Newspaper Post
Mejju 2017 | Numru 150
Ħamsa għal kull waħda 8
Kemm-il azzjoni pożittiva rridu nagħmlu kuljum lil xulxin biex ikollna relazzjoni b’saħħitha u dejjem friska?
Insejjaħlek mill-ħabs, mit-tortura u mill-interrogatorju 10 Ma nafx kif naqbad ngħidlek! 13
Ftit karti kkuluriti għenu lil Jeremy j għid lil ommu dak li kellu f’qalbu għaliha.
Minn fejn ġejja? 20
L-ewwel artiklu f’sensiela dwar id-dehriet ta’ Fatima li din is-sena jagħlqu 100 sena.
Il-colonoscopy 25
Xi jsir waqt it-test tal-musrana.
BSL
Britannia Tours … il-vjaææ tiegœek jibda hawn! Lourdes 14-20 ta’ Lulju, 19-25 ta’ Lulju, 24-30 ta’ Lulju, 29 ta’ Lulju - 4 ta’ Awwissu, 3-9 ta’ Awwissu, 8-14 ta’ Awwissu, 13-19 ta’ Awwissu, 18-24 ta’ Awwissu, 23-29 ta’ Awwissu, 28 ta’ Awwissu - 3 ta’ Settembru, 2-7 ta’ Settembru minn
¢579
San Giovanni Rotondo, Assisi u Ruma 31 ta’ Lulju - 7 ta’ Awwissu INŸURU Pietrelcina, Piana Romana, San Giovanni Rotondo, Foggia, Monte Sant’Angelo, Lanciano, Assisi, Cascia, Ruma, Vatikan u Tivoli minn
¢799
Krakow, Polonja 21-28 ta’ Aww, 28 ta’ Aww - 4 ta’ Settembru INŸURU Krakow, Wieliczka Salt Mines, Czestochowa, Jasna Góra, Lagiewniki Hill, Sanctuary of the Divine Mercy (Suor Faustina), Jewish District of Kazimierz, Galeria Krakowska, Zakopane, Tatra Mountains, Auschwitz, Birkenau, Wadowice and Kalwaria Zebrzydowska minn
¢599
Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, trasferimenti, servizzi ta’ tour leader u t-taxxi kollha (Kundizzjonijiet japplikaw). Valletta Branch - Tel: 2123 8039 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt
E d i to r j a l • D u n A n to n P o r t e l l i
Dixxiplina ħelwa
K
ien hawn żmien, mhux ħafna ilu, meta l-ġenituri tagħna u anki wliedhom kbar kienu jiftaħru bid-dixxiplina li kienu jżommu fid-dar: ubbidjenza għamja, fiżika u blużu tas-saħħa. Kienet dixxiplina b’mezzi kultant bla raġuni. Bil-mod tgħallimna nuru li aħna ferħanin b’uliedna, li nifirħulhom anki bis-suċċessi żgħar tagħhom, li ma għandniex inbaxxuhom u nagħmlu paraguni ma’ ħaddieħor li jkun jidher “aħjar” minnhom f’xi ħaġa. Hemm min jgħid li llum morna l-estrem l-ieħor: kulħadd jagħmel li jrid, sa mill-familja stess, li tfissed, ma tikkoreġix, ma tara xejn ħażin f’dak kollu li jagħmlu t-tfal, li l-ulied dejjem għandhom raġun f’kollox. It-triq tan-nofs hija dejjem diffiċli, u l-imħabba vera titlob tbatija u sagrifiċċju personali. Imma kelma ta’ korrezzjoni hija dejjem meħtieġa f’kull edukazzjoni tajba. Kapaċi jkollna d-dixxiplina ħelwa li tagħmel il-ġid, li tagħti kas ta’ ħaddieħor, li tara s-sabiħ f’kull persuna? Li tgħin lil uliedna jikbru tassew? Hekk ikollna fina l-ħlewwa ta’ Marija, u mhux biss f’Mejju imma wkoll matul is-sena kollha.
“Għandna aħbar tajba!” (Kif naqsmu l-fidi mal-membri tal-familja tagħna) Taħdita minn Anna Cappello, kofundatriċi tal-Institute for World Evangelisation, ICPE Mission Is-Sibt 6 ta’ Mejju fis-7:00pm Post: Genesis 2, Institute for Marriage and the Family, 1, Triq l-Oratorju, Naxxar. Kulħadd mistieden.
Mejju 2017 • Numru 150
Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u jitqassam b’xejn lill-familji Maltin. Biex tirriklama fuq Flimkien ċempel fuq 2137 4942 jew 7959 3727 Email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta Indirizz Editorjali Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali. Editur Carmel Conti
Grafika Outlook Coop
Stampar Velprint Ltd
Flimkien fuq RTK Analiżi tar-rivista Flimkien issir filprogramm ‘Merżuq’ imtella’ mill-Kulleġġ tal-Kappillani fuq radju RTK 103FM kull l-aħħar Ħamis tax-xahar fid-9pm, b’ripetizzjoni l-Ħadd ta’ wara fis-2pm.
K e l m a ta’ F r a n ġ isk u
Kulħadd b’xi qabar Meta nistaqsu “Għaliex?” quddiem ġrajjiet kbar f’ħajjitna, għandna żewġ toroq: jew nibqgħu bilqiegħda mdejqin fl-oqbra tal-bieraħ u tal-lum, jew inġibu lil Ġesù qrib l-oqbra tagħna. Kull wieħed minna għandu xi qabar żgħir, xi parti kemxejn mejta f’qalbu: ferita li għamel jew li għamlulu, xi mrar li għalih ma jistax isib faraġ, rimors li ma jistax jeħles minnu, xi dispjaċir li ma jistax jegħleb. Liema huma dawn l-oqbra żgħar tagħna? Ejjew nistiednu lil Ġesù jidħol fihom. Spiss nippreferu nibqgħu weħidna fl-għerien mudlama ta’ ġo fina minflok nistiednu lil Ġesù jidħol u jgħidilna: “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom” (Mt 11:28). Il-Papa Franġisku f’Carpi, 2 t’April, 2017
When I grow up I want to be.....
By donating â‚Ź2.33 on
50617374
you can feed 7 children for one day. By donating â‚Ź6.99 on
50618820
you can buy books for one child for a year.
Please help these children achieve their dreams when they grow up, so they can be fully ALIVE.
w w w.missio.org.mt
Mejju 2017 | 5
M ess aġ ġ ta l-A rċ is q o f
Sliem, kewkba tal-baħar
F
it-13 ta’ Mejju 1917, mara tiddi iktar mixxemx dehret lil tlitt itfal qrib Fatima, fil-Portugall, u qaltilhom biex jgħidu r-rużarju kuljum ħalli fid-dinja jkun hawn il-paċi. Mitt sena ilu! Minn dakinhar sal-lum, miljuni ta’ nies wieġbu għal din is-sejħa għallindiema u s-sliem bejn il-bnedmin. Il-Knisja tħares lejn Marija bħala ‘Kewkba tal-Baħar’, sinjal ta’ tama u ta’ bnazzi wara l-maltemp u t-tempesti tal-baħar tal-ħajja. Ħafna drabi nħarsu lejn Marija bħala dik li tħarisna għax tifhimna, ta’ Omm li hi; dik li għaddiet mit-tribulazzjonijiet tal-ħajja bħalna; l-omm li minkejja l-qalb minfuda tagħha tieqaf taħt is-salib ta’ kull min għaddej mittbatija biex turi li anki min iħossu mgħaffeġ taħt is-salib mhux mirbuħ. Iżda Marija hija wkoll il-kewkba li turi t-triq. Qabel l-użu tal-boxxla u l-mezzi teknoloġiċi ta’ llum, li xi drabi jafu jieqfu wkoll, il-baħħara u l-vjaġġaturi kienu jħarsu lejn il-kwiekeb fis-sema għad-direzzjoni. Marija hija dan iddawl li jmexxina lejn Ġesù, dawl li jgħidilna: “Agħmlu dak li jgħidilkom hu.” F’dan iż-żmien inħossu ħafna l-effetti tattempesti, mhux biss dawk li jolqtu lilna iżda
wkoll lil ħaddieħor. Xi drabi naħslu naqtgħu qalbna. Marija hija l-kewkba li turina t-triq u tmexxina minn idejna. Ejjew induru lejha bit-talba tar-Rużarju, kif uriet li tixtieq f’Fatima. Nagħmlu tagħna t-talba li nsibu fl-innu liturġiku Marjan, Ave Maris Stella (Sliem għalik, Kewkba talBaħar): Verġni fost kulħadd magħżula, ta’ qalb ħelwa fost il-ħlejjaq, itlob ’l Ibnek biex jagħtina maħfra, safa w spirtu ħlejju. Għinna ngħaddu ħajja mseddqa, żommna sħaħ fit-triq iż-żgura, sa ma niksbu l-ferħ tad-dehra ta’ Ġesù għal dejjem miegħek. Nagħtukom il-barka pastorali tagħna. Charles J. Scicluna + Arċisqof ta’ Malta
Intenzjoni tal-Papa għal Mejju: Biex l-Insara fl-Afrika jimitaw lil Ġesù mimli ħniena u jagħtu xhieda profetika ta’ rikonċiljazzjoni, ġustizzja u paċi.
Tixtieq titgħallem aktar dwar il-fidi Nisranija? Forsi għandek xi dubji li tixtieq tiċċarahom? F’Ottubru li ġej il-Fakultà tat-Teoloġija fl-Università ta’ Malta se toffri dawn il-korsijiet: FILGĦODU: B.A. in Theology and Humanistic Studies – B.A. (Hons) in Theology – B.A. (Hons) in Theology with a Subsidiary Area – Bachelor of Sacred Theology – Licentiate in Sacred Theology. FILGĦAXIJA: Diploma in Religious Studies – B.A. (Hons) in Theology – M.A. in Theology – M.A. in Religious Studies – M.A. in Bioethics – Ph.D. in Theology – Doctor of Sacred Theology. Għal aktar informazzjoni: 23403166 jew www.um.edu.mt/theology jew il-paġna talFakultà fuq Facebook.
THE NISSAN
THE NISSAN
AT
FROM
MICRA €11,700*
NOTE €13,299 *
0%
D AV EPO AIL SIT AB LE
*Prices incl. Scrappage Scheme Both models include Alloy wheels, Bluetooth, Radio CD & much more! Malta: Nissan Motor Sales Ltd, National Road, Blata L-Bajda HMR9010 | T: 25969999| M: 99407554/ 99463750 | E: sales@nissan.com.mt | Gozo: Mizzi Motors Ltd, Mgarr Road, Ghajnsielem GSM9016 T:21556942 | M: 99782000 | E: sales-gozo@mizzimotors .com.mt | Leasing Dept: T: 23264524
www.nissan.com.mt
Ap nd poin ay t 15 th men Ma ts a vai yla Fri da ble y2 6 th Ma y
Mo
The Most Precious Voices You Want To Hear Are Often The Ones You Miss F
or many people, hearing loss can be a hard thing to admit to. It can start with the odd missed word during a conversation, maybe turning the TV up that little bit louder or asking people to repeat themselves.
At the Clear-Tone Hearing, we have a long history of providing quality care for the people of Malta and the surrounding islands. And although the practice was established more than 10 years ago by qualified audiologist, Mr Michael Wall our goal hasn’t changed. We aim to improve our patients’ hearing to the highest standard, while providing continuous support to ensure our patients receive maximum benefit from their hearing solution. As an independent family business, we are able to recommend the very best and most appropriate hearing technology based on your listening lifestyle. Contact us for an appointment, available from Monday 15th May - Friday 26th May where Mr Wall will be available to advise you on the latest hearing aid technology.
We are also delighted to introduce the new and exclusive Vista T R; the smallest rechargeable hearing aid in the world*. An easy, overnight charge will provide you with 24+ hours of quality, uninterrupted hearing. Just charge your hearing aids like you would your mobile phone and hear right from the second you wake up to the second you go to sleep! These ultra discreet hearing aids are loaded with today’s most advanced features including a revolutionary technology called Soundscape Manager, allowing the hearing aids to automatically adapt, no matter what environment your in; whether it be at home with family or chatting with friends at a restaurant. Now you can have comfort, style and convenience all in one package - perfect for your on the go lifestyle.
Exclusive to Clear-Tone Hearing Malta
At Clear-Tone Hearing we provide the following services: • Free Hearing Health Checks • Complimentary aftercare service • Impartial expert hearing advice • Central location
Loaded with unique features including battery technology introduced by NASA 24+ hours of listening with one charge 1 rechargeable battery lasts a whole year, replacing over 100 traditional batteries
Mr Michael Wall, Clear-Tone Hearing
Clear-Tone Hearing 360 St Joseph High Road Santa Venera, Malta Tel. 27040839 or Mob. 77771659 www.cleartonehearingmalta.com
CLEAR TONE HEARING
8 | Flimkien
Re l a z z j o n i j ie t
Ħamsa għal kull waħda Kemm-il azzjoni pożittiva rridu nagħmlu kuljum lil xulxin biex ir-relazzjoni tkun b’saħħitha u ‘dejjem friska’?
K
umplimenti jew karezzi huma azzjonijiet pożittivi. Kritika jew għajjat huma negattivi. Meta n-negattivi jkunu aktar mill-pożittivi, probabbli li tinsa anki l-pożittivi li tkun irċevejt. Sfortunatament, in-negattiv jeħel aktar mill-pożittiv! Imma kemm irid ikun hemm azzjonijiet pożittivi kuljum biex ikollna relazzjoni b’saħħitha u ‘dejjem friska’? Skont studju minn John Gottman aktar ma jkun hemm pożittivi, aktar ir-relazzjoni tkun b’saħħitha. Meta, ta’ bnedmin li aħna, nagħmlu xi azzjoni negattiva, irridu nagħmlu ħafna aktar pożittivi biex ‘inpattu’ għaliha. Mill-inqas ħamsa pożittivi għal kull waħda negattiva! Koppji li mhumiex kuntenti flimkien itendu li jikkritikaw, igergru, ma jissapportjawx, ma jurux affezzjoni u apprezzament, ma jurux interess fl-ieħor. Kif nistgħu nżidu l-azzjonijiet pożittivi? Uri interess Martek ġiet lura d-dar mix-xogħol u tidher li tixtieq titkellem dwar xi ħaġa li ġratilha. Int qed taqra l-gazzetta. Taħseb li jekk tibqa’ taqra tkun qed turi interess fiha? Agħtiha l-attenzjoni tiegħek, itlaq kollox u ħares lejha, interessa ruħek f’dak li qed tgħid. Jekk qaltlek li inkwetata, uri li qed tismagħha u għid kliem bħal: “Veru għandek raġun tinkwieta!” Tgħidx kliem bħal: “Tagħtix kas!” Lanqas tgħid: “Ħa ngħidlek xi ġrali jien mela!” Agħtiha ċans tgħid tagħha. Żommha ftit miegħek u ħaddanha, anki bla ma tgħid
xejn. Uri li jinteressak tkun taf minn xiex għaddejja u għaliex imħassba. Uru affezzjoni Żommu jdejn xulxin waqt li taraw it-televixin jew intom u mexjin barra. Għidu “Inħobbok” lil xulxin spiss. Ċemplu lil xulxin biex turu li ħsibtu f’xulxin, li intom importanti għal xulxin. Għinu fix-xogħol tad-dar. Ixtri affarijiet li tħobb jew iħobb l-ieħor, imqar żgħar. Ħalli xi nota żgħira b’messaġġ fiha. Ftakar f’meta kontu għadkom namrati. Qatt tgħidu: “U issa kbirna, m’għadniex ta’ dawn l-affarijiet!” Apprezzah Tiftakar x’kien jogħġbok fih meta ltqajtu għall-ewwel darba? Ftakar f’memorji pożittivi tiegħu u fakkru fihom. Urih x’inhuma l-affarijiet li tapprezza fih. Irringrazzjah għal dak li jagħmel għalik. Għaddilu kumplimenti dwar ix-xogħol jew xi ħaġa li għamel. Semmilu l-affarijiet pożittivi li tabilħaqq tapprezza fih. Tgħidx sempliċement: “Grazzi ta’ kollox.” Aħjar tkun speċifiku bħal: “Grazzi talli ħsilt it-tfal!” jew “Grazzi talli wassalt lil ommi d-dar!” jew “Dik il-qmis veru tixraqlek!” Isma’ sew! Meta tismagħha u tifhem sew x’qed tgħidlek, qis li turiha li qed tifhimha. L-importanti mhux biss il-kliem li tgħidlek imma l-aktar is-sentimenti li hemm wara l-kliem. Tinsiex li aħna nitkellmu mhux biss bil-kliem imma wkoll b’għajnejna, bl-espressjoni fuq
Mejju 2017 | 9
wiċċna, bit-ton fil-leħen, anki bis-skiet. Tibbumbardjahiex bil-mistoqsijiet. Lanqas tkun moħħok f’dak li se tgħid int. U meta tiġi biex tgħid tiegħek, tgħidx kliem bħal: “Kemm int rieqda! Ħallejthom jagħmlu bik li jridu?” Lanqas: “Ħa ngħidlek jien x’tagħmel!” Meta tiġi tkellmek ġeneralment mhux parir ikollha bżonn mingħandek imma lilek li tkun lest tagħtiha l-ħin, li tismagħha, li tista’ tiftaħ qalbha miegħek. Iċċajtaw ftit! Iċċajtaw flimkien, ilagħbu ftit, ħudu gost bil-kumpanija ta’ xulxin. ‘Inkih’ ftit – basta biċ-ċajt u mhux b’mod sarkastiku u lanqas billi tgħidlu affarijiet taparsi biċ-ċajt imma li fil-fatt jgħattu affarijiet serji. Titkellmux dejjem fuq affarijiet serji. Ħudu ‘break’ kull tant. Oħorġu flimkien intom it-tnejn biss mhux dejjem bit-tfal – xi drabi anki jekk m’għandkomx aptit. Qattgħu ħin flimkien f’attivitajiet li jogħġbukom it-tnejn. M’hemmx bżonn tonfqu ħafna flus għal dan. L-importanti li tkun xi ħaġa li tgħinkom tirrilassaw flimkien. Għidu ’l xulxin meta tħossukom kuntenti, speċjalment meta tkun dwar xi ħaġa li għandha x’taqsam magħkom u r-relazzjoni tagħkom. Ħames minuti Jekk għalikom il-fidi hija importanti, sibu ħames minuti ħin filgħaxija fejn toqogħdu fil-kwiet bilqiegħda ħdejn xulxin. It-televixin, l-aħbarijiet, il-football jistgħu jistennew. Jekk tridu, ixegħlu xemgħa. Żommu jdejn xulxin u rringrazzjaw ’l Alla ta’ xulxin, tat-tfal, talġurnata, tal-ġrajja
tagħkom. Itolbu maħfra lilu u lil xulxin talazzjonijiet negattivi. Itolbuh ikun magħkom fil-ġrajjiet tal-għada, fid-deċiżjonijiet, fil-pjanijiet. Iggustaw il-preżenza ta’ xulxin fil-preżenza tiegħu, anki bla ma tgħidu xejn. * * * U jekk issib li matul ġurnata sħiħa ma tkunx għamilt azzjoni waħda pożittiva? Ftakar li dik fiha nnifisha hija xi ħaġa negattiva! ‘Patti’ għaliha billi sakemm tiġi biex torqod tagħmel għall-inqas waħda minn dawn t’hawn fuq! M’hemmx għalfejn ngħidu li jekk mara tiġbed l-attenzjoni ta’ żewġha li għandu bżonn jaħsel snienu aktar spiss din tista’ tidher bħala xi ħaġa negattiva, imma filfatt mhux bilfors tkun negattiva. Kollox jiddependi mill-mod kif tgħidhielu! Xi drabi nkunu puliti, edukati u delikati mal-barranin imma mhux ma’ tad-dar. Dan kollu japplika wkoll għar-relazzjoni ma’ wliedna. Imma dwar din naraw xi darba oħra!
10 | Flimkien
P. M a rc e l lo G h i r l a n d o O F M S AL M I G Ħ AL K ULJU M
Insejjaħlek mill-ħabs, mit-tortura u mill-interrogatorju
Salm 130 Minn qiegħ l-art insejjaħlek, Mulej: Isma’, Sidi, il-leħen tiegħi! Ħa jkunu widnejk miftuħa, jiena u nitolbok bil-ħniena. Jekk tal-ħtijiet inti tagħti kas, Mulej, Sidi, min jista’ jżomm sħiħ? Imma għandek hemm il-maħfra, biex hekk inqimuk fil-biża’ tiegħek. Jien lill-Mulej nistenna, tuħi f’kelmtu tittama. Tistenna ruħi lil Sidi, aktar milli l-għassiesa s-sebħ. Aktar milli l-għassiesa s-sebħ, jistenna Iżrael lill-Mulej! Għax għand il-Mulej hemm it-tjieba u l-fidwa hi għandu bil-kotra. Hu li jifdi lil Iżrael minn ħtijietu kollha.
Mejju 2017 | 11
Minn qiegħ l-art Dan is-salm xi drabi jissejjaħ ‘De Profundis’ (bil-Latin, mill-qiegħ). Huwa wieħed missalmi penitenzjali l-aktar maħbuba, użati, miktubin mill-ġdid u studjati. Is-Salm bħal donnu jagħti tweġiba għall-mistoqsija eżistenzjali ta’ kull bniedem: “Minn qiegħ l-art, jista’ Alla jisma’ leħni?” U Salm 130 iwieġeb: “Iva, huwa jisma’!” Fir-reliġjon Ġudajka tingħad talba filġranet ferjali wara t-tmintax-il barka Lhudija li hija ispirata minn dan is-Salm: “X’nistgħu nistqarru, o Alla, biex neħilsu mid-dnub tagħna? X’nistgħu nistqarrulek, int li ssaltan fis-smewwiet u tagħraf tajjeb il-misteri. Inti tagħraf ir-realtajiet l-aktar għolja tal-univers u l-ħsibijiet l-aktar moħbija tal-bniedem. Inti tagħraf is-sentimenti veri ta’ kull qalb. Inti Mħallef ġust, o Mulej tiegħi, Alla ta’ missirijietna. Aħfrilna, Mulej. Aħfrilna kull ħtija, kull żball u kull dnub!” Fit-tradizzjoni Nisranija, is-Salm 130 jieħu wkoll post ta’ prestiġju u tifsira ġdida. Il-fidwa ta’ Iżrael tidher issa mwettqa fi Kristu: jiġifieri f’dak li kellu jifdi lil Iżrael minn dnubietu kollha (ara Mt 1:21); f’dak li ta lilu nnifsu biex jeħlisna minn kull ħażen (ara l-Ittra ta’ San Pawl lil Titu (2:14); f’dak li jħobbna u fdiena minn dubietna bis-saħħa ta’ demmu (Apokalissi 1:5). “Minn qiegħ l-art insejjaħlek, Mulej.” B’dan is-Salm il-Knisja tilqa’ l-biki ta’ wliedha midinbin li, wara li għamlu l-esperjenza tal-lejl tad-dnub, ifittxu l-maħfra u l-fidwa mingħand Kristu li hu l-kewkba tiddi ta’ filgħodu (Apokalissi 2:28; 22:16). San Girgor il-Kbir għandu kumment sabiħ u attwali fuq dan is-salm: “Kull min jinsab f’qiegħ l-art jgħajjat lejn dak li jħares lejn ilqigħan u qiegħed bilqiegħda fuq il-kerubini
... jgħajjat biex jasal jifraħ bid-dawl talgħarfien ta’ Alla. Ġona għajjat lejn il-Mulej mill-istonku tal-ħuta, minn qiegħ il-baħar u minn qiegħ id-diżubbidjenza tiegħu. Ilmidneb jgħajjat hekk ukoll ... u l-bniedem ġust ukoll jgħajjat u jersaq lejn Alla, u aktar ma jersaq lejh aktar iħossu midneb u marid. Hu fil-fatt fil-mument li Abraham jisma’ lil Alla li jħossu trab u rmied ... Il-ħajja ta’ din l-art għandha profondità li tgħaffeġ lillmidneb, tħawwad il-ġust. Għalhekk minn qiegħ l-art insejħulek, b’perseveranza, bi vjolenza, lejn is-smewwiet. Irridu nsejħu u ngħajtu lil Alla: Minn qiegħ l-art insejjaħlek, Mulej!” Interessanti hija l-interpretazzjoni realistika li Ernesto Cardenal (saċerdot, poeta u politiku min-Nikaragwa) ta lil dan is-Salm: “Minn qiegħ l-art insejjaħlek, Mulej. Insejjaħlek mill-ħabs u mill-kamp tal-konċentrament, mill-kamra tat-tortura u fis-siegħa tad-dlamijiet u fis-siegħa talinterrogatorju. Isma’, Sidi, il-leħen tiegħi. Jekk tal-ħtijiet inti tagħti kas, Mulej, Sidi, min jista’ jżomm sħiħ? Imma inti taħfer il-ħtijiet, m’intix iebes bħal dawk li għamluli l-interrogatorju. Jien nafda fik, Mulej, u mhux fil-‘leaders’ u fis-‘slogans’. Nafda fik u mhux fit-trasmissjonijiet tagħhom. Tistenna ruħi l-Mulej aktar milli l-għassiesa s-sebħ, aktar mit-tul tas-sigħat billejl fil-ħabs. Waqt li aħna ħabsin, huma jagħmlu festa. Imma l-Mulej hu l-ħelsien, il-ħelsien ta’ Iżrael.” Dan is-salm hu l-isbaħ sejħa ta’ tama li qatt ħarġet minn qalb il-bniedem. Hu innu lill-ħniena, lill-maħfra u lill-indiema. Hawn qegħdin fl-għeruq tal-messaġġ bibliku li jxandar: “Illum tkun miegħi l-ġenna!... Ejjew, imberkin minn missieri, ħudu s-saltna li tħejjiet għalikom sa mill-bidu.”
• 4-section electric bed • German Brand • Ultra-low entry height of just 32 cm • 24v drive system • 185kg user weight
S i lva n a C a r d o n a Żgħ a ż agħ
Mejju 2017 | 13
Ma nafx kif naqbad ngħidlek! L-aħwa bdew iduru l-ħwienet biex jixtru rigal għal Jum l-Omm. F’ħin minnhom, Jeremy lemaħ kwadru magħmul mis-sufra. “Dak se nixtrilha jien!”
F
erħan se jtir li sab dak ir-rigal oriġinali, mar dritt id-dar, fetaħ il-kexxun tal-iskrivanija u beda jikteb fuq karti kkuluriti bl-għan li, kif ilesti, jippinnja kull karta mal-kwadru tas-sufra u jagħtih lil ommu. Fuq karti ĦOMOR forma ta’ qlub kiteb dwar l-imħabba: “Ma, irrid ngħidlek li nħobbok ħafna, imma qatt ma jirnexxili
ngħidlek bil-fomm. Inħobbok dejjem, meta ferħan u meta le. Inħobbok ukoll meta nkun irrabjat, imdejjaq, inkwetat mingħajr ma jien stess inkun naf l-għala, u int bil-ġentilezza kollha tiġi ħdejja u nħossni nieħu r-ruħ. Inħobbok, ma, talli tagħraf tatini l-ispazju li neħtieġ biex nikber, naħseb u nimmatura.” Fuq karti BOJOD forma ta’ demgħa kiteb dwar id-dispjaċir: “Skużani għal meta għollejt
14 | Flimkien
leħni miegħek u ma tajtx kas ta’ li tgħidli. Skużani meta naħsdek b’dak li nagħmel u li f’għajnejk jidher ħażin. Tinkwetax għax sa ġimgħa wara naf jien stess ma nkunx naqbel ma’ dak li nkun għamilt! Jiddispjaċini jekk forsi tħoss li m’għadnix infittxek daqskemm kont ftit snin ilu u minħabba f’hekk nargumentaw spiss. Tiħux għalik, b’daqshekk, u tħossokx li qed inwarrbek.” Imbagħad ħa karti ĦODOR forma ta’ petali u kiteb ix-xewqat: “Ma, nixtieqek tibqa’ tgħallimni l-perikli tal-ħajja, avolja nagħtik l-impressjoni li naf naffronta kollox. Meta nidher li għandi kontroll ta’ dak li nagħmel, fil-verità nkun għadni ma tgħallimtx kif nikkontrolla lili nnifsi. Fil-qiegħ ta’ qalbi nkun nixtieqek tibqa’ tiggwidani. Nixtieqek tkun taf kemm drabi nkun irrid noqgħod ħdejk biex nitkellem miegħek imma ma nafx kif u veru nħossni skomdu. Għalhekk, grazzi ta’ meta ssib modi kreattivi ta’ kif iġġegħelni nitkellem miegħek. B’hekk tneħħili ħafna mill-ansjetà li jkolli.” Imbagħad ħa karti SOFOR u fuqhom kiteb ir-ringrazzjamenti: “Ma, grazzi ta’ kull darba li waqaftli, kont soda miegħi u ma bżajtx tikkoreġini. Grazzi meta tkun taf eżatt meta jkolli bżonn l-għajnuna għax mhux dejjem inkun naf kif nitlobha. Grazzi wkoll ta’ kull meta tgħidli li sejjer tajjeb f’xi ħaġa għax
kieku ma tgħidlix int, jien waħdi ma narax it-tajjeb li hemm fija. Dil-ħaġa tgħinni biex ikolli opinjoni tajba tiegħi nnifsi. Grazzi talli tafni sew, bħal donnok taqrali moħħi u tkun taf eżatt x’għandi bżonn. Grazzi talli tagħraf issib ħin għalik ukoll. Jien nieħu gost narak tagħmel dak li tħobb.” Fuq karta VJOLA f’forma ta’ warda kiteb hekk: “Ma, irrid ngħidlek li nammirak meta tiġbidli l-attenzjoni dwar xi ħaġa ħażina għax kieku ma twaqqafnix int, jien nagħmilha żgur. U jekk forsi nagħtik l-impressjoni li jien ma nagħtix kas, ibqa’ ċerta li jien kburi bik. Ibqa’ ħu ħsieb tiegħek innifsek għax meta narak mgħobbija bil-ħsibijiet minħabba fija, tgħidx kemm ninkedd għalik! Grazzi li tibqa’ temmen fija u f’dak li nagħmel. Kliemek ħelu, u l-imħabba li nirċievi mingħandek żgur se jibqgħu miegħi ġewwa qalbi. Inħobbok, ma!” Kif lesta dawn il-kitbiet, Jeremy waħħal kollox mal-kwadru tas-sufra u, kuntent kif kien li rnexxielu jesprimi lilu nnifsu, mar dritt lejn ommu jagħtiha dan ir-rigal oriġinali.
Ma, irrid ngħidlek li nħobbok ħafna, imma qatt ma jirnexxili ngħidlek bil-fomm. Inħobbok dejjem, meta ferħan u meta le.
Irtir fil-Kampanja Għal kulħadd Mill-Ġimgħa 19 sal-Ħadd 21 ta’ Mejju, fid-Dar tal-Irtiri Manresa, Għawdex. Imexxu Edward Warrington u Rosalie Scicluna. Qatt ħassejt li r-ritmu mgħaġġel tal-ħajja ma jħallilekx mumenti ta’ kalma? Il-ġmiel tan-natura jgħinek tiltaqa’ ma’ Alla? Ejja għal dan l-Irtir u ħalli l-veduti u l-ħsejjes tan-natura jgħinuk timmedita fuq dak li ħalaqhom. Ċempel 2276 0000 jew email info@mtsjoseph.org
LOVE EVERY STEP
SPRING SUMMER 2017
EVELYNE Black - 35-42 €70.00
ADALIA White/Pewter - 35-42 €60.00
KARIN Taupe - 35-42 €79.00
MORELLA Ochre - 35-42 €80.00
ERUANNIE Black - 35-42 €95.00
BELTHIL Silver - 35-42 €95.00
ARLENE Off white - 35-42 €75.00
AFRA Denim - 35-42 €65.00
KENNA Silver - 35-42 €50.00
EVELYNE Yellow - 35-42 €70.00
LUSAKA White - 35-42 €65.00
LUWIN Black/White - 35-42 €50.00
EUMEDONIA Black - 35-42 €95.00
LOLLAND Taupe - 35-42 €95.00
ELBERETH White - 35-42 €95.00
MARILLIE Pewter - 35-42 €95.00
FIORILLA Black - 35-42 €68.00
VINNY Pewter - 35-42 €55.00
VINNY Pewter - 35-42 €55.00
POLIGONIA Blue - 35-42 €85.00
POLIGONIA Black - 35-42 €80.00
ROSINA Black - 35-42 €85.00
ATRIA Navy Blue - 35-42 €80.00
MAMORE Black/Gold - 35-42 €65.00
Available from Scholl Foothealth Centres at: The Point-Tigne, Mosta, Fgura and Valletta. Suffolk Valletta, Abela’s Health and Beauty Centre Victoria-Gozo, and from all leading pharmacies. Tel: 20601148
www.schollfoothealthcentre.com
®
®
®
®
®
Scholl and the Scholl logo, Gelactiv , Bioprint , Scholl Biomechanics , are trademarks of the Reckitt, Benckiser Group of companies and are used under licence.
LOIRA White - 35-42 €65.00
While every effort has been made to ensure the accuracy of the information contained within this advert prices may be subject to change and not all sizes and colours may be available.
Mejju 2017 | 19
Aktar dwar it-talb 173. It-talb dejjem jiġi mismugħ? It-talb tagħna jiġi dejjem mismugħ, fis-sens li m’hemm l-ebda talba li ma tinstemax. Iżda flok ma jagħtina dak li nitolbuh, Alla jista’ jtina ħaġa aħjar, xi ħaġa li neħtieġu aktar fil-profond għal ħajjitna u għall-ġid tassew tagħna. 174. Hemm talb ieħor barra dak li nitolbu għal xi bżonn (jiġifieri hemm talb ieħor barra t-talb ta’ petizzjoni)? Minbarra t-talb għall-bżonnijiet tagħna hemm talb ieħor ta’ radd il-ħajr u ta’ tifħir. Il-meditazzjoni jew ir-riflessjoni fuq ilmisteri tal-fidi huma marbutin ferm mat-talb u jwasslu għalih mingħajr tfixkil. Għamla popolari ta’ dan it-talb huwa r-Rużarju. 175. Lil Alla biss għandna nitolbu? Lil Alla biss għandna nitolbu. Aħna soltu nitolbu lill-Missier permezz tal-Iben flIspirtu s-Santu, iżda hi ħaġa tajba li nitolbu lil sħabna Nsara li jgħixu fl-Ispirtu, kemm dawk f’din id-dinja kif ukoll dawk fis-sema, l-aktar lil Marija Omm Alla, biex jitolbu ’l Alla magħna u għalina. 176. Għandna nitolbu mal-Insara ta’ Knejjes mifrudin minna? Iva, għax din hi t-triq l-aktar żgura biex infejqu l-firdiet fil-Knisja. Għandna wkoll nitolbu ma’ dawk li mhumiex Insara, sakemm dan it-talb ma jwassalx biex ħaddieħor jifhem ħażin it-twemmin tagħna. F’dal-każ hi ħaġa tal-Isqof li jiddeċiedi x’inhu l-aħjar li jsir.
177. X’inhi ‘liturġija’? Il-liturġija hija t-talb uffiċjali u pubbliku tal-Knisja: dan hu ċ-ċelebrazzjoni talEwkaristija u tas-Sagramenti l-oħra, flimkien mal-Liturġija tas-Sigħat u xi ċelebrazzjonijiet oħra. 178. X’inhi ‘Liturġija tas-Sigħat’? Il-Liturġija tas-Sigħat (jew Uffiċċju Divin jew Brevjar) hu t-talb ta’ kuljum li jsir f’komunità. Dan jiġbor fih kant u reċita tas-salmi u l-innijiet, flimkien mal-qari mill-Iskrittura u minn kitbiet oħra Nsara. 179. X’nifhmu meta ngħidu ‘Sena Liturġika’? Is-Sena Liturġika hi t-tqassim tal-liturġija matul is-sena. Fil-qofol tagħha tiġbor: • iż-żmien tal-Għid (mill-Għid il-Kbir sa Għid il-Ħamsin, biż-żmien tar-Randan li jiġi qabel l-Għid u li jibda mill-Erbgħa tal-Irmied) u li fih niċċelebraw il-qawmien ta’ Kristu; • iż-żmien tal-Milied (mill-Milied salEpifanija, biż-żmien tal-Avvent qabel ilMilied) li fih niċċelebraw l-Inkarnazzjoni; • il-bqija tas-sena tissejjaħ ‘żmien ordinarju’. Fl-istess żmien ikun hemm ukoll il-festi talQaddisin.
Kitba: Herbert McCabe O.P. Traduzzjoni: Arthur G. Vella S.J.
20 | Flimkien
A l f r e d C a mi l l e r i 10 0 S E NA M I D - D E HR I E T F ’ FAT I M A
Minn fejn ġejja? Din is-sena taħbat il-mitt sena mid-dehriet tal-Madonna lil Luċija, Franġisku u Ġjaċinta f’Fatima. Dan li ġej hu r-rakkont minn Suor Luċija stess tal-ewwel dehra tat-13 ta’ Mejju. Id-dehriet ta’ wara nirrakkontawhom fix-xhur li ġejjin.
Ġ
jaċinta, Franġisku u jien konna qed nilagħbu fuq l-għolja ħdejn il-Cova da Iria, nibnu ħajt żgħir tal-ġebel. F’daqqa waħda rajna dawl ileħħ bħal berqa. “Din berqa!” għedt jien. “Ġejja xi maltempata! Aħjar immorru d-dar.” Kif konna għadna nofs triq, ħdejn siġra talballut, rajna leħħa ta’ berqa oħra. Imbagħad ftit passi bogħod rajna Sinjura sabiħa liebsa l-abjad. Kienet fuq is-siġra, tiddi iktar mixxemx, tleqq b’dawl aktar ċar u qawwi middawl tax-xemx. Inħsadna u waqafna. Tant konna qrib li aħna wkoll konna fiċ-ċirku tad-dawl ta’ madwarha. Imbagħad is-Sinjura qaltilna: “Tibżgħux. M’jien ser nagħmlilkom l-ebda deni.” “Minn fejn inti ġejja?” staqsejtha jien. “Jiena ġejja mis-Sema.” “Xi trid mingħandi?” “Ġejt nitlobkom tiġu hawn għal sitt xhur wara xulxin, fit-tlettax ta’ kull xahar fl-istess ħin. Aktar tard ngħidilkom min jien u xi rrid. Imbagħad nerġa’ niġi hawn għas-seba’ darba.” Imbagħad staqsejtha: “Jien se mmur ilĠenna?” “Iva tmur.” “U Ġjaċinta?” “Hi wkoll tmur il-Ġenna.” “U Franġisku?” “Hu jmur, imma l-ewwel irid jgħid ħafna Rużarji. Tridu toffru lil Alla t-tbatijiet kollha li jibagħtilkom biex tpattu għad-dnubiet li joffenduh u biex titolbu għall-konverżjoni tal-midinbin?”
“Iva nixtiequ.” “Ikollkom ħafna xi tbatu, imma l-grazzja t’Alla tagħtikom is-saħħa u l-faraġ.” Filwaqt li qalet dan, il-Madonna fetħet idejha u minnhom ħareġ għal fuqna raġġ ta’ dawl tant qawwi li kien qisu xmara nieżla minn idejha li nifdet sa ġewwa nett fi qlubna. B’hekk stajna naraw lilna nfusna f’Alla, li kien dak id-Dawl. Imbagħad, imqanqlin minn forza ġewwa fina, inżilna għarkopptejna u rripetejna: “Santissima Trinità, jiena nadurak. Alla tiegħi, Alla tiegħi, jiena nħobbok fisSantissimu Sagrament.” Wara ftit il-Madonna qalet: “Għidu r-Ruzarju kuljum biex ikollkom il-paċi fiddinja u tieqaf il-gwerra.” Imbagħad bdiet tielgħa ’l fuq bis-serenità kollha lejn il-Lvant. Id-dawl ta’ madwarha deher jiftaħ it-triq quddiemha sakemm fl-aħħar għebet fl-immensità tal-ispazju. Jekk trid tkun taf aktar dwar iddehriet ta’ Fatima ara l-ktieb “Ħdejn Fatima Dehret”. Jinxtara millUffiċċju Missjunarju (Valletta), il-Catholic Bookshop (Paola), Radju Marija jew ċempel 2189 2770 / 9949 1900.
J G Da r i l- K a p ta n
22 | Flimkien
Salvatli l-familja! J iena omm ta’ żewġt ibniet, ta’ 25 u 20 sena. Din tal-aħħar għandha diżabbiltà severa. Naturalment meta aħna żżewwiġna qatt ma għaddielna minn moħħna li xi darba stajna jkollna wild b’diżabbiltà. Ħadna xokk kbir u ma konniex nafu fejn se naqbdu nagħtu rasna. Imma flimkien iddeċidejna li din ittifla hija rigal mingħand Alla u rridu nieħdu ħsiebha mill-aħjar li nistgħu. Imma iżjed ma beda jgħaddi ż-żmien aktar it-tensjoni u l-għeja fiżika u mentali bdiet tikber. Lili qabditni dipressjoni u bdejt nittraskura lil żewġi tant li ż-żwieġ tagħna kien se jitfarrak. Bdejt nittraskura anki lil binti l-kbira tant li bdiet sejra lura fl-iskola u bdiet se taqbad it-triq tal-vizzji. Illum nifhem li din l-imġiba kienet biss karba għall-attenzjoni. Fil-fond ta’ qalbi kont naf li qed nonqos iżda l-ħtiġijiet ta’ binti b’diżabbiltà kienu kbar wisq. Mhux biss kont ittraskurajt lili nnifsi imma wkoll inqast fir-relazzjoni tiegħi ma’ żewġi u binti l-kbira. Darba kelli bżonn nagħmel intervent mediku serju li kien se jieħu fit-tul. Ma kontx naf ma’ min se nafda lil binti b’diżabbiltà. B’ħafna biża’ għamilt kuntatt ma’ ‘Dar il-Kaptan’ li darba smajt biha fuq il-mezzi tax-xandir u kont żammejt in-numru bittama li xi darba nagħmel kuraġġ u nċempel. Meta mort nara d-dar bqajt impressjonata bl-indafa, bl-organizzazzjoni, bil-kura lil kull persuna u fuq kollox b’kemm jieħdu ħsieb
kull dettall. Dakinhar skoprejt li din id-Dar hija organizzazzjoni mhux governattiva, jiġifieri x-xogħol kollu li jsir mhux għallprofitt u tgħix essenzjalment bil-Providenza. L-iskop prinċipali ta’ ‘Dar il-Kaptan’ huwa li tiżgura li l-familji jirċievu appoġġ xieraq biex il-persuni b’diżabbiltà jibqgħu fid-dar tal-familji tagħhom u jkomplu jgħixu filkomunità. Dan isir billi jipprovdu lill-persuni b’diżabbiltà u lill-familji tagħhom brejks ta’ ġurnata, ġimgħa jew aktar biex il-kuraturi primarji jkunu jistgħu jieħdu s-serħan meħtieġ biex ikomplu bl-appoġġ tagħhom lill-membru diżabbli tal-familja u b’hekk inaqqsu t-tensjoni u l-kriżijiet familjari kif kellna aħna. Id-deċiżjoni li t-tifla tibda tmur ‘Dar ilKaptan’ kienet waħda mill-iżjed importanti li ħadna f’ħajjitna. Ma nifhimx għala domt daqshekk. Fl-aħħar bdejt insib ftit ħin għalija nnifsi u għaraft il-bżonn li nitlob l-għajnuna. Minn dakinhar il-ħajja tal-familja tagħna reġgħet bdiet tara d-dawl. Fuq kollox binti b’diżabbiltà għamlet ħafna ħbieb ġodda, u llum ‘Dar il-Kaptan’ hija t-tieni dar tagħha. Għal appuntament biex iżżur Dar il-Kaptan jew għal aktar informazzjoni ċempel 21450103-4 jew 79397265 jew bl-email info@darilkaptan.org jew iżżur il-websajt www.darilkaptan.org kif ukoll facebook.
Wirja tal-fjuri Wirja tal-fjuri, ħxejjex, frott u qsari, fil-ġonna ta’ Sant’ Anton, Ħ’Attard u f’imkejjen tal-palazz. Inkluż programm ta’ dimostrazzjonijiet ta’ zfin, mużika u artiġġjanat. Servizz t’ikel u xorb. Ġnien imdawwal. Nhar is-sibt 6 ta’ Mejju mis-2:00pm sal-10.00pm u l-Ħadd 7 ta’ Mejju mit-8.00am sad9.00pm. Quddiesa fil-kappella tal-palazz fid-9.00am. Ħarġa għall-familja kollha. Dħul- 2 euro. Tfal taħt it-12 il-sena b’xejn. Żur il-website- themaltahorticulturesociety@webs.com jew fuq facebook.
Mejju 2017 | 23 M i r i a m E l l u l PAĠNA L E TT E RARJA
POEŻIJA REBBIEĦA
Ħsibijiet f’Jum l-Omm (B’dedika speċjali lill-maħbuba ommi)
Sawwartni ġo ġufek b’kobor imħabbtek U f’ħolmtok ix-xbieha ta’ kif ridtni nkun. B’frotta ta’ mħabbtek lil ħajti ridt tagħti, L-istess ġisem li kien bl-imħabba magħġun. Ħabbejtni, ja omm, żmien qabel kont tafni, U naf li int xtaqtni, inkun min inkun. U fuq ġismi tari, wild ġdid bint id-dinja, Ħassejtek tqigħedli bl-imħabba bews sħun. Jien kbirt issa, ma, w sirt nifhem xi tfisser L-imħabba li tgħaqqad familja flimkien. Inħoss fija s-sejħa li nixbhek f’għemilek Biex ngħaqqad fl-imħabba oħrajn anke jien. U bħalek għad jiena nsawwar ġo fija Il-frott ta’ imħabbti u nara maż-zmien
L’ imħabbti titwettaq, l’ imħabbti tikber, U nduq m’nn tagħha l-benna u l-kobor wkoll jien. L-istess bħalek, ma, għad jien ukoll nagħti Uċuħ ġodda għad-dinja b’imħabbti msawrin. Għad ukoll nifhem xi jfisser tkun bħalek, Xi jfisser għal dejjem fl-imħabba magħq’din. Għad nisma’ wkoll jiena l-għajjat ta’ uliedi Miġbura għalihom fil-logħ’b ferħanin – Għad naqsam il-hena w il-frott minn ta’ ġufi Ma’ min jgħinni nsawwar bl-imħabba mas-snin. Għad bħalek inressaq wildi lejn fommi U bħalek għad nisma’ s-sejħa ta’ “Ommi”. Evelyn Salem Rizzo
Ibgħat novella jew poeżija qasira għal din il-paġna. Il-kitba li titla’ bil-polza tirbaħ żewġ kotba mingħand M erlin Publishers Ltd. Ibgħat preferibbilment bl-email hekk: flimkien@maltadiocese.org jew mirell60@gmail.com jew 29, Miramaki, Triq Biagio Galea, Tarxien.
Djarju spiritwali bħala għodda għat-talb Għal kulħadd. Is-Sibt 6 ta’ Mejju, fid-Dar tal-Irtiri Mount St Joseph, il-Mosta. Tmexxi Maria Theresa Portelli. F’dan l-irtir-workshop niskopru kif il-kitba tista’ tgħinna napprofondixxu l-intimità mal-Mulej. M’għandekx bżonn tkun xi kittieb professjonali. Kulma għandek bżonn huma karta u lapes … u qalb miftuħa għall-Ispirtu. Ċempel 2276 0000 jew email info@mtsjoseph.org
SERVIZZ EKUMENIKU fi żmien Pentekoste Il-Ħamis 1 ta’ Ġunju fis-6:30pm | Fil-Knisja Parrokkjali Santissima Trinità, il-Marsa Kulħadd huwa mistieden.
from Starting
€8,999* per month or €180*
0%
DE AVA POSIT ILAB LE
*Prices include Scrappage Scheme Industrial Motors Ltd. 1, Antonio Bosio Street, Msida MSD 1341 Tel: 20160000 Mob: 99991666 Email: info@suzuki.com.mt Mizzi Motors Ltd. Mgarr Road, Ghajnsielem, GSM 9016 Tel: 21556942 Mob: 99782000 Email: sales-gozo@mizzimotors.com.mt
www.suzuki.com.mt
D ot t. G o d f r e y Agi u s S A Ħ Ħ I TNA
Mejju 2017 | 25
Il-colonoscopy
I
l-colonoscopy huwa test li fih it-tabib ikun qiegħed jara u jeżamina minn ġewwa l-musrana l-kbira mill-appendix sat-tarf, jiġifieri sal-anus. Waqt dan l-eżami jista’ jara jekk ikunx hemm xi ulċeri, polyps, tumuri jew xi postijiet ta’ infjammazzjoni jew minn fejn qed joħroġ xi demm. Meta din issir, il-kamera li tkun qiegħda fit-tarf tal-istrument turi fuq ‘screen’ ilmusrana minn ġewwa u jkunu jistgħu jittieħdu biċċiet (biopsies) u jitneħħew polyps u biċċiet mill-musrana li ma jkunux normali. Din ilproċedura tieħu xi nofs siegħa b’kollox. Din issir bħala rutina waqt ‘check-up’ fuq persuni minn 50 sena ’l fuq u għal raġunijiet oħra, bħal meta wieħed jipporga d-demm, uġigħat ta’ żaqq u wkoll meta persuna tbiddel ir-rutina tal-ippurgar. Issir ukoll meta persuna jkollha d-demm baxx (iron deficiency anaemia) u meta persuna titlef il-piż mingħajr raġuni ta’ xejn. Wieħed għandu jkun ippreparat għal dan l-eżami billi ma jikolx ikel solidu minn ġurnata qabel. Tista’ tieħu bħall-brodu mingħajr biċċiet tal-laħam u ħaxix, kafè jew te bla ħalib, meraq tat-tuffieħ bla biċċiet, jelly jew ‘sports drinks’, u tieħu l-porga li jagħtik it-tabib. Kultant jista’ jkun hemm bżonn enema wkoll. Ma tkunx tista’ tiekol frott, ħaxix, ‘nuts’, ċereali u affarijiet li jkun fihom żerriegħa u ‘fibre’. Ma tistax tixrob alkoħol, avolja dan ikun likwidu ċar, għax dan jagħmillek ‘dehydration’. Jekk il-musrana ma tkunx nadifa, it-tabib ma jkunx jista’ jagħmel l-eżami sewwa u komplut.
It-tubu tal-colonoscopy jkun twil minn ħames sa sitt piedi u jkollu wkoll fit-tarf tiegħu post minn fejn wieħed ikun jista’ jieħu kampjuni mill-musrana. Waqt it-test it-tabib ġeneralment jagħtik kalmant ħafif li mhux loppju u ma torqodx bih. Tista’ tħossok qisek għandek bżonn tipporga u tħoss xi ftit uġigħ ta’ żaqq bħall-brim. Waqt it-test, mill-istrument it-tabib jista’ jitfa’ xi ftit arja biex iwessa’ l-musrana, u din l-arja toħroġ weħidha minn wara u taf tħossok skomdu b’ħafna gass. Dan it-test huwa kkunsidrat ‘safe’, u ċ-ċans ta’ xi problema jew kumplikazzjoni huwa baxx ħafna meta tikkonsidra li bih tista’ taqbad xi bidu ta’ kanċer u ssolvi l-problema qabel ma din tikber u tinfirex. Wara l-colonoscopy wieħed ikun jista’ jiekol ħafif u jżid bil-mod għal ikel normali immedjatament wara. Meta tispiċċa jkun hemm bżonn li xi ħadd iwasslek id-dar għax peress li tkun ħadt ftit kalmant ma tkunx tista’ ssuq, tħaddem xi makkinarju u lanqas tiffirma dokumenti legali għal 24 siegħa.
Il-Vanġelu ta’ San Ġwann u l-Eżerċizzji ta’ Sant’Injazju Għal kulħadd. Mill-Ġimgħa 19 sal-Ħadd 21 ta’ Mejju. Fid-Dar tal-Irtiri Mount St Joseph, il-Mosta. Imexxi l-Prof. Anthony Frendo. Kontra dak li konna naħsbu fil-passat, il-Vanġelu ta’ San Ġwann fih ħafna informazzjoni ġeografika u kronoloġika soda, anki aktar mill-vanġeli l-oħrajn. F’dan is-seminar nesploraw ukoll il-konnessjonijiet bejn il-Vanġelu ta’ San Ġwann u l-Eżerċizzji ta’ Sant’Injazju. Ikun hemm mumenti ta’ talb personali u qsim ta’ esperjenzi. Ċempel 2276 0000 jew email info@mtsjoseph.org
CUSTOM-MADE & STANDARD STAIRCASES
Whether you've got loads of space and would love a showpiece staircase, or you have little space and would like a custom-made or standardized staircase we got it for you!
CONTACT US TODAY FOR YOUR PERSONALIZED STAIRCASE Mdina Road, Zebbug T: 2146 1758 / 9 • E: info@cortisgroup.com Industrial Estate, Attard T: 21437 264 • E: furniture@cortisgroup.com
www.cortisgroup.com
Mejju 2017 | 27
Lo għ o b • C l au d i a Ci n i Mimdudin 1. Timbru li jħalli marka fl-inċiera; konferma (6) 4. Minn dan joħroġ ix-xewk, u mix-xewk joħroġ dan, jgħid il-qawl (4) 6. Għaxra, għaxra u għaxra (6) 7. Sħab baxx fl-arja (4) 8. Idjota, injorant, stupidu (3) 10. Splużjonijiet; ħsejjes ta’ bombi (6) 12. Save Our Souls (3) 14. Mexxej; superjur (3) 15. Xorta ta’ żonqor (6) 18. Għamla; sura (3) 20. Ikla ta’ filgħaxija (4) 21. Tmint ijiem wara festa; strofa ta’ poeżija bi tmien versi (6) 22. Xemx jew xita Hu biss jaf meta! (4) 23. Sebħ; żerniq; l-ewwel dawl qabel titla’ x-xemx (6)
Nota: GĦ u IE jieħdu kaxxa waħda
Tisliba
Weqfin 1. Serje jew kollezzjoni; televixin jew radju jew tat-te (4) 2. Iwassalhielek il-pustier (5) 3. Ġejja u sejra minn Tas-Sliema għal Marsamxett (5) 4. Jgħidu li dan jikxef x’hemm fil-qalb (4) 5. Taħan il-qamħ (5) 9. Fiha jintefgħu l-voti tal-elezzjoni jew il-biljetti tal-lotterija (4) 10. Post b’nixxiegħa ta’ ilma minerali (3) 11. Linji dritti b’lapes jew pinna (4) 13. Ġnien bis-siġar (3) 14. Qbid ta’ tajr jew annimali (5) 16. Waqaf u strieħ (5) 17. Jagħmel kuntratti skont il-liġi (5) 18. Speranza (4) 19. Storja ta’ ħajja sħiħa, ġeneralment dwar familja partikolari, eż. ‘The Forsyte ---- ’ (4)
1 6 8 3
2
4
4 5
2 3
9 2 7 1
9 5 4 5 1 8
6
4
5
7 2 3
Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor Mimduda: 1. TELLAQ, 4. ZIJU, 6. JANNAR, 7. KONT, 8. ARK, 10. OSANNA, 12. ETT, 14. ASS, 15. ASFALT, 18. DRO, 20. ILMA, 21. DAQQAQ, 22. ALKA, 23. DISGĦA. Weqfin: 1. TAJN, 2. LANZA, 3. QORAN, 4. ZOKK, 5. URTAT, 9. RAFF, 10. ORS, 11. NWAR, 13. TUT, 14. ANITA, 16. SODOD, 17. ANQAS, 18. DATA, 19. AQWA. .
8 4
Rebbieħ/a: E. Buhagiar, Birkirkara Irbaħ voucher mingħand Alfsons Supermarket, il-Ħamrun. Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar: Flimkien, Tisliba, P.O. Box 90, Il-Marsa
Sudoku
9 8 1
Imla l-vojt kollu b’mod li l-kolonni, il-linji u kull kaxxa ta’ disgħa jimtlew bin-numri 1 sa 9. Premju voucher ta’ 20 ewro li jissarraf għand Scotts Supermarket. Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar: Flimkien, Sudoku, P.O. Box 90, il-Marsa.
Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor
7
1
4
2
3
5
9
6
6
5
3
8
4
9
7
2
8 1
2
8
9
1
7
6
4
3
5
5
7
6
4
9
2
8
1
3
4
3
2
5
1
8
6
7
9
1
9
8
3
6
7
2
5
4
8
6
7
9
5
1
3
4
2
9
4
1
6
2
3
5
8
7
3
2
5
7
8
4
1
9
6
Rebbieħ/a: S. Micallef, Il-Gżira
28 | Flimkien
Kont taf? Il-Kastell Sant’Anġlu Il-Kastell Sant’Anġlu kien inbena oriġinarjament fil-Medju Evu u baqa’ jintuża saħansitra sat-Tieni Gwerra Dinjija, meta kien magħruf bħala HMS St Angelo. Fil-Medju Evu l-kastell kellu żewġ kappelli, waħda ddedikata lil Sant’Anġlu u l-oħra lil Santa Marija. Fil-perijodu iktar bikri dan kien magħruf bħala “Castrum Maris”. Qabel il-wasla talKavallieri dal-kastell kien ikkmandat mill-Kastellan li kien maħtur mill-viċirè ta’ Sqallija. Il-kastell kien lok ta’ numru ta’ assedji u battalji, fosthom l-assedju tal-1283 meta forza marittima Aragoniża kkmandata minn Roger Lauria attakkat lil Malta li kienet tagħmel parti millImperu Anġovin, u propju fil-Port il-Kbir seħħet waħda mill-ikbar battalji navali medjevali. Sekli wara, dal-kastell ra wkoll ir-ribelljoni talMaltin kontra Monroy, wieħed mis-sidien fewdali ta’ Malta fis-seklu 15.
50618080 - €4.66 50618926 - €6.99 50619215 - €11.65
DO AG N ĦT U I AZZ I RB JO AĦ NI
L-Inspire temmen li kulħadd għandu d-dritt għall-ugwaljanza u l-inklużjoni. Il-missjoni tagħna hi li nipprovaw ngħinu lil kull min għandu diżabilità billi nipprovdu edukazzjoni, terapija u divertiment lil tfal u adulti b’diżabilita’ u lill-familji tagħhom. Dan ma jkunx possibli mingħajr donazzjonijiet mill-publiku.
57 rigal x’jintrebħu
2 biljetti għal Sqallija mal-Virtu Ferries 35 vawċer ta’ €10 il-wieħed mill-Plaza 10 coolers mingħand Canon 10 sunscreens mingħand Canon
GRAZZI MILLQALB Kull donazzjoni li tintbagħat fuq dawn in-numri bil-kelma “Flimkien” tkun qed tgħin lill-Fondazjoni Inspire u tidħol biċ-ċans li tirbaħ wieħed minn dawn is-57 rigal. Donazzjonijiet għandhom jintbgħatu sat-30 ta’ Ġunju 2017 VO/ 199
C l au d i a Ci n i I l l u s t r a z z j o n i J a n e t Ve l l a
Mejju 2017 | 29
Għalina t-tfal Qaddis tax-Xahar: San Ġorġ Preca • Twieled fit-12 ta’ Frar 1880 fil-Belt Valletta. • Kien is-seba’ wild fost disat aħwa. Ta’ ħames snin kien ser jegħreq, imma salvah barklor. • Meta kien żgħir Ġorġ kien abbati u jattendi l-Liċeo. Kien tajjeb fil-lingwi u darba ħa premju għall-kalligrafija. • Waqqaf is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M.). • Iddedika ħajtu għat-talb, it-tagħlim, il-qrar, il-kitba u l-karità. • Daħħal fuq fomm il-Maltin it-talba: ‘Grazzi Sinjur Alla u aħfirli Sinjur Alla.’ • Daħħal il-purċissjoni tal-Bambin fil-Milied u ta spinta kbira lill-presepju.
• Miet fis-26 ta’ Lulju 1962 f’Santa Venera. Midfun fil-kappella tad-Domna Mirakoluża, Blata l-Bajda. • Ibbeatifikat f’Malta fid-9 ta’ Mejju 2001 minn Ġwanni Pawlu II li sejjaħlu ‘It-Tieni Appostlu ta’ Malta’. • Fl-2002 il-Papa Ġwanni Pawlu II introduċa ħames misterji ġodda tar-Rużarju (Il-Misterji tad-Dawl) li jixbhu ħafna l-misterji li Dun Ġorġ kien kiteb fl-1957. • Iddikjarat qaddis mill-Papa Benedittu XVI fit-3 ta’ Ġunju, 2007. • Il-festa tiegħu niċċelebrawha fid-9 ta’ Mejju.
1.
Agħti kulur lill-istampa
2.
3.
4.
5.
Kompetizzjoni bi premju Wara li twieġeb, ifforma kelma bl-ittri li hemm fil-kaxxi s-sofor. 1. 2. 3. 4. 5.
San Ġorġ Preca
Tilbisha biex tgħum. Il-kontra ta’ xellug. Tbidha t-tiġieġa. Imrewħa tal-irġiel. Is-seba’ xahar tas-sena.
Ibgħat it-tweġiba flimkien mad-dettalji tiegħek hekk: Flimkien, Kompetizzjoni Tfal, P.O. Box 90, Marsa. L-ewwel tweġiba tajba li tinfetaħ tirbaħ żewġ biljetti għall-In Guardia f’Forti Sant’Iermu. Tweġiba tax-xahar l-ieħor: FESTA Rebbieħ/a: N. Vella, Is-Siġġiewi
30 | Flimkien
A l is h a Ri c ks
Be who you are Be who you are lf is a start Accepting yourse Open your eyes Look at yourself meone Know you are so something You can achieve e s and goals to us Put your dream face ’s ne smile on someo Go out and put a ur own face Or a smile on yo loving yourself It all begins with is no love Because if there ur heart? then what’s in yo e to be who you ar It’s never too late ing life and start liv So take back your t your ethnicity Don’t worry abou t rude comments Don’t worry abou t frowns Don’t worry abou t the whispers Don’t worry abou t the judgements Don’t worry abou won’t matter ars from now it Because thirty ye ve learned atter is what you’ But what will m ed it. And how you us
Bil-Malti Kun dak li int. Iftaħ għajnejk. Ħares lejk innifsek. Kun af li int xi ħadd. Int tista’ twettaq xi ħaġa. Agħmel użu mill-ħolm u x-xewqat tiegħek. Oħroġ u għin lil ħaddieħor jitbissem, jew tbissem inti stess. Għax jekk f’qalbek m’hemmx imħabba, allura x’ fiha qalbek? Qatt mhu tard iżżejjed biex tkun dak li int. Ħu kontroll ta’ ħajtek u ibda għix. Hi x’inhi r-razza tiegħek. Tagħtix kas tal-kummenti li jweġġgħuk. Tagħtix kas tal-ħars ikrah. Tagħtix kas tas-seksik minn taħt. Tagħtix kas tal-ġudizzji li jagħmlu fuqek. Għax tletin sena oħra dawn mhux se jibqgħu jiswew. Li jibqa’ jgħodd huwa dak li se tkun tgħallimt int u x’użu tkun għamilt minnu.
FEELING FREE AT HOME
invest in comfort and safety for yourself or your parents
Exclusive local distributors of Stair Lifts, Recliners & Scooters
Tel: +356 21 252206 Email: info@liftservices.com.mt Website: www.liftsservices.com.mt Lifts Services Ltd , Factory A25F Marsa Industrial Park, Marsa, Malta