Flimkien Novembru 2016

Page 1

Newspaper Post

Novembru 2016 | Numru 144

Għażiż ibni, lejlet il-Griżma 15 Ittra minn missier lil ibnu li se jirċievi l-Griżma tal-Isqof.

Jekk ikollok titlaq, x’tieħu miegħek? 09 Atturi famużi jirreċtaw il-poeżija ‘What They Took With Them’ b’sapport għar-refuġjati.

The upright and the crossbeam 14 Sheila Cassidy: ‘Our lives are in the shape of a cross.’

Dik l-imbierka brazzuletta! 18 Tilwima tfakkar li “l-imħabba xejn ma tinkorla; ma żżommx f’qalbha għad-deni”.

Kemm jeħtieġ art il-bniedem? 19 Novella ta’ Tolstoy dwar raġel mikul mir-regħba.

Thyroid li taħdem bil-mod 25 Meta? Għaliex? X’tagħmel? Kif tinduna?

“Alla magħna” – skont Mattew 22 P. Marcello Ghirlando OFM dwar il-Vanġelu skont San Mattew.


BSL

Britannia Tours … il-vjaææ tiegœek jibda hawn! Lourdes

Festa tal-Immakulata Kunçizzjoni 7-11 ta’ Diçembru

Kranjska Gora/

Christmas Markets fis-Slovenja 8-13 ta’ Diçembru

Christmas Markets Delights

Awstrija u l-Æermanja 7-14 ta’ Diçembru

L-Ewwel tas-Sena

fi Vjenna

26 ta’ Diçembru - 2 ta’ Jannar

Holy Land/ Holy Land u l-Æordan 21-28 ta’ Frar

Valletta Branch - Tel: 2123 8039 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt


E D I TO R J A L • D U N A N TO N P O R T E L L I

It-tifel jaqbeż

H

awn min għandu l-idea li l-qaddisin kienu kollha nies serji, wiċċhom dritt u għajnejhom iħarsu filbogħod. Għall-inqas f’ħafna inkwatri u statwi ma tarax wiċċ jitbissem u daħkan. Żgur li din hi idea żbaljata tal-qaddisin, li l-festa tagħhom niċċelebrawha fl-ewwel ta’ dan ix-xahar. Il-qaddisin kienu kollha nies normali; f’ħajjithom daħku u ferħu bħalna. Imma kienu ferħanin għax kienu mimlijin bil-preżenza tal-Mulej Alla, għax riduh ikun magħhom tul ħajjithom kollha, anki filmumenti ibsin. It-tifel jaqbeż bil-ferħ li jidher fil-faċċata huwa xbieha tal-qaddisin ferħana għax hu wkoll qed jgħix ħajtu: skola, studju, mistrieħ, sport. U qed jagħmel dan bis-sempliċità u b’sens ta’ dover, billi jisma’ u jitgħallem, ħalli jikber u jsir raġel sħiħ, fir-ruħ u fil-ġisem. Il-qaddisin huma ferħana, għaliex b’qalb miftuħa semgħu u għexu l-Kelma ta’ Alla kuljum. U hekk għandna nagħmlu aħna wkoll.

Flimkien b’tipi kbar Trid li l-Flimkien b’tipa kbira jasallek id-dar bil-posta? Ibgħat ismek, l-indirizz u €15 ċekk (f’isem il-Kulleġġ tal-Kappillani) jew 60 bolla ta’ 26ċ (għal 12-il ħarġa f’sena). Ibgħathom hekk: Flimkien, PO Box 90, Marsa. Għal aktar tagħrif, ibgħat email: flimkien@maltadiocese.org jew ċempel: 2590 6400, 2137 4942.

Novembru 2016 • Numru 144

Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u jitqassam b’xejn lill-familji Maltin. Biex tirriklama fuq Flimkien ċempel fuq 2137 4942 jew 7959 3727 Email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta Indirizz Editorjali Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali. Editur Carmel Conti

Grafika Outlook Coop

Stampar Velprint Ltd

Flimkien fuq RTK Analiżi tar-rivista Flimkien issir fil-programm ‘Merżuq’ imtella’ mill-Kulleġġ tal-Kappillani fuq radju RTK 103FM kull l-aħħar Ħamis tax-xahar fid-9pm, b’ripetizzjoni l-Ħadd ta’ wara fis-2pm.

K E L M A TA’ F R A N Ġ I S K U

Il-Missier ħolom bik!

Aħsbu f’koppja li qed tistenna tarbija titwieled. “Min jaf kif se tkun?! Min jaf kif se titbissem?! Kif se titkellem?! Imma jien ngħidilkom li l-Missier kellu ħolma wkoll dwar kull wieħed minna, bħalma missier u omm joħolmu dwar it-tarbija li qed jistennew. U dan lilna jagħtina sigurtà kbira. Il-Missier riedek. Il-Missier ried lilek, mhux massa ta’ poplu, imma lilek, u lilek, u lilek, lil kull wieħed minna. Din hi l-bażi tar-relazzjoni tagħna ma’ Alla. Aħna nitkellmu dwar Missier li jħobbna, li għażel lilna, li tana isem. Papa Franġisku1, 3 ta’ Ottubru, 2016


Faith Hope & Charity Gift Shop

...for that perfect gift, this Christmas

MALTESE SOUVEIRS · WOOD CARVINGS · RELIGIOUS ITEMS ·TRADITIONAL CRIBS · WEDDING GIFTS ORIGINAL PAINTINGS · SPECIAL OCCASIONS CARDS ROSARY BEADS · BIRTHDAY PRESENTS CHRISTMAS GIFTS find us on facebook - Faith Hope & Charity


I L- K E L M A TA L-A RĊ I S Q O F

Novembru 2016 | 5

Is-Sabar Li tistenna, iktar u iktar li tistenna fit-tul, donnu mhix fin-natura tagħna. Ilkoll nippretendu kollox mill-ewwel, fl-inqas żmien possibbli; tagħfas buttuna u jkollok ir-riżultat. Forsi għalhekk ħafna jippruvaw iqabbżu f’kull tip ta’ kju; forsi għalhekk jitilgħulna malajr u nimtlew rabja li kultant twassal għal vjolenza u aggressjoni tant li ma nibqgħux nirraġunaw u għalhekk nisfugaw ir-rabja fuq ħaddieħor. L-għerq tar-rabja mhux biss it-traffiku kull meta nsibu ruħna f’karozza fit-triq; mhumiex biss l-effiċjenza li nippretendu minn ħaddieħor u ma nsibux; mhiex biss il-mentalità li għandna li ninqdew mill-koxxa qabel kulħadd. Ir-rabja għandha għeruq fil-fond, fl-egoiżmu tagħna. Dawn l-għeruq tant jinsabu ankrati fil-qalba tagħna nfusna li jwassluna biex nirraġunaw li kollox għandu jdur magħna u kulħadd jagħmel li rridu aħna. Iżda hemm sitwazzjonijiet oħra li jnisslu r-rabja fina li mhux bilfors ġejjin millegoċentriżmu tagħna. Tista’ tkun is-saħħa jew in-nuqqas tagħha, jistgħu jkunu l-inkwiet jew l-azzjonijiet ħżiena li nirċievu, tista’ tkun l-għira jew in-nuqqas ta’ rażan. U din ir-rabja ddaħħalna f’ċirku vizzjuż li ma jħalliniex ingawdu lilna nfusna u lill-oħrajn, u kultant iġegħelna wkoll neħduha kontra Alla.

Għalina li ngħixu flimkien f’familja, fi gruppi, f’komunitajiet, f’soċjetà, dan hu għadu kbir. Għalkemm ngħixu flimkien u neħtieġu lil xulxin, il-ħsieb li aħna aqwa minn kulħadd jaqtagħna mill-oħrajn, inissel fina rabja li tneħħilna l-paċi minn qalbna u żżommna f’tensjoni kontinwa. Is-sabar u l-paċenzja jgħinuna nikkalmaw u nirraġunaw aħjar. Is-sabar u l-paċenzja jgħinuna biex, filwaqt li nagħrfu u naċċettaw ir-rabja, nesprimuha b’mod tajjeb, bi kliem li ma jkabbarhiex. Meta nistabru u nieħdu paċenzja biex nikkontrollaw millġdid lilna nfusna u nieħdu r-riedni f’idejna jkollna l-qawwa biex ninżlu fil-qalba ta’ din l-emozzjoni qawwija fina u naraw x’inhi l-kawża tagħha. Il-vjolenza u l-aggressività jkabbru r-rabja mhux inaqqsuha. Xi ħadd għaref qal li min jimxi fuq il‘ħass’ jissogra li jiżloq bil-kbir! Is-sabar u l-paċenzja, imqanqlin minn rispett lejna nfusna u lejn l-oħrajn, huma l-għodda biex nirraġunaw aħjar u niddeċiedu tajjeb anki f’sitwazzjonijiet sempliċi. Ma ninsewx li ħajjitna hija mibnija mid-deċiżjonijiet żgħar jew kbar li nieħdu. Ikun ħafna aħjar għalina u għal kulħadd li d-deċiżjonijiet ikollna l-paċenzja biex neħduhom u s-sabar biex inwettquhom.


3

rd

December VALLETTA 2 nd Edition

GUEST SPEAKER Rebecca Kiessling P L AY I N G L I V E

MALTA

STAND UP FOR LIFE! CANDLELIGHT MARCH

Meeting Point Castille Square at 17:30 www.lifenetwork.eu


Novembru 2016 | 7

Marija 131. Min hu l-ikbar fost il-Qaddisin? Marija, il-Madonna, li hi l-verġni omm Alla, hi l-ikbar fost il-Qaddisin, għaliex aċċettat li tkun omm Ġesù u b’hekk wasslet is-salvazzjoni t’Alla lid-dinja. Dan ġara meta l-anġlu ħabbrilha li kellha tkun omm il-Feddej u Marija qalet: “Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej: ħa jsir minni skont kelmtek!” (Luqa 1:38) 132. Liema hi t-talba li l-iktar tingħad lill-Madonna? It-talba li l-aktar tingħad lill-Madonna hi “Is-Sliema”. Tingħad hekk: Sliema għalik, Marija, bil-Grazzja mimlija, il-Mulej miegħek, imbierka int fost in-nisa u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek, Ġesù. Qaddisa Marija Omm Alla, itlob għalina midinbin, issa u fis-siegħa tal-mewt tagħna. Ammen.” (Luqa 1:28.42. Ara wkoll aktar tard il-mistoqsija 175 dwar jekk għandniex nitolbu biss lil Alla.) 133. X’inhu t-tagħlim dwar l-Immakulata Kunċizzjoni jew it-Tnissil bla Tebgħa talMadonna? It-tagħlim tal-Immakulata Kunċizzjoni jgħidilna li f’Marija l-fidwa tagħha twettqet minn qabel għax binha Ġesù mmerita għaliha minn qabel u għalhekk ġiet mifdija u meħlusa mid-dnub u tnisslet mingħajr tebgħa. Marija ma ġietx mittiefsa mid-dnub tan-nisel li fih tnisslu l-bqija tal-mifdijin kollha. 134. X’jgħidilna t-tagħlim tat-Tlugħ fissema ta’ Marija? It-tagħlim tat-Tlugħ fis-sema ta’ Marija jgħidilna li f’Marija l-ħelsien tagħha millmewt u l-qawmien tagħha għall-ħajja ta’ dejjem sfaw fiha minn qabel. Il-fidwa ta’

Marija tfisser li diġà tinsab, bħal binha Ġesù, fis-sema bil-ġisem. 135. Għaliex nitolbu b’mod speċjali lillMadonna? Nitolbu b’mod speċjali lill-Madonna, Omm Alla (a) għax Ġesù ħallihielna minn fuq is-Salib bħala ommna (b) għax hi x-xbieha ta’ ommna l-Knisja (ċ) għax b’ħajjitha turina x’jagħmel Alla għal dawk li jħobb u jifdi.

L-Istituzzjonijiet tal-Knisja 136. Kif inhi magħmula l-Knisja? Il-Knisja hi magħmula minn djoċesijiet, Knejjes tal-post immexxija mill-isqfijiet. Dawn l-isqfijiet huma magħqudin flimkien f’għaqda waħda bejniethom flimkien malKnisja ta’ Ruma li l-Isqof tagħha hu l-Papa. 137. Dawn il-Knejjes tal-post huma kollha l-istess? Dawn il-Knejjes tal-post jistgħu jkunu differenti minn xulxin f’dik li hi liturġija u tradizzjonijiet partikolari, iżda għandhom l-istess Skrittura, l-istess fidi u l-istess Sagramenti. Kitba: Herbert McCabe O.P. Traduzzjoni: Arthur G. Vella S.J.


0%

SIT PO LE DEAILAB AV

Starting from

€8,999

Price includes Scrappage Scheme

Industrial Motors Ltd. 1, Antonio Bosio Street, Msida MSD 1341 Tel: 2016 0000 Mob: 99991666 Email: info-iml@iml.mizzi.com.mt Mizzi Motors Ltd. Mgarr Road, Ghajnsielem, GSM 9016 Tel: 21556942 Mob: 99782000 Email: jcassar@mizzimotors.com.mt

www.suzuki.com.mt


Novembru 2016 | 9

S O L I DA R J E TÀ

Kieku kellek titlaq minn darek, x’kont tieħu miegħek?

N

umru ta’ atturi famużi, xi wħud minnhom rebbieħa tal-Oscar, fosthom Cate Blanchett u Keira Knightley, dan l-aħħar irreċtaw flimkien ilpoeżija What They Took With Them b’sapport għar-refuġjati. What They Took With Them inkitbet mid-Daniża Jenifer Toksvig. Fiha lista ta’ affarijiet li r-refuġjati ħadu magħhom huma u jaħarbu minn djarhom. Il-lista hija ispirata minn tweġibiet veri li numru ta’ refuġjati taw għall-mistoqsija: “Kieku kellek titlaq minn darek, x’kont tieħu miegħek?” Se nħalluha apposta bl-Ingliż, fl-oriġinal. Dawn huma l-oġġetti li jissemmew: • wallet (empty) • wallet • wallet • money • coins • pennies • torch • whistle • laser pointer (seen more clearly out at sea) • three bags • one bag • rucksack • trunk • yellow plastic bag for papers sellotaped till waterproof • yellow cards for refugees and national ID • army service record and information booklet from the government • diploma in electronics • certificate from high school • passport, if you’ve got one • expensive one way ticket, fake • flag • flag • national flag • flash drive • laptop • phone • mobile • phone number • SIM card, spare one • phone • phone • smartphone with Skype and Facetime headphones • charger • charger

• overseas adaptor • house keys • house keys • house keys. Xi items fil-lista juru li waħda millpreokkupazzjonijiet tar-refuġjati hija li fil-pajjiż fejn jaslu jkollhom biex jixtru dak li jkollhom bżonn (flus). Oħrajn jinkwetaw dwar kif se jkunu identifikati meta jaslu (passaport, ID) jew kif se jsibu xogħol (ċertifikati). L-aktar li jissemma’ huwa l-mod kif jistgħu jikkomunikaw (phone). Oħrajn mhumiex daqshekk ċerti li se jaslu, għalhekk l-akbar inkwiet tagħhom hu kif ħaddieħor se jinduna bihom meta jkunu fil-baħar. Imma forsi l-aktar kommoventi hija l-aħħar waħda: house keys – iċ-ċwievet tad-dar. It-tama ta’ kull refuġjat hija li xi darba jerġa’ lura pajjiżu, isib it-triq fejn joqgħod, idaħħal iċ-ċavetta fillokk … u jidħol jgħammar f’daru mill-ġdid. Qatt immaġinajt x’kont twieġeb int ukoll kieku kellhom jistaqsuk: Kieku kellek titlaq minn darek bħala refuġjat, x’kont tieħu miegħek?


10 | Flimkien

SI LVA N A C AR DON A ŻGĦA Ż AGĦ

Ħajtek sabiħa u prezzjuża Alex hu żagħżugħ tamparek. Dejjem wiċċu għad-dawl, jitbissem u jferraħ lil ta’ madwaru. Tieħu gost tiltaqa’ miegħu; ma tkunx trid titilqu. F’qalbek ikollok tistaqsi: Għaliex hu daqshekk popolari? Għaliex dejjem imdawwar bil-ħbieb? Għaliex kulħadd ifittxu biex ikun miegħu?

I

mma fil-verità, bħal kull żgħażugħ ieħor, Alex ukoll ikollu diversi diffikultajiet fl-iskola u fil-familja. Ħafna drabi jħossu mtaqqal. Imma huwa tgħallem iżomm attitudni pożittiva, jiġrilu x’jiġrilu. Meta darba staqsewh kif jirnexxilu jibqa’ ferħan u pożittiv, Alex wieġeb hekk: • Nipprova nkun grat għal dak li għandi: il-familja, il-ħbieb, il-ħajja, l-affarijiet li għandi. Napprezza l-ħajja. Irrid noħlom, imma sadattant irrid nieħu gost b’li għandi anke jekk mhux ħafna jew mhux eżatt kif nixtieq. • Irrid nemmen li kull mument ta’ ħajti huwa perfett, anki jekk jiġru affarijiet koroh madwari u nisma’ xi aħbar kerha. Ilmumenti koroh ukoll huma parti mill-ħajja imma ma nħallihomx ikaxkruni. • Irrid li jkolli sens umoristiku, nitgħallem nidħak. Id-daħk joħloq enerġija pożittiva ġo fija u f’min jismagħni. Mhux kollox serju u traġiku! • Meta tiġi opportunità sabiħa, naħtafha! Billi noqgħod id-dar fuq is-sufan, naħsibha biss, ma nasal imkien. Irrid inqum u nipprova esperjenzi ġodda li jgħinuni nkabbar il-ferħ ġo fija. • Irrid li l-ferħ ikun parti minni u minn ħajti. Il-ferħ ma jiġix minn barra imma minn deċiżjoni li nieħu jien biex inħaddnu ġo fija.

• Irrid nibdel il-kelma ‘problema’ filkelma ‘sfida’. Meta nħares lejn xi ħaġa bħala problema jiġifieri jkolli nara kif se nirranġa dak li mar ħażin. Jekk inħares lejha bħala sfida, nibda nara x’nista’ nagħmel biex negħlibha. • Il-ħajja rrid ngħixha, mhux niġġildilha. Il-ħajja hija vjaġġ twil mimli avventuri. Dan il-vjaġġ jibda b’passi żgħar, ġurnata wara l-oħra. Hekk, il-vjaġġ isir eħfef u isbaħ. • Irrid naħseb f’nies li jġibuli l-ferħ f’ħajti, nagħmilha ma’ min hu ottimist. Irrid nittieħed mill-attitudni pożittiva tagħhom biex jien ukoll nimtela b’enerġija pożittiva. • Irrid nara inqas, nisma’ inqas u naqra inqas dwar aħbarijiet negattivi. Irrid niffoka aktar fuq is-sabiħ li jiġri madwari, u hekk jibqagħli aktar ħin nisma’ mużika sabiħa, inxomm ilfjuri fil-ġnien, induq l-ikel li għandi quddiemi, u niftakar fis-sbuħija talħajja, anki fl-aktar affarijiet sempliċi ta’ kuljum. Bilħaqq! Alex ipprintja dil-lista u dendilha mal-friġġ biex meta jħossu down imur jaqraha u jerġa’ jiftakar li l-ħajja hija sabiħa – jinqala’ x’jinqala’ u jiġri x’jigri fil-ġurnata.


Home Safety Tips Falls

2

1

3

Install light switches at both the top and bottom of stairways

Install grab bars or even a walk-in-shower can help increase home safety

Keep all walkways clear of any clutter

6

4

Emergencies

5

Do not overload your plug sockets or extension cables

Wear an On-Wrist Fall Trigger to be safe and continue living independently

Choose a smoke detector that is linked to a Telecare monitoring centre

Peace of mind at

home

emCare Hub This is the central device for all your monitoring needs. Simple and easy to use the hub is accessible with just the touch of a button. All our devices will automatically alert the call centre in case of falls, fire or intruders.

On-Wrist Fall Alert

Smoke Detector

Intruder Alarm

Detects falls and waterproof

Alerts emergency services

Intruder and no motion alert

Call us today on

2142 4949

Visit our web page

www.myemcare.com


12 | Flimkien

D U N H EC TO R S C E R R I Ġ AW H A R I N S A R A

Knisja li tgħallem imma wkoll titgħallem L-Isqof Annetto Depasquale (1938-2011) twieled Ħal Qormi u kien ordnat saċerdot fl-1962. Huwa ġie afdat b’diversi ħidmiet fil-Knisja f’Malta, speċjalment bħala Kanċillier tal-Kurja, Segretarju Pastorali u Vigarju Ġenerali. Għal snin twal għallem il-Liġi Kanonika fl-Università ta’ Malta lil ħafna seminaristi. Kien dejjem apprezzat bħala saċerdot tad-dover, bniedem ta’ talb, u eżatt f’dak kollu li jitqabbad jagħmel. Il-Papa Ġwanni Pawlu II ħatru Isqof Awżiljari ta’ Malta. Ġie kkonsagrat isqof fit-2 ta’ Jannar, 1999. Miet għal għarrieda fid-29 ta’ Novembru, 2011. Dan ix-xahar jaħbat il-ħames anniversarju mill-mewt tiegħu.

*

“Il-Knisja ma tistax ma tismax l-għajta għall-għajnuna li ġejja mill-qalba talumanità. Trid tibqa’ dejjem b’għajnejha u widnejha miftuħin beraħ biex tagħraf il-kisbiet tassew validi tal-umanità u l-isforzi tagħha biex tkun aħjar. Huwa biss b’dan il-mod li l-Knisja tista’ effettivament tgħin u tagħti direzzjoni lil dawn il-kisbiet tal-umanità fid-dawl tal-Evanġelju biex l-umanità tkun dejjem aħjar u aktar sħiħa, kif iridha Alla li ħalaqha fix-xbieha tiegħu” (The Learning Church, 1989).

*

“Kull wieħed mis-sagramenti huwa laqgħa speċjali ta’ fidwa tal-bniedem, maħluq u mifdi minn Alla, mas-Salvatur tiegħu Ġesù Kristu Rxoxt, bil-qawwa talIspirtu s-Santu, permezz tal-ministeru tal-Knisja ta’ Kristu (...) Iċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Konfirmazzjoni hija okkażjoni ta’ ferħ kbir mhux biss għal dawk li jirċevuh, għall-ġenituri, għallparrinu u għall-qraba tagħhom, iżda għall-komunità ekkleżjali kollha li fihom, u permezz tagħhom, tiġi msaħħa u arrikkita spiritwalment u pastoralment mill-Ispirtu

s-Santu” (Il-Konfirmazzjoni: Riflessjonijiet pastorali u kanoniċi, fir-rivista Knisja 2000, Nov.-Diċ. 1990).

*

“L-Ewkaristija u s-Saċerdozju: żewġ rigali ta’ mħabba ta’ Ġesù għalina. Nersqu lejn l-Ewkaristija biex ningħaqdu tassew ma’ Kristu, f’komunjoni dejjem aktar sħiħa, fil-qadi tar-rieda tal-Missier u fis-servizz umli lejn ħutna l-bnedmin, l-aktar dawk fl-akbar ħtieġa. Napprezzaw is-Saċerdozju, u nitolbu għall-qdusija tas-saċerdoti u biex il-komunitajiet Insara jkollhom saċerdoti biżżejjed għall-qadi tagħhom” (L-Ewkaristija u s-Saċerdozju, fil-fuljett Jum il-Mulej, Ħamis ix-Xirka, 17 t’April, 2003).

*

“Il-Knisja għandha ħafna x’toffri lillumanità permezz tax-xandir tal-Aħbar it-Tajba ta’ dak li waqqafha, Ġesù Kristu, u t-tagħlim tiegħu. Imma għandha wkoll ħafna x’titgħallem u x’tikseb billi tisma’ lill-umanità u l-kisbiet tagħha. Mhijiex biss Knisja li tgħallem. Hija tassew ukoll Knisja li titgħallem. Hija, fil-fatt, Knisja taddjalogu” (The Learning Church, 1989).


• 4-section electric bed • German Brand • Ultra-low entry height of just 32 cm • 24v drive system • 185kg user weight


14 | Flimkien

S H E I L A C A S S I DY

The upright and the crossbeam

I

like to think of our lives as being in the shape of a cross. The upright – we can call it the vertical component – is man’s relationship to God, his response to the first and greatest commandment of all: “You shall love the Lord your God with all your heart and with all your soul and with all your strength.” This upright beam, then, is our prayer life. The crossbeam – the horizontal component – is man’s relationship with his fellow men: his response to the second commandment: “You shall love your neighbour as yourself.” Perhaps one of the greatest difficulties of the committed Christian is working out what is, for him, the correct balance between these two dimensions of his life. In a sense, we can never solve this problem because the more we pray the more we realize our need to pray, and the more we pour ourselves out for the hungry and the oppressed the more we feel called to serve. I have found my own answer to this problem, in so far as there is an answer, in a consideration of the mechanics of the cross. Now, if a cross has a slender upright, the crossbeam it carries must be proportionately slender.

If we gradually increase the weight of the crossbeam, that is, if we try to carry a heavier and heavier load of social action on a weak prayer life, our cross will hold together – for a while. But there will come a time when the strain is too great … and the whole structure will buckle and fall. I believe that this happens to many people who are able to do great things for a while and, then, because they are running on their own energy, ‘burn out’. If, however, we make the upright of our cross immensely strong and solid, if our prayer life is unshakeable and deeply rooted, then we shall find that we are able to support a broad and heavy crossbeam, that we can bear the weight of our brother’s pain and suffering, steadily, day by day, because it is not we who are carrying the load, but God. Meħuda mill-ktieb Prayer for Pilgrims

Monasteru mingħajr ħitan Issieħeb f’xi wieħed mit-tliet gruppi ta’ meditazzjoni li hawn f’Malta fi ħdan il-World Community for Christian Meditation. Għal aktar tagħrif idħol fil-website wccm.org jew ikkuntattja lil Carmel u Yvonne Sciberras (2140480, 99082425; carmsciberras@gmail. com; yhsciberras@gmail.com). Il-meditazzjoni tagħmilna Nsara aħjar għax biha nħallu lillImgħallem Ġesù jibdilna biex insiru aktar nixbħuh.


ULIEDNA

Novembru 2016 | 15

Għażiż ibni, lejlet il-Griżma Għadni niftakar kemm konna dħakna minn taħt, ommok u jien, meta tlajna miegħek biex titqarben għall-ewwel darba fil-Preċett, u l-ostja weħlitlek mas-saqaf ta’ ħalqek u għall-bidu ma stajtx taqlagħha. Malajr erġajt lura għarkupptejk f’postok, b’idejk magħqudin, għajnejk magħluqa, rasek baxxuta. Smajniek tgħid talba li konna għallimniek aħna biex tgħidha wara t-tqarbin. Minn dakinhar ħadniek magħna ħafna drabi għall-quddies u t-tqarbin, anki jekk mhux kuljum. Ħafna drabi d-dar qrajna siltiet mill-Bibbja u għedna r-Rużarju flimkien. Kont tieħu gost tmur id-duttrina, temmen b’qalbek kollha fl-anġlu kustodju, torqod bi statwa talplastik tal-Madonna f’idejk. Għaddew ħames snin minn dakinhar. Issa m’għadekx tifel żgħir. L-akbar influwenzi fuqek m’għadhomx jien u ommok. M’għadekx torqod bil-Madonna f’idek. Quddies il-Ħadd għadek tmur, imma mhux aktar magħna. Il-qrar trid toqgħod tfakkrek, u d-duttrina spiss tfalli b’xi skuża jew oħra. Aħna nippreferu nħalluk fil-libertà. Jalla tieħu eżempji tajba minna, mhux tant mill-prietki li xi drabi nagħmlulek imma mill-mod kif inġibu ruħna miegħek

Ittra minn missier lil ibnu li f’Novembru se jirċievi l-Griżma tal-Isqof.

u ma’ ħaddieħor, u billi tarana naħfru u nħobbu lil xulxin. Jista’ jiġi żmien meta l-fidi tiegħek taqla’ daqqa ’l isfel. Forsi għax ‘ikollok x’tagħmel’, jew għax tara xi eżempju ħażin, jew għax ma tkunx taqbel ma’ kulma tgħallem il-Knisja. Jalla tikber mhux biss fil-ġisem (ġmielek titwal!) u fil-moħħ (l-iskola sejjer tajjeb, prosit!) imma wkoll fil-fidi. Xi darba l-għażla se tkun f’idejk. Jista’ jkun li ’l quddiem ma tibqax timxi fuq il-passi tagħna, imma t-triq tiegħek fil-fidi inti biss tista’ ssibha; ħadd ma jista’ jagħmilha għalik. Aħna nemmnu li ġo fik hemm rokna żgħira li fiha hemm il-fingerprint ta’ Alla. Fik hemm id-DNA ta’ Alla! Jalla xi darba tiltaqa’ miegħu. Alla jaf isib il-mod kif jiltaqa’ ma’ qalbek, meta u kif irid hu. Hu jħobbok aktar milli nistgħu nħobbuk aħna. Imma llejla nixtiequ niċċelebraw il-fatt li għada l-Ispirtu t’Alla se jonfoħ żiffa ħelwa fuqek u se jmissek ftit. Kun onest miegħek innifsek, u kompli miexi fit-triq it-tajba, bilmod tiegħek, imma mhux għal rasek. U kull filgħaxija se nibqgħu niġu narawk rieqed – għalissa għadek torqod qabilna. Nittamaw li spiss tiftakar tirringrazzja lil Alla għal kulma jagħtik. Jalla t-talb tiegħek u tagħna, kif ukoll it-tqarbin li nirċievu, isostnuk fil-ħajja, iġġib x’iġġib magħha. Illejl it-tajjeb.


SU P P O R T E D EMPLOYMENT PROGRAMME Positive Supported Employment Programme

HOTLINE 7707 5555

Offering Support and Employment to the

VULNERABLE

197, Office B, Triq il-Marina, Pieta Malta.T: (+356) 2703 6602 | 2707 5555 | 2707 5556 | E: info@ma4se.org The official Supported Employment Programme affiliated to the Malta Association for Supported Employment. VO-1159 Malta Representative of the European Union of Supported Employment.



18 | Flimkien

LUC A & MARTHESE AMORIS L AETITIA

Dik l-imbierka brazzuletta! Kien Ħadd bħall-oħrajn. Marthese u Luca qamu ftit tard, kif kienu jagħmlu kull nhar ta’ Ħadd. Wara kollox kienet l-unika ġurnata filġimgħa meta ħadd minnhom ma kien jaħdem. Ħadu l-kolazzjon, Marthese naxret xi ħwejjeġ, u t-tnejn li huma bdew ilestu għallquddiesa li kienu s-soltu jmorru. Marthese lestiet u resqet fuq irraġel biex jaqflilha l-brazzuletta.

I

ssa dil-brazzuletta għandha lokk naqra kkumplikat; tarf minnhom trid timbuttah ġol-lokk u ddawwar fl-istess ħin. Marthese kienet tafu dan għax anki waħidha kienet issibha diffiċli taqfilha. Luca qatt ma sab tarf kif din l-imbierka brazzuletta tinqafel. Ipprova, imma wara ftit tal-ħin Marthese qabżitilha u bdiet tinnervja. Malajr żbroffa argument ta’ ftit minuti u dendlu geddumhom ma’ xulxin. Marthese ħasbet: “Imma kif Luca ma jirnexxilux jaqfilha dil-brazzuletta? Anki t-tifla jirnexxilha! Imma… kemm sirna nargumentaw spiss, u ħafna drabi fuq ilħmerijiet!” Luca wkoll qagħad jaħseb. Bejnu u bejn ruħu qal, “Ara naqra, illum, ilĦadd imqaddes, bdejna bit-tajjeb! Issa se nitqarben?” U baqa’ jhewden waħdu. Daħlu l-knisja u qagħdu ħdejn xulxin bħas-soltu. Fil-ħin tal-“paċi” Marthese u Luca ħarsu lejn xulxin, għajnejhom iltaqgħu,

tbissmu u taw il-paċi lil xulxin. Hemmhekk it-tnejn fehmu li l-argument kien għadda u spiċċa, u ħafru lil xulxin bil-mod sieket tagħhom, bla ħafna kliem. Hekk it-tnejn reġgħu ħassewhom fil-paċi bejniethom. Kuntenti, tqarbnu bil-ferħ u bil-qima. Marthese u Luca spiss jgħaddu minn dawn l-argumenti, kultant veru fuq ħmerijiet żgħar u kultant fuq affarijiet akbar. Ħafna drabi t-tnejn iħossu li tagħhom ikun ir-raġun, imma meta jaħsbu ftit jindunaw li t-tnejn li huma jkollhom ftit tar-raġun u ftit tat-tort. Marthese u Luca kemm-il darba tkellmu fuq hekk. L-importanti jgħidu lil xulxin li t-tnejn għandhom ikunu kapaċi jirranġaw malajr u jegħlbu dawn id-diffikultajiet flimkien u jagħtu aktar ħin u attenzjoni lil xulxin. “L-imħabba xejn ma tinkorla; ma żżommx f’qalbha għad-deni” (Kor 13:5). Fl-Amoris Laetitia, il-Papa Franġisku jikkwota wkoll lil San Pawl (Efesin 4:26) meta qal: “Tinkurlaw? Imma tidinbux, tħallux ix-xemx tgħib fuq il-korla tagħkom.” U l-Papa jgħid hekk: “U kif se nagħmel paċi? Billi ninżel għarkupptejja? Le! Att żgħir, u l-armonija fil-familja terġa’ tfeġġ. M’hemmx bżonn kliem – bewsa jew tgħanniqa tista’ tkun biżżejjed. Tħallux il-ġurnata tispiċċa mingħajr paċi bejnietkom.”


PA KO M

Novembru 2016 | 19

Kemm għandu bżonn art il-bniedem? Addattament ta’ novella ta’ Leo Tolstoy. Raġel b’kilba kbira li jakkwista ħafna artijiet biex ikollu s-sigurtà.

P

akom kien jaħdem l-għelieqi mikrijin għandu. Kien jgħid li jippreferi l-ħajja fl-għelieqi minn dik fil-belt imma kellu żvantaġġ wieħed: l-art li kellu ma kinitx kbira biżżejjed. “Kieku kelli aktar artijiet lanqas mix-Xitan ma nibża’!” Ix-Xitan semgħu jgħid hekk u ddeċieda li jittentah għax, skont Pakom, l-artijiet biss kienu jagħtuh is-sigurtà. Meta sema’ li xi ħadd mir-raħal xtaq ibigħ l-art li kellu, Pakom tħajjar jixtriha kollha, imma kien hemm oħrajn interessati għalhekk kellu jikkuntenta b’biċċa żgħira. Ġara li l-annimali ta’ dawk ta’ ħdejh bdew jidħlulu fuq artu, u ddeċieda li jtellagħhom il-qorti. Mhux biss ma ġabhiex żewġ imma kisirha mal-ġirien. L-art żejda li kien kiseb ma ġabitlux is-sigurtà li ried. Aktar tard Pakom sar jaf li kien hemm artijiet kbar disponibbli xi mkien ieħor. Għalhekk biegħ l-art li kellu u ġarr kollox għal hemm. Għalkemm kien akkwista għaxar darbiet aktar milli kellu qabel huwa induna li seta’ jaqla’ ħafna aktar kieku kellu fejn jiżra’ l-qamħ. Wara dan, sar jaf li xi ħadd kellu diffikultajiet finanzjarji u Pakom xtara l-artijiet tiegħu. Hekk akkwista art għal darba oħra għaxar darbiet akbar milli kellu. Imma jum fost l-oħrajn sema’ lil raġel barrani jgħid li f’pajjiżu, fil-pajjiż tal-Baxkiri, seta’ jakkwista artijiet enormi bi ftit flus. Kif wasal fl-art tal-Baxkiri, Pakom beda jqassam ir-rigali u jitħabbeb mal-kapijiet.

Dawn offrewlu art kemm irid, imma Pakom xorta baqa’ inkwetat: huwa ried is-sigurtà. Ried li jkun hemm fruntieri, dokumenti, kuntratti, timbri uffiċjali. Ma riedx li dawn il-mexxejja jew ta’ warajhom imorru lura minn kelmithom. Il-kap tal-Baxkiri qallu li seta’ jieħu l-art kollha li kapaċi jkopri f’ġurnata mixi, b’kundizzjoni waħda: li sa nżul ix-xemx ikun wasal fl-istess post minn fejn jitlaq filgħodu, inkella jitlef kollox. Billejl Pakom ma raqadx u qagħad jippjana kif seta’ jkopri l-akbar medda art possibbli u jimmarkaha bil-pala li ħa miegħu. Filgħodu ltaqa’ ma’ dak li hu kien mingħalih il-kap tal-Baxkiri imma li, meta reġa’ ħares lejh, induna li kien ix-Xitan innifsu. Iddeċieda li ma jagħtix kas u keċċa l-ħsieb minn moħħu. Sa minn tlugħ ix-xemx Pakom mexa u għaġġel kemm felaħ, bilkemm waqaf jistrieħ u jitrejjaq. F’ħin minnhom irrealizza li kien qed jipprova jagħmel ċirku kbir wisq u qed jirriskja li ma jilħaqx jasal lura sa nżul ix-xemx, għalhekk dar lura. L-aħħar biċċa triq kellu jiġriha. Fl-aħħar iltaqa’ mal-kap tal-Baxkiri, maqsum bid-daħk. Pakom, għajjien sfinit, ftakar fil-ħolma li kellu, u waqa’ mejjet fl-art. Il-qaddej ta’ Pakom refa’ l-pala li biha sidu kien qagħad jimmarka l-fruntiera tal-art li ried jakkwista. Ħaffer qabar biha, waqt li qal f’qalbu: “Sitt piedi kollox, dik kienet l-art kollha li kellu bżonn!”


20 | Flimkien

Kont taf? Malti tajjeb

Prefissi (ko, anti, semi, pre, inter, eċċ.) 1. Il-prefiss jinkiteb mal-kelma ħaġa waħda. M’hemmx bżonn ta’ sing bejniethom (ħlief f’numru 3, isfel): kontroeżami, semiawtomatiku, kofinanzjat, antiterroriżmu, preistorja. 2. Fejn il-prefiss jispiċċa b’vokali u l-kelma tkun tibda bl-istess vokali, tista’ tinkiteb b’vokali doppja jew singla: kooperazzjoni jew koperazzjoni; koordinament jew kordinament. 3. Meta l-prefiss jiġi qabel kelma li tibda b’ittra kapitali, bejniethom jidħol sing: anti-Kristjan, pro-Taljan, inter-Ewropew. 4. Xi kliem li ilhom stabbiliti miktubin kelma waħda, jibqgħu jinkitbu hekk: primadonna, grankè, viċirè. (Minn ‘Deċiżjonijiet’ tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti)

Il-Lejl tal-Ħġieġ Imkisser

Kristallnacht (Crystal Night jew Night of the Broken Glass) seħħ fillejl ta’ bejn id-9 u l-10 ta’ Novembru 1938. Jumejn qabel, żagħżugħ Lhudi, irrabjat li l-familja tiegħu tkeċċiet mill-pajjiż, daħal fl-ambaxxata Ġermaniża f’Pariġi u spara lil diplomatiku Ġermaniż, li miet tlett ijiem wara. Il-konsegwenzi kienu diżastrużi għal-Lhud. L-awtoritajiet Ġermaniżi approfittaw ruħhom minn dan u f’dak il-lejl biss aktar minn 30,000 Lhud ġew arrestati u meħuda f’kampijiet ta’ konċentrament.

KIF JISTA’ JKUN?

Żewġ missirijiet u żewġ ulied poġġew jieklu. Bejniethom kie lu tliet bajdiet u kull wieħed min nhom ħa bajda sħiħa. Kif jista’ jkun? (Tweġiba isfel)

Irġiel tqal minflok in-nisa

Fil-każ taż-żwiemel tal-baħar (seahorses) huma n-nisa li jikkompetu għall-irġiel, mhux l-irġiel għan-nisa. Barra minn hekk, matul it-tqala, l-irġiel mhux sempliċement “jagħtu sehemhom” imma fil-fatt ikunu tqal huma stess! In-nisa jiddepożitaw il-bajd fil-borża tar-raġel. F’din il-borża, ilbajd jiġu ffertilizzati u r-raġel jibqa’ jżommhom ġo fih sakemm joħorġu t-trabi kompletament żviluppati.

Rue de la Felicite Publique? Qatt mort il-Belt Valletta u dħalt f’Rue de la Felicite Publique? Ibqa’ ċert li iva! Fi żmien il-Kavallieri din it-triq kien jisimha Strada Pia; fi żmien l-Ingliżi saret Britannia Street; illum Triq Melita. Erba’ ismijiet differenti, f’erba’ epoki differenti, imma l-istess triq.

Tweġiba: Wieħed mill-missirijiet huwa wkoll nannu, mela l-missier l-ieħor hu ibnu, u l-persuna l-oħra hi n-neputi. Fi kliem ieħor, hemm A (in-nannu), B (missier Ċ u iben A), u Ċ (iben B u neputi ta’ A).



22 | Flimkien

P. M A RC E L LO G H I R L A N D O O F M B I B B J A

“Alla magħna” skont Mattew Nhar il-Ħadd, 27 ta’ Novembru nibdew l-Avvent. Dakinhar ukoll se nibdew is-Sena ‘A’. Il-Vanġelu li jinqara f’ħafna mill-Ħdud tas-Sena ‘A’ huwa dak skont San Mattew. (Sena ‘B’ naqraw ta’ San Mark; Sena ‘Ċ’ naqraw ta’ San Luqa). X’għandu speċjali l-Vanġelu skont Mattew?

I

l-Vanġelu (li tfisser “Bxara Tajba”) skont San Mattew dejjem ġie meqjus bħala importanti minħabba li hu ppreżentat b’mod ordnat u organizzat ħafna. Huwa preżentazzjoni ordnata mhux biss tal-ġrajjiet storiċi marbuta mal-persuna ta’ Ġesù (millbidu umli tal-ħajja tiegħu sal-eżaltazzjoni glorjuża tiegħu) imma wkoll tat-tagħlim tiegħu. San Mattew juża ħafna kwotazzjonijiet mill-Antik Testment. Biex insemmu tnejn: “Imbagħad seħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeta Ġeremija…” (2:17) jew “Sewwa ħabbar Isaija fuqkom meta qal…” (15:7). Dawn jgħinu ħafna biex il-qarrej jinkwadra l-ġrajjiet marbuta ma’ Ġesù mal-istorja kollha tal-fidwa. Ġesù jidher tassew bħala l-Messija mwiegħed. Dan il-Vanġelu ġie meqjus ukoll bħala l-“Vanġelu tal-Knisja” għax jagħti importanza kbira lill-komunità ta’ dawk li jemmnu f’Ġesù (il-Knisja). San Mattew jikteb biex jagħmel kuraġġ lil min jaqrah. Bil-vanġelu tiegħu huwa ried jistqarr b’saħħa l-fidi tiegħu li s-Saltna ta’ Alla hija preżenti fostna.

Huwa jwassal din il-Bxara t-Tajba l-ewwel nett lill-Insara li kkonvertew mir-reliġjon Lhudija. Imma ġaladarba l-poplu l-magħżul irrifjuta li jilqa’ lil Kristu, il-fidwa għaddiet għand il-pagani. Il-fatt li kulħadd hu msejjaħ joħroġ minn xi kliem u azzjonijiet profetiċi ta’ Ġesù bħal meta faħħar il-fidi taċ-ċenturjun Ruman meta fejjaqlu l-qaddej (8:10-13) u l-fidi tal-mara Kangħanija li fejqilha lil bintha (15:28). Mattew kiteb ukoll biex isaħħaħ il-fidi anki fl-ewwel komunità Nisranija fejn kienu nqalgħu xi diffikultajiet. Huwa jikkundanna s-sigurtà falza ta’ dawk li ma jishrux f’impenn attiv (7:21-23), u spiss iċanfar lid-dixxipli għall-fidi ċkejkna tagħhom (6:30; 16:8; 17:20). Lill-mexxejja jħeġġiġhom juru ħlewwa maddgħajfa, u jmorru jfittxu n-nagħġa l-mitlufa (18:10-14). Iwissi wkoll kontra l-profeti foloz (7:15-22). Il-Vanġelu li wasal f’idejna nkiteb bil-Grieg fis-snin 80 għall-Knisja tas-Sirja. Bit-taħlita ta’ ġrajjiet u kwotazzjonijiet mit-Testment il-Qadim dal-Vanġelu jgħin lill-qarrejja (anki tal-lum) biex fil-persuna ta’ Ġesù Kristu jilmħu l-Messija mwiegħed u l-Iben ta’ Alla magħmul bniedem: “Għimmanu-el” jiġifieri “Alla magħna”. It-tieni parti tal-artiklu tidher fil-ħarġa ta’ Diċembru.


Novembru 2016 | 23

M I R I A M E L L U L PAĠ N A L E T T E R A R J A

Il-vetrina tan-nanna

T

għidx x’memorji qed iġġibli din l-imbierka vetrina tan-nanna! Daħħaltha fil-garaxx biex indurha dawra kif imiss. Allura ħalli għalija! Xebgħa pitrolju, barxa żul minn hemm u tliet passati żebgħa – minbarra l-ħġieġ miksur li kelli nibdel. U nnaddaf u nobrox u niżbogħ, mitluf f’tifkiriet tal-imgħoddi. F’xi ħin marti newlitli kikkra kafè. Bilkemm intbaħt biha. U l-kafè xrobtu wara li sarli ilma. Niftakar kont għadni daqsxejn ta’ tifel f’familja t’għaxra. Id-dar li konna ngħixu fiha kienet toqba għalina. Nistħajjel li ommi, Alla jaħfrilha, kienet tieħu r-ruħ meta xi ħadd minna kien iqatta’ xi ġranet għand in-nanna, Alla jaħfrilha wkoll. Aktar wisa’, mhux hekk? Nannti kellha ħanut ċkejken ħafna fit-triq ewlenija tal-Ħamrun. Il-ħanut kien jagħmel parti mid-dar, allura kont inqatta’ ġranet sħaħ fix-xhur sajfin għand nannti fil-ħanut, niekol u norqod għandha wkoll. Xi żminijiet kienu dawk! Nannti tgħidx kemm kienet tbigħ affarijiet, minn buttuni sa żraben. Iżda l-vetrina li għandi f’idejja niftakar eżatt x’kien ikun fiha – stivata bil-minċotti. Minċotti ta’ kull lewn li wieħed jista’ jimmaġina, merfugħin f’kaxex

Il-qarrejja mistiedna jibagħtu novelli jew poeżiji qosra għal din il-paġna. Mhux possibbli li l-kontributuri jiġu infurmati dwar meta jew jekk hix se tidher il-kitba tagħhom. Il-kitba li titla’ bil-polza bejn dawk li jidhru f’dak ix-xahar tirbaħ żewġ kotba mingħand Merlin Publishers Ltd. Ibgħat bl-email (flimkien@maltadiocese. org) jew bil-posta (Flimkien, Paġna Letterarja, PO Box 90, Marsa) jew fl-indirizz elettroniku mirell60@gmail.com jew 29, Miramaki, Triq Biagio Galea, Tarxien.

tal-kartun. X’kont nagħmel jien? Kont niżvojta kaxxa billi nitfa’ l-minċotti minn kaxxa għal oħra u bil-kartuna tal-kaxxa kont nagħmel skrun! Bih noħroġ fl-għatba tal-bieb fuq banketta żgħira tal-injam u l-gost tiegħi narah jagħqad fir-riħ. X’jimpurtani li biex ninqeda jien kont nitfa’ minċotti ta’ lwien differenti f’kaxxa waħda? U x’jimpurtani li meta nannti jew ziti kienu jiġu biex jaqdu n-nies, jaqraw il-lewn tal-minċotti fuq ilkaxxa u meta jiftħuha jsibu lwien differenti? Ma niftakarx li qatt ħatfuni fuq hekk. Kont nagħmel l-affarijiet bla ħsieb, bħat-tfal, l-aqwa li ninqeda jien. M’hemmx għalfejn ngħid, l-iskrun kien jitqatta’ u nagħmel ieħor, u meta jerġa’ jitqatta’ kont nerġa’ nagħmel ieħor. Mur għoddhom il-kaxxi li qattajt! M’għandix dubju li l-lewn miktub fuq il-kaxxi ma kien ikun jaqbel xejn mal-lewn tal-minċotti ta’ ġo fihom! Il-vetrina fl-aħħar lesta. Din l-istess waħda ta’ qabel? Kif nixfet miż-żebgħa malajr sibtilha postha – f’rokna fil-kamra tal-istudji. Binti ramatha bil-kotba li qed tuża għall-istudji tagħha. Sikwit tqum u tiftaħ u tagħlaq fiha. Mur għidilha minn xiex għaddiet dik l-imbierka vetrina! It-tifkiriet tal-imgħoddi mhux lakemm tinsihom. Għalija, dil-vetrina tfisser nannti u minċotti. Paul Xuereb



D OT T G O D F R E Y AG I U S S A Ħ Ħ I T N A

Novembru 2016 | 25

It-Thyroid Mistoqsija: Ikolli nixfa kbira f’ħalqi u qed nieħu l-pilloli tat-thyroid għax għandi t-thyroid taħdem bilmod. Dan xi side effect tal-pilloli Thyroxine li qed nieħu?

I

t-tweġiba għall-mistoqsija tiegħek hija sempliċi: Le. Il-pilloli tat-thyroid ma jħallux dan is-side effect. Meta xi ħadd ibati minn thyroid li ma tkunx qed tipproduċi biżżejjed il-hormone ‘thyroxine’ (kundizzjoni li tissejjaħ hypothyroidism) jista’ jirranġa s-sitwazzjoni billi jieħu pilloli tat-Thyroxine u b’hekk ikun qiegħed juża l-pillola minflok dak li suppost tkun qed tagħtih il-glandola tat-thyroid tiegħu. It-thyroid tinsab fl-għonq, fuq quddiem taħt il-ġewża tal-għonq, u tipproduċi l-hormone ‘thyroxine’ li mid-demm imur f’kull parti tal-ġisem: fil-qalb, fil-moħħ, fil-muskoli u anki fil-ġilda. It-thyroid tikkontrolla kif iċ-ċelloli tal-ġisem tagħna jaffettwaw il-metaboliżmu u b’hekk jaffettwaw it-temperatura tal-ġisem, ir-rata li taħdem il-qalb, jekk hux bil-mod jew bil-għaġla, u kemm il-ġisem juża enerġija. Inqisuha qisha l-karburatur tal-ġisem tagħna. Hemm ħafna raġunijiet għaliex din tista’ tibda taħdem bil-mod, fosthom infjammazzjonijiet, infezzjoni b’xi virus, kif ukoll mard ieħor li jiġi minn mard talimmunità (auto-immune disorders). It-thyroid għandha bżonn il-jodju (iodine) biex tippoduċi t-‘thyroxine’. Għalhekk dieta nieqsa mill-jodju tagħmel it-thyroid taħdem bil-mod. Dis-sustanza nsibuha fil-ħut, il-frott tal-baħar, il-bajd, u l-prodotti magħmulin mill-ħalib (ħalib, ġobon, jogurt, eċċ.).

Anki tarbija tista’ titwieled bit-thyroid li ma tkunx għadha żviluppat biżżejjed u jkollha ‘thyroxine’ baxx. Dan jitfejjaq bl-istess mediċina tat-‘thyroxine’. It-thyroid tkun taf kemm għandha tipproduċi ‘thyroxine’ mill-messaġġ li tirċievi mill-moħħ, mill-glandula li tissejjaħ pituitary gland, meta din tipproduċi t-TSH (Thyroid Stimulating Hormone). Meta persuna tmur għand tabib b’sintomi li juru nuqqas ta’ dal-hormone, it-tabib jibgħatha tagħmel test tad-demm tat-thyroid T4 u TSH, u testijiet oħra fosthom ultrasound tat-thyroid. Jekk it-TSH jigi għoli, dan ifisser li t-thyroid qed taħdem bil-mod u għalhekk il-moħħ qed jibgħatilha messaġġ biex taħdem aktar. Jekk il-ġisem ma jirrispondix tajjeb għal dal-messaġġ, il-pazjent ikollu bżonn talpilloli tat-thyroid (thyroxine). It-tabib ikun jista’ jżid jew inaqqas id-doża ta’ dil-mediċina skont ir-riżultati tat-test tad-demm, sakemm isib l-aħjar doża għall-pazjent partikolari biex dan jgħix ħajja għalkollox normali. Is-sintomi li thyroid qed taħdem bilmod huma għeja kbira, ħafna bard, żieda fil-piż, ġilda xotta, qalb taħdem bil-mod, kostipazzjoni, taħfif tax-xagħar, u dipressjoni. In-nisa jbatu minn din il-kondizzjoni aktar mill-irġiel. Ibgħat mistoqsijiet jew suġġerimenti dwar suġġetti hekk: Flimkien, Saħħitna, PO Box 90, Marsa.


26 | Flimkien

G Ħ E L U Q I L- Ġ U B L E W TA L- Ħ N I E N A

Il-Bieb jibqa’ miftuħ! J ien il-Bieb li nfetaħ f’Diċembru li għadda fil-bidu tal-Ġublew tal-Ħniena. F’Novembru se nerġa’ ningħalaq … sakemm ninfetaħ mill-ġdid f’ġublew ieħor – min jaf meta! Imma din id-darba, fil-fatt, se nibqa’ miftuħ. Nibqa’ miftuħ biex in-nagħaġ li jkunu jridu jerġgħu lura jsibuni mbexxaq. Jien il-bieb tad-dar tal-Missier, u se nibqa’ miftuħ biex kwalunkwe iben ħali li jogħġbu jerġa’ lura, isib minn fejn jidħol, isib min jistennieh u jilqgħu, u ssir festa kbira. Jien il-bieb tad-dar ta’ Żakkew, u nibqa’ miftuħ beraħ għall-oħrajn, anki jekk ikun hemm min joqgħod jitkaża u jiġġudika. Jien il-bieb tad-dar tar-raġel għani … imma din id-darba l-fqir ta’ ħdejn il-bieb mhux se jkollu jibqa’ jikkuntenta ruħu b’dak li jaqa’ minn fuq il-mejda. Jien il-bieb li xi drabi nissejjaħ “il-bieb id-dejjaq”, imma jien inwassal għall-ħajja ta’ dejjem. Jien il-bieb li se jibqa’ miftuħ anki billejl – kif kont nibqa’ miftuħ għal Nikodemu li kien jiġi bil-moħbi, bil-biża’, dejjem jistaqsi “Kif jista’ jkun?”

Jien il-bieb tad-djar li daħal fihom Ġesù: id-dar ta’ Pietru, id-dar ta’ Marta u Marija, id-dar ta’ Xmun il-Fariżew, il-bieb tad-dar ta’ Mattew. Jiena l-bieb ta’ kwalunkwe dar fejn Ġesù jħossu milqugħ, iħossu komdu jidħol, jgħammar, joqgħod madwar il-mejda. Jien il-bieb ta’ dik id-dar f’Għemmaws, ilĦadd filgħaxija – kull meta tħoss li jkun sar ħafna ħin u l-jum wasal biex jintemm. Jien il-bieb tal-qabar ta’ Lazzru – li nfetaħ għall-kelma setgħana tiegħu, li hu t-Triq, il-Verità u l-Ħajja. Jien il-bieb tal-lukanda, u did-darba se “jkun hemm post għalihom” anki jekk jaslu f’ħin skomdu, f’dgħajsa mċattra, maħruba minn arthom, u ma jistgħux iħallsuk lura. Jien il-bieba tal-konfessjonarju – m’iniex il-bieb ta’ tribunal u ma ningħalaq f’wiċċ ħadd. Jien il-bieba tat-tabernaklu – ejja għandi meta tinsab imħabbat u mtaqqal, u jien inserrħek. Jien il-bieb li tista’ tgħaddi minnu … anki jekk laħqet saret l-aħħar siegħa. Jien il-bieb, imma ċ-ċavetta fuq in-naħa ta’ ġewwa – f’idejk!


4142 7 0 0 8 l Cal for a mple REE sa

F

Available from pharmacies and all leading outlets Terms & Conditions, until stocks last

Pemix House Eucharistic Congress Road Mosta - Malta freephone 80074142 www.pemix.com.mt


28 | Flimkien

LO G Ħ O B • C L AU D I A C I N I

Tisliba 1

3

4

5

6 7

8

9

10 11

12

13

14 15

Weqfin 1. Tagħlim, skola, imġiba tajba (11) 3. Kif jimxu t-trabi (3) 4. It-8 ta’ Diċembru (11) 7. Strument żgħir, qisu flawt, b’noti rqaq u penetranti (7) 8. Azzjoni (3) 12. Dan bena arka biex isalva mill-għarqa (3) 15. Burdata ħażina; dwejjaq (5) 16. Inkella (3)

Irbaħ voucher mingħand Alfsons Supermarket, il-Ħamrun Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar: Flimkien, Tisliba, Kurja, PO Box 90, il-Marsa.

2

17

16 18

19 20

21 22

Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor Mimduda: 2. KITLA, 5. ORT, 6. FUS, 7. QAMAR, 9. KANA, 10. IKEL, 11. ĠUĦ, 13. TEJP, 14. NAR, 15. ĠID, 17. DEJN, 18. UNIT, 19. ARMIER, 20. AJK, 21. BAR, 22. FOLLA. Weqfin: 1. KONKATIDRAL, 3. TIM, 4. ESPLORATURI, 7. QANPIENA, 8. RIĦ, 12. URI, 15. ĠEMEL, 16. DUR. Rebbieħ/a: A. Gauci, B’Kara

N

Sib il-Kliem BIEŻEL, GĦAĠEB, ĦANUT, ĦASSA, KAMRA, KARTA, KOTBA, NAĦAL, SUWED, WARDA

Ħ D

Qiegħed dawn l-għaxar kelmiet kull waħda fir-ringiela tagħha. Meta ssibilhom posthom, il-kaxxi l-griżi jkunu juru ŻEWĠ Numri. Premju voucher ta’ €20 li jissarraf għand Scotts Supermarket. Ibgħat biss iż-żewġ kelmiet (m’hemmx għalfejn il-grillja kollha) sal-15 tax-xahar: Flimkien, Sib il-Kliem, PO Box 90, Marsa Tweġiba għax-xahar l-ieħor: MQASS u POKIT.

U

Rebbieħ/a: K. Cassar, Ħal Qormi

Nota: GĦ u IE jieħdu kaxxa waħda

Mimdudin 2. Mitilha żewġha (5) 5. Kull wieħed minna residenti f’waħda (3) 6. Ikħal (3) 7. L-aħħar ittra fl-alfabet Grieg (5) 9. Nilbsuh fix-xitwa minħabba l-bard (4) 10. Musmar żgħir b’rasu ċatta (4) 11. Is-singular ta’ intom (3) 13. Oħt ommi jew missieri (4) 14. Żarbun tax-xita (3) 15. Mhux misjur (3) 17. Juża sebgħu biex jindika (4) 18. Miet għal art twelidu (4) 19. Nużaw għajnejna (5) 20. Bnedmin (3) 21. Dan ta’ kwalità tajba ħafna (3) 22. Din sħuna tajba! (5)


Għalina t-tfal Kif nuri rispett? • Nittratta lil ħaddieħor kif nixtieq li ħaddieħor jittratta lili. • Jekk nixtieq nuża xi ħaġa tal-oħrajn, dejjem nitlob permess qabel neħodha. • Ma naqbadx u nidħol f’dar ħaddieħor bla permess, u ma noqgħodx immiss ’l hemm u ’l hawn.

C L AU D I A C I N I

Novembru 2016 | 29

• Nitkellem b’vuċi baxxa, ma ninterrompix, u nistenna meta jmissni biex nitkellem. Tkellem mal-ġenituri dwar kif tista’ turi rispett jekk: • tixtieq tuża xi ħaġa ta’ ħaddieħor, imma mhux qiegħed hemm biex titolbu permess; • in-nanniet ġew iżurukom; • irrispondejt lil xi ħadd li kkoreġiek.

1.

2.

GĦ u IE jieħdu kaxxa waħda

3.

4.

5.

6.

KOMPETIZZJONI BI PREMJU

Wara li twieġeb, ifforma kelma bl-ittri li hemm fil-kaxxi s-sofor.

1. 2. 3. 4. 5. 6.

PINĠI BIL-KULUR Ġewż, lewż, qastan, tin, kemm inħobb ’il San Martin!

25 + 25 Minnu toħroġ il-lava. In-nofs eżatt. Iwassluk minn port għal ieħor. Fuqha tpoġġi l-kotba u oġġetti oħra. Il-kaptan fuqha jimxi biex ikun jaf it-triq.

Ibgħat it-tweġiba flimkien mad-dettalji tiegħek hekk: Flimkien, Kompetizzjoni Tfal, Kurja, P.O. Box 90, Marsa. L-ewwel tweġiba tajba li tinfetaħ tirbaħ żewġ biljetti għall-In Guardia, f’Forti Sant’Iermu. Tweġiba għax-xahar l-ieħor: KURUNA Rebbieħ/a: S. Psaila, Ħal Tarxien


30 | Flimkien

PA PA E M E R I T U B E N E D I T T U X V I B I E B

Bħal kwiekeb Il-qaddisin huma bħal kwiekeb fuq l-orizzont ta’ ħajjitna, kwiekeb li l-ħin kollu jitfgħu dawl fuq din id-dinja li tinsab maqbuda taħt is-sħab iswed ta’ żmienna, biex bihom inkunu nistgħu naraw xi ftit mid-dawl ta’ Alla. U meta xi drabi nkunu ttentati biex niddubitaw mit-tjubija ta’ Alla, minħabba dak li nġarrbu f’ħajjitna; meta nitilfu l-fiduċja anki fil-bnedmin l-oħra, għax ma nkunux nafu jekk hux ta’ min nafdawhom; meta nħossuna niddubitaw mill-Knisja, minħabba l-kontroversji u d-dgħufija ta’ xi membri tagħha, allura nistgħu nħarsu lejn dawn il-persuni li ħallew lil Alla jkun preżenti fihom u ħallewh jieħu forma fihom. U bl-għajnuna tagħhom nerġgħu nirċievu d-dawl mill-ġdid.


Walk Easy Scholl’s feel good all day, everyday

F O OT H E A LT H C E N T R E

www.schollfoothealthcentre.com Available from Scholl Foothealth Centres, Suffolk Valletta, Abela’s Health and Beauty Centre Gozo, and all leading pharmacies. Tel: 20601148


FEELING FREE AT HOME

invest in comfort and safety for yourself or your parents

Exclusive local distributors of Stair Lifts, Recliners & Scooters

Tel: +356 21 252206 Email: info@liftservices.com.mt Website: www.liftsservices.com.mt Lifts Services Ltd , Factory A25F Marsa Industrial Park, Marsa, Malta


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.