisfidak. Ma għandux aktar idejn u saqajn, veru, imma baqa’ jżomm wiċċu, u b’wiċċu qed iħares lejna u jħobbna. Kristu mfarrak biċċiet u amputat huwa għalina ‘Kristu aktar minn qabel’ għax jurina għal darba oħra li hu ġie biex ibati għalina u jbati magħna. Ġie wkoll biex jgħallimna li l-aħħar kelma mhijiex tal-mibegħda; ifakkarna li l-imħabba hi aqwa mill-mewt u mill-vjolenza.” Mira Garcia, li ħafret lil min qatel lil missierha, żewġha u ż-żewġ uliedha
It-talba ta’ Papa Franġisku quddiem il-Kurċifiss ta’ Bojayá O Kristu Iswed ta’ Bojayá O Kristu iswed ta’ Bojayá, li tfakkarna fil-passjoni u l-mewt tiegħek; flimkien ma’ jdejk u riġlejk kissrulek ukoll lil uliedek li kienu qed ifittxu l-kenn fik. O Kristu iswed ta’ Bojayá, li tħares lejna b’ħarsa ħelwa u b’wiċċ seren; tħabbat anki qalbek biex tiġborna fl-imħabba tiegħek. O Kristu iswed ta’ Bojayá, agħmel li nimpenjaw ruħna li nsewwu l-ġisem tiegħek, li nkunu riġlejk biex niltaqgħu ma’ ħutna fil-bżonn; inkunu dirgħajk biex ngħannqu lil min tilef id-dinjità tiegħu; inkunu jdejk biex inbierku u nfarrġu lil min jibki fis-solitudni. Agħmel li nkunu xhieda tal-imħabba tiegħek u tal-ħniena tiegħek bla tarf. Ammen.
Murcia, li qabel kien wieħed mill-gwerilli tal-FARC li għamlu l-bomba
Il-kurċifiss ‘iswed’ mill-qrib
10 | Marzu 2018
S . C ar d o n a Żgħażagħ
Iċ-ċagħka u x-xemgħa
N
athan spiċċawlu l-karti tal-printer. Ħareġ ġirja mid-dar qabel jagħlaq tal-ħanut għax ried jilħaq jipprintja l-‘assignment’ għal għada. Hu u sejjer iltaqa’ mal-kappillan, li fakkru fl-adorazzjoni għażżgħażagħ li kien se jkun hemm dakinhar aktar tard. Ra żejda din l-adorazzjoni għax ma tantx kellu aptit imur. Kien għad fadallu ħafna x’jagħmel u wara xtaq jara film. Imma aktar ma beda jsir il-ħin, ħass f’qalbu lil min jgħidlu: “U ejja mur l-adorazzjoni! M’int se titlef xejn b’daqshekk. Xejn xejn tiltaqa’ ftit mal-ħbieb u tieħu brejk minn dak li qed tagħmel!” U hekk għamel. Bi ftit sforz inħasel malajr, libes sew, għax barra kienet waqgħet ilkesħa, u mar il-knisja. Kif daħal il-knisja ra lil sħabu bilqiegħda fuq siġġijiet madwar l-artal quddiem Ġesù Ewkaristija. Poġġa ħdejhom. Flimkien mal-qassis żagħżugħ bdew idoqqu, ikantaw u jitolbu flimkien. Imbagħad il-qassis qalilhom: “Agħlqu ftit għajnejkom u aħsbu ftit fuq dak li qed itaqqalkom u jinkwetakom fil-ħajja tagħkom u li minħabba f’hekk moħħkom u qalbkom donnhom ma jistrieħu qatt.” U kompla jgħid: “Araw, dawk iċ-ċaqgħak li hemm fil-plattina qed jirrappreżentaw it-toqol u l-inkwiet tagħna lkoll. Min irid, jista’ jqum
jieħu ċagħka għal dik il-ħaġa li qed tinkwetah u jpoġġiha fuq l-artal quddiem Ġesù.” Dak il-mument Nathan kieku seta’ kien iqum u jaqbad iċ-ċagħak kollu għax ġewh ħafna mumenti fejn kollox kien qed iħoss bi tqil, bħal meta jiddejjaq l-iskola, meta jkollu xi jgħid ma’ sħabu, meta jixba’ d-dar, meta jibda jaqta’ qalbu, meta jqaxxar xagħru u ma jogħġbux, meta ma jkunx jaf jikkontrolla r-rabja tiegħu u joħloq problemi akbar. Dak il-ħin kull ċagħka riedha għalih u xtaq jaqbadhom kollha u jerħihom f’idejn Ġesù! Imbagħad għamlu ftit mumenti fis-skiet għad-daqq baxx tal-kitarra. Sadanittat il-qassis beda jixgħel xemgħat żgħar u jpoġġihom quddiemhom. Qalilhom: “Issa min irid jista’ jqum u jieħu xemgħa żgħira. Żommuha f’idejkom, u waqt li tħarsu lejn id-dawl tax-xemgħa, itolbu lil Alla jagħtikom id-dawl f’dak l-inkwiet li ħsibtu fih meta poġġejtu ċ-ċagħak fuq l-artal.” L-atmosfera ta’ talb kienet sabiħa u l-ħarsa fuq wiċċ kull wieħed kienet waħda ta’ paċi u trankwillità. Kif spiċċat l-adorazzjoni, Nathan sellem lil sħabu u mar lura d-dar kuntent. Ħass ċertu ferħ ġo fih u kien jaf li dak il-lejl se jorqod ħafna aħjar minn ġranet oħra. Issa qed jistenna b’ħerqa l-adorazzjoni li jmiss ixxahar id-dieħel!
12 | Marzu 2018
UU RĠ J AM P. M arcello G hirla n d o O F M S A L M I G Ħ LAILT K L JI U
L-hena ta’ min jaqla’ l-maħfra Is-Salm li Santu Wistin waħħal kopja tiegħu mal-ħajt quddiem is-sodda tiegħu u kien jaqrah u jitolbu kuljum.
Salm 32 Hieni l-bniedem li ħtijietu maħfura, li għandu d-dnub tiegħu mistur! Hieni l-bniedem li ebda ħażen ma jgħoddlu l-Mulej, u ma għandu ebda qerq f’qalbu! Jien bqajt sieket, u nfena ġismi, jiena u nokrob il-jum kollu. Għax lejl u nhar it-toqol ta’ idek fuqi; saħħti nfniet bħal bis-sħana tas-sajf. Id-dnub tiegħi jien stqarrejtlek, u l-ħażen tiegħi ma ħbejtulekx. Jien għedt: “Quddiem il-Mulej nistqarr ħtijieti.” U int ħfirtli l-ħażen tad-dnub tiegħi. Għalhekk kull min hu twajjeb lilek jitlob fi żmien in-niket. Jekk ifuru ilmijiet kotrana, lilu qatt ma jilħquh. Int kenn għalija, mit-taħbit tħarisni, iddawwarni u tferraħni bil-ħelsien tiegħek. Ngħallmek u nurik it-triq li għandek tieħu; inwissik, u nżomm għajnejja fuqek. Tkunux bla sens bħaż-żiemel u l-bagħal, li bl-ilġiem u r-riedni trażżanhom, biex jirnexxilek tiġbidhom lejk. Ħafna huma t-tbatijiet tal-ħżiena; iżda min jittama fil-Mulej jitħaddan bil-ħniena. Ifirħu, twajbin, u thennew fil-Mulej; għajtu bil-ferħ, intom ilkoll ta’ qalbkom safja.
Marzu 2018 | 13
Hieni l-bniedem li ħtijietu maħfura!
Min minna ma għandux l-esperjenza personali tiegħu tad-dnub u dak li jġib miegħu? Taħwid, firda, sens ta’ ħtija, mistħija, rimors, frustrazzjoni quddiem id-dgħufija mtennija matul il-medda ta’ ħajjitna, toqol, disperazzjoni, qtigħ il-qalb. Xi kultant il-vers 5 ta’ salm ieħor, Salm 51, bħal donnu jidwi kontinwament fil-fond tal-kuxjenza tagħna: “Id-dnub tiegħi huwa dejjem quddiemi!” U kemm inħossu biża’ biex nistqarru d-dnub tagħna! Imma stqarrija bħal din tista’ tkun għalina l-bidu ta’ esperjenza ta’ ferħ għall-maħfra. Hieni l-bniedem li ħtijietu maħfura! Mhux ta’ b’xejn allura li dan is-Salm huwa ‘aħbar tajba’, huwa ‘Vanġelu’, għal min jemmen li Alla huwa l-għajn talħniena u tal-maħfra tad-dnub tagħna u tal-għeruq kollha li dnubna jxenxel fil-ħajja tagħna. It-tradizzjoni Nisranija laqqmet dan is-Salm bħala ‘Ġabra tas-Salmi Penitenzjali’. Iżda mal-ewwel nindunaw li din l-għanja ta’ ferħ u tama ma tkantax xi għemil ta’ penitenza aħrax u lanqas ma tippreżenta lil Alla bħala xi mħallef iebes. Hieni l-bniedem li ħtijietu maħfura! Hija għanja ta’ ħelsien veru, ferrieħi u li jagħti l-ħajja. Hija l-istqarrija tad-dnub proprju – tant iebes biex nistqarruh xi kultant, għax dejjem nippreferu nippuntaw subgħajna lejn l-oħrajn – stqarrija tad-dnub quddiem Alla li l-unika xenqa qawwija tiegħu hija li jaħfer u jħobb bil-qawwa tas-Salib ta’
Ġesù! “Id-dnub tiegħi jien stqarrejtlek, u l-ħażen tiegħi ma ħbejtulekx. Jien għedt: ‘Quddiem il-Mulej nistqarr ħtijieti.’ U int ħfirtli l-ħażen tad-dnub tiegħi.” Hieni l-bniedem li ħtijietu maħfura! Il-maħfra ta’ Alla ssir għajn ta’ ħajja u għaqal. Hu proprju għalhekk li s-Salmista jgħaddi l-esperjenza tiegħu lill-oħrajn. Il-ferħ tal-maħfra jsir appell lilna: “Ngħallmek u nurik it-triq li għandek tieħu; inwissik, u nżomm għajnejja fuqek ... Tkunux bla sens bħaż-żiemel u l-bagħal.” Hieni l-bniedem li ħtijietu maħfura! Kemm hi sabiħa din l-istqarrija! U quddiem il-kuraġġ biex nistqarru dnubietna, fl-esperjenza qawwija ta’ ħtijiet maħfurin, min minna se jkun jixtieq jitlef il-paċi tal-qalb li jagħti l-Mulej? “Min jittama fil-Mulej jitħaddan bil-ħniena. Ifirħu, twajbin, u thennew fil-Mulej; għajtu bil-ferħ, intom ilkoll ta’ qalbkom safja.” Quddiem ‘l-aħbar it-tajba’ ta’ dan isSalm issir qawwija l-kelma tal-Appostlu Ġakbu fl-Ittra tiegħu (kap 5 vers 16) f’dan iż-żmien tar-Randan fejn jgħid: “Stqarru wieħed lill-ieħor in-nuqqasijiet tagħkom u itolbu għal xulxin, biex hekk tfiqu.” Jingħad li Santu Wistin kellu għal qalbu ħafna dan is-Salm tant li waħħal kopja tiegħu mal-ħajt quddiem is-sodda tiegħu. Kien jaqrah u jitolbu bid-dmugħ u jsib fih sliem u faraġ kbir, speċjalment waqt l-aħħar marda tiegħu. Għax hu biss il-Mulej li jista’ “idawwarna u jferraħna bil-ħelsien tiegħu.” Tassew li “Hieni l-bniedem li ħtijietu maħfura!”
O li v er F riggieri
14 | Marzu 2018
Fanal li ma jintefa qatt Ir-rumanz li Alla qed jikteb id f’id magħna.
H
emm l-antik li għadda, u hemm ilmodern li ninsabu fih issa. Hemm fuq kollox dak li hu kostanti, stabbli, ma jitbiddilx. Hemm l-etern: il-fatt li l-bnedmin ta’ kull żmien għandhom quddiemhom l-istess sfida li hi eqdem mill-antik, aktar moderna mill-modern, “kontroversjali” l-ħin kollu. L-etern: Alla, il-fidi, l-imħabba, il-mewt, l-eternità. Il-kultura dominanti ta’ żmienna sikwit tkeċċi lil Alla miċ-ċentru. Ninsabu f’epoka li nsiet is-sens veru tal-eżistenza. Donnu kollox jitbiddel! Iżda aħna nistgħu noħolqu wkoll kultura moderna li tfakkar f’dak kollu li hu essenzjali, aqwa miż-żmien. Kultura li tagħraf l-għeruq li qegħdin jitqaċċtu, u li tagħti tama lil żmienna, li hu żmien teknoloġiku u barbaru, komdu u fqir, sodisfatt bil-bravura tax-xjenza, imma xorta waħda inkwetat, imħasseb dejjem dwar l-istess problema ta’ kull seklu: Għalfejn qegħdin ngħixu? Għala jeżisti l-uġigħ, mittwelid sal-mewt? Il-bniedem li jfittex lil Alla hu l-bniedem li se jsibu żgur, u hu ċert li hemm tweġiba. Inkella hemm biss diżappunt traġiku. Din hi l-istorja ta’ ħajjitna, u hi rumanz li Alla jikteb id f’id magħna. Hi vjaġġ lura lejn l-għeruq li fadal, ’il quddiem lejn it-tama. Vjaġġ tagħna li aħna konvinti li taħt l-assurdità ta’ din il-ħajja hemm bilfors is-sens. Taħt it-tbatija ta’ issa hemm il-ferħ ta’ għada. Misteru li jista’ jiftiehem, rumanz li niktbuh flimkien ...
bħal storja li għandha skop, bħal mixja lejn xi mkien. Mixja lejn xi Ħadd: HU li hu modern u dejjem ġdid, ilbieraħ, illum u għal dejjem. Billejl, f’baħar imqalleb, hemm dejjem Fanal li ma jintefa qatt, u dejjem sod l-istess, minkejja l-mewġ. Ħajjitna hi tassew rumanz bi skop. Il-prova tal-bnazzi tinsab fil-maltemp. Din hi l-wegħda eterna Tiegħu. Kelma li Hu wiegħed li se jżommha. Rumanz reliġjuż modern.... Oliver Friggieri huwa l-awtur, fost ħafna xogħlijiet oħra, ta’ tliet rumanzi: It-Tfal Jiġu bil-Vapuri, La Jibbnazza Niġi Lura, Dik id-Dgħajsa f’Nofs il-Port. Dawn jiffurmaw triloġija, storja waħda, dwar l-għeruq reliġjużi ta’ Malta, u dwar it-twemmin f’Alla bħala l-uniku sens tal-ħajja moderna, Alla bħala s-suġġett ta’ rumanz modern.
Treat yourself to our
Triple One Term Deposit
‌as simple as that
Call 21226644 to book an appointment or visit your nearest branch.
The Triple One Term Deposit is denominated in Euro. Minimum deposit is â‚Ź1,000. Capital fixed for 1 year. No fees. 1% p.a. interest (*Gross of tax) payable monthly, quarterly, semi-annually, or at maturity. Approved and Issued by APS Bank Ltd, APS Center, Tower Street, Birkirkara 4012. Offer is valid until fully subscribed or at the discretion of the Bank. APS Bank Limited is licensed to undertake the business of Banking and to conduct Investment Services business by the Malta Financial Services Authority and is enrolled in the Tied Insurance Intermediaries List under the Insurance Intermediaries Act 2006. The Bank is a participant in the Depositor Compensation Scheme established under the laws of Malta. Terms and Conditions apply. These Terms and Conditions are available upon request.
Sejħa għal kitbiet bl-Ingliż
Call for writings in English Have you ever written something but kept it in your drawer? Have you ever thought of writing something but never did? We are currently looking for writings and images which somehow speak faith. A story, a reflection, a graphic, a painting, a photo. This initiative is open to people of all ages. Those who are under 18 need to include a consent form from their parents/guardians to participate. Both lay and consecrated people can apply. Writings can be short or long (about 700 words). Graphics preferably in .jpg or .png version. Eligible works will appear in the website Universe of Faith. A suggested list of topics can be found in www. universeoffaith.org/search.php. If you so not wish that your name be published, kindly indicate. Universe of Faith is a website which offers you an opportunity to be accompanied in your faith through a virtual medium. It isparticularly aimed at young Catholics who consider themselves as believers but who do not consider themselves as belonging to the Church and to those who see themselves as somehow ‘Christian’ but do not see themselves as believing what the Church believes. Universe of Faith is an initiave of the Pastoral Formation Institute. Send us your material on hello@ universeoffaith.org or contact us through private message on the Facebook page Universe of Faith – Never Stop Searching by the end of June 2018.
NEED ASSISTANCE? WE’RE ALL IN!
Your care, our passion
OFFERS A UNIQUE STANDARD OF CARE TO SUPPORT YOU, YOUR FAMILY AND THE COMMUNITY
THE SERVICES WE OFFER: Elderly (Frail and/or Dementia) Physical Disability - Learning Disabilities Palliative/Terminal Care; End of life; Continuing care; Intermediate care (for service user coming from hospital to home) Hospital (acute, mental and community) Live-in-care caring for children and young people (with health needs or complex and challenging behaviour
WE ARE RECRUITING! - WE OFFER A REWARD SYSTEM THAT PAYS YOU HIGHER! TRAINING OPPORTUNITIES
Over 30 years of services in the UK. Call us today and take advantage of our expertise!
CONTACT US
2144 8837 9912 8988 info@realcareworld.com realcareworld.com
Ħ A M E S L I N G WAĠĠ I
Marzu 2018 | 19
Il-Ħames Lingwaġġi ta’ Mħabba X’inhuma dawn il-lingwaġġi? B’liema minnhom l-aktar li nitkellem jien? B’liema l-aktar nixtieq li ħaddieħor ikellimni?
X
’jgħinek tħossok maħbub? Forsi meta xi ħadd ifaħħrek? Jew meta xi ħadd ikun lest iqatta’ ftit ħin miegħek? Inkella meta jagħtuk xi rigal jew xi tgħanniqa? Jista’ jkun li tħossok maħbub meta xi ħadd ikun lest jagħmel xi ħaġa, anki xi ħaġa ordinarja, bħal jgħaddilek il-ħwejjeġ jew jagħmillek kikkra te tajba? Int u jien għandna xewqa kbira ġo fina li nħossuna maħbuba għal dak li aħna. Imma biex inkunu kapaċi nagħtu jew nirċievu din l-imħabba rridu nitgħallmu ‘nitkellmu’ billingwaġġ adatt tal-imħabba. Dan il-lingwaġġ mhuwiex għal kulħadd l-istess. X’inhuma dawn il-lingwaġġi ta’ mħabba? Huma l-mod kif jien nesprimi l-imħabba tiegħi lejn ħaddieħor jew kif ħaddieħor jesprimi mħabbtu lejja. Jeżistu ħames lingwaġġi ta’ mħabba: kliem ta’ affermazzjoni, ‘quality time’, ir-rigali, li naqdu lil xulxin, li ‘immissu’ lil xulxin. Illum
se nitkellmu fuq l-ewwel lingwaġġ: kliem ta’ affermazzjoni. Aħna lkoll nieħdu pjaċir meta jfaħħruna għax inkunu għamilna xi ħaġa tajba. Meta jfaħħruna nħossuna apprezzati, inħossuna li niswew, rikonoxxuti. Agħmel din ma’ wliedek, u tarahom kif jiffjorixxu. Agħmilha ma’ żewġek jew martek u tarah iħossu kunfidenti fih innifsu. Għal xi wħud minna dan hu l-aktar lingwaġġ importanti, aktar mil-lingwaġġi l-oħra, l-aktar wieħed li ‘jinftiehem’ sew meta nirċevuh kif ukoll l-aktar wieħed li nafu ‘nagħtu’. Kliem pożittiv: Uża kliem li ‘jibni’ mhux li jkisser lil żewġek jew martek jew uliedek. Kumplimenti bħal “Kemm tixraqlek dik illibsa” jew “Tassew grazzi ta’ kulma tagħmel għall-familja” huwa lingwaġġ qawwi ħafna ta’ mħabba, basta jkunu kliem sinċier u mhux fil-vojt.
20 | Marzu 2018
Kliem ta’ inkuraġġiment: Kliem ta’ inkuraġġiment jgħinna nagħmlu anki dak li qatt ma ħsibna li kapaċi nagħmlu. Dan jgħodd speċjalment fil-każ tat-tfal: “Grazzi talli xxuttajt il-platti llum” jew “Prosit ta’ dik it-tpinġija.” Nistgħu nesprimu l-imħabba tagħna bi kliem bħal “Inħobbok” speċjalment meta ngħiduha b’ton ta’ ħlewwa u tenerezza. Il-kelma “Inħobbok” tinstema’ isbaħ meta tgħidha milli tiktibha f’xi sms, imma l-importanti li tkun kelma li nużaw spiss u li tkun sinċiera. Ħaġa tajba li toqgħod tfaħħar iżżejjed? Tifħir ‘żejjed’ u li ma jkunx sinċier iwaqqa’ l-valur tal-inkuraġġiment. Imma fil-verità, kieku kellek tgħodd u tiżen sew il-kliem li ngħidu żgur li ssib li ngħidu ħafna aktar kliem li jmaqdar, ikisser, jiżżuffjetta u ‘joqtol’ lill-oħrajn milli kliem li jfaħħar u jibni. Żgur li ħafna minna niftakru kliem li qalulna meta konna żgħar u ġegħluna nħossuna umiljati u kkundannati, bħal: “Int ma tiswa xejn!” Ħafna adulti għandhom ‘self-esteem’ baxx ħafna propju għax irċevew ħafna kliem negattiv meta kienu żgħar. Bla ma nindunaw, ħafna drabi nsibu ruħna nirrepetu kliem bħal
Aħseb ftit Issibha diffiċli tirċievi kliem ta’ affermazzjoni? Għaliex? Tuża kliem ta’ affermazzjoni ma’ żewġek / martek / uliedek?
dan u l-ħin kollu nikkritikaw lil xulxin jew lil uliedna. Kliem negattiv ikisser, waqt li kliem ta’ affermazzjoni jibni l-kunfidenza u jgħinek tħossok maħbub. Tajjeb niftakru fir-regola tad-deheb li tgħodd għal kull relazzjoni: għal kull kelma jew azzjoni negattiva li nagħmlu, nippruvaw ‘inpattu’ billi ngħidu jew nagħmlu ħamsa pożittivi! Kelma dwar il-maħfra: Meta xi ħadd juża kliem aħrax magħna, aħna nħossuna rrabjati u mweġġgħin. Ħaġa waħda biss tista’ twaqqaf din il-katina ta’ kliem negattiv u ma tħallihiex tibqa għaddejja u tintiret: il-maħfra. Il-maħfra teħilsek mill-weġgħa u r-rabja u ma tħallihomx jikluk u jkissruk. Meta taħfer ma tkunx qed tħalli l-imġiba ta’ ħaddieħor tkissrek u tiddettalek x’għandek tagħmel. Il-maħfra tgħinek tgħix ħajtek trankwill u tħobb lill-oħrajn. Speċjalment jekk il-ferita tkun fonda u antika, jista’ jkollok bżonn għajnuna minn persuni professjonali biex tasal biex taħfer. F’April se nitkellmu dwar it-tieni lingwaġġ ta’ mħabba: ‘Quality Time’.
22 | Marzu 2018
TA Ħ B I L I L- M O Ħ Ħ
X’kulur hu l-kappell?
E
rba’ priġunieri jinsabu midfuna sa għonqhom fir-ramel. Ma jistgħux jiċċaqilqu jew jikkomunikaw bejniethom. Jistgħu biss iħarsu ’l quddiem. Bejn A u B hemm ħajt tal-ġebel li minnu ma tistax tara. Jafu li bejniethom hemm żewġt ikpiepel suwed u tnejn bojod. Ma jafux il-kulur tal-kappell li lebsin huma stess. A jista’ jara biss il-parti tiegħu tal-ħajt. Hekk ukoll B. Ċ jista’ jara lil B, filwaqt li D jista’ jara lil B u lil Ċ. Jinħelsu kollha jekk jekk wieħed minnhom – u wieħed minnhom biss – fi żmien 10 minuti jgħid il-kulur tal-kpiepel kollha, inkella jinqatlu. Mistoqsija: Min minnhom tkellem? Kif seta’ jkun 100% ċert dwar il-kulur tal-kappell tiegħu stess meta ma setax jarah?
Tweġiba: Kien Ċ li tkellem u qal li kellu kappell iswed. Nassumu li kulħadd irraġuna tajjeb, kemm A, B u D bilfors ikkonkludew li ma setgħux jitkellmu għax ma kellhomx biżżejjed informazzjoni. Meta Ċ jara li ħadd minnhom ma tkellem, allura jikkonkludi li hu biss seta’ jitkellem. Dan ifisser li: D jista’ jara lil Ċ (kappell iswed) u B (kappell abjad), imma ma jistax jikkonkludi x’kulur għandu hu stess. A u kemm B ma jistgħu jaraw lil ħadd milloħrajn għax quddiemhom għandhom ħajt u ma jistgħux jaraw il-kappell tagħhom stess. Kieku D (li kien warajh u seta’ jara lil B u lil Ċ) kien qed jara li B u Ċ kienu lebsin abjad allura
X’ġara minn Romeo u Giulietta?
Romeo u Giulietta nstabu mejta fl-art f’villa f’Verona. Ħdejhom instabet vaska tal-ħġieġ imkissra. Ebda marka ta’ vjolenza u ma mitux ivvelenati. Kif setgħu mietu jew inqatlu? Tweġiba: Romeo u Giulietta kienu żewġ ħutiet tal-ilma ħelu li l-vaska tagħhom inqalbet minn kelb naqra goff hu u għaddej jiġri. (L-ismijiet famużi ta’ żewġ bnedmin li dwarhom nafu l-istorja setgħu tefgħuk fuq triq żbaljata. Min qallek li dawn it-tnejn kienu tal-istorja ta’ Shakespeare?)
kien jikkonkludi li hu kien liebes iswed. Imma ġaladarba D kien baqa’ sieket, mela bilfors li hu (Ċ) kien liebes l-iswed għax B (ta’ quddiemu) kien liebes kappell abjad. Jekk ġibt din, inti wieħed mill-ftit! Prosit!
A
B
Ċ
Sitt tazzi
D
Sitt tazzi tax-xorb f’ringiela wara xulxin. L-ewwel tlieta mimlijin, it-tlieta l-oħra vojta. Kif tista’ tmiss u ċċaqlaq waħda biss minnhom b’mod li l-ebda tazza mimlija ma tibqa’ ħdejn oħra mimlija, u l-ebda tazza vojta ma tkun ħdejn vojta oħra? Tweġiba: Aqbad it-tazza mimlija tan-nofs. Żvujta l-ilma fit-tazza vojta tan-nofs, u erġa’ poġġiha f’postha!
Marzu 2018 | 23
Il-Maratona tal-Missio Maratona oħra għall-missjoni? Kemm ilu li saret waħda? Ngħiduha, qatt mhu biżżejjed li tiġbor għall-missjoni, għalkemm tajjeb li jkun hemm kordinament u li ma nkomplux inżidu, għax in-nies jiddejqu – u jkollhom raġun!
I
mma, allura x’inhi Missio? Missio jirreferi għall-Opri Missjunarji Pontifiċji. Dawn ilhom Malta għal madwar 90 sena iżda jinsabu fid-dinja kollha. Il-Papa, jew aħjar il-Knisja, tistrieħ fuqhom biex twassal il-Vanġelu fl-artijiet tal-missjoni u biex turi solidarjetà mal-bniedem fil-bżonnijiet u l-ħtiġijiet kollha tiegħu. Missio jfisser: • 1,150 djoċesi missjunarja fl-Afrika, fl-Asja u fl-Amerka ta’ Isfel. Hemm ftit ukoll fl-Oċeanja u fl-Ewropa tal-Lvant. Dawn kollha jirċievu fondi minn Missio. • Mijiet ta’ seminarji, fejn hemm eluf ta’ seminaristi u studenti reliġjużi ġejjin minn familji fqar, li jiddependu minn boroż ta’ studju miġbura minn Missio. Missio (Malta) jgħin 6 seminarji fl-Indja u 2 flAfrika, kif ukoll diversi djar tar-reliġjużi fil-missjoni. • Eluf ta’ tfal sponsorjati biex imorru l-iskola. • Mijiet ta’ orfanatrofji u djar tat-tfal immexxija minn komunitajiet ta’ sorijiet u lajċi impenjati. • Xelters u djar għall-anzjani u persuni b’diżabiltà. • Eluf ta’ proġetti bħal: bini ta’ knejjes u kappelli, tħaffir ta’ bjar, xiri ta’ mediċini u ħlas ta’ kura medika lill-morda fid-djar, finanzjar ta’ tmexxija ta’ sptarijiet u kliniċi, bini ta’ rziezet, twaqqif ta’ stazzjonijiet tarradju u oħrajn.
Missio jfisser dan kollu. U dan ftit minn ħafna! U hu propju għalhekk il-Maratona tad19 ta’ Marzu, minn nofsinhar sa nofsillejl. X’inhi l-mira tagħna? Mitejn elf ewro? Nofs miljun? Miljun? L-impenn ta’ Missio huwa enormi u għalhekk ma nistgħux insemmu ċifra. Iktar ma tkun kbira, iktar nistgħu nagħtu dinjità lil bnedmin li d-distribuzzjoni inġusta li għadha twaħħax fid-dinja tagħna qiegħda ċċaħħadhom minnha. Nhar it-Tnejn 19 ta’ Marzu ejjew biddonazzjoni tagħkom fil-WE Media Studio minn fejn ser tixxandar il-Maratona. Organizzaw xi attività jew agħmlu ġbir flgħaqda jew fil-familja tagħkom jew ċemplu u agħmlu donazzjoni. Tistgħu wkoll tagħmlu kontribuzzjoni ‘online’ fuq is-sit: www.missio.org.mt. Grazzi mill-qalb lil kull min ser jgħin ilMissjoni bl-offerta tiegħu. U grazzi wkoll lil dawk kollha li se jaħdmu biex din il-Maratona tkun xhieda oħra tal-qalb ġeneruża talMaltin u l-Għawdxin.
FLEXORIN GEL huwa emulsjoni li hija fformulata speċifikament biex i�affi l-uġigħ tal-muskoli u anke tal-ġogi. Li jaghmel FLEXORIN GEL speċjali hu l-fa� li dan il-prodo� mhux xi ingwent ordinarju li hawn ħafna bħalhom fuq is-suq, iżda emulsjoni ta’ żejt u ilma mħall�n flimkien biex b’hekk ikun jista’ jippenetra l-ġilda (li ukoll hi magħmula minn saffi ta’ żejt u ilma) aħjar u b’mod ħafna aktar mgħaġġel. Minħabba din ir-raġuni, FLEXORIN GEL kapaċi jilħaq ferm aħjar tessu� (�ssues) fil-ġisem li jistghu jibbenefikaw mill-ingredjen� a�vi (ac�ve ingredients) li mgħammar bih FLEXORIN GEL Barra mill-fa� li FLEXORIN GEL jippenetra l-ġilda malajr, FLEXORIN GEL mgħammar b’si� ingredjen� li huma xjen�fikament ippruva� li jtaffu l-uġigħ u in�ammazzjoni. Għaldaqstant, FLEXORIN GEL joffri serħan mill-uġigħ u jtaffi l-in�ammazzjoni mill-ewwel. FLEXORIN GEL jista’ jiġi applikat sa tliet darbiet kuljum, huwa kklassifikat bħala medical device u għalhekk ma għandux bżonn preskrizzjoni tat-tabib.
FLEXORIN GEL jista jinxtara minn spiżeriji ewlenin madwar Malta w Għawdex u mill-Europharma Medical Centre, Triq Salvu Psaila, B’Kara Tel: 23859211 ; 23859272 info@europharma.com.mt
Dot t. G o d fre y Agius S aħħi t n a
Marzu 2018 | 25
Attakk tal-ażżma
F
Kif inkun naf għandix l-ażżma? X’nista’ nagħmel biex nevita l-attakk? Hemm xi kura?
’Marzu tibda r-rebbiegħa, u meta ssemmi r-rebbiegħa ssemmi l-‘hay fever’ li magħha tiġi l-ażżma. Il-‘hay fever’ jattakka kullimkien: ħakk fl-għajnejn u dawn idemmgħu, ħakk fil-ġilda u din tiħmar u tintefaħ, ‘rashes’, imnieħer imblukkat u jqattar, minn quddiem joħroġ qisu ilma u minn wara jqattar fi griżmejk u jagħtik dik ix-xerqa antipatika. U jekk ifettillu jinżel ftit aktar ’l isfel dan iġib l-ażżma, fejn wieħed ikollu nifsu maqtugħ, in-nifs isaffar u tħoss bħal għoqda fis-sider u ma tkunx tista’ tieqaf tisgħol. Jekk ikollok ħafna qtugħ ta’ nifs, anki biex titkellem, swaba’ jew xufftejk blu, u dawn ma jirranġawx bl-‘inhaler’, trid tmur l-isptar biex jgħinuk bl-ossiġnu u l-mediċini fil-vina biex jiftħulek il-bronki. Il-kawża ta’ kollox tkun xi forma ta’ allerġija. Meta l-mikrobi jsibu t-triq mifruxa, dawn jagħmlu festa u jkollna konġuntivite, sinożite, bronkite u anke bronkite ażżmatika, li tista’ tiġi kkumplikata u ssir pulmonite. X’inhi l-ażżma? L-ażżma hi kundizzjoni fejn il-pajpijiet li jwasslu l-arja minn barra għal ġol-pulmun jidjiequ, l-ewwel nett bi spażmu tal-muskoli li hemm fil-pajpijiet tal-pulmun kif ukoll minn kwantità akbar
ta’ ‘mucus’ li jifforma bħala reazzjoni għall‘allergens’. Dan jikkawża qtugħ ta’ nifs u tisfir fis-sider. Għall-ażżma ma hemmx kura permanenti, iżda tant nafu fuq din ilkundizzjoni li tista’ tikkontrollaha faċilment u tgħix ħajja kompletament normali qisek ma għandek xejn. X’nista’ nagħmel? Evita li tiltaqa’ mal‘allergen’ li jkun qed iġib l-attakk tal-ażżma. Pereżempju, jekk taħdem f’post tax-xogħol fejn hemm kimiki jew trabijiet li jġibu l-ażżma, ilbes il-maskra tan-nifs. Tpejjipx, għax is-siġaretti iġibu l-ażżma lilek u min ikun ħdejk (‘passive smoker’). Il-ħxuna żejda hija ukoll assoċjata mal-ażżma. Kif inkun naf għandix l-ażżma? Trid tagħmel xi testijiet tan-nifs biex tkun taf kemm hi dieħla u ħierġa arja fil-pulmun. Isiru wkoll testijiet tal-allerġija biex tkun taf għal xiex int allerġiku, bħad-duħħan tas-sigaretti jew ta’ xi żebgħa, ‘sprays’ tax-xagħar, trab, ‘pollens’, moffa, ħxejjex, fjuri, rix, pil tal-annimali, xi mediċini, xi ikel bħall-karawett, il-bajd u l-ħut. Jekk issib li għandek l-ażżma, irranġa mat-tabib u agħmlu pjan ta’ kura bil-mezzi ta’ prevenzjoni, kura ta’ kuljum bil-mediċini (bħal ‘inhalers’) biex tevita l-attakki, u kun af x’għandek tagħmel waqt l-attakk. Millesperjenza nista’ ngħid li aktar ma l-attakk tal-ażżma tilħqu fil-bidu, aktar tikkontrollah malajr. Tittraskurax l-attakk għax dan jista’ jiggrava u jkun fatali wkoll. Ibgħat il-mistoqsija tiegħek lit-tabib bil-posta: Flimkien, Saħħitna, P.O. Box 1, Floriana jew bl-email: flimkien@ maltadiocese.org
GRAZZI LILL-QARREJJA KOLLHA TA’ FLIMKIEN Grazzi mill-qalb lil dawk il-qarrejja li bagħtulna d-donazzjoni tagħhom biex inkopru parti mill-ispejjeż biex noħorġu l-magazin FLIMKIEN kull xahar. Grazzi tal-ġenerożità tagħkom li weġibtu għall-appell li għamilna fil-ħarġiet li għaddew. Min-naħa tagħna naċċertawkom li se nkomplu nagħmlu ħilitna biex il-magazin jibqa’ jaqdi l-iskop tiegħu li hu li jwassal ilvaluri umani u l-valuri Nsara fid-djar tal-familji Maltin.
Irtir għall-familji Tixtieq jumejn għall-kwiet biex tiltaqa’ mal-Mulej iżda ma tafx ma’ min ser tħalli t-tfal żgħar? Dan l-irtir hu opportunità biex issib oażi ta’ kwiet għax ikun hemm ‘child minders’ li jorganizzaw attivitajiet għat-tfal kif ukoll reflessjonijiet addattati għalihom biex anke huma jibdew jagħrfu lil Alla bil-mod tagħhom. Ikun hemm riflessjonijiet fil-grupp, talb personali u talb bħala familja. Bejn il-Ġimgħa 2 ta’ Marzu 7pm u l-Ħadd 4 ta’ Marzu 3pm Mount St Joseph Retreat House, Tarġa Gap, Mosta. Imexxu Fr Pierre Grech Marguerat sj u Cristina Spiteri. Għal aktar dettalji: info@mtsjoseph.org jew ċempel 2276 0000.
Logħob • C lau d ia C i n i
Marzu 2018 | 27
Tisliba
Mimdudin 1. Fil-baħar bnazzi kulħadd -----! (5) 3. Xrara; xintill (5) 7. Il-festa ta’ dan il-qaddis fid-19 ta’ Marzu (7) 9. Nuqqas ta’ dawl (4) 10. Katina ta’ muntanji mifruxa fuq tmien pajjiżi fl-Ewropa Ċentrali (4) 11. Ġenna tal-Art (4) 12. It-tifel ta’ (4) 16. Taqsima; distrett; qasam (4) 18. Vulkan Sqalli (4) 19. Annimal jgħix fuq l-art kif ukoll taħt l-ilma (7) 20. Issibhom fejn ikun hemm l-għasel (5) 21. Tajjeb mal-ħobż biż-żejt (5)
1
DxV W÷H J-D P+K M+F Q-I HxR N÷T A-P B+G C-O E-K L-T
23
4
N O P Q R S T U V W X Y Z
VxK X+T Z÷Z S-P P+B U+D N÷H Y-H G÷T KxK P+F XxH C÷V
3
4
5
6 7
8
9
10
12
13
14
16
15
17
18
19
20
21
Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor Mimduda: 1. TERĦA, 3. IFJEN, 7. ABRAHAM, 9. ĠITA, 10. LAVA, 11. RIMA, 12. EROJ, 16. ELMU, 18. ONĊA, 19. UDJENZA, 20. LENTI, 21. BUQAR. Weqfin: 1. TARĠA, 2. ĦEBA, 4. FDAL, 5. NAĦAL, 6. MARA, 7. ATEIŻMU, 8. MADONNA, 13. ĊELEL, 14. ABEL, 15. BAĊIR, 17. UDIT, 18. OZJU. Rebbieħ/a: M. Chircop, Il-Ħamrun Irbaħ voucher mingħand Alfsons Supermarket, il-Ħamrun. Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar: Flimkien, Tisliba, P.O. Box 1, Il-Furjana 9
Alfakodo
6 A B C D E
F G H
I
J
K
L M
4 7 15 2 19 14 26 12 8 23 20 17 1 N O P Q R S
T U V W X Y Z
11 3 6 22 9 16 25 5 13 18 21 10 24
F’din il-logħba, l-ittri mill-A saż-Z għandhom valur numeriku. Ta’ xi wħud diġà jidhru fil-kolonni tal-lemin. Imla l-kumplament tal-valuri ta’ kull ittra billi tagħmel użu mill-ħjiel li hemm fil-kolonni tan-nofs. Pereżempju, peress li L = O x K, mela L = 8. Hekk ukoll, ġaladarba P + U = 13 u U = 3, mela bilfors li P = 10. Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar hekk: Flimkien, Alfakodo, P.O. Box 1, Il-Furjana. Premju voucher ta’ €20 li jissarraf għand Scotts Supermarket
Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor
Rebbieħ/a: L. Taliana, L-Iklin
Nota: GĦ u IE jieħdu kaxxa waħda
11
Weqfin 1. Tbidha t-tiġieġa u l-papra (5) 2. Ta’ Ħad Dingli l-ogħla f’Malta (4) 4. San Pietru kien l-ewwel wieħed (4) 5. Ġewwa ta’ tapp jaqbel ma’ għonq il-flixkun (5) 6. Sliem, kalma, trankwillità, kuntentizza (4) 7. Ġnien żgħir (7) 8. Immorali; mhux sewwa (7) 13. Neċessità; ħtieġa (5) 14. Magħlub; niexef (4) 15. Jintuża għall-qali (5) 17. Omm il-Madonna (4) 18. Ersaq ’l hawn (4)
A B C D E F G H I J K L M
2
28 | Marzu 2018
M iriam E llul PAĠN A L E TT E R A R J A
Għaliex?
Lanqas sal-qamar qatt ma kien POEŻIJA REBBIEĦA Daż-żmien faċli n-nies itiru fil-għoli, ferħana jsiru. Dari ssuq rota jew mutur jew bil-karozza tmur iddur kienet xi ħaġa speċjali u verament oriġinali! Biż-żmien San Pawl il-Baħar tmur u jkollok biex tiftaħar. Kbirt dejjem b’rota u mutur; dan għalija kien unur. Wara karozza insuq bdejt għax idi għal kollox meddejt. U tgħidux li jien idjota ’ma saħansitra sirt pilota! U n-nannu s’Għawdex qatt ma mar. Irridkom taħsbu kemm dan tar! U għad jgħidu, għax jiġi żmien, li n-nannu l-qamar qatt ma kien! Saviour Sacco
Ibgħat novella jew poeżija qasira għal din il-paġna. Il-kitba li titla’ bil-polza tirbaħ żewġ kotba mingħand Merlin Publishers Ltd. Ibgħat preferibbilment bl-email hekk: flimkien@maltadiocese.org jew mirell60@gmail.com jew 29, Miramaki, Triq Biagio Galea, Tarxien.
Għaliex trid iġġarrab telfa ta’ persuna biex tapprezzaha? Għaliex trid tħaqqaqha ma’ min xi darba kien l-għażiż tiegħek? Għaliex jekk jgħidlek kelma bilfors trid tgħidlu tnejn? Għaliex bilfors trid tgħaddi tiegħek u l-ieħor irid dejjem imil rasu għal li tgħid int? Għaliex naqra kalma u paċi ma taħmilhomx? Taf li qegħdin tittrasmettu ħafna tensjoni għalxejn? Taf li qiskom żewġt itfal żgħar maqbudin f’xulxin biex terdgħu mill-istess gażaża? Ippermettuli nsejħilkom boloh, bla moħħ. Jaħasra! Tliftu r-raġuni. Ma titwemmnux. Fejn mar l-għaqal? U għalkemm nifhem il-weġgħa ta’ kull wieħed, nażżarda nistaqsi: x’fettlilkom? X’ħasra, jaħasra! Biex issa kull wieħed qed ibati l-konsegwenzi ta’ meta ħalla ’l ilsienu jikkmandah, l-emozzjonijiet jiġru bih, sakemm id-demm tela’ għal raskom u ntliftu f’dagħdigħa. Għaliex jaħasra flok tfittxu l-għaqda ta’ bejnietkom u toqorbu lejn xulxin tagħżlu li titbiegħdu aktar? Se jiġrilkom bħall-Pol Nord u l-Pol Sud: it-tnejn sbieħ u tpaxxu l-għajn imma b’distanza hekk kbira minn xulxin, mimlija kesħa tremenda u li twaħħax. Fil-bidu ta’ dan il-jum nixtieq li x-xemx iddewweb dak is-silġ kiesaħ li issa ilu jinġema’. U jien Mulej, quddiem dan kollu se nħalli f’idejk bħal dejjem għax ċerta li fejn ma jasalx il-bniedem, tidħol int. Illum, Mulej, b’mod speċjali nitolbok biex treġġa’ lura r-raġuni, trattab il-qlub u tkebbes sew l-imħabba ta’ dawk li darba kienu jinħabbu biex terġa’ sseħħ l-għaqda u tirrennja l-paċi. Silvana Cardona
C lau d ia C i n i
Marzu 2018 | 29
Għalina t-tfal Riħa ta’ baħar Sib l-għaxar differenzi bejn iż-żewġ stampi. Tweġiba isfel nett.
Kejk tal-friġġ Importanti: meta tuża n-nar jew l-elettriku dejjem itlob l-għajnuna ta’ xi ħadd adult. Ikollok bżonn: 250 gramma gallettini ‘digestive’, 150 gramma ċikkulata talħalib, 150 gramma ċikkulata skura, 100 gramma butir bla melħ, 150 gramma ‘golden syrup’, 175 gramma frott niexef. Metodu: Iksi landa tal-kejk bil-‘cling film’ minn ġewwa u ħalli ftit żejda fuq barra. Poġġi l-gallettini f’borża talplastik u farrakhom b’lembuba. Kisser iċ-ċikkulata f’biċċiet żgħar u poġġihom f’kazzola flimkien mal-butir u l-‘golden syrup’. Poġġi l-kazzola fuq nar baxx u ħawwad sew sa ma tinħall iċ-ċikkulata. Neħħi minn fuq in-nar u żid il-gallettini mfarrka u l-frott niexef. Ferra’ t-taħlita fil-landa u ħalliha tiksaħ fil-friġġ. Qabel isservi l-kejk ħu ħsieb li tneħħih millanda u li tneħħi l-‘cling film’ ukoll!
Kompetizzjoni bi premju - Kidoku Imla l-vojt kollu b’mod li l-kolonni, il-linji u kull kaxxa ta’ erbgħa jimtlew b’ ❤, ▲, ●u ■, bla ma jkunu ripetuti.
Tweġiba tax-xahar l-ieħor:
Ibgħat it-tweġiba flimkien mad-dettalji tiegħek hekk: Flimkien, Kompetizzjoni Tfal, P.O. Box 1, Il-Furjana. L-ewwel tweġiba tajba li tinfetaħ tirbaħ żewġ kotba tal-qari ta’ tfal mingħand Horizons. Rebbieħ/a: K. Barbara, Ir-Rabat (1) bandiera tad-dgħajsa fil-bogħod (2) raġel fl-istess dgħajsa (3) fanal fuq il-lemin (4) ras il-ħuta żgħira xellug isfel (5) għoqiedi fil-qasba fid-dgħajsa ta’ quddiem (6) tmun tal-istess dgħajsa (7) beritta tas-sajjied fl-istess dgħajsa (8) beritta tas-sajjied flistess dgħajsa (9) ġewnaħ l-għasfur fuq il-baga isfel (10) xagħar il-mara fid-dgħajsa l-kbira.
A n d rew A rms t ro n g
30 | Marzu 2018
Il-parabbola tas-Salib
I
n-nies kollha li qatt għexu f’din id-dinja kienu miġburin quddiem it-tron ta’ Alla. Bdew igergru bejniethom: Dan Alla min jaħseb li hu, wara kollox? Wieħed mill-gruppi kien magħmul minn Lhud li kienu sofrew il-persekuzzjoni. Xi wħud kienu mietu fil-kmamar tal-gass filkampijiet tal-konċentrament. Gergru: X’ jaf Alla dwar it-tbatija u dwar dak li għaddew minnu huma? Grupp ieħor kien magħmul mill-ilsiera – irġiel u nisa b’karnaġġjon skur, b’timbri mmarkati b’ħadid jikwi fuq ġbinhom. Kienu sofrew umiljazzjonijiet kbar f’idejn dawk li kienu jsejħu lilhom infushom “il-poplu ta’ Alla”. X’kien jaf Alla dwar is-sofferenzi tagħhom? Kien hemm ukoll serbut twil u ma jispiċċa qatt ta’ refuġjati mkeċċijin minn pajjiżhom. Preżenti wkoll kien hemm nies fqar, morda, dawk li sofrew kull tip ta’ tbatija, mijiet ta’ gruppi, kollha bl-istess ilment kontra Alla: Kif seta’ Alla jkun jaf minn xiex għaddew u x’kellhom jissaportu l-bnedmin? Minn kull grupp intgħażel mexxej u nħatret kummissjoni biex jifformulaw każ kontra Alla. Minflok jiġġudikahom Alla,
kienu se jiġġudikawh waħda sew huma. U l-verdett kien li Alla kellu jintbagħat fid-dinja u jiġi mġiegħel jgħix bħala bniedem, mingħajr ebda protezzjoni għad-dinjità tiegħu. Flimkien ifformulaw ukoll il-kastig: Għandu jitwieled bħala Lhudi u jgħix filfaqar. Anki t-twelid tiegħu jibqa’ mdawwar b’dubji kbar dwar kemm kien iben leġittimu. Jingħata xogħol iebes biex iħoss il-qrusa u t-toqol ta’ dak li kienu għaddew minnu huma. Ikun miċħud minn niesu stess. Ħbieb ikollu ftit nies iddisprezzati minn kulħadd. Ikun ittradut minn wieħed minn ħbiebu stess. Jiġi mixli fuq akkużi foloz u misjub ħati minn imħallef beżżiegħ. Ikun abbandunat minn ħbiebu biex ikun jaf x’ jiġifieri ssib ruħek waħdek. Ikun żgurat li jkun ittorturat u maqtul millgħedewwa tiegħu. Beda jinstema’ għajjat u ċapċip ta’ approvazzjoni kull darba grupp wara ieħor kien jaqta’ l-verdett u jagħti l-kastig. Meta kien imissu l-aħħar grupp l-għajjat tant kien kbir li ma kontx tista’ titkellem…. Imma mbagħad f’daqqa waħda kulħadd dar iħares lejn it-tron. U madwar il-Ġenna, fejn kienu, f’daqqa waqa’ skiet taqtgħu b’sikkina. Għax fejn qabel kienu raw it-tron, issa kien jidher biss Salib.
Il-Ġimgħa Mqaddsa fit-talb Mill-Ħamis 29 ta’ Marzu 7pm sal-Ħadd l-1 ta’ April 3pm Mount St Joseph, Mosta. Imexxu Fr Christopher Vella sj & kollaboraturi lajċi. Għal aktar dettalji: info@mtsjoseph.org jew ċempel 22760000.
FEELING FREE AT HOME
invest in comfort and safety for yourself or your parents
Exclusive local distributors of Stair Lifts, Recliners & Scooters
Tel: +356 21 252206 Email: info@liftservices.com.mt Website: www.liftsservices.com.mt Lifts Services Ltd , Factory A25F Marsa Industrial Park, Marsa, Malta
Maratona fuq it-TV
b’risq il-Missjoni
IT-TNEJN 19 TA’ MARZU 2018 minn nofsinhar sa nofsillejl
Xandira LIVE fuq it-televiżjoni mill-WE Studios
51602062 - €10 51702063 - €15 51802064 - €25 SMS
50617374 - €2.33 50618820 - €6.99 L‑Uffiċċju Missjunarju ta’ Għawdex li jinsab f’numru 7, Triq l‑Imgħallem, ir‑Rabat, Għawdex, ser ikun miftuħ biex jilqa’ id‑donazzjonijiet bejn it‑3pm u t‑8pm.
Żambja 2017
bis-sapport ta: