Flimkien Mejju 2014

Page 1

Numru 114

Newspaper Post

Mejju 2014 |

3 Editorjal 4 Il-kelma tal-Arċisqof 4 Riforma Protestanta 6 Aħfrilna dnubietna bħalma naħfru 7 Franġisku jikteb ittra lill-familji 9 Is-seba’ doni? 10 Dare to be delightful 11 Darb’oħra nħallas jien! 13 Ħeħe! X’waħda din! 14 Kwizz: X’ġara wara? 18 I have no time! 19 Ribelljoni 21 Ittri mill-Qarrejja 23 Parroċċi Maltin: In-Nazzarenu 26 Għedewwa fil-kamra tas-sodda 27 Logħob 29 Il-Portmoni 30 Imnaqqax fil-ġebel


BSL

Britannia Tours … your holiday starts here!

Lourdes 4 Full Days 14-19 July, 28 July - 2 August, 11-16 August, 25-30 August 5 Full Days 4-10 July, 18-24 July, 1-7 August, 15-21 August, 29 August - 4 September 5 Full Days 9-15 July, 23-29 July, 6-12 August, 20-26 August, 3-9 September

MINN

¢499 MINN

¢539

MINN

¢539

All prices are based on Triple Sharing and include Flights, Hotel, Transfers, services of Tour Leader and all Taxes (Conditions Apply). Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620


Editorjal • Dun A nton Por telli

Għin lil ħaddieħor jgħix ħajja aħjar

I

kun sewwa li kieku ma norbtux il-karità li nagħmlu biss mal-flus. Veru li bil-flus tista’ tagħmel ħafna ġid, imma hemm ħafna persuni li mhux flus għandhom bżonn. Biex jgħixu ħajja aħjar, dawn in-nies jixtiequ min isibilhom skop ċar filħajja tagħhom. U dan ifisser ħin, kliem, akkumpanjament, kuraġġ, eżempju u paċenzja. Jiġrilna li aħna tant għandna x’nagħmlu, tant ma għandniex ħin lanqas għalina u għall-familji tagħna, li ma għandniex paċenzja ma’ ħaddieħor. La nisimgħu, la nserrħu ’l qalb, la noffru għajnuna, lanqas ma nagħtu kas. Hekk mhux talli ma ngħinux lil ħutna imma lanqas inkunu Insara u dixxipli vera ta’ Ġesù. Għax Ġesù ta kollox biex aħna ngħixu ħajja ta’ bnedmin sħaħ fir-ruħ u fil-ġisem. U lilna qalilna biex kif għamel hu, hekk nagħmlu aħna wkoll. L-idejn miftuħa ta’ Ġesù rebbieħ fuq il-mewt iħeġġuna biex aħna ninfetħu għal ħutna, biex inqumu mill-għeluq tagħna ħalli naqsmu lilna nfusna, bil-ħiliet, bilkapaċitajiet, bit-talenti kollha tagħna ma’ ħutna kollha, bla għażla bejniethom.

Pellegrinaġġi 2014 mal-Franġiskani Art Imqaddsa: 16-24 Lulju; 6-14 Awwissu; 24 Settembru-2 Ottubru Art Imqaddsa u Sinaj: 3-13 Novembru Kummissarjat tal-Art Imqaddsa 8, Triq Santa Luċija, Valletta, VLT 1213 2124 2254; comalt@ofm.org.mt; www.i-tau.org/comalt

Mejju 2014

Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u titqassam b’xejn lill-familji Maltin. Biex tirriklama fuq Flimkien ċempel fuq 2590 6400 jew 2137 4942 Email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta Indirizz Editorjali Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali Editur Carmel Conti

Grafika Outlook Coop

Stampar Velprint Ltd

Ritratt tal-faċċata meħud minn Charles Tanti minn fuq Ġnien l-Argotti, Floriana. Tidher l-istatwa tal-Madonna ta’ Fatima fuq il-knisja ta’ Gwardamangia. Fl-isfond tidher l-Imdina.

Aħseb fuqha

We should try to live in such a way that if the Gospels were lost, they could be re-written by looking at us. Metropolitan Anthony of Sourozh


Il-Kelma tal-Arċisqof • Mons P. Cremona O.P.

Sliem għalik, Sultana

T

iftakru ċ-ċelebrazzjoni li konna nagħmlu meta konna żgħar meta ninkurunaw lill-Madonna f’Mejju? Għaliex insejħulha “Sultana tal-ħlejjaq kollha”? Il-Madonna hija dik li fiha l-Ħallieq seta’ jara t-twettiq tal-pjan tiegħu għallbniedem. Fil-fatt, fil-Bibbja naraw li Alla ħalaq lill-bniedem mingħajr dnub. Id-dnub ma kienx fil-pjan tiegħu. Il-Madonna kienet l-unika waħda bla dnub. Adam u Eva, li ġew maħluqin bla dnub, fil-fatt dinbu għaliex ma obdewx lill-Ħallieq. Aħna lkoll nitwieldu bid-dnub oriġinali. L-unika waħda li ġabet fis-seħħ il-pjan ta’ Alla kienet il-Madonna. Hija ġiet imnissla mingħajr dnub, b’intervent tal-imħabba ta’ Alla. U mhux biss tnisslet imma wkoll għexet bla dnub. Għamlet biss ir-rieda ta’ Alla bħala Qaddejja tiegħu. Nistgħu wkoll nirriflettu fuq is-Salib, fejn Ġesù deher bħala Sultan, b’mod speċjali bil-kliem li kiteb Pilatu: “Ġesù Nazzarenu Sultan tal-Lhud”. Kien Sultan għaliex bilmewt tiegħu salva lill-bnedmin kollha. Hemm ħdejh kien hemm il-Madonna. Hi qasmet miegħu dan il-mument ta’ tbatija iżda wkoll ta’ rebħ fuq il-qawwiet tal-ħażen. Hi, li segwietu fil-missjoni tiegħu, hija miegħu Sultana wkoll fuq id-dnub.

Bejn il-kuntentizza u l-kumdità Symposium dwar San Ġorġ Preca Organizzat mis-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija M.U.S.E.U.M. Nhar is-Sibt, 10 ta’ Mejju, fis-7pm Awditorju tad-Dar Ġenerali, Blata l-Bajda Wara s-symposium, il-kappella tal-Madonna tal-Medalja Mirakuluża (fejn hemm il-fdal ta’ San Ġorġ Preca) tibqa’ miftuħa għal ħin ta’ kwiet u talb. Kulħadd mistieden.

4 | Flimkien

STORJA TAL-KNISJA FIL-QOSOR (13)

Riforma Protestanta

1492 Kristofru Colombo jasal l-Amerika. 1506 Titqiegħed l-ewwel ġebla tal-Bażilika ta’ San Pietru f’Ruma. Fl-1508 Michelangelo jibda jpitter is-saqaf tal-Kappella Sistina. 1517 Martin Luteru jibda r-Riforma Protestanta billi jwaħħal il-famużi 95 Teżi mal-bieb tal-knisja ta’ Wittenberg. Skomunikat mill-Papa fl-1521. Ulrich Zwingli jibda r-Riforma fi Zurich. 1528 Approvat l-Ordni tal-Kappuċċini. 1530 Jaslu l-Kavallieri ta’ San Ġwann f’Malta. 1531 Dehra tal-Madona ta’ Guadalupe lil Juan Diego, fil-Messiku. 1533 Neriku VIII jiddivorzja minn Katerina ta’ Aragona u jiżżewweġ lil Anne Boleyn; jiġi skomunikat. Fl-1534 joħroġ l-Act of Supremacy li stabbilixxa r-Re bħala l-kap tal-Knisja tal-Ingilterra. Minħabba din il-liġi jinqatlu John Fisher u Thomas More fl-1535. 1536 Kalvinu jmexxi r-Riforma fl-Iżvizzera. 1540 Approvati l-Kostituzzjonijiet tal-Giżwiti, imwaqqfa minn San Injazju ta’ Loyola. 1545-63 Tibda l-Kontro-Riforma. Il-Konċilju ta’ Trentu joħroġ digrieti kontra d-duttrina Riformista u dwar il-Bibbja, id-dnub oriġinali, il-qima tal-qaddisin, l-indulġenzi. Jagħmel riforma fil-liturġija, id-dixxiplina fil-Knisja u s-seminarji.


HEARING TESTS ARE

AS SIMPLE AS EYE TESTS & C AN HELP TO IMPROVE THE QUALITY OF YOUR LIFE JUST AS EASILY Cleartone Hearing is the official Malta & Gozo distributor of Unitron hearing instruments and is pleased to offer FREE hearing tests and evaluations to all clients across Malta and Gozo. Join us at one of our Malta & Gozo clinics, running from Saturday 17th May - Saturday 24th May. Our Hearing Aid Audiologist will be available to advise you on the latest hearing aid technology. A standard clinic fee will apply.

CLEARTONE HEARING MALTA LTD 11 Shalom, Frans Dingli Street, Attard, Malta Atd

Call: 21430571 / (mob) 79418101

ty n rra ble a l w aila a v ob w a l G o n


Fr Hector Scerri • Il-Missierna (5)

6 | Flimkien

Aħfrilna dnubietna F’din il-ħames petizzjoni tal-Missierna, hemm kundizzjoni biex dan iseħħ: jaħfrilna kemm-il darba aħna naħfru.

K

ull wieħed u waħda minna huwa midneb. Aħna lkoll bħall-iben il-ħali tal-parabbola (Lq 15:11-32). Bħalu hemm bżonn nistqarru: “Ħa nqum u mmur għand missieri” u “Dnibt kontra s-sema u kontra tiegħek”.

B

I

D

D

ħall-pubblikan li mar it-Tempju, u qagħad fuq wara, iħabbat fuq sidru u jgħid, “Ħenn għalija, midneb!”, aħna wkoll nistqarru li aħna midinbin quddiemu (Lq 18:13). in il-ħames talba tal-Missierna tibda bi stqarrija li aħna midinbin u l-fiduċja li nuru fil-ħniena ta’ Alla, li aħna lkoll neħtieġu. Din hija ħaġa kbira ħafna, imma din il-mewġa ta’ maħfra kollha ħniena ta’ Alla ma tistax tippenetra l-qalb tagħna jekk qabel ma nkunux ħfirna lil min naqas lilna.

Rembrandt: Return of the Prodigal Son

Ħ

afna minna jiftakru f’dik il-parabbola li kien qal Ġesù dwar dak il-qaddej li kellu jagħti somma kbira lil sidu, u dan ħafirlu kollox. Imma, imbagħad, dan il-qaddej li kien inħafirlu ħafna, ma kienx lest jaħfer somma żgħira li sieħbu kellu jagħtih. L-ewwel qaddej – li ma weriex ħniena meta hu stess irċieva tant ħniena – spiċċa kkastigat minn sidu (Mt 18:23-35). Din il-parabbola tagħlaq bil-kliem ta’ Ġesù: “Hekk jagħmel lilkom Missieri li hu fis-smewwiet jekk ma taħfrux lil xulxin minn qalbkom”.

l-maħfra tal-għedewwa hija aspett ċentrali ta’ dak li Ġesù jrid minna. Il-maħfra li nirċievu u li nagħtu tagħmilna dixxipli awtentiċi ta’ Ġesù. Meta naħfru, ikollna qalb tixbaħ aktar ’il dik tal-Imgħallem tagħna. ak li jwassalna naħfru hija l-imħabba. L-imħabba vera u sħiħa, kif għallimna Ġesù, tagħtina s-saħħa li naħfru. Fil-fatt, il-maħfra hija l-kundizzjoni essenzjali għar-rikonċiljazzjoni tagħna malMissier u mal-bnedmin ħutna.

X

’qed iżommok milli taħfer, anke jekk għaddew ħafna snin? U x’qed iżommok milli titlob maħfra lil Alla?

Jum Dinji kontra l-Omofobija L-International Day Against Homophobia (IDAHO) se jitfakkar is-Sibt, 17 ta’ Mejju b’quddiesa għand il-Karmelitani, l-Imdina, fit-8.30pm. Imexxi l-Isqof Charles Scicluna. Organizzata minn Drachma LGBT u Drachma Parents Group. Għal aktar tagħrif ċempel 79253875 jew 79442317.


Is-Sinodu tal-Isqfijiet

Mejju 2014 | 7

Franġisku jikteb ittra lill-familji

G

ħeżież familji, Qed nippreżenta ruħi fuq l-għatba tad-dar tagħkom biex inkellimkom fuq ġrajja li se sseħħ f’Ottubru li ġej: l-Assemblea Ġenerali Straordinarja tasSinodu tal-Isqfijiet. Din se tiddiskuti l-isfidi pastorali dwar il-familja fil-kuntest talevanġelizzazzjoni. Dan l-appuntament importanti jitlob is-sehem tal-Poplu kollu ta’ Alla: isqfijiet, saċerdoti, persuni kkonsagrati u fidili lajċi tad-dinja kollha, li jieħdu sehem ħaj fittħejjija tiegħu b’suġġerimenti konkreti u t-talb. Is-sostenn tat-talb għandu siwi qawwi, speċjalment jekk ġej mingħandkom, għeżież familji. Din l-Assemblea ħa tkun iddedikata b’mod speċjali għalikom, għas-sejħa u l-missjoni tagħkom fil-Knisja u fis-soċjetà, għall-problemi taż-żwieġ, il-ħajja tal-familja, l-edukazzjoni tal-ulied, u r-rwol tal-familji fil-missjoni tal-Knisja. Nitlobkom titolbu bil-qawwa lill-Ispirtu s-Santu biex idawwal lill-Padri Sinodali u jmexxihom fil-ħidma impenjattiva tagħhom. Għalhekk nitolbu lkoll flimkien biex ilKnisja twettaq mixja vera ta’ dixxerniment, u tfittex mezzi pastorali xierqa li bihom tista’ tgħin lill-familji jaffrontaw l-isfidi tal-lum bid-dawl u l-qawwa li jiġu mill-Vanġelu. Qed niktbilkom din l-ittra fil-festa tal-Preżentazzjoni ta’ Ġesù fit-Tempju. L-evanġelista Luqa jirrakkonta kif ilMadonna u San Ġużepp ħadu lil Ġesù fitTempju biex joffruh lill-Mulej, u kif Xmun u Anna, imqanqla mill-Ispirtu s-Santu, ħarġu jilqgħuhom u għarfu li Ġesù kien il-Messija (ara Lq 2:22-38). Xmun ħadu f’dirgħajh u radd ħajr lil Alla għax sa fl-aħħar kien “ra” is-salvazzjoni tiegħu. Anna, minkejja l-età avvanzata

tagħha, donnha ġietha ħeġġa ġdida u qabdet titkellem ma’ kulħadd dwar Ġesù. X’xena ħelwa! Żewġ ġenituri żgħażagħ u żewġ persuni anzjani, imlaqqgħin flimkien minn Ġesù. Tabilħaqq Ġesù jlaqqa’ flimkien u jgħaqqad il-ġenerazzjonijiet ma’ xulxin! Hu l-għajn li ma taqta’ qatt ta’ dik l-imħabba li tirbaħ fuq kull għeluq, kull solitudni, kull diqa. Fil-mixja tagħkom bħala familji, intom taqsmu ma’ xulxin tant mumenti sbieħ: l-ikliet, il-mistrieħ, ix-xogħol fiddar, id-divertiment, it-talb, il-vjaġġi u l-pellegrinaġġi, l-għemejjel ta’ solidarjetà.… Minkejja dan kollu, jekk tonqos l-imħabba, jonqos il-ferħ. L-imħabba awtentika jagħtihielna Ġesù: hu joffrilna l-Kelma tiegħu, li ddawwal it-triq kollha tagħna; jagħtina l-Ħobż tal-ħajja, li jrejjaqna fl-għeja ta’ kuljum tal-mixja tagħna. Għeżież familji, it-talb tagħkom għasSinodu tal-Isqfijiet se jkun teżor prezzjuż li jagħni lill-Knisja. Nirringrazzjakom, u nitlobkom titolbu għalija wkoll, biex nista’ naqdi lill-Poplu ta’ Alla fil-verità u flimħabba. Il-ħarsien tal-Imqaddsa Verġni Marija u ta’ San Ġużepp iseħibkom dejjem ilkoll u jgħinkom timxu magħqudin flimħabba u fis-servizz reċiproku. Minn qalbi nsejjaħ fuq kull familja l-barka tal-Mulej. 2 ta’ Frar, 2014 Franġisku



Is-Seba’ Doni

Mejju 2014 | 9

Dawn xi jkunu? Meta konna żgħar, tgħallimna li d-doni tal-Ispirtu s-Santu huma sebgħa. Tiftakarhom? U dawn fejn issibhom? FilKatekiżmu biss? Ħa ngħidlek...

Ġ

ieli kellek tiffaċċja sitwazzjoni diffiċli fil-familja u għaraft toħroġ minnha? Ġieli għamilt ir-rieda ta’ Alla mhux għax bilfors imma għax kont konvint li hekk ried Hu? - Dak hu l-GĦERF! Qatt kont qed taqra l-kelma ta’ Alla u f’daqqa waħda fhimtha aħjar, u ndunajt kif tista’ tapplikaha għal ħajtek? Ġieli kkontrollajt ir-rabja u ħfirt lil xi ħadd - avolja ma rċevejt ebda Grazzi, anzi l-maħfra tiegħek ħaduha for granted? - Dik hi l-FEHMA (dehen). Ġieli talbuk tagħti parir? Qatt fittixt l-għajnuna ta’ direttur spiritwali? Ġieli ppruvajt tkun prudenti fi kliemek u mġibtek? Dawk kienu mumenti meta kellek bżonn l-GĦAQAL. Jekk anki fid-diffikultajiet bqajt leali għallkelma li tajt; meta ġejt ittentat tagħmel dak li hu l-eħfef imma għażilt li tagħmel dak li hu l-aħjar; jekk ma ħallejtx il-biża’ tiddettalek l-imġiba tiegħek; meta bqajt temmen minkejja d-dubji; meta ma qtajtx qalbek; meta għamilt il-kuraġġ lil ħaddieħor; meta ma ddejjaqtx turi kif taħsibha u x’temmen quddiem l-oħrajn; meta bqajt tagħmel dmirek avolja kellek aptit iċċedi u tħalli

kollox - Dik hi l-QAWWA! Kull darba li apprezzajt is-sbuħija u l-kobor tal-ħolqien; meta ħassejt sens ta’ stagħġib hekk kif żammejt ’il uliedek f’idejk għallewwel darba; meta ħadt deċiżjonijiet ibbażati fuq il-kuxjenza u mhux biss jekk jaqbillekx; meta fid-deċiżjonijiet li ħadt żammejt quddiem għajnejk li wara din il-ħajja hemm ħajja oħra - Dik hi x-XJENZA! Jekk kbirt fl-atteġġament ta’ adorazzjoni lejn Alla; jekk ippruvajt titlob minkejja n-nuqqas ta’ aptit u n-nuqqas ta’ ħin; jekk tagħraf li l-biża’ ta’ Alla mhijiex dik il-biża’ servili (għax tibża’ mill-kastig) imma biża’ filjali (li jgħinek taħrab id-dnub għax dan joffendi lil Alla); jekk tirrealizza li l-ħajja hi rigal mingħandu - Dik hi l-PJETÀ u l-BIŻA’ TA’ ALLA! Dawn huma d-doni tal-Ispirtu s-Santu, sinjali tal-preżenza ta’ Alla f’ħajti. Hekk irrid ngħixha ħajti. Hekk irrid ngħaddiha l-ġurnata. U fl-aħħar tal-jum, jekk inkun irnexxieli ngħix b’dan il-mod, nirringrazzjah. Jekk le, nitolbu jagħtini l-grazzja u d-doni tiegħu. Imbagħad nistrieħ fis-sliem, b’moħħi kwiet fuq l-imħadda, b’rasi f’ħoġor Missieri. Alla hu viċin tiegħi aktar milli naħseb!...


10 | Flimkien

Relazzjonijiet

Dare to be

D

delightful

o you have a foul mouth, poor table manners, or a habit of making sarcastic remarks? Do you skip your shower often? In other words, are you rude? Your rude behavior may seem insignificant to you, but it is unpleasant to those around you, especially your spouse. But if you’re driven by love, you intentionally behave in a way that is more pleasant for your wife or husband to be around. You will purposefully avoid things that frustrate them or cause them discomfort. Genuine love minds its manners. And it could add some fresh air to your marriage! Good manners express to your spouse: “I value you enough to start changing the way I do things that irritate you or embarrass you. I want to be a person who’s a pleasure to be with.” When you allow love to change your behaviour – even in the smallest of ways – you restore an atmosphere of honour to your relationship. Often, our behaviour at home is very different from our behavior with friends, or even with total strangers. We may be barking or pouting around the house, but if the front door chimes, we open it all smiling and kind. Why not give the best to your own? Let love motivate you to make needed changes in your behavior, and notice the change in the quality of your marriage relationship. Test yourself: • How does your spouse feel about the way you speak and act around him or her? • How does your behavior affect your

spouse’s self-esteem? • Would your spouse say you’re a blessing … or an embarrassment? Do not dismiss these questions by thinking that your spouse – not you – is the one who needs work in this area! Do you wish your spouse would quit doing the things that bother you? Then it’s time to stop doing the things that bother him or her. Will you be thoughtful and loving enough to discover and avoid the behaviour that causes life to be unpleasant for your spouse? Will you dare to be delightful! So, treat your spouse the same way you want to be treated. And be as considerate to your spouse as you are to strangers and coworkers.


Jum l-Omm

Mejju 2014 | 11

Darb’oħra nħallas jien!

W

ara 21 sena żwieġ, skoprejt mod ġdid kif inżomm ħaj il-fjamma tal-imħabba. Ftit ilu bdejt noħroġ ma’ mara oħra. L-idea kienet tal-mara tiegħi stess! Tassew inħasadt meta marti qaltli, “U ejja, naf li tħobbha!” “Imma jien lilek inħobb,” għedtilha jien. “Naf, imma lilha tħobbha wkoll.” Dik il-mara l-oħra li l-mara riditni noħroġ magħha kienet ommi. Kienet ilha armla 19-il sena. Minħabba x-xogħol u l-familja, dan l-aħħar kont ittraskurajtha xi ftit. Dik il-lejla stess ċempiltilha u stedintha mmorru naraw film u mbagħad nieħdu xi ħaġa flimkien. “Jaqaw? Ġralek xi ħaġa?” staqsietni. Ommi waħda minn dawk li taħseb li telefonata filgħaxija tfisser aħbar ħażina. “Ma ġara xejn, imma xtaqt inqattgħu ftit ħin flimkien,” weġibtha jien. “Aħna t-tnejn biss?” Qagħdet taħsibha ftit. “Tajjeb, niġi.” Meta l-Ġimgħa filgħaxija, wara x-xogħol, għaddejt għaliha bil-karozza, sibtha qed tistennieni quddiem id-dar tagħha. Kienet għamlet xaharha, u bil-libsa li libset l-aħħar darba li ċċelebrat l-anniversarju taż-żwieġ ma’ missieri. Kif ratni, tbissmitli, u wiċċha xegħel. Dak il-ħin dehret iżgħar mill-età tagħha. Morna nieklu xi ħaġa f’ristorant żgħir. Poġġejna bilqiegħda, u jien qrajtilha l-menù, għax ommi setgħet tara biss l-ittri miktubin b’tipi kbar. Meta wasalt f’nofsu, ħarist lejha.

Rajtha titbissem b’ċerta nostalġija. “Meta kont żgħir,” qaltli, “kont jien li naqralek ilmenù, tiftakar?” Waqt l-ikel komplejna nitkellmu. Fuq xejn tad-dinja l-oħra, imma aġġornajna lil xulxin dwarna nfusna u qgħadna niftakru ċerti ġrajjiet imgħoddija. Domna npaċpċu, tant li l-film ma morniex. Meta fl-aħħar wassaltha lura d-dar, qabel ħarġet mill-karozza, qaltli, “Nieħu gost jekk nerġgħu nagħmluha darba oħra, imma nħallas jien!” Jien għedtilha kollox sew. “Kif marret id-date?” staqsietni l-mara meta dħalt id-dar. “Tajjeb ħafna. Aħjar milli stennejt,” weġibtha. Ftit ġimgħat wara, ommi ħallietna. Attakk ta’ qalb qawwi. Tant ħasadna li lanqas biss ilħaqtha. Ftit żmien wara, irċevejt envelopp b’kopja ta’ riċevuta minn dak l-istess ristorant fejn ommi u jien konna kilna. In-nota, imwaħħla mal-irċevuta, kienet tgħid: “Għażiż ibni, din id-darba ħallastlek jien. Kont kważi ċerta li jien ma kontx se nkun hemm, imma xorta ħallast għal tnejn – għalik u għallmara. Għadek ma tafx kemm fissret għalija dik l-ikla li kellna flimkien l-aħħar darba filgħaxija! Inħobbok.” Dak il-ħin fhimt kemm hi importanti l-kelma “Inħobbok” u kemm hu importanti li tagħti lill-għeżież tiegħek il-ħin li jistħoqqilhom. Dawn l-affarijiet ma jistgħux jitħallew “għal darb’oħra”!


Purchase your Travel Policy

onLinE

TRAVEL insuRAncE includes...

Worldwide Travel Assistance from Malta’s call centre

Purchase your policy online on www.middlesea.com or contact any of our authorised intermediaries.

if it matters to you, it matters to us.

Middlesea Insurance p.l.c. (C-5553) is authorised by the Malta Financial Services Authority to carry on both Long Term and General Business under the Insurance Business Act, 1998. COM 300312 633 JOB 36127 02/13


Riflessjoni • Joyce Zammit

Mejju 2014 | 13

Ħeħe, x’waħda din!

L-espressjonijiet jinbidlu mażżmien. Darba konna ngħidu, “Ara l-wajer!” Jien għadni nuża l-espressjoni “Tal-ġenn!” Illum iżżgħażagħ jiktbulek “hehe” fl-sms bil-mowbajl. Ħeħe... Tafuha lillmara tal-Vanġelu? Ħeħe...Dik mara! Ħeħe... Agħtuni ċans ngħidilkom.

M

ela Ġajru, il-kap tas-sinagoga, kellu tifla waħda, il-mimmi ta’ għajnejh, li mardet u kienet se tmut. Mar jiġri għand Ġesù, u talbu jiġi jfejjaqha. U Ġesù qabad it-triq, kif talbu Ġajru. Il-folla kienet tross fuqu, kulħadd b’kurżità kbira biex jaraw x’kien se jagħmel Ġesù. Imma f’daqqa waħda Ġesù waqaf, ħares madwaru u, qalb dik il-folla li bilkemm kienet tħallih jieħu nifs, staqsa l-iżjed mistoqsija stramba: “Min messni?” Stenna ftit. Qed niġri. Fejn hi l-mara tal-vanġelu? Kienet ilha tbati bin-nixxiegħa tad-demm 12-il sena sħaħ. Għamlet kulma setgħet, ħallset kemm felħet, u l-ebda sinjal ta’ fejqan. Mhux għax riedet tagħmel għaġeb minn din is-sitwazzjoni (milli jidher kienet mara kwieta u mistħija). Imma din il-marda tagħha kienet qatgħetha kompletament mis-soċjetà. Dak l-iżjed li kien ikiddha. Mhux il-marda nnifisha, imma li bilfors kellha titwarrab min-nies. Jew hekk, jew inkella jwarrbuha huma. U dan żgur kien iweġġagħha iżjed. Issa semgħet ħoss ta’ folla riesqa lejha. Malajr daret biex taħrab ’il hemm. Imma

f’qalb il-folla għarfet lir-Rabbi minn Nażaret. Kienet semgħet dwar kemm kien fejjaq nies. Allura lilha le?... Tgħid tmur tkellmu? Tgħidlu... Imma biex jismagħha trid tersaq lejh. Madwaru hemm wisq storbju. Jista’ ma jifhimiex. Tagħmel pass ’il quddiem, u terġa’ lura mbeżżgħa. Allaħares jindunaw min kienet. Qed tibża’ ħafna... imma tixtieq tfiq ukoll. Kważi bla ma taf kif, issib ruħha ħdejn ir-Rabbi. U jgħaddilha ħsieb minn moħħha... “Kieku mmisslu mqar it-tarf tal-libsa tiegħu, żgur infiq.” U hekk għamlet, u Ġesù staqsa dik ilmistoqsija stramba, “‘Min messni?” Kien ħass il-qawwa tal-fejqan tiegħu tirrispondi għallfidi kbira ta’ xi ħadd li messu bil-moħbi. Ħeħe, x’waħda din! X’fidi din li ċċaqlaq mhux biss il-muntanji imma anki lil Alla nnifsu! U bilħaqq, it-tifla ta’ Ġajru laħqet mietet sakemm wasal Ġesù. Min jaf Ġajru kemm inkwieta meta rah jieqaf ikellem lil dik ilmara! Imma Ġesù qal lil Ġajru, “Tibżax, biss inti emmen, u hi tfiq.” U hekk kien. Ħeħe!


14 | Flimkien

Bibbja

X’ġara wara? Fil-ġimgħat li għaddew ftakarna fil-Passjoni u l-Qawmien ta’ Ġesù. Imma x’kien ġara wara li Ġesù qam u tela’ s-sema? Dan il-kwizz jgħinek tkun taf x’ġara f’dawk il-jiem bikrin u eċċitanti tal-Knisja. Biex twieġeb tajjeb, tista’ żżomm ħdejk il-ktieb tal-Atti tal-Appostli. 1. Wara li Ġesù tela’ s-sema, l-appostli għażlu lil xi ħadd biex jieħu post Ġuda. Lil min? 2. X’festa kienet meta niżel l-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli? 3. X’sinjali seħħew li wrew li kien ġie l-Ispirtu s-Santu fuq l-appostli? 4. Madwar il-kamra fejn kienu, inġabret kotra kbira. Pietru qam ikellimhom u ħafna emmnu u tgħammdu. Kemm kienu dawk li tgħammdu dakinhar? 5. Pietru u Ġwanni kienu telgħin lejn ittempju meta raw raġel magħtub minn twelidu li talabhom il-karità. Pietru qallu: “Fidda u deheb m’għandix, imma dak li għandi se nagħtihulek”. X’tah? 6. Il-qassisin, il-kmandant tat-tempju u s-Sadduċej ma felħux jisimgħu lill-appostli fit-Tempju jgħallmu dwar il-qawmien mill-imwiet, għalhekk tefgħuhom ilħabs. L-għada ltaqgħu l-kapijiet, fosthom Anna l-qassis il-kbir, u Kajfa. Staqsew lill-appostli f’isem min kienu fejqu lillmagħtub. X’wieġeb Pietru? 7. Il-kapijiet qagħdu jiddiskutu bejniethom x’jagħmlu bihom, minħabba li n-nies ta’ Ġerusalemm saru jafu bil-fejqan talmagħtub. X’iddeċidew?

Tweġibiet 1. Meta qatgħu x-xorti bejn Ġużeppi (imsejjaħ Barsaba) u Mattija, ix-xorti waqgħet fuq Mattija (Atti 1:15-26). 2. Għid il-Ħamsin jew ‘Pentekoste’ (Atti 2:1). 3. Tliet sinjali: ħoss bħal ta’ riħ qawwi mela d-dar fejn kienu qegħdin; dehrulhom ilsna qishom tan-nar li tqassmu u qagħdu fuq kull wieħed minnhom; bdew jitkellmu b’ilsna oħra (Atti 2:2-4). 4. Tlett elef (Atti 2:7-42). 5. Pietru qallu, “Fl-isem ta’ Ġesù Kristu ta’ Nażaret, imxi!” Ir-raġel qam u beda jimxi u daħal magħhom fit-tempju (Atti 3:1-26). 6. Pietru wieġeb li l-fejqan kien seħħ bissaħħa tal-isem ta’ Ġesù Kristu. “Din hi l-ġebla li intom il-bennejja warrabtu u li saret il-ġebla tax-xewka. F’ħadd ħliefu ma hemm salvazzjoni, għax imkien taħt is-sema ma hemm isem ieħor mogħti lill-bnedmin li bih aħna għandna nkunu salvi” (Atti 4:5-12). 7. Ordnawlhom ma jgħallmux aktar f’isem Ġesù, imma Pietru u Ġwanni weġbuhom: “Aħna ma nistgħux ma nitkellmux fuq dak li rajna u smajna.” Il-kapijiet reġgħu hedduhom u telquhom, għaliex minħabba l-poplu ma kinux jafu kif jaqbdu jikkastigawhom (Atti 4:15-22).




25 years

1989-2014

25 YEARS OF AFFORDABLE GREEN ENERGY FOR ALL. CELEBRATE WITH US. YOUR ENERGY. TODAY & TOMORROW. ideas for life

PHOTOVOLTAIC S YSTEMS

CALL US ON 2180 7123

80, Triq il-Kaccatur, Qormi, QRM3561 Email: sales@bajadagroup.com


18 | Flimkien

Michel Quoist

I have no time! I

went out, Lord. Men were coming and going, walking and running. Everything was rushing: cars, trucks, the street, the whole town. Men were rushing not to waste time, to catch up with time, to gain time. Goodbye, excuse me, I haven’t time. I’ll come back, I can’t wait, I haven’t time. I’d love to help you, but I haven’t time. I can’t think, I can’t read, I’m swamped, I haven’t time. I’d like to pray, but I haven’t time. You understand, Lord? They simply haven’t the time. The child is playing, he hasn’t time right now … later on ... The schoolboy has his homework to do, he hasn’t time … later on … The student has his courses, and so much work ... later on ... The young man is at his sports, he hasn’t time ... later on ... The young married man has his new house to fix up, he hasn’t time … later on ... The grandparents have their grandchildren, they haven’t time ... later on ... They are dying, they have no ... Too late!... They have no more time! And so all men run after time, Lord. They pass through life running: hurried, jostled, overburdened, frantic, and they never get there. They haven’t time. In spite of all their efforts they’re still short of time.

Lord, you must have made a mistake in your calculations! The hours are too short; the days are too short. Our lives are too short. You who are beyond time, Lord, you smile to see us fighting it. And you know what you are doing. You make no mistakes in your distribution of time to men. You give each one time to do what you want him to do. But we must not lose time, waste time, kill time, For time is a gift that you give us, but a perishable gift, a gift that does not keep. Lord, I have time, I have plenty of time, All the time that you give me: the years of my life, the days of my years, the hours of my days. They are all mine. Mine to fill, quietly, calmly, but to fill completely, up to the brim. To offer them to you, so that, of their insipid water, You may make a rich wine as you made once in Galilee. I am not asking you tonight, Lord, for time to do this and then that, but your grace to do conscientiously, in the time that you give me, what you want me to do.


Riflessjoni

Mejju 2014 | 19

Ribelljoni

R

aġel ħolom li jdejh, saqajh, ħalqu u moħħu rvellaw … kontra l-istonku tiegħu. “Int m’int tajjeb għal xejn!” qalu l-idejn lill-istonku. “Aħna naħdmu għalik: nisserraw, insammru, nerfgħu u nġorru. U int bilqiegħda hemm, paxxut u tibla’ l-ikel!” “Veru!” għajtu flimkien is-saqajn. “Ara ftit aħna kif ngħejjew, mexjin il-ġurnata kollha. U int hemm, titħanżer! Ara daqsiex sirt!” “Naqbel!” qabeż il-ħalq. “Dak l-ikel kollu li tħobb tiekol int ikolli noqgħod nomogħdulek jien. U bil-kemm inkun lestejt, li ma tiġix int, tiġbdu lejk u tieħdu kollu int. Mhux sew!” “Mela xi tgħidu għalija?” għajjat il-moħħ. “Taħsbu li xi ċajta li noqgħod hawn fuq, il-ħin kollu naħseb minn fejn inġib l-ikla li jmiss, u mbagħad, wara kollox, jien ma jmissni xejn?” Waħda wara l-oħra, il-partijiet kollha tal-ġisem ingħaqdu fi protesta sħiħa, kollha jilmentaw kontra l-istonku, li baqa’ kwiet u ma qal xejn. “Ġietni idea!” qal f’ħin minnhom il-moħħ. “Ejjew nirribellaw ilkoll kontra dan l-istonku għażżien, u nieqfu naħdmu għalih.” “Idea tajba!” qablu l-oħrajn. “Nuruh li aħna importanti aktar minnu. Forsi fl-aħħar iqum minn hemm u jibda jaħdem ftit hu wkoll!” U hekk ġara. Waqfu jaħdmu: l-idejn ma refgħux u ma ġarrewx aktar; is-saqajn ma mxewx; il-ħalq ta kelma li ma jomgħodx u ma jiblax aktar; il-moħħ iddeċieda li ma jagħtix aktar ideat

dwar minn fejn jinġieb l-ikel. Għall-ewwel, l-istonku gerger xi ftit, kif jagħmel kull meta jkun bil-ġuħ. Imma wara ftit, reġa’ qagħad kwiet. Ir-raġel li kien qed joħlom stagħġeb mhux ftit li ma setax jimxi aktar. Ma kellux saħħa jaqbad b’idu. Lanqas biss felaħ jiftaħ ħalqu. Moħħu beda jdur bih. F’daqqa waħda ħassu ħażin. Ma’ kull jum li jgħaddi, ir-raġel kien iħossu dejjem aktar dgħajjef. “Din ir-ribelljoni aħjar ma ddumx aktar,” qal bejnu u bejn ruħu, “inkella se mmut bil-ġuħ!” Fl-aħħar, ir-raġel sema’ leħen batut ġej min-naħa tas-saqajn. “Forsi għamilna żball! Wara kollox, forsi l-istonku kien qed jaħdem bil-mod tiegħu, u ma kienx qed jitgħażżen u jiekol biss!” “Taf li anki jien hekk qed naħseb?” qal il-moħħ. “Veru li l-ikel qed jispiċċa kollu għandu, imma milli jidher kien qed jibagħtu lura kollu għandna.” “Aħjar nammettu l-iżball tagħna,” qabel magħhom il-ħalq. “L-istonku għandu xogħol daqs kull wieħed minna. Mela ejjew inqumu u nerġgħu nibdew naħdmu.” Dak il-ħin stess ir-raġel ħa r-ruħ meta nduna li saqajh setgħu jimxu, idejh setgħu jaħdmu, ħalqu seta’ jomgħod, u moħħu jaħseb ċar. “Tgħallimt ħaġa importanti,” qal ir-raġel, hu u jimla l-istonku b’ikla tajba. “Jew naħdmu lkoll flimkien, jew xejn ma jaħdem sew!”


ute You cannot always rely on a parach to stop your fall

Evita l-waqgħat Persuna f’kull tliet persuni ta’ età ’l fuq minn 65 sena għandu ċ-ċans li jaqa’ tal-anqas darba fis-sena. Din il-perċentwali titla għal 50% għal min għandu aktar minn 75 sena. Fil-fatt l-anzjani, wara t-tfal u l-isportivi, huma l-aktar faxxa tas-soċjetà suxxettibbli għal waqgħat, bid-differenza li ta’ l-ewwel jqumu qishom mhux huma, filwaqt li persuna anzjana tista’ jkollha konsegwenzi gravi ħafna. Hemm ħafna raġunijiet għalfejn l-anzjani jaqgħu, fosthom: • Uġiegħ fil-ġogi • Bankini mkissra • Muskoli dgħajfa • Pressjoni baxxa • Nuqqas ta’ bilanċ • Meta tieħu iktar minn 5 mediċini f’salt • Użu ta’ żraben mhux addattati • Xi kallijiet fil-pala tas-sieq • Vista batuta minħabba l-katarretti • Twapet, ilma jew wajers fis-saqajn • Użu ta’ bsaten kif mhux suppost • Nuqqas ta’ dawl fid-dar Min qed jaqra dan l-artiklu u kellu xi esperjenza ta’ xi waqgħa, għandu jfittex il-kawża u jekk jista’, jieħu passi biex jevita li din ma terġax isseħħ. Eżempju, jekk tfixkilt fit-tapit tad-dar, jew neħħieħ jew waħħal it-

Anzjanità attiva tfisser ukoll li tieħu d-destin tiegħek f’idejk u tibda’ llum tagħmel eżerċizzi fiżiċi, ta’ l-anqas 150 minuta filġimgħa. Ir-riċerka stabbiliet li anzjan attiv itawwal ħajtu bla mard serju, għal tal-anqas 15-il sena. Dan hu investiment tajjeb għal kulħadd. LiveLife se jorganizzaw taħdita fuq Prevenzjoni ta’ u trattament wara waqgħa fl-14 ta’ Ġunju fil-11am. It-taħdita se tkun immexxija mill-fiżjoterapista Robert Grech li huwa l-manager ta’ Livelife. Ċemplilna fuq 2133 9000 biex tibbukkja post.

Għal aktar informazzjoni, ċempel fuq 2133 9000 jew ibgħat email fuq info@livelife.com.mt www.livelifemalta.com • www.facebook.com/livelifemalta 46, Manwel Dimech Street, Sliema

Avviż bi ħlas

NTION FALLS AWARENESS & PREVE 9000 LET US HELP YOU - CALL 2133

tapit ma’ l-art billi tuża tejp. Jekk il-vista qed tonqos, ħu parir minn għand it-tabib tiegħek. Tħallix li sseħħ xi waqgħa għax din tista’ tikkawża ksur f’għadam, tbenġil, xi qatgħa fil-ġilda u brixx. Biss l-agħar konsegwenza hi li l-persuna titlef il-fiduċja fiha nnifisha u titlef il-libertà. Livelife hu ċentru ta’ rijabilitazzjoni privat f’tas-Sliema, fejn fost bosta servizzi offruti wieħed isib għajnuna biex nevitaw il-waqgħat, fosthom: • Gym jew pixxina biex wieħed isaħħaħ ilmuskoli u jtejjeb il-bilanċ • Klassijiet ta’ eżerċizzi apposta għal kontra l-waqgħat • Fiżioterapija biex tgħin tnaqqas xi uġigħ fil-ġogi, u parir fuq l-użu korrett talbastun • Occupational Therapist biex jagħmel eżami tad-dar, u jagħti parir biex l-ambjent li tgħix fih ikun aktar sigur • Podoloġista għal kura ta’ problemi fis-sieq • Speċjalista fil-kura tal-anzjani


It tri mill-qarrejja

Mejju 2014 | 21

ITTRA REBBIEĦA

Qrar għal min nieqes mis-smigħ

Qed nikteb għan-nom ta’ dawk kollha li anki minħabba l-età huma neqsin mis-smigħ. Naf b’nies li qed isibu problema meta jiġu biex iqerru minħabba li dawn, mingħajr ma jridu, ħafna drabi jkunu jitkellmu b’vuċi għolja. Għalhekk jekk iqerru fil-knisja jkunu qed jisimgħuhom l-oħrajn li jkunu viċin jistennew. Il-qrar għandu jsir fil-privatezza bejn il-penitent u s-saċerdot. Nissuġġerixxi li jkun hemm post, forsi fis-sagristija, fejn wieħed jista’ jqerr b’moħħu mistrieħ. Dan possibbli speċjalment fejn il-knejjes ikollhom żewġ sagristiji, fejn waħda minnhom tista’ tintuża għalhekk. Qarrejja regolari, l-Imsida

Count your blessings

Etikett fis-sewqan

Bing Crosby, kantant u kummidjant famuż, kien Kattoliku ferventi. Kien jgħid irRużarju kuljum. F’waħda mill-kanzunetti tiegħu, ikanta: If you’re worried and you can’t sleep, just count your blessings instead of sheep, and you’ll fall asleep counting your blessings. Parir sabiħ u sempliċi għal dawk minna li billejl ma nkunux nistgħu norqdu. Għodd il-grazzji li jagħtik il-Mulej kuljum, u torqod fil-paċi! Saviour Sacco, Ħamrun

Kemm saret ħaġa rari li s-sewwieqa jċedu lil xulxin! Qabel spiss konna nċedu f’xi salib it-toroq jew f’roundabout. Illum, jekk iċċedi lil xi sewwieq ieħor, rari ħafna jagħmlulek sinjal b’rashom jew b’idejhom jew bid-dwal tal-karozza biex juru l-apprezzament. Naqra etikett fit-toroq qatt ma għamel ħażin lil ħadd! C. Camilleri, Floriana

L-ittri għandhom juru l-isem sħiħ u l-lokalità. Kull ittra tista’ tiġi mqassra u editjata. L-ittra li titla’ bil-polza bejn dawk li jidhru f’dak ix-xahar tirbaħ żewġ kotba mingħand Merlin Publishers Ltd. Ibgħatha email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta: Flimkien, Ittri mill-Qarrejja, Kurja, Floriana.

Seminar f’Mount St. Joseph, Mosta Dixxerniment Komunitarju X’jista’ jsir meta grupp jew organizzazzjoni jħossu li tilfu l-iskop u l-ħajja li kellhom ġo fihom? Seminar ispirat mill-Eżercizzi Spiritwali ta’ San Injazju Mill-Ġimgħa, 9, sal-Ħadd, 11 ta’ Mejju Imexxi: Fr. Ray Pace, SJ 2276 0201; info@mtsjoseph.org

L-Aċċjomu Fir-Randan li għadda rrealizzajt ħaġa. Min jaf xi jħossu t-tfal żgħar meta neħduhom il-knisja u jaraw l-Aċċjomu: raġel kollu dmija, għajnejh magħluqa bl-uġigħ, bil-kuruna tax-xewk f’rasu. Nifhem li l-istatwi qegħdin ukoll għall-kbar. Nifhem ukoll li Kristu sofra tbatija tremenda fil-Passjoni, u ma nistgħux inneħħu l-Kurċifiss mill-fidi tagħna. Imma hemm għalfejn li l-ewwel ħaġa li jaraw it-tfal meta jidħlu l-knisja hija xi ħaġa li tbeżża’? Qatt irrealizzajna xi jħossu t-tfal żgħar meta jaraw l-Aċċjomu maqtugħ minn sidru jew żaqqu, għax dejjem ikun forma ta’ bust? Nixtieq li xi drabi naraw l-affarijiet ukoll minn għajnejn it-tfal żgħar. R. Vella, Mellieħa


NE W - ons dd a A E E F R n o ex t r U p to * at o s t c 67a.v5in% gs S

Motor Insurance

8007 2322 www.citadelplc.com * terms and conditions apply Citadel Insurance p.l.c. • Casa Borgo • 26 Market Street • Floriana FRN 1082 • Tel: 2557 9000 • Freephone 800 72322 • E-mail: info@citadelplc.com Branches: Il-Gżira 21332151 • Ħaż-Żebbuġ 21464873 • In-Naxxar 21419198 • Paola 21806247 • San Ġwann 27330044 • Iż-Żejtun 21807779 • Victoria 21566660 • Tied Insurance Intermediaries: Malta • Gozo Citadel Insurance p.l.c. is a company authorised to carry on general and long term business of insurance and is regulated by the Malta Financial Services Authority.


Parroċċi Maltin • Parroċċa Ġesù Nazzarenu, Tas-Sliema

Mejju 2014 | 23

Parroċċa li se tikber

I

l-parroċċa ta’ Ġesù Nazzarenu (TasSliema) tinsab f’żona kummerċjali, imdawra b’ħafna ħwienet, lukandi, uffiċini u shopping centres. Saret parroċċa erbgħin sena ilu, u fiha ma tiġi ċċelebrata l-ebda festa esterna. Iżda l-Ġimgħa ta’ wara t-tieni Ħadd tar-Randan, fil-knisja niċċelebraw il-festa ta’ Ġesù Nazzarenu b’quddiesa solenni. Insejħulha “festa” imma fil-fatt mhix festa kif jifhmuha xi wħud. Pjuttost hija ċelebrazzjoni penitenzjali minħabba l-fatt li tiġi fir-Randan. Il-qofol tal-“festa” huwa l-pellegrinaġġ ta’ penitenza li din is-sena ħadu sehem fih il-parroċċi tal-Unità tagħna (Tas-Sliema u l-Balluta). Il-parroċċa “tan-Nazzarenu” titmexxa minn komunità żgħira ta’ patrijiet Dumnikani flimkien mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, li fi ħdanu għandu l-kummissjonijiet tal-Liturġija, il-Katekeżi, id-Djakonija u l-Familja. Permezz ta’ dawn issir il-ħidma kollha fil-parroċċa, li fiha jgħixu madwar 500-600 familja. Dan in-numru mistenni jikber ħafna meta l-appartamenti l-ġodda f’Tignè jitlestew u jimtlew bir-residenti. Bħal f’ħafna parroċċi oħra, l-Ewkaristija titwassal fid-djar tal-morda u l-anzjani, kemm mill-kleru kif ukoll mill-ministri tat-tqarbin. Peress li hawn ħafna anzjani fi djarhom bil-helper magħhom (kollha

Filippini Nsara) fil-Milied li għadda l-membri tad-Djakonija offrew ruħhom biex joqogħdu mal-anzjani waqt li l-helpers Filippini setgħu jiġu jisimgħu l-quddies: ġest tassew sabiħ ta’ għaqda u solidarjetà. Għalkemm il-parroċċa fiha ħafna anzjani, għandna preżenza qawwija ta’ żgħażagħ li jintlaħqu bil-quddiesa tas-7pm tal-Ħadd iċċelebrata minn P. Charles Tabone O.P. Din hija quddiesa popolari ħafna maż-żgħażagħ li jiġu bi ħġarhom minn Malta kollha. IsSibt filgħaxija u l-Ħadd ikollna ħafna qrar u counselling. Minħabba l-lokalità tal-knisja, għandna kuntatt ukoll ma’ ħafna turisti li ħafna minnhom mhux biss jiġu jaraw il-bini tal-knisja imma wkoll jieħdu sehem fiċċelebrazzjonijiet, l-aktar fil-Ġimgħa Mqaddsa u fis-sajf. Qed nħarsu ’l quddiem bi stennija għal meta jitlesta l-bini taċ-Ċentru Parrokkjali l-ġdid li se jinkludi kappella tal-adorazzjoni, sala, klassijiet għat-tfal tad-duttrina u uffiċċju.

G.K. Chesterton Conference It-Tlieta, 27 ta’ Mejju, fis-6pm Erin Serracino Inglott Hall, l-Università ta’ Malta Suġġett: Chestertons’s Social and Economic Vision Kelliema: Fr Ian Boyd u Prof. Dermot Quinn (Seton Hall University). Introduzzjoni minn Prof. Peter Vassallo (Università ta’ Malta). Għal aktar tagħrif: 7959 1875; gkcmalta@gmail.com; FB: G.K. Chesterton Malta Community


SPRING SUMMER ‘14


Mudi €40

grey/pink, sizes: 35-42

Laois €80

green, sizes: 35-42

Lakeba €75

tan/black, sizes: 36-42

Corella €85

white/black, sizes: 36-42

Tully €75

pink, sizes: 36-42

Kylea €90

blue/white, sizes: 36-42

Sarre €80

Melon €60

red/black, sizes: 36-42

Ringil €68

gold/black, sizes: 35-42

Corozal €80

brown/grey, sizes: 35-42

white/black, sizes: 36-42

Nore €90

Sarre Back Strap €80

white, sizes: 36-42

grey, sizes: 35-42

see the full range on

schollfoothealthcentre.com Available from all Scholl Foothealth Centres and leading pharmacies. While every effort has been made to ensure the accuracy of the information contained within this advert prices may be subject to change and not all sizes and colours may be available.


Saħħitna • Dr Peter Ferry M.D., M.Sc., F.R.C.P. • Speċjalista fil-Mediċina u l-Anzjani

Mejju 2014 | 26

Għedewwa

fil-kamra tas-sodda

I

l-House Dust Mite huwa insett mikroskopiku li jinsab f’kull dar. Dawn l-insetti jgħixu fuq il-qxur tal-ġilda talbniedem. Jagħmlu parti mit-trab li jkollna f’darna għax l-ambjent ta’ darna huwa ideali għall-għajxien tagħhom, speċjalment il-kamra tas-sodda, fejn jixorbu mill-għaraq tagħna, jieklu l-qxur ta’ ġisimna, u jisħnu u jirriproduċu fl-ambjent sħun ta’ kamritna! Dak li jagħmel ħażin lill-bniedem fil-fatt huwa l-ħmieġ ta’ dan l-insett. Dan jittajjar fl-arja u jidħol fis-sodod u l-imħaded tagħna. Dan il-ħmieġ jista’ jikkawża allerġija fl-għajnejn, fil-pulmun jew flimnifsejn ta’ xi wħud minna. Dawn l-allerġiji huma komuni ħafna. Ma tagħmilx differenza jekk ikollokx dar nadifa jew le. Ħafna familji jistgħu jiġu affettwati anke jekk ikunu joqogħdu f’ambjent lussuż. Għalkemm ħafna drabi l-mediċina li tingħata għal dawn l-allerġiji hija effettiva

ħafna, tajjeb li wieħed jipprova jnaqqas l-insett tal-house dust mite biex inaqqas iċċans li jibdew l-allerġiji. Biex tnaqqas il-house dust mite: • Neħħi t-twapet mill-kamra tas-sodda. • Uża lożor apposta (li l-insett ma jaqbadx magħhom). • Aħsel il-lożor kull ġimgħa f’temperatura ta’ 60 grad Celsius. • L-aħjar imħadded huma dawk tar-rixa. • Naddaf l-għamara tal-kamra tas-sodda b’biċċa niedja. • Uża l-vacuum cleaner b’mod regolari, u ara li għandu filtru tajjeb. • Jekk jista’ jkun iftaħ il-kamra tas-sodda għall-arja. • Iżżommx ħafna soft toys fil-kamra tas-sodda. • Żomm l-umdità fil-kamra tas-sodda baxxa kemm jista’ jkun. • Tifrixx is-sodda mal-ewwel, u ħalliha titperreċ.

Wirja tal-fjuri, qsari, frott, ħxejjex u artiġġjanat fil-ġonna ta’ San Anton u fis-swali tal-wiri tal-Palazz

Inkluż programm ta’ żfin, mużika u dimostrazzjonijiet ta’ arranġamenti tal-fjuri, inklużi ta’ ikebana, u tal-artiġġjanat. Servizz ta’ ikel u xorb. Nhar is-Sibt 17 ta’ Mejju mis-2:00 sal-10:00pm u l-Ħadd 18 ta’ Mejju mit-8:00am sad-9:00pm. Dħul €2. Tfal taħt it-12-il sena b’xejn Żur il-websajt: themaltahorticulturesociety@webs.com


Logħob • Claudia Cini

Mimdudin 1. Ġlekk u qalziet f’daqqa (5) 3. Tajra ta’ bil-lejl b’wiċċ ċatt (5) 6. Mhux bl-addoċċ; regolari (11) 8. Annullata; imħassra (7) 12. Par żwiemel isuqu karozza waħda (7) 15. Stilla tal-baħar; titlu lill-Madonna (11) 16. Ixgħelha xħin jidlam (5) 17. Dehra waqt l-irqad (5) Weqfin 1. Bastun għall-ixkupa (5) 2. Tidħolx bejnha u bejn qoxritha għax tibqa’ b’riħitha! (5) 4. Kundizzjoni tal-ajru (5) 5. Qim; ivvenera (5) 7. Minn Malta (7) 9. Mingħajr (3) 10. u 14. Xogħolha fuq it-tajprajter (8) 11. Bihom tistad għall-ħut minn fuq l-art (5) 12. Valur ta’ oġġett (5) 13. Ir-raba’ xahar tas-sena (5) 14. A ra 10 Wieqfa Irbaħ voucher mingħand BfitMalta Fitness Studio, 123, Triq il-Kbira, Żabbar (7979 0411). Ibgħatha sal-15 tax-xahar: Flimkien, Tisliba, Kurja, il-Furjana.

Mejju 2014 | 27

Tisliba 1

2

3

6

4

5

13

14

7

8

11

9

10

12

15

16

17

Soluzzjoni ta’ April

Rebbieħ: L. Cassar, Ħ’Attard

Mimdudin: 1. BAĦRI, 3. ĊATTA, 6. ĊERIMONJALI, 8. RETTURI, 12. ĦABBATA, 15. AGRIKULTURA, 16. TRABI, 17. ITTRA. Weqfin: 1. BOĊĊI, 2. ĦARIR, 4. TRAVI, 5. ABITA, 7. OTTUBRU, 9. EVA, 10. RIT, 11. KWART, 12. ĦARBA, 13. ADULT, 14. BXARA. Nota: GĦ u IE jieħdu kaxxa waħda

A G+D B W-S C UxX D K÷K E P+A F L-D G UxU H W÷U I K+G J T-P K X+O L AxA M N÷U

N O P Q R S T U V W X Y Z

F-R I÷Z Z+J UxP C-S W-B X+M V-I E+O UxH Q-B AxZ Y÷A

7

2 23

Alfakodo

Irbaħ voucher mingħand BfitMalta Fitness Studio, 123, Triq il-Kbira, Żabbar (79790411) billi tuża l-għajnuna fil-kolonni tan-nofs biex issib il-valuri neqsin. Ibgħatha sal-15 tax-xahar: Flimkien, Alfakodo, Kurja, il-Furjana.

Soluzzjoni ta’ April A 18 N 15

B 20 O 3

C 6 P 17

D 24 Q 9

E 12 R 21

F 22 S 5

G 8 T 23

H 16 U 11

I 2 V 26

J 14 W 13

K 10 X 7

L 25 Y 19

Rebbieħ: M. Zammit, il-Gżira

Adam: Mulej għaliex lil Eva għamiltha daqshekk sabiħa, qalbha tajba, u koka daqshekk tajba? Alla: Biex inti tħobbha għal dejjem. Adam: Allura għaliex għamiltha daqshekk stupida? Alla: Biex hi tħobb lilek għal dejjem!

M 4 Z 1



Paġna tat-tfal • Claudia Cini • Disinn: Graziella Grech Cachia

Marzu 2014 | 29

IL-PORTMONI

KOMPETIZZJONI Nissuġġerixxu li t-tfal jiddiskutu l-istorja mal-ġenituri tagħhom u wara jwieġbu l-mistoqsija. Ibagħtuha hekk: Flimkien, Komik, Kurja, Il-Furjana. L-ewwel ittra li tinfetaħ tirbaħ Kangaroo Ball mingħand BfitMalta Fitness Studio, 123, Triq il-Kbira, Żabbar (7979 0411). Rebbieħ tax-xahar l-ieħor: D. Scicluna, il-Pietà

KONT TAF? IL-BALENA

• Il-balena l-kaħla (blue whale) hija akbar mill-akbar dinosawru li qatt eżista. • Tiżen 150 tunnellata (150 karozza żgħira). • B’nifs wieħed kapaċi tonfoħ 2,000 bużżieqa f’daqqa. • Qalbha fiha daqs karozza żgħira. • Ilsienha hu akbar minn iljunfant adult. • Tiġri b’veloċità ta’ madwar 30 mil fis-siegħa. • It-tisfira tagħha hija l-ogħla ħoss fost l-annimali kollha. • Tgħix daqs il-bniedem; ġieli tlaħħaq il-100 sena.


L-Aħħar Paġna

30 | Flimkien

Imnaqqax fil-ġebel

Ż

ewġt iħbieb, Xandru u Pietru, kienu mexjin fid-deżert. F’ħin minnhom qam argument bejniethom, u Xandru xejjer daqqa ta’ ħarta lil Pietru. Pietru, dak li qala’ d-daqqa, għorok wiċċu, imma bla ma qal xejn niżel għarkupptejh fl-art u kiteb fir-ramel: “Illum, l-aqwa ħabib tiegħi tani daqqa ta’ ħarta.” Baqgħu mexjin, sakemm fl-aħħar sabu l-ilma. Xorbu u niżlu jinħaslu fl-għadira talilma. F’daqqa waħda , u qisu qatt ma kien xejn, Pietru weħel fit-tajn u kien se jegħreq, imma Xandru qabdu minn idu u salvah. Wara ħeles mill-għarqa u ġie f’tiegħu, Pietru reġa’ niżel fl-art, u kiteb fuq ġebla:

“Illum, l-aqwa ħabib tiegħi salvali ħajti.” Xandru, dak li kien ta bil-ħarta kif ukoll salva lil sieħbu, staqsieh, “Pietru, għaliex meta tajtek bil-ħarta int ktibt fir-ramel, imma meta salvajtek mill-għarqa ktibt fuq il-ġebel?” Pietru wieġeb, “Meta xi ħadd iweġġagħna, għandna niktbuha fir-ramel. Maż-żmien ninsew, jiġi r-riħ, u jtajjar kollox. Imma meta xi ħadd jagħmlilna xi ħaġa tajba, għandna nnaqqxuha fil-ġebel fejn l-ebda riħ ma jista’ jtajjar, iħassar jew inessi.” Ikteb il-weġgħat fir-ramel. Naqqax ittajjeb fil-ġebel.

Ibgħat kitbiet għal din il-paġna: Flimkien, L-Aħħar Paġna, Kurja, Floriana

Korrezzjoni: Il-kittieb tal-poeżija ‘Quddiem Kurċifiss’ huwa Karol Montebello u mhux kif deher bi żvista filħarġa ta’ April. Niskużaw ruħna għal dan l-iżball.

Irtiri f’Dar Manresa, Victoria

Irtir ta’ tħejjija għal Pentekoste

Healing Life’s Hurts

Għal kulħadd

Irtir-seminar għal numru limitat. Miftuħ biss għal reliġjużi u persuni kkonsagrati.

Mill-Ġimgħa, 30 sal-Ħadd, 1 ta’ Ġunju

Mill-Ġimgħa, 16 sal-Ħadd, 18 ta’ Mejju

Imexxu: Fr. Victor Degabriele, SJ u Ms. Mary Xuereb

Imexxu: Fr Alex Refalo u Sr Magdalene Cauchi

2155 6635; manresagozo@gmail.com

2155 6635; manresagozo@gmail.com


Enerġija li tiġġedded f’għadd ta’ parroċċi L-Arċidjoċesi ta’ Malta flimkien masSegretarjat Parlamentari għall-Presidenza tal-EU 2017 u għall-Fondi tal-EU fi ħdan ilMinisteru tal-Affarijiet Ewropej fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, daħlet għall-proġett ambizzjuż li qed iwassal biex jitwaħħlu sistemi fotovoltajċi fi 35 sit li huma ta’ 28 parroċċa mifruxa ma’ Malta kollha. Parti minn dan il-proġett huwa ffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp tarReġuni taħt l-Operational Programme 1 –Cohesion Policy 2007-2013. Bħalissa għaddej ix-xogħol tat-twaħħil ta’ dawn is-sistemi, xogħol li hu mistenni li jkun mitmum salaħħar ta’ Marzu ta’ din is-sena. Meta jkun lest, ikunu ġew imwaħħla 1,268 pannella li jkollhom PV Array Peak Power ta’ 366kWp. Dan ifisser li kull sena jiġu prodotti 566.72MWh ta’ elettriku, jiġifieri ta’ 566,720 unit. Dan ikollu effett dirett fuq l-ambjent għaliex jiġu ffrankati 497.58 tunnellati ta’ carbon dioxide.

Iklin, ta’ Ħal Lija, tal-Mellieħa, ta’ Mliet fil-Mosta, tal-Imsida, tal-Imtarfa, ta’ Paola (Lourdes), ta’ Ħal Qormi (San Ġorġ), ta’ Ħal Qormi (San Sebastjan), ta’ San Girgor f’tas-Sliema, ta’ Sant Andrija, Xagħjra, Nazzaret f’Ħaż-Żabbar u tas-Swatar. Imbagħad hemm dawn il-knejjes u kappelli: ta’ San Martin fil-Baħrija, tad-Duluri fil-Ħamrun, talKunċizzjoni fil-Ħamrun, ta’ Lourdes fir-Raħal Ġdid, ta’ Pembroke, ta’ Santa Luċija, ta’ Birżebbuġa, tal-Ibraġ, tal-Erwieħ f’Ħal Tarxien u ta’ Bubaqra fiżŻurrieq. Ser ikun hemm ukoll pannelli fuq għadd ta’ garaxxijiet li huma propjetà tal-Arċidjoċesi ta’ Malta. Fosthom, wieħed isib garaxx f’Ħad-Dingli, garaxxijiet f’Ħal Safi, garaxx f’M’Xlokk, fuq l-Annexe u l-Oratorju fin-Naxxar, fuq is-Sala San Patrizju firRabat u fuq il-Mużew tas-Santwarju f’Ħaż-Żabbar.

Il-proġett għandu budget ta’ €1,188,707.80 li nofshom ser toħroġhom l-Arċidjoċesi, 42.5% minn Fondi Ewropej u 7.5% minn Fondi Nazzjonali. Dawn huma s-siti fejn ser jitwaħħlu l-pannelli: Iċ-Ċentri Parrokkjali ta’ Ħ’Attard, ta’ San Ġużepp Ħaddiem f’B’Kara, ta’ B’Buġa, tal-Għargħur, talOperational Programme I - Cohesion Policy 2007-2013 Project part-financed by the European Union European Regional Development Fund Co-financing rate: 42.5% EU Funds; 7.5% MT Funds; 50% Beneficiary Funds Investing in your future


Ghin lil haddiehor ighix ahjar

Jum il-Karità

Bl-GÓajnuna tieGÓek il-knisja tista’ tkompli taqdi f’dawn l-istituzzjonijiet:

• Id-Djar tat-Tfal • Id-Djar tal-Anzjani • Id-Dar tal-Providenza • Segretarjat Assistenza Soçjali • Caritas Malta • Dar Pirotta • Taqsima Refu©jati

sms no: 50618921 (€7) Il-Óadd 18 ta’ Mejju 2014

KunsIll CarItas Malta


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.