Flimkien Novembru 2015

Page 1

Newspaper Post

Novembru 2015 | Numru 132

L-INTERVISTA

Id-dudu ġol-vażett 10

13 Għidli storja!

Lit-tfal kellimhom bl-istejjer… anki mill-ħajjiet tal-qaddisin.

19 Il-Protezzjoni tal-Embrijun Appell minn grupp ta’ nisa biex il-liġi preżenti ma tinbidilx.

21 Tliet ġimgħat f’Ragusa

Meta sabu ruħhom mit-taġen għal ġon-nar … l-unika triq kienet li jimxu ’l quddiem…

Intervista ma’ omm vittma tal-vjolenza domestika. Illum tgħin nisa oħra bħalha.

24 Dak il-billboard għamilhieli! “Ma stajtx norqod. L-aħħar mistoqsija baqgħet thewden f’moħħi.” Mela x’kien hemm miktub fuq il-billboard?

26 Ġewż, lewż, qastan, tin... Il-ġid li jagħmlulek… basta b’moderazzjoni u mhux melħin! Riċetta: Imqaret tal-ġewż


BSL

Britannia Tours … il-vjaææ tiegœek jibda hawn!

Short Break

Christmas Markets

f’Pariæi

f’Northern Germany

minn

¢459

minn

¢489 INŸURU Paris, Notre Dame, Montmartre, Eiffel Tower and Versailles

INŸURU Hannover, Marienburg Castle, Hameln, Lüneburg, Rammelsberg Silver Mine, Goslar, Hildesheim, Braunschweig, Bremen, Celle u Hamburg

5-8 Diçembru (8 Diç - Festa Pubblika)

5-12 Diçembru (8 Diç - Festa Pubblika)

Italian

Christmas Markets Delights!

Awstrija u Æermanja

Christmas Markets

minn

minn

¢479

¢579

INŸURU Trento, Levico Terme, Pergine Valsugana Bolzano, Merano, Brunico, Cortina D’Ampezzo, Verona, Arco, Bressanone, Vipiteno, Innsbruck u Milan

INŸURU Munich’s Olympic Park, Salzkammergut, Mondsee, St Gilgen, St Wolfgang, St Johann im Pongau, Salzburg, Klagenfurt, Villach, Zell am See, Millstatt, Velden, Worthersee and Berchtesgaden

6-13 Diçembru (8 Diç - Festa Pubblika)

6-13 Diçembru (8 Diç - Festa Pubblika)

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, trasferimenti, servizzi ta’ tour leader u t-taxxi kollha (Kundizzjonijiet japplikaw). Valletta - Head Office - Tel: 2123 8039, 2124 5418, 2124 1904 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt


Editorjal • Dun A nton Por telli

Ix-xahar tal-ħajjin

F

’ħafna oqsma tal-ħajja Kattolika, Novembru huwa meqjus bħala x-xahar “tal-mejtin”. Għandna ħafna drawwiet li juru l-qima u r-rispett tagħna lejn l-għeżież tagħna li ħallew din id-dinja. Imma naħseb li nistgħu nqisu dan ix-xahar bħala “tal-ħajjin għal dejjem”: dawk kollha li mietu fil-Mulej u issa qegħdin fi ħdan ilMissier tas-sema għal dejjem. Hija din il-ħajja li aħna qegħdin nirsistu għaliha billi ngħixu hawnhekk kif jixtieq il-Mulej Ġesù, l-Imgħallem tagħna li aħna bħala dixxipli rridu nimitaw. Hu qalilna li l-ħajja ta’ dejjem hija din: “Li intom temmnu f’dak li l-Missier bagħat, u li tagħmlu dak li jgħidilkom hu.” Din hi r-riċetta li twassalna għall-“ħajja ta’ dejjem”, li nkunu “ħajjin għal dejjem”. Għal ħafna, il-mewt hija xi ħaġa ta’ biża’, u li lanqas biss għandna naħsbu fuqha. Imma għalina li ngħixu ħajja li tixbah – kemm nistgħu – lil dik tal-Mulej Ġesù, ilmewt hija mogħdija biex dak li għandna diġà bħalissa – il-preżenza tiegħu sħiħa – ngħixuh b’aktar qawwa wiċċ imb wiċċ fi ħdan ilMissier.

Novembru 2015

Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u titqassam b’xejn lill-familji Maltin. Biex tirriklama fuq Flimkien ċempel fuq 2137 4942 jew 7959 3727 Email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta Indirizz Editorjali Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali Editur Carmel Conti

Grafika Outlook Coop

Stampar Velprint Ltd

K E L M A TA ’ F R A N Ġ I S K U

Mhux kumbinazzjoni!

Anki dnubietna qegħdin f’idejn Alla – dawk l-idejn li huma mimlijin ħniena. Ma kenitx kumbinazzjoni li Ġesù ried li jżomm jidhru l-pjagi ta’ jdejh biex aħna nħossu l-ħniena tiegħu. Din hi l-qawwa tagħna, it-tama tagħna. 4 ta’ Novembru, 2013

Flimkien fuq Radju RTK Tista’ tisma’ partijiet mill-magażin Flimkien jinqraw fuq il-websajt ta’ RTK: www.rtk.org.mt

Rubrika ġdida

Minn dan ix-xahar qed nibdew rubrika ġdida, indirizzata lejn iż-żgħażagħ (mhux biss fl-età imma wkoll fl-ispirtu). Miktuba minn Silvana Cardona. Iktbilna u għidilna x’taħseb dwarha! Ara paġna 18.

X’qed tistenna? Seminar għal kulħadd Il-Ħadd 6 ta’ Diċembru 10am sal-5pm Imexxi Fr Franco Grech osa Augustinian Retreat House, Pjazza Santu Wistin, Victoria, Gozo. Facebook: Augustinians Malta Għal aktar informazzjoni: Fr. Terence Spiteri osa terencespiteri@gmail.com 99844628 Ikun hemm min jieħu ħsieb it-tfal matul il-ġurnata kollha.


Il-Kelma tal-Arċisqof

4 | Flimkien

Nemmen fix-Xirka tal-Qaddisin, fil-Qawma mill-Imwiet Fil-bidu tax-xahar ta’ Novembru niċċelebraw il-fidi tagħna f’dawn iż-żewġ artikli tal-Kredu

I

l-Festa tal-Qaddisin Kollha (fl-1 ta’ Novembru) tfakkarna fis-sejħa ta’ kull wieħed u waħda minna għallqdusija: “Bħalma qaddis hu dak li sejħilkom, kunu intom ukoll qaddisin fl-imġiba tagħkom kollha, għax hu miktub: ‘Kunu qaddisin, għax qaddis jien.’ ”(1 Pt 1:15-16). Il-Qaddisin, ħutna li qegħdin igawdu lil Alla fil-Ġenna, jidħlu għalina bit-talb tagħhom. Bejna u bejnhom hemm rabta jew xirka ta’ mħabba li ma tintemmx. Il-Kommemorazzjoni ta’ Ħutna l-Mejtin (fit-2 ta’ Novembru) tfakkarna fil-misteru tal-mewt li lkoll irridu ngħaddu minnu u flistess ħin hija stedina biex nitolbu b’suffraġju tal-għeżież tagħna li ħallewna. Ħaġa sabiħa li nżuru ċ-ċimiterji tagħna f’dan iż-żmien. Ta’ min nirrepetu ta’ spiss it-talba sabiħa: “Agħtihom O Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem, id-dawl ta’ dejjem jiddi lilhom, jistrieħu fissliem.” F’dan ix-xahar ikomplu ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Grizma tal-Isqof f’diversi parroċċi. Nitolbu għall-adolexxenti tagħna li qed jirċievu dan is-sagrament. Nappella biex nagħmlu kollox bil-qies u mingħajr spejjeż żejda.

Lejn l-aħħar ta’ Novembru niċċelebraw ilFesta ta’ Kristu Re. Magħha qiegħed norbot l-Assemblea Djoċesana li fiha nisimgħu lil xulxin u jiena nagħti indikazzjonijiet pastorali għad-djoċesi. Nitolbu li din l-esperjenza tkun mument ta’ grazzja. Nagħtikom il-Barka Pastorali tiegħi. + Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta

Flimkien b’tipi kbar Trid li l-Flimkien b’tipa kbira jasallek id-dar bil-posta? Ibgħat ismek, l-indirizz u €10 ċekk (f’isem il-Kulleġġ tal-Kappillani) jew 38 bolla ta’ 26ċ (għal 12-il ħarġa f’sena). Ibgħathom hekk: Flimkien, Kurja, Floriana. Għal aktar tagħrif, ċempel 7959 3727, 2137 4942 jew email flimkien@maltadiocese.org


Ġawhar Insara • Dun Hector Scerri

Novembru 2015 | 5

Tibżax tnaqqas ġidek meta tgħin il-foqra! San Iljun il-Kbir Imwieled fit-Toskana, intgħażel bħala Isqof ta’ Ruma fis-sena 440. Wara l-Waqgħa ta’ Ruma, dan kien żmien ta’ diżordni, imma Papa Ljun ħadem għall-għaqda talKnisja billi afferma l-primat tal-Knisja ta’ Ruma u billi interviena bl-awtorità tiegħu fi kwistjonijiet duttrinali. Hekk għamel ftit qabel il-Konċilju ta’ Kalċedonja (451). Waslu għandna numru ta’ Ittri li kiteb, kif ukoll 96 omelija li għamel fil-festi liturġiċi. Miet fl-10 ta’ Novembru, 461. • “M’għandniex nibżgħu li se nnaqqsu ġidna meta ngħinu lill-foqra għaliex, fl-aħħar mill-aħħar, tjieba bħal din hi ġid liema bħalu, u meta Kristu jkun dak li jagħti u jirċievi l-għajnuna, il-ġid li jitqassam qatt ma jonqos.... Agħti, mela, karità b’qalb qawwija, u kollok ferħan, għaliex se taqla’ aktar meta twarrab inqas għalik” (Omelija fir-Randan, 10, 5). • “Agħraf, o Nisrani, il-kobor tiegħek; int li sseħibt ma’ Alla fin-natura tiegħu, la terġax lura fil-post baxx ta’ dari b’ħajja mhux xierqa. Ftakar ta’ liema Ras u ta’ liema Ġisem int membru. Żomm f’moħħok li inti nqlajt minn taħt issetgħa tad-dlamijiet u għaddejt fid-dawl u s-Saltna ta’ Alla” (Omelija tal-Milied, 1, 3). • “Forsi ma kienx jidher ċar dwar liema foqra kien qed jitkellem Ġesù, il-Verità fih innifsu, kieku qal biss Ħenjin il-foqra u ma żied xejn biex juri dwar liema foqra kien

qed jitkellem; xi ħadd kien jista’ jaħseb li, biex wieħed jikseb is-saltna tas-sema, kien ikun biżżejjed għalih li jkollu dak il-faqar li fih jgħixu dawk li huma neqsin minn kulma jeħtieġu. Imma l-Mulej, meta qal Ħenjin il-foqra fl-ispirtu, wera li s-saltna tas-smewwiet tingħata lil dawk li huma umli f’qalbhom, aktar milli ’l dawk li huma neqsin mill-ġid tad-dinja” (Omelija 95 dwar il-Beatitudnijiet, 1-2). • “Il-grazzja tal-għaġeb ta’ Kristu tatna ġid wisq aqwa minn dak li l-għira tax-Xitan ħaditilna” (Omelija 73, 4). • “Lil dawk li twieldu mill-ġdid fi Kristu, is-sinjal tas-salib jagħmilhom slaten, iddilka tal-Ispirtu s-Santu tikkonsagrahom bħala qassisin (...) biex l-Insara kollha li għandhom kariżma spiritwali, huma u jużaw ir-raġuni tagħhom, jagħrfu li huma membri ta’ dan il-ġens regali u għandhom sehem fl-uffiċċju saċerdotali. Għaliex, fl-aħħar mill-aħħar, x’hemm aktar regali għar-ruħ milli tmexxi l-ġisem ħa joqgħod għal Alla? U x’hemm aktar saċerdotali milli toffri lill-Mulej kuxjenza safja u toffri fuq l-artal ta’ qalbek il-vittmi bla tebgħa tat-tjieba tiegħek?” (Omelija 4, 1)


My hearing has gone North thanks to Clear Tone Hearing Eurovison Singer, Joe Grech’s life felt incomplete when his hearing loss meant that he was no longer able to sing. However, now that he has been fitted with the new North technology from Unitron, his hearing has taken a whole new direction. It’s no secret that, despite his age, Joe likes to keep up to date with the latest technology. That’s why when Unitron, a world leader in hearing aid manufacturing, released North, their latest range of digital hearing aids, Joe was eager to try them out. “I’m amazed that the latest technology from Unitron really pushes the boundaries of what is possible. When I’m having a conversation the background noise can vary greatly depending on whether I’m in a small group or at a large events, says Joe. “The new technologies work in harmony to automatically experience where the best speech is coming from while providing the best natural sound quality.”

Joe Grech performing his 1971 Eurovision hit “Marija L-Maltija”

New technology has arrived Based on the strong foundation of Unitron’s proven sound quality, the latest technology platform, North, pushes the boundaries of what is possible in natural sound. “Conversations don’t just occur in quiet or in noise, and background noise can vary greatly depending on whether you are in small groups, at large events, in the car or on the street,” said Michael Wall, Director of Clear-Tone Hearing. “The new technologies work in harmony so wearers automatically experience the best speech understanding— along with natural sound quality— in the widest variety of situations.” North was designed with the recognition that every conversation comes with its own set of background noises. The new SoundNav automatic program offers precise classification of seven different sound environments, four of which are specifically focused on conversations, so wearers can participate in all kinds of conversations without struggling to hear. There are also a number of other features that have been created to address the issue of understanding conversations. Sound Conductor, as the name

implies, really conducts the hearing aids and tells them what to do. After SoundNav figures out what environment you are in and classifies the sound, Sound Conductor dynamically balances the appropriate features to deal with each unique listening scenario identified by SoundNav. The perfect combination of style and functionality North’s technologies all come together to power Moxi Fit, the latest generation of Unitron’s popular receiver-in-canal (RIC) Moxi hearing instruments. Moxi Fit continues the tradition of Moxi design with a fluid new look, giving wearers the perfect combination of style and functionality with a 312 battery, push button and telecoil. Moxi Fit joins Moxi Kiss™ and Moxi Dura™, all available in five technology levels and all built on the North platform. The new Moxi hearing aids on the North platform are fully integrated

Joe is now wearing Moxi Fit Pro from Unitron.


Joe explains how his new hearing aids have changed his life for the better! How would you describe your new hearing aids?

My main priority was that I needed a hearing instrument that suited any situation that I may face on a daily basis, especially if I’m speaking in a group or in a noisy environment. I revisited Clear Tone Hearing looking for the latest technology available and that is certainly what Mr Wall delivered. This is the best I’ve been able to hear yet. My new Moxi Fit hearing aids have been brilliant! What attracted you to the new Moxi Fit aids?

When it came to discussing my needs with Mr Wall he told me that the new Moxi Fit hearing aids had recently received an award for product design. The design of an aid and its appearance is very important to me as I want an aid that is attractive to look at but is also discreet and as comfortable behind the ear as possible. The sleek design combined with the new innovative technology that allows me to hear in 7 different environments really ticks all the boxes for me.

How have you benefitted from wearing hearing aids?

As soon as I was fitted with my first hearing aids I knew that I had made the right decision. Before, I struggled to hear my music and didn’t feel comfortable in social environments as I felt like I was isolated in group conversations and didn’t contribute much in these types of situations. I am now hearing things that I haven’t heard in a long time, especially the music that I love. I now look forward to going for dinner with friends and being with my family. What advice would you give to someone who feel they may have a hearing loss?

From my own experience the best advice I would give is to seek advice as soon as possible. There are many solutions available that not only improve the quality and health of your hearing but also your quality of life, as I have discovered. I highly recommend Mike at Clear Tone to offer professional and impartial advice that caters to all hearing needs.

with Unitron’s industry-leading Flex:trial™ program, which provides hearing aid wearers with a free, no obligation trial of the latest hearing instruments, and Flex:upgrade™, which facilitates in-clinic technology upgrades as hearing needs change. A common problem Hearing loss is not like listening to sounds with the volume turned

down. Instead, you may notice that certain spoken sounds like sh, th and f are more difficult to hear than others. That is why people with hearing loss often say they can hear people talking but can’t understand what is being said. Today there’s such a wide choice of hearing instruments with an unprecedented variety of features and looks available to suit your

Join us at our Malta & Gozo clinics,running from Monday 16th November - Monday 23 rd November where our Hearing Aid Audiologist will be available to advise you on the latest hearing aid technology.

specific hearing loss, listening environments, budget and style. Clear Tone Hearing is the official Malta & Gozo distributor of Unitron hearing instruments and is pleased to offer FREE hearing tests and evaluations to all clients across Malta and Gozo. To schedule your FREE hearing consultation and evaluation call Philip today on 99 884 517.

CLEAR TONE HEARING


8 | Flimkien

Katekiżmu Żgħir (7)

Id-dnub tan-nisel u l-Qawmien 46. Kif jitkellem it-Testment il-Qadim dwar ‘id-dnub tad-dinja’? Il-ktieb tal-Ġenesi jirrakkonta l-ġrajja talewwel dnub tal-ewwel ġenituri tagħna. Dan kien dnub ta’ diżubbidjenza li bih Adam u Eva tilfu l-Ġenna għalihom u għal uliedhom kollha.

did-dinja, għadna nsofru minnu daqslikieku għandna għadu li rridu nissieltu miegħu biex nirbħuh permezz tal-grazzja. Għalhekk, irridu nibqgħu nissaraw biex ikollna soċjetà aktar ġusta ladarba għadna taħt il-ħakma talmewt u tat-tentazzjonijiet li nagħmlu dnubiet personali.

47. Għamilna aħna d-dnub tan-nisel? Aħna m’għamilniex personalment id-dnub tan-nisel. Dan id-dnub ifisser it-telfien talgrazzja u d-dgħufija morali li aħna nsofru minnha, u li tidher fl-inġustizzji tas-soċjetà tagħna u fid-dnubiet personali li aħna stess nagħmlu, imma b’mod l-aktar qawwi fil-qtil ta’ Ġesù Kristu.

50. Meta se nkunu meħlusin għalkollox mid-dnub tan-nisel? Niġu meħlusin għalkollox mid-dnub tannisel meta Ġesù jiġi t-tieni darba fil-glorja fl-aħħar jum u jqajjimna għal ħajja ġdida fis-Saltna tal-ġustizzja, paċi u mħabba. Imbagħad, kemm id-dnub u kemm il-mewt jintrebħu għalkollox.

48. Kif ħelisna Alla mid-dnub tan-nisel? Alla ħelisna mid-dnub tan-nisel billi bagħat lil Ibnu Ġesù biex jgħix il-konsegwenzi kollha ta’ xi tfisser tkun bniedem tassew u jitgħabba bid-dnubiet kollha tagħna l-bnedmin u jisfa’ maqtul minna fuq is-salib. Alla l-Missier qajjem lil Ġesù mill-imwiet talli obda b’imħabba hekk kbira u biex b’hekk ikun l-ewwel frott ta’ umanità ġdida li magħha aħna magħqudin permezz tal-fidi tagħna (San Pawl lill-Filippin 2:6-11).

51. Kif feġġ għall-ewwel darba l-ħelsien tal-bnedmin mid-dnub u mill-mewt? Il-ħelsien tal-bnedmin mid-dnub u millmewt feġġ l-ewwel darba bil-qawmien ta’ Ġesù mill-imwiet.

49. Aħna meħlusin għalkollox mid-dnub tan-nisel? Aħna m’aħniex meħlusin għalkollox middnub tan-nisel għax, għalkemm permezz tal-fidi m’aħniex aktar imjassra mid-dnub ta’

52. X’nifhmu bil-qawmien ta’ Ġesù mill-imwiet? Bil-qawmien ta’ Ġesù mill-imwiet nifhmu l-ewwel nett li Ġesù miet tassew u li Alla l-Missier tabilħaqq qajmu mill-mewt fit-tielet jum għal ħajja ġdida ta’ glorja fis-Saltna. Għalhekk, il-ġisem ta’ Ġesù ma nstabx filqabar għax Ġesù rebaħ il-mewt u issa qed jgħix fil-ġisem ħajja ġdida u umana li ma tmut qatt. F’din il-ħajja fil-ġisem Ġesù deher ħafna drabi lid-dixxipli tiegħu.


find us on facebook

BRINGING YOUR VISION INTO BLOOM At Romano Cassar Florists, we believe that the core elements of every wedding are the couple’s individual personalities, their style and vision. We use these qualities as inspiration, whilst giving every creation our unmistakable touch. Whether through a profusion of pinks and peaches or sunny ensembles of bright yellow blooms, we tailor our service to every individual client so that each bouquet is a reflection of those who carry it down the aisle.

romanocassar.com Romano Cassar Ltd. 24,Hammieri Road,Qormi.QRM1509

Te l : + 3 5 6 2 1 4 4 1 2 6 4 / M o b : + 3 5 6 7 9 3 7 3 1 0 0


L-intervista

10 | Flimkien

Id-dudu ġol-vażett Intervista ma’ mara, vittma tal-vjolenza domestika, li llum tgħin nisa oħra li huma fis-sitwazzjoni fejn kienet hi... Inti llum voluntiera mas-Servizz SOAR tal-Fondazzjoni St Jeanne Antide. X’ġagħlek tagħżel dan bħala volontarjat? Għal bosta snin, jien u wliedi ġarrabna vjolenza domestika li ħarbtitilna ħajjitna u farrkitna. Maż-żmien iddeċidejt li ngħid “Daqshekk!” u ma bqajtx nissapporti aktar il-moħqrija. Tlaqt minn darna b’uliedi biss. Għenuna ħafna s-social workers tal-Aġenzija Appoġġ u x-xelters Merħba Bik u Dar Qalb ta’ Ġesù. Issa, li ħajjitna daret dawramejt, moħħna u qlubna kkalmaw u nistgħu nħarsu ’l quddiem. Allura ddeċidejt li nkun parti mis-Servizz SOAR biex ngħin nisa oħra li għadhom fis-sitwazzjoni li kienet fiha familti u ngħinuhom jersqu għall-għajnuna ta’ aġenziji f’dan il-qasam. Aħna nkunu speċi ta’ buddies tagħhom għax nifhmu minn xiex għaddew u għadhom għaddejjin. X’inhu s-Servizz SOAR? Il-vjolenza f’relazzjonijiet intimi tfarrak lillvittma u l-ulied. Nafu ħafna nisa li b’kuraġġ iseħħilhom jitilqu minn ħajja mimlija abbuż

u kefrija. Iżda dawn isibu ruħhom bla saqaf u bla mezzi finanzjarji, bla impjieg u bi spirtu mgħaffeġ. Minħabba l-biża’ li jerġgħu jafdaw u l-biża’ mis-sistemi li jittrattawhom ta’ vittmi, ħafna nisa spiss iħossuhom weħidhom fl-isfida biex jibnu ħajjithom mill-ġdid. Is-Servizz SOAR hu servizz minn nisa mġarrba għal nisa mġarrba. Bdewh grupp ta’ nisa mġarrba bl-għajnuna talFondazzjoni. Is-SOAR jgħin nisa biex iqumu fuq riġlejhom, jieħdu rajhom f’idejhom, u jibnu ħajjithom u dik ta’ wliedhom mill-ġdid, b’dinjità u b’ġustizzja, b’mod li jħossuhom tajjeb dwarhom infushom u ħajjithom. Aħna ngħinu b’mogħdrija, rispett u mħabba ħalli l-vittmi ma jinħakmux minn iżolament u aljenazzjoni. Allura fiex jikkonsisti s-Servizz SOAR? Il-kumitat ta’ nisa jipprova jqajjem kuxjenza akbar fost il-Maltin dwar il-qagħda ta’ nisa u tfal vittmi ta’ vjolenza domestika. Nagħtu tagħrif u niktbu artikli dwar is-sinjali ta’ abbuż f’relazzjoni. Ngħinu persuni dwar kif


L-intervista

jużaw is-servizzi li hawn. Naħdmu wkoll biex ikun hemm titjib fil-politika, il-liġijiet u l-prattiċi ħalli nassiguraw ġustizzja soċjali għall-vittmi u wliedhom. Għaż-żgħażagħ x’toffru? Qed immexxu workshops għaż-żgħażagħ dwar l-għira u l-imġiba aggressiva u vjolenti waqt id-dating. Uħud minn dawn ilworkshops nagħmluhom ma’ għaqda oħra li jisimha Men Against Violence. Dan hu servizz preventiv għax nafu li għal żgħażagħ li fiddar għexu f’ambjent fejn raw u ġarrbu imġiba aggressiva u vjolenti hemm ċans akbar li jispiċċaw f’relazzjoni fejn ikunu manipulati u kkontrollati. Urejtni ktieb li ħriġtu dan l-aħħar. Veru sabiħ. Għidilna ftit dwaru. Il-ktieb jismu Caterpillar in a Jar. Qed nippjanaw li noħorġuh ebook bil-Malti wkoll. Qed nużawh waqt il-workshops maż-żgħażagħ. L-istorja miktuba minn għajnejn tifla meta kellha 6, 9, 12 u 15-il sena, u tgħinek tifhem kif il-vjolenza domestika taffettwa lit-tfal. Il-Fondazzjoni ħarġet ktieb ieħor miktub minn tfal li ġarrbu ċirkustanzi differenti, inkluż il-vjolenza domestika: IlMela Darba Tiegħi – ġrajjiet veri tagħna t-tfal. Inħeġġeġ lill-qarrejja tal-Flimkien jixtru kopji minnu u jagħtuhom rigal. Għandkom xi proġett interessanti għaddej bħalissa? Iva, għadna kif ħadna fondi mill-Premju tal-President għall-Kreattività. B’dawn ilfondi u oħrajn minn The Voices Foundation se norganizzaw konferenza l-Ġimgħa 4 ta’ Diċembru fis-sala tas-Sorijiet tal-Karità, Ħal Tarxien. Biex naslu għaliha għamilna intervisti twal lil 22 mara. Għarbilna dak li qalulna u identifikajna disa’ temi komuni. Nisa stess se jagħmlu preżentazzjonijiet filkonferenza fejn il-protagonisti huma aħna

Novembru 2015 | 11

stess. Segwuna fuq Facebook (Soar Malta) u s-sit www.antidemalta.com. Xi messaġġ għall-qarrejja tal-Flimkien? Li tkun ittrattata ħażin minn xi ħadd qrib tiegħek hija esperjenza terribbli. Ipprova sib għajnuna minn qraba u ħbieb li jifhmuk, u minn servizzi ta’ appoġġ bħal dawn fil-lista fil-ġenb. Hawn ukoll numri li tista’ tuża. Aħna ngħinuk tersaq għall-għajnuna wkoll u nagħtuk informazzjoni dwar ħafna aspetti importanti biex timxi aħjar.

Numri li tista’ tiġi bżonn 112 �������������������������Pulizija emerġenza Supportline 179 ��immexxi mill-Aġenzija Appoġġ 2295 9000 �����������Social Workers tal-Aġenzija Appoġġ li jaħdmu fil-qasam tal-Vjolenza Domestika 2144 0035 ������������Merħba Bik 2767 2367/ 2180 8981 �������������Servizz SOAR (ħinijiet taxxogħol), St Jeanne Antide Foundation 2122 8333 �������������Victim Support Malta 2122 8333 �������������Sexual Assault Response Team (SART) 79708615 �������������Women’s Rights Foundation 21552390 ��������������Dar Emmaus, Għawdex 22156630 ��������������Social Workers Għawdex 79430006 ������������Rainbow Support Service (LGBTIQ)

Il-Fondazzjoni St Jeanne Antide teħtieġ voluntiera, speċjalment ma’ nisa vulnerabbli li għaddew minn ċirkustanzi kiefra u diffiċli ħafna. Ikteb: sjafngo@gmail.com jew ċempel: 2767 2367; 2180 9011; 2180 8981 u staqsi għal Miriam. Għas-SOAR: soarmalta@gmail.com; 9992 7872 (matul il-jum). Sit: www.antidemalta.com.


• 4-section electric bed • German Brand • Ultra-low entry height of just 32 cm • 24v drive system • 185kg user weight


Novembru 2015 | 13 Nakkumpanjaw lil uliedna • Fr Carl-Mario Sultana

Għidli storja! Lit-tfal kellimhom bl-istejjer… anki mill-ħajjiet tal-qaddisin

I

s-saċerdot induna li waqt l-omeliji tiegħu, fil-ħin li suppost joqogħdu attenti jisimgħuh (għax kien ikellimhom dwar affarijiet importanti mhux biss għal din il-ħajja imma wkoll għall-ħajja ta’ dejjem) innies ma kinux jagħtu kasu. Ħafna drabi kienu jkunu reqdin bilqiegħda! Darba pprova jiġbdilhom l-attenzjoni billi waqt l-omelija beda jirrakkonta: “Waqt li kont ġej ’l hawn biex inqaddes illum, rajt ħmar bilġwienaħ qed itir fuq ir-raħal tagħna…” Kif semgħu dan, in-nies kollha waqqfu widnejhom biex jisimgħu. Dawk li kienu reqdin malajr qamu ħalli jaraw x’kien qed jgħid dan is-saċerdot. U s-saċerdot irrimarka: “Meta kont qed ngħidilkom l-affarijiet blakbar serjetà ma kontux qed tagħtu kas, imma meta bdejt ngħidilkom storja li mhix vera, malajr bdejtu tisimgħu kull kelma li bdejt ngħid għalkemm dan ma kienx veru!” Kemm huwa veru li permezz ta’ storja tista’ twassal messaġġ b’mod ferm aktar faċli! Mhux hekk biss imma l-messaġġ jiftiehem aktar milli kieku kellek tagħmel prietka sħiħa fuq l-istess suġġett! U anki jekk inħarsu biss lejna nfusna nindunaw kemm nieħdu aktar pjaċir nisimgħu storja jew rakkont milli nisimgħu lil xi ħadd jitkellem.

Dan jgħodd aktar u aktar għat-tfal li jsibuha diffiċli li jifhmu l-argumenti u l-ideat tagħna l-kbar. Trid li t-tfal jinteressaw ruħhom f’dak li tkun qed tgħid, speċjalment meta tkellimhom dwar affarijiet tal-fidi, jew dwar Alla? Tippruvax tkellimhom b’mod dirett għaliex moħħhom ma jasalx għal dawk l-ideat daqstant ikkumplikati… kellimhom bl-istejjer. U hemm ħafna stejjer li nistgħu nirrakkuntaw! Mhux biss stejjer li min jaf kemm-il darba smajniehom bħal dik tassiġra li tat ħafna, jew li tat kollox… li jistgħu ikunu stejjer li mhumiex veru imma li fihom tagħlima kbira. Hemm stejjer oħra li nistgħu nirrakkontaw, li llum bil-mezzi li għandna faċilment insibuhom, imma li fl-istess waqt ma tantx qed nagħtu kashom, jekk mhux ukoll inwarrbuhom. Dawn huma l-istejjer mill-ħajjiet tal-qaddisin. Kemm nistgħu nimitaw l-eżempji sbieħ u tajbin li għexu huma matul ħajjithom! Kemm nistgħu nipproponuhom mill-ġdid lil uliedna bħala eżempji għal ħajjithom! Trid li wliedek jikbru bħal siġra dritta? Mela kellimhom bl-eżempji mill-ħajjiet talqaddisin u tkun qed tagħtihom bastun dritt biex jitilgħu b’sinsla dritta.


14 | Flimkien

Ġublew tal-Ħniena

Ngħixu l-Ġublew tal-Ħniena fil-parroċċi tagħna! • X’se tagħmlu fil-parroċċa tagħkom għallĠublew tal-Ħniena? Qegħdin tiltaqgħu u tippjanaw? Għamiltu xi kummissjoni apposta? • Beħsiebkom tesponu l-logo tal-Ġublew xi mkien fil-knisja tul is-sena tal-Ġublew? Se tfissruh lill-parruċċani tagħkom? • Se tkantaw l-innu uffiċjali tal-Ġublew (ara youtube.com/watch?v=1isSPkn75A4) fil-parroċċa? • Fissirtu lill-parroċċa xi jfisser “ġublew”, minn fejn beda, għalfejn isir, l-istorja talĠublew fil-Knisja, il-Ġublew fil-Bibbja? (Ara l-websajt Laikos li fiha ħafna tagħrif dwar dan.)

• Il-Kummissjoni Liturġija għandha xi ħsieb kif se tgħaqqad in-Novena u l-Velja tal-Milied mal-Ġublew tal-Ħniena? • X’qed tħejji l-Kummissjoni Djakonija u l-Kummissjoni Familja fil-parroċċa tagħkom b’konnessjoni mal-Ġublew? • X’beħsiebkom tħejju (minn issa) għarRandan li ġej (li jibda fl-10 ta’ Frar) b’enfasi partikolari fuq il-ħniena talMissier, il-qrar, u l-opri tal-ħniena? • X’beħsiebkom tagħmlu għal “24 Siegħa għall-Mulej” li se jsir mad-dinja kollha fit-13-14 ta’ Marzu 2016 (Il-Ħames Ħadd tar-Randan)?


AUTUMN WINTER 2015


Belial

Deidara

black

black

sizes:

36-42

sizes:

36-42

Deidara blue sizes:

36-42

Jorsand

Jorsand

Leda

navy blue

dark brown

black

sizes:

36-42

sizes:

36-42

Leda

Paula

earth

black

sizes:

36-42

Krystel black sizes:

36-42

sizes:

36-42

Katlin / green sizes: 36-42

white

sizes:

36-42

Yolette black sizes:

36-42

Kelley dark brown sizes:

36-42


Tannel black sizes:

36-42

Sprinter black sizes:

36-42

Yoria Laces black sizes:

36-42

Yoria Strap black sizes:

36-42


Brandy dark brown sizes:

41-45

Tywin / fuchsia sizes: 36-42

navy

Brienne / pink sizes: 36-42

fuchsia

Calina wine sizes:

36-42

Loras

Sanya

lilac

dark blue

sizes:

36-42

sizes:

36-42

Available from Scholl Foothealth Centres at: The Point-Tigne, The Plaza Shopping Centre-Sliema, Mosta, Fgura and Valletta. Suffolk Valletta, Abela’s Health and Beauty Centre Victoria-Gozo, and all leading pharmacies. Tel: 20601148

F O O T H E A LT H C E N T R E

www.schollfoothealthcentre.com While every effort has been made to ensure the accuracy of the information contained within this advert prices may be subject to change and not all sizes and colours may be available.


Appell minn Save The Embryo Protection Act – Malta

Novembru 2015 | 19

F

id-dawl tat-tibdil propost mill-Gvern lill-Embryo Protection Act, qed nappellaw biex, fl-aħjar interess tat-tfal, dan l-Att ​jitħalla kif inhu​. ​I​nħajruk biex jekk jogħġbok​: 1. tiffirma l-petizzjoni Malta … Stand Up for Life! billi żżur citizengo.org/en/29847maltastand-life jew mill-paġna ta’ Facebook Save The Embryo Protection Act Malta; 2. tgħaddi dal-messaġġ lill-familjari u l-ħbieb tiegħek bl-email, Facebook jew issiti soċjali li tuża. Għall-koppji infertili - bil-liġi tal-Protezzjoni tal-Embrijun f’Malta kif inhi bħalissa: • jistgħu japplikaw għall-IVF mara u raġel li huma miżżewġa jew f’relazzjoni stabbli; • jiġu fertilizzati (jiġifieri jinħolqu ħajjiet ġodda) żewg bajdiet biss. Dawn l-embrijuni umani jiġu kollha ttrasferiti fil-ġuf tal-omm; • Il-bajd li ma jkunx fertilizzat jiġi ffriżat biex jintuża f’ċikli oħra tal-istess koppja jekk ikun hemm bżonn; • ir-rata ta’ suċċess hija ta’ 28%. Din hi rata tajba ħafna​meta tqabbilha ma’ rati ta’ pajjiżi oħra.

Bil-liġi li teżisti bħalissa ebda ħajja ma tinqered intenzjonalment u lanqas jidħlu finnofs terzi persuni li ma jkunux il-veri ġenituri tal-ulied. Inisslu t-tfal dawk il-ġenituri stess li se jibqgħu jrabbuhom. Hekk jinżamm bilanċ bejn l-għajnuna lill-koppji infertili li jagħżlu dan it-trattament u l-ħarsien tal-bżonnijiet u d-drittijiet tal-ulied.

Il-proposti l-ġodda joħolqu diffikultajiet serji: • l-IVF ikunu jistgħu​jwettquh permezz ta’ sperm donor (jiġifieri miż-żerriegħa ta’ missier mhux magħruf). Dan ifisser li t-tifla jew it-tifel ma jkunux jafu min hu missierhom; • li jiġu ffriżati l-embrijuni nfushom flok il-bajd biss. Dan ifisser li l-embrijuni li ma jintużawx se jkollhom futur imċajpar: jekk il-koppja ma tkunx tridhom jaf jiġu offruti għall-adozzjoni jew użati għal riċerka xjentifika. ​Madwar 30% jmutu waqt li jkunu qed joħorġuhom mill-friża. Dan kollu jkun jista’ jsir fuq ħajja umana ġdida u mhux sempliċement fuq “ftit ċelloli”. Xi għaqdiet qed jipproponu wkoll li tidħol il-proċedura ta’ ġuf mikri (surrogacy) fejn ittarbija tikber ġo ġuf u mbagħad l-omm, wara li twellidha, tagħti t-tarbija lil koppja li tkun ħallset għaliha. Hija esperjenza fejn l-omm u l-wild huma sfurzati jinqatgħu minn xulxin propju fiż-żmien meta l-għaqda u r-rabta ta’ bejniethom suppost tibda. Agħti l-kontribut tiegħek billi tiffirma u xxerred il-paġna ta’ Facebook. Grazzi ħafna! Suzanne Vella, Christine Rossi, Mariella Catania, Martha Fitz, Marisa Gatt


0%

SIT PO LE DE ILAB AVA

Window Sticker

Starting from

â‚Ź9,990

Industrial Motors Ltd. National Road, Blata L-Bajda, HMR 9010 Tel: 25969641/3 Mob: 99991666 Email: info-iml@iml.mizzi.com.mt Mizzi Motors Ltd. Mgarr Road, Ghajnsielem, GSM 9016 Tel: 21556942 Mob: 99782000 Email: jcassar@mizzimotors.com.mt

XL

SMA L

L CA

R

EASY

3.6L/ 100k m

www.suzuki.com.mt

ROOM Y 254L


Jenny Zammit

Tliet ġimgħat f’Ragusa Meta sabu ruħhom mit-taġen għal ġon-nar … l-unika triq kienet li jimxu ’l quddiem… lejn l-Ewropa!

I

l-Komunità Ħajja Nisranija (CLC) bdiet proġett li se jibqa’ għaddej sa Jannar 2016 f’Ragusa, fi Sqallija, fejn voluntiera ta’ kull età jaħdmu ma’ immigranti f’xift ta’ tliet ġimgħat. F’Awwissu li għadda jiena dħalt għal dan il-volontarjat. Għaliex ma għentx l-immigranti f’Malta? Iddeċidejt li mmur Sqallija għax huwa proġett fejn mhux biss stajt nagħmel xi ħaġa – akkumpanjajna l-immigranti fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum – imma l-esperjenza kienet tinvolvi wkoll ħajja fil-komunità ta’ għaxar persuni. Kellna laqgħat filgħodu u filgħaxija għat-talb, ir-riflessjoni u d-diskussjoni. Filgħaxija konna nsajru flimkien u kellna ħin ta’ mistrieħ fi tmiem il-ġimgħa. Għexna fid-dar tal-Ġiżwiti f’Ragusa. Il-membri tal-grupp kienu minn Malta, il-Belġju, Spanja u l-Portugall. Kienet esperjenza ta’ tagħlim dwar l-immigrazzjoni. Ħdimt f’ċentru għat-tfal u n-nisa li żwieġhom huma mejta, jew mhux magħruf x’sar minnhom, jew qegħdin f’detenzjoni f’pajjiżi oħra. Uħud min-nisa spiċċaw fid-dgħajjes u fl-Ewropa mhux b’għażla tagħhom iżda minħabba l-gwerra. Ħafna nisa ħallew pajjiżhom, speċjalment is-Somalja, l-Eritrea u l-Etjopja fejn hemm instabbiltà kbira, biex isibu xogħol fis-Sudan, iżda hemm sabu li faqqgħet il-gwerra. Imxew lejn il-Libja u hemm ukoll sabu l-gwerra! F’din is-

sitwazzjoni l-unika għażla kienet li jimxu ’l quddiem… lejn l-Ewropa! Aħna akkumpanjajna lin-nisa fil-ħajja ta’ kuljum: fix-xirja biex turihom prodotti differenti, il-valur tal-flus u kif iqassmuhom. Oħrajn kellhom bżonn jitgħallmu t-Taljan jew l-Ingliż. Oħrajn tgħallmu jsajru ikel Taljan biex isibu impjieg bħala sefturi jew carers. Oħrajn riedu jiktbu CV biex isibu xi xogħol. It-tfal riedu jilagħbu, jitgħallmu jgħumu, jaqraw u jiktbu. L-immigrant iħossu waħdu f’pajjiż ġdid, u l-preżenza tagħna taffiet ftit missolitudni, it-tbatija tat-trawma tal-vjaġġ u d-dwejjaq għall-istennija għad-dokumenti. Offrejnielhom l-aċċettazzjoni u l-imħabba. Minkejja t-trawma, l-abbuż, il-biża’ u l-mewt li ffaċċjaw, l-immigranti jitkellmu b’fidi kbira li Alla se jgħinhom u jiskansahom mill-mewt. Il-fidi tagħhom saħħet lil dik tagħna. L-itqal ħaġa għall-immigranti hija t-taqlib emozzjonali li jgħaddu minnu minħabba l-vjaġġ, is-solitudni, it-tluq minn pajjiżhom, mid-dar, mill-familja. Hija l-fidi li żżommhom. Insaqsi lili nnifsi: il-fidi tiegħi baqgħet ħajja għax komda u bla periklu? Jekk inkun f’sitwazzjoni ta’ deżolazzjoni nibqa’ nemmen u nfaħħar ’l Alla, jew niddispra? Din kienet l-isfida għalija u għall-grupp ta’ voluntiera. Trid tkun taf aktar dwar is-CLC jew tissieħeb f’dan il-proġett? Ikteb lil info@clcmalta.org.


Ittri mill-qarrejja

22 | Flimkien

ITTRA REBBIEĦA

Il-ħolma ta’ ħajti

Ħlomt li sibt ruħi quddiem il-Mulej. Fetaħ dirgħajh u qalli: “Dan il-Feddej. Ara Ommok... l-anġli... u l-qaddisin. Ara l-maħbubin tiegħek, ilkoll hawn qegħdin!” G. Bonett

Il-pets li jmutulna

Jiena nemmen li l-ħajja kollha ġejja minn Alla, u Alla ma ħalaqx biss il-bniedem imma wkoll l-annimali. Għalhekk m’hemm xejn ħażin li temmen li l-annimali jgħixu “fuq in-naħa l-oħra” bħalna. Il-poeżija Rainbow Bridge ltqajt magħha għall-ewwel darba meta mietli l-pet, u ngħożża daqskemm ngħożż l-irmied tiegħu. D.C.

Dejjem waħdi!

Jien mara anzjana u għandi ħafna tfal u neputijiet. Tlift lil żewġi żgħir, u batejt ħafna biex rabbejthom. Jiddispjaċini li llum ħlief tnejn minnhom ma jiġux jarawni, u meta jiġu, jiġu waħedhom għax żwieġhom jew marthom u wliedhom la jiġu u lanqas iċemplu. Kulħadd medhi bil-mowbajl u l-internet imma ħin għan-nanna m’għandhomx. Naħseb hawn oħrajn bħali. Nixtieq li lill-ulied kultant tmisshom ftit il-kuxjenza. Solitudni

Fidi ta’ Ċens

Mistoqsija: Qed inħallas ċens fis-sena lil persuna. Nixtieq li minflok inħallas lilha nibda nħallas lill-Joint Office biex nifdi ċ-ċens. Biex nasal sa hemm dil-persuna qaltli li l-ewwel irrid nifdi ċ-ċens mingħandha, u talbitni somma flus. Tista’ tgħidli ta’ xiex tridni nħallas dik is-somma? Jien kull sena ħallast iċ-ċens. Dan skont il-liġi? Ħamiema Tweġiba: Nerġa’ niġbed l-attenzjoni tal-qarrejja li din ir-rokna mhijiex maħsuba biex twieġeb domandi partikolari imma biss biex tagħmel osservazzjonijiet fuq il-liġi inġenerali u tagħti ftit tagħrif fuq suġġetti varji. Dejjem ikun neċessarju li wieħed jirrikorri għand l-avukat tiegħu biex ikollu stampa korretta u sħiħa. Issa fil-każ ta’ ċnus dan jingħad b’aktar qawwa għaliex ħafna jiddependi minn dak li jkun ingħad fil-kuntratt. Ġeneralment meta jkun ċens perpetwu allura l-fidi tiegħu jista’ jsir permezz ta’ ċedola ta’ depożitu favur issidien taċ-ċens. Id-depożitu jkun jirrappreżenta ċ-ċens kapitalizzat bil-ħamsa fil-mija (5%). Dan ifisser li ċ-ċenswalist jiddepożita fil-Qorti ċ-ċens multiplikat b’20 biex dan l-ammont ikun jista’ jinġabar mis-sidien jew minn wieħed minnhom. Għalhekk, jekk iċ-ċens ikun pereżempju ta’ ewro (€1) fis-sena, id-depożitu li jrid isir ikun €20. Issa jekk ikun hemm ċens perpetwu, u wara dan ikun ingħata b’subċens perpetwu, jista’ jkun hemm żewġ fidjiet xi jsiru, imma dan jiddependi mill-kuntratt. Av. Ray Zammit ITTRI MILL-QARREJJA: L-ittri għandhom juru l-isem sħiħ u l-lokalità. Kull ittra tista’ tiġi mqassra u editjata. L-ittra li titla’ bil-polza bejn dawk li jidhru f’dak ix-xahar tirbaħ żewġ kotba mingħand Merlin Publishers Ltd. Email: flimkien@maltadiocese.org; Posta: Flimkien, Ittri mill-Qarrejja, Kurja, Floriana.


You deserve to feel secure

Home Insurance T: 21246262 | MIDDLESEA.COM E: MAPFRE@MIDDLESEA.COM

your trustworthy insurance company Mapfre Middlesea p.l.c. (C-5553) is authorised by the Malta Financial Services Authority to carry on both Long Term and General Business under the Insurance Business Act, 1998


24 | Flimkien

Paġna għaż-Żgħażagħ • Silvana Cardona

Dak il-billboard għamilhieli!

N

ormalment, is-Sibt filgħodu nqum kmieni biex ninżel sal-gym ma’ sħabi. Imma llum it-tisbita ta’ bieba ta’ vann ħasditni u qomt ħafna qabel milli suppost! Ħriġt nittawwal mill-gallarija, u nara żewġ ħaddiema fuq sellum iwaħħlu poster ġdid fuq il-billboard tal-faċċata tagħna. Ippruvajt nerġa’ norqod imma ma stajtx għax l-aħħar mistoqsija miktuba fuq il-billboard baqgħet thewden f’moħħi. Kien hemm miktub hekk:

U

komplejt naħseb u ngħid bejni u bejn ruħi… “Qaddis? Jien? Kif nista’ nsir qaddis, jien? Mela jien beħsiebni nibdel ħajti? Mela jien lest li nħalli kollox warajja u ngħix ħajja fqira tipo San Franġisk? Mela jien xi eremit? Jien m’iniex xi studjuż tal-Bibbja! U tgħid mhux se nidħol ġo xi kunvent?! Il-qaddisin sa fejn naf jien kollha hekk jagħmlu! Mhux hekk?” Fettilli nidħol fil-websajt ħobblAlla.com. Bdejt naqra dwar il-ħajja tal-qaddisin. U għalkemm veru li l-qaddisin għexu din it-tip ta’ ħajja, sibt li biex issir qaddis m’hemmx xi regola fissa li trid timxi magħha. Komplejt naqra, u sibt li kull bniedem huwa msejjaħ

għall-qdusija. Kull persuna tasal li ssir ‘qaddisa’ bil-mod uniku tagħha, imma żgur billi verament tibda u tibqa’ tħobb lil Alla tul ħajjitha kollha. Billi tħobb kontinwament lil kull persuna li tiltaqa’ magħha u tagħmel dak li hi msejħa li tagħmel b’imħabba vera. Sew jekk għadek student, jew bdejt xi kors ta’ taħriġ f’xi ħaġa li togħġbok, jew bdejt tagħmel xi esperjenza ta’ xogħol, kif ukoll f’kull mument li tkun ma’ żgħażagħ oħra, ħobb lil Ġesù u żommu dejjem f’moħħok u f’qalbek! B’daqshekk ma jfissirx li, jekk inti pereżempju bniedem sportiv, jew tħobb iddoqq xi strument, tirreċta, tpinġi jew tħobb titla’ sa


Novembru 2015 | 25

Videos biex narawhom flimkien Evidence hu film dwar tfajla li jixluha li hi Kattolika. Fil-qorti, il-prosekutur jipprova jġib provi kontriha, filwaqt li l-avukat tagħha jargumenta li mhux veru li hi Kattolika. Isibuha ħatja? Ara t-tweġiba fl-aħħar tal-film li hu twil biss 7 minuti. Tajjeb ħafna għal diskussjoni bejn iż-żgħażagħ. Bl-Ingliż, b’sottotitoli bit-Taljan. www.youtube.com/ watch?v=ovow3L2K1gc Video ieħor tajjeb: The Power of Confession (sottotitoli bit-Taljan) li fih saċerdot jispjega x’inhu l-qrar u kif għandek tqerr. 8 muniti kollox. Tajjeb għall-okkażjoni tas-Sena tal-Ħniena. www.youtube.com/watch?v=7zePVwaucjs

skatepark bir-rota jew bl-iskateboard allura għandek tieqaf milli tagħmel dak li tħobb! Għall-kuntrarju, permezz tal-passatempi tista’ tferraħ ħafna nies ukoll. Alla tak ittalenti sbieħ u tant oħrajn li għad trid tiskopri fik int u tikber biex tista’ tagħmel ħafna ġid ma’ ħbiebek u ma’ oħrajn li forsi f’għajnejk jidhru strambi, maħmuġin u mwarrbin. Kull persuna hi unika u msejħa għallqdusija. Dan hu li jrid Alla minnek: li tkun dak li int. Għax għalih int uniku u qed jistiednek tibqa’ tgħix miegħu. Din hija l-qdusija: li tkun ma’ Alla dejjem u f’kull waqt u ħin! Awguri għal din l-esperjenza sabiħa bejnek u bejn Alla!

Film ieħor, din id-darba itwal, huwa God’s Not Dead. Film dwar ġuvni li jaċċetta l-isfida tal-għalliem tiegħu dwar jekk Alla jeżistix jew le. Speċi ta’ ‘taqbida’ fil-klassi. Wara dan, inħareġ film ieħor God’s Not Dead 2. It-taqbida hawnhekk tiżvolġi fl-awla tal-qorti, u l-kwistjoni tiffoka dwar id-dritt li wieħed iħaddan u jesprimi l-fidi tiegħu bil-libertà.


26 | Flimkien

Geoffrey A xiak, Nutrizzjonista • Ifhem dak li tiekol

Ġewż, lewż, qastan, tin... ... kemm inħobb lil San Martin! Hekk konna ngħidu meta fil-11 ta’ Novembru kienu jagħtuna l-borża li barra l-lewż kien ikun fiha wkoll tin taċ-ċappa, tamal, rummiena u l-ħobża ta’ San Martin. Fil-verità, il-familja tal-lewż (lewż, ġewż, ġellewż u l-bqija) huma mimlijin enerġija, proteini, vitamini, minerali, Omega-3 u antiossidanti. Għandhom ukoll togħma tajba u jqarmċu: rigal sabiħ ieħor tan-natura lillbniedem. Iż-żejt li fih il-lewż differenti huwa mimli nutrijenti, bħall-oleic acid, li jbaxxi l-kolesterol il-ħażin (LDL) u jgħolli l-kolesterol it-tajjeb (HDL). L-Omega-3 hija magħrufa li tbaxxi l-pressjoni għolja, il-mard taċ-ċirkulazzjoni, il-puplesiji, u l-kanċer tassider, tal-imsaren u tal-prostata. Tgħin ukoll biex tnaqqas l-infjammazzjoni fl-għadam f’min ibati bl-artrite. L-antiossidanti li hemm fil-lewż inaddfu l-vini minn ħmieġ li jġegħilhom jidjiequ u jistaddu. Il-vitamina E fil-lewż issaħħaħ il-ġilda, filwaqt li minerali oħra bħallpotassju, il-ħadid, il-fluoride u oħrajn isaħħu ċ-ċirkulazzjoni, l-għadam u s-snien. Jekk nieħdu ftit lewż kuljum (daqs 35 gramma) jagħmlilna l-ġid. Imma rridu neħduh b’moderazzjoni u mhux immellaħ. Iż-żejt li fih il-lewż, jekk nieħdu ħafna minnu, iħaxxen u jżid il-piż u l-mard minflok inaqqsu.

Imqaret tal-ġewż Ingredjenti 8 tazzi tqiq; mgħarfa u nofs melħ; 4 bajdiet imħabbtin; bott ħalib magħqud; 17-il gramma ħmira; 2 tazzi zokkor abjad; 8 kikkri ġewż imqatta’; 2 kuċċarini kannella (cinnamon) maħkuka; nofs kikkra marġerina; nofs kikkra ħalib; tazza oħra zokkor abjad biex iżżejjen biha. Metodu Fi skutella kbira, ħallat il-melħ u t-tqiq. Żid 4 bajdiet imħabbtin, il-ħalib magħqud, il-ħmira u ¼ ta’ kikkra zokkor. Ħallat kollox, aqilbu fuq wiċċ li jkollu t-tqiq mifrux fuqu, u agħġen sakemm ikun lixx, għal xi 5 minuti. Poġġi kollox f’bowl midluk biż-żejt, għattih u kessħu għal-lejl. Għall-mili Ħoll il-marġerina u ħallat maz-zokkor. Ħallatlu l-kannella u l-ġewż, neħħi missħana u ħallih jibred. Meta jibred il-ġewż, ħallat il-bajd u ftit ħalib kemm il-mili jiġi umduż. Saħħan il-forn sa 175C. Idlek il-karti tal-forn u iftaħ l-għaġina biex tiġi rqiqa. Ferrex iz-zokkor fuq il-ħmira. Aqta’ fi trijangoli żgħar. Poġġi kuċċarina mili fuq il-qiegħ u għalaq l-imqaret. Qallibhom fiz-zokkor u poġġihom fuq il-karta tal-forn imbegħdin minn xulxin. Sajjar għal 10-15 minuta fil-forn li tkun diġà saħħant. Neħħihom minn fuq ilkarta tal-forn u berridhom fuq gradilja.



Paġna tal-Logħob • Claudia Cini

28 | Flimkien

Tisliba Ottubru

Mimdudin

5. Ħlas; tariffa (3) 6. Arkati b’naħa miftuħa (5) 7. Mitilha żewġha (5) 8. Post; spazju (3) 9. Reċipjenti għax-xtieli u ż-żrieragħ (5) 12. Omm il-ġriewi (5) 15. Strument li jirċievi u jibgħat it-trasmissjonijiet (5) 18. Gverta (5) 20. Għadu mhux misjur (3) 21. Sensiela; kollezzjoni (5) 22. Qawwi; żaqqu kbira (5) 23. Bażi; pedament (3)

1

2

3

4

5 6

7 8

9

10

11

12

13

14

Weqfin

Irbaħ voucher mingħand Alfsons Supermarket, il-Ħamrun Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar: Flimkien, Tisliba, Kurja, PO Box 90, il-Marsa.

15

18

21

19

22 23

Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor Mimdudin: 5. PAR, 6. LAPSI, 7. ISLAM, 8. RIED, 9. OBAMA, 12. UQIJA, 15. NTESA, 18. STIMA, 20. NOM, 21. ĠLEKK, 22. IKONA, 23. RAN. Weqfin: 1. KAPPA, 2. SPIRA, 3. TRIDU, 4. SALMI, 10. BUT, 11. MUS, 13. QAT, 14. JUM, 16. ETERN, 17. ANKRA, 18. SMINA, 19. IDOLU. Rebbieħ: B. Cohen, il-Kalkara Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor

2

7 25

N O P Q R S T U V W X Y Z

X-G J-Z T÷E O÷N QxE L÷K F+P H+H NxN ExV AxE L÷E W-C

3

Irbaħ voucher mingħand BfitMalta Fitness Studio, 123, Triq il-Kbira, Żabbar (7979 0411) billi tuża l-għajnuna fil-kolonni tan-nofs biex issib il-valuri neqsin. Ibgħatha sal-15 tax-xahar: Flimkien, Alfakodo, Kurja, PO Box 90, il-Marsa. A B C D E F G H I J K L M 15 8 21 5 23 10 18 2 14 26 4 19 13 N O P Q R S T U V W X Y Z 12 17 1 24 9 25 6 20 3 16 11 22 7

Rebbieħ: M. Buttigieg, ir-Rabat

Fix-xitwa tinża’ u fis-sajf tilbes! Tweġiba: Dielja

D-Y S+Z P+K NxH C-I Y+P J-B D÷N R-Z SxS W-U T-B NxK

17 20

Alfakodo A B C D E F G H I J K L M

16

Nota: GĦ u IE jieħdu kaxxa waħda

1. Qafas; gabjetta (5) 2. Serafini u Kerubini (5) 3. Lostru għaż-żraben (5) 4. Kieku dan l-annimal jara ħotobtu, jaqa’ u jmut zoptu! (5) 10. Banju mediċinali b’ilma naturali (3) 11. Opinjoni; ġudizzju (3) 13. Għasfur kbir u ma jtirx (3) 14. Qawl Malti: Sant’Antin italla’ l-qannata minn ġol---- (3) 16. Gremxula kbira (5) 17. Sinċier; ġust (5) 18. Gabbana; ħanut fil-beraħ (5) 19. San Mattew kien jiġborha (5)


Tfal fil-Bibbja • Storja: Claudia Cini; Illustrazzjoni: Graziella Grech Cachia

Novembru 2015 | 29

Dawk il-ħobżiet kienu tiegħi!

F

i żmien Ġesù, aħna t-tfal kien l-għaxqa tagħna nilagħbu fil-beraħ tal-kampanja, fuq l-għoljiet u ħdejn ilbaħar. Jien kont inkun magħhom għax kien hemm ħafna affarijiet x’nagħmel u nara. Ma kontx noqgħod ’il bogħod mill-Baħar tal-Galilija. Darba waħda, f’ġurnata sajfija, ommi ppreparatli ħames ħobżiet u żewġ ħutiet biex neħodhom miegħi fuq l-għoljiet. Kont beħsiebni ndum nilgħab fuq l-għoljiet u għalhekk ħadt l-ikel miegħi, kif ġieli għamilt. Hekk kif tlajt l-għolja, rajt folla kbira ta’ nies. Indunajt li Ġesù kien qed ikellimhom, għalhekk ħaffift il-pass u poġġejt bilqiegħda fuq il-ħaxix qrib ħafna ta’ Ġesù. Ġesù dam ħafna jitkellem, u xħin spiċċa kien sar ħafna ħin. Kulħadd kien bilġuħ, imma ħadd ma kien ġab ikel miegħu dakinhar u l-post kien imwarrab biex imorru jixtru x’jieklu. Ġesù tħassarhom u talab lill-appostli jitimgħuhom, imma ikel ma kienx hemm. Jiena xtaqt ngħin, u għalhekk offrejt l-ikel tiegħi lil Ġesù. Ġesù tbissimli tbissima ħelwa ħafna u ħa l-ikel li offrejtlu f’idejh. Imma għall-kuntrarju li ħsibt jiena, Ġesù ma kilux hu iżda minflok rafa’ għajnejh lejn is-sema, bierek l-ikel u rringrazzja lil Alla. Wara, qal lill-appostli jgħidu lin-nies ipoġġu

bilqiegħda fuq il-ħaxix, u jqassmulhom mill-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet tiegħi, li donnhom ma riedu jispiċċaw qatt. L-ikel tiegħi serva biex kielet dik il-folla kbira ta’ nies. Irġiel biss kien hemm mal-ħamest elf! U mhux talli kiel u xaba’ kulħadd, imma kien fadal iż-żejjed ukoll!

Mgħallem, hawn ħu l-ikel tiegħi!

KOMPETIZZJONI

Kemm imlew qfief l-appostli bl-ikel li kien fadal?

Fittex fil-Vanġelu ta’ San Mark kapitlu 6, vers 43. Ibgħat it-tweġiba hekk: Flimkien, Tfal fil-Bibbja, Kurja, P.O. Box 90, Marsa. L-ewwel tweġiba tajba li tinfetaħ tirbaħ Kangaroo Ball mingħand BfitMalta Fitness Studio, 123, Triq il-Kbira, Ħaż-Żabbar (7979 0411). Tweġiba għal ta’ Ottubru: Kliem Ġesù kien dan: “Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi; iżżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna ta’ Alla. Tassew ngħidilkom li min is-Saltna ta’ Alla ma jilqagħhiex bħal tifel ċkejken ma jidħolx fiha.” Rebbieħ: M. Chetcuti, Ħaż-Żebbuġ


L-Aħħar Paġna

30 | Flimkien

Take time… Take time to th ink … It is the source of power. Take time to read… It is the foundation of wisdom. Take time to play… It is the source of perpetual youth. Take time to be quiet… It is the opportunity to seek God. Take time to be aware … It is the opportunity to help others. Take time to love and be loved… It is a God-given privilege. Take time to laug h … It is the music of the soul. Take time to be friendly… It is the road to happiness. Take time to dream … It is what the future is made of. Take time to pray… It is the greatest power on earth. Take time to give … It is too short a day to be selfish. Take time to work … It is the price of success. Take time to do ch arit y… It is the key to heaven.

Mibgħuta minn A.B. (Ħal Tarxien) u minn V. Schembri (Ħ’Attard)




Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.