Flimkien - Settembru 2017

Page 1

Newspaper Post

Settembru 2017 | Numru 154

Grandma’s hands 8

The disease of being busy 26

Why I will never look at my hands the same again.

When did we forget that we are human beings, not human doings?

Flimkien dejjem nistennewk! 13

Żewġt iżwiemel 30 Ma kinux l-istess daqskemm dehru mill-bogħod.

Koppji b’diffikultà biex ikollhom ulied.

Meta l-Hajduks skurjaw għaxra 19

Imma fl-aħħar kienet Malta li skurjat l-aqwa gowl.


BSL

Britannia Tours … il-vjaææ tiegœek jibda hawn! minn

¢299 minn

¢399

Lukanda 4 Star

Short Break f’Thessaloniki

Tyrol u Stubai Valley

26-29 ta’ Ottubru (4 t’ijiem sħaħ)

6-13 ta’ Ottubru

Il-prezzijiet huma kollha bbaÿati fuq akkomodazzjoni trippla u jinkludu t-titjiriet, lukanda, trasferimenti, servizzi ta’ tour leader u t-taxxi kollha (Kundizzjonijiet japplikaw). Valletta Branch - Tel: 2123 8039 Paola Branch - Tel: 2180 9930 Mosta Branch - Tel: 2141 3030 Gozo Branch - Rabat Tel: 2156 5620 bsl.com.mt


E d i to r j a l • D u n A n to n P o r t e l l i

Il-bżulija

I

l-bżulija tan-naħal magħrufa minn kulħadd. Bżulija li tagħmel il-frott. L-għasel jintuża għal mitt ħaġa, ibda mill-ikel u spiċċa fil-mediċina. Hija impressjonanti mhux biss il-bżulija tannaħal imma wkoll il-mod kif in-naħal huwa organizzat ħalli bil-ħidma ta’ kull waħda joħroġ l-għasel bnin li tant inħobbu. Hawn hija t-tagħlima għalina: bil-għaqal, bid-dixxiplina u bit-tqassim tajjeb tad-doveri jista’ jkollna effiċjenza u riżultati tajbin. Kultant aħna nagħmlu bil-maqlub: kulħadd jifhem f’kollox, kulħadd irid jindaħal, kulħadd irid jikkmanda, kulħadd jitfa’ x-xogħol fuq ħaddieħor, kulħadd jistenna li x-xogħol isir waħdu, kulħadd jistenna l-frott tal-ħidma li ma jkunx għamilha hu stess. U jkun irid jieħu l-mertu hu wkoll! Tajjeb li kultant naraw sewwa x’inhuma d-doveri l-kbar tagħna fl-istat tagħna, liema responsabbiltajiet għandna nġorru, u liema huma l-ħidmiet li qed nagħmlu li forsi huma ħela ta’ ħin. Jalla nindunaw li meta naħdmu flimkien u bil-għaqal, u kulħadd ikun responsabbli għat-taqsima tiegħu u b’interess sinċier u ġenwin f’dak li qed nagħmlu, mhux biss ix-xogħol isir tajjeb imma jagħtina ħafna sodisfazzjon personali. Huwa dan ix-‘xogħol tal-bniedem’ li aħna f’kull quddiesa noffru lill-Mulej ‘mal-ħobż u l-inbid’. K e l m a ta’ F r a n ġ i s k u

• Ġesù ma jħalliniex waħidna għax aħna prezzjużi għalih. (Tweet tal-10 ta’ Awwissu, 2017) • Meta xi ħaġa ġġegħelna nbatu, ejjew nisimgħu l-leħen ta’ Ġesù f’qalbna jgħidilna: “Tibżgħux! Jien magħkom dejjem!” (Tweet tal-11 ta’ Awwissu, 2017) (Jekk trid, int ukoll tista’ tkun fost il-35 miljun persuna li kuljum isegwu t-Twitter accounts tal-Papa: @Pontifex).

Settembru 2017 • Numru 154

Magażin ta’ kull xahar maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani u jitqassam b’xejn lill-familji Maltin. Biex tirriklama fuq Flimkien ċempel fuq 2137 4942 jew 7959 3727 Email: flimkien@maltadiocese.org jew bil-posta Indirizz Editorjali Flimkien, Kulleġġ tal-Kappillani, Kurja, il-Furjana Email: flimkien@maltadiocese.org Il-kitba li tidher fuq Flimkien apparti l-Editorjal mhux neċessarjament tirrifletti l-opinjoni tal-Bord Editorjali. Editur Carmel Conti

Grafika Outlook Coop

Stampar Velprint Ltd

Faċċata: Ritratt fil-faċċata ttieħed minn Ray Zammit

Niltaqgħu ma’ Alla Wara l-kors Franġiskan “Ħerqan biex Inħobb” li sar f’Mejju-Ġunju, u qabel ma nidħlu iżjed fil-fond tal-kariżma Franġiskana, se nagħmlu sensiela ta’ seba’ laqgħat biex niltaqgħu u nsiru nafu sew lil Dak li hu mħabba biss, b’temi meħuda mill-film ‘The Shack’. Post: Ċentru Franġiskan OFM Conv. B’Kara. L-ewwel laqgħa: 13 ta’ Ottubru fis-7:15pm Imexxi: Fr Karm Debattista MSSP Kuntatt: zammitjoyce.zammit@gmail.com telefon: 21236315 / 99450008 Donazzjoni: 15-il ewro (jinkludu wkoll disa’ laqgħat b’tema Franġiskana minn Jannar 2018 ’il quddiem) Organizzat mill-Ordni Franġiskan Sekular

Irbaħ weekend break għal tnejn Billi twieġeb għal kwestjonarju dwar il-magażin Flimkien. Dettalji fil-ħarġa ta’ Ottubru


€12.50 fix-xahar

al bosta tfal fil‑bżonn, il‑faqar u n‑nuqqas ta’ tama huma preżenzi kontinwament f’ħajjithom.

Infatti, ħajjithom ma twiegħedx futur partikolarment pożittiv. Maqbudin f’ċiklu ta’ faqar u esplojtazzjoni, dawn it‑tfal huma mċaħħda minn edukazzjoni xierqa u kull forom oħra ta’ żvilupp. Kull m’għandhom bżonn huwa xi ħadd li jemmen fil‑ħolm tagħhom u li jagħtihom iċ‑ċans għal futur aħjar. Bis‑saħħa tal‑programm Child Sponsorship ta’ Missio, inti qed tkun dak ir‑raġġ ta’ dawl fil‑ħajja tagħhom. B’hekk tkun qed tipprovdilhom aċċess għall‑edukazzjoni, servizzi ta’ kura għas‑saħħa, u ilma tax‑xorb nadif.

Child Sponsorship iwiegħed li aħna naħdmu id f’id mat‑tfal, il‑ġenituri tagħhom, komunitajiet u oħrajn, sabiex niżguraw illi t‑tfal kollha jkunu mgħajxin u b’saħħithom.


M e s s aġ ġ ta l-A rċ i s q o f

Settembru 2017 | 5

Lura għar-rutina

S

ettembru jġib miegħu ħafna affarijiet ġodda. L-ewwel nett nittama li ħafna minna kellhom iċ-ċans jistrieħu f’dawn ix-xhur sħan, kultant iktar mis-soltu, tassajf. Għandna napprezzaw il-ħidma ta’ dawk li, minkejja s-sħana u l-iskumdità li ġġib magħha, jibqgħu jagħtu servizz lill-komunità għall-ġid komuni. Xi ftit is-sajf iferrixna, jew b’ħaġa jew b’oħra. Settembru jerġa’ jġibna daqsxejn f’postna, mhux biss għax is-sħana tnaqqas iżda għax f’ħafna oqsma kollox jerġa’ għar-rutina tax-xitwa. Iżda l-kelma ‘rutina’ m’għandhiex taqtgħalna qalbna. Li nerġgħu lura lejn ilħajja tas-soltu tagħna ma jfissirx li nerġgħu nagħmlu eżattament dak li konna nagħmlu qabel. Anke jekk, minħabba n-natura taxxogħol tagħna, nibqgħu nagħmlu l-istess affarijiet, dan il-bidu ġdid għandu jħeġġiġna biex inkomplu b’entużjażmu ġdid. Kull bidu huwa tajjeb għax miegħu iġib ħeġġa u entużjażmu. Kull bidu huwa tajjeb għax fih hemm sens ta’ tama ta’ ordni, li forsi kultant inkunu tlifna. L-entużjażmu

jinjettana b’enerġija ġdida, iġibilna quddiem għajnejna li għad għandna ċ-ċans li ntejbu dak li nagħmlu u l-mod kif nagħmluh, u jgħinna nħarsu lejn il-ħajja b’mod differenti. Il-ktieb tal-Ġenesi jgħidilna li fis-seba’ jum Alla straħ, iżda ma jgħidilniex li waqaf jaħdem. Ġesù stess qalilna li sakemm ikun id-dawl, hu jibqa’ jaħdem u għadu jaħdem f’kull wieħed u waħda minna, nemmnu jew ma nemmnux, bil-grazzja tiegħu, bl-ispirtu tiegħu. Jaħdem ukoll fil-Knisja tiegħu bilkariżmi u l-ħiliet ta’ kull membru tagħha, mill-kbir saż-żgħir, biex il-Knisja tibqa’ dejjem sinjal effettiv tal-imħabba ta’ Alla għall-bnedmin kollha. Insellem b’mod speċjali lit-tfal u liżżgħażagħ kollha li f’dan iż-żmien jerġgħu jibdew jimlew l-iskejjel. Inwegħedhom li nitlob għalihom u għall-għalliema tagħhom. Jalla huma lkoll jifhmu li dan iż-żmien ġdid ifisser pass ieħor ’il quddiem fil-mixja talmaturità tagħhom. Insellem ukoll b’mod partikulari lil dawk it-tfal u l-adolexxenti li jibdew mill-ġdid il-formazzjoni fil-mixja tagħhom ta’ Nsara biex iħejju ruħhom mhux biss għal ħajja Nisranija fl-aqwa tagħha iżda wkoll biex jirċievu s-Sagramenti tal-Qrar, itTqarbin u l-Griżma tal-Isqof. Il-Mulej iberikkom. Charles J. Scicluna + Arċisqof ta’ Malta

Intenzjoni tal-Papa għal Settembru: Biex il-parroċċi tagħna, animati minn spirtu missjunarju, ikunu l-post fejn il-fidi tkun komunità u fejn tidher il-karità.


from Starting

€8,999* per month or €180*

0%

DE AVA POSIT ILAB LE

*Prices include Scrappage Scheme Industrial Motors Ltd. 1, Antonio Bosio Street, Msida MSD 1341 Tel: 20160000 Mob: 99991666 Email: sales@suzuki.com.mt Mizzi Motors Ltd. Mgarr Road, Ghajnsielem, GSM 9016 Tel: 21556942 Mob: 99782000 Email: sales-gozo@mizzimotors.com.mt

www.suzuki.com.mt


Ap p nd ay ointm 11 th e Se nts a pt - Fr vaila b ida y 2 le 2 nd Se p

Mo

t

The Most Precious Voices You Want To Hear Are Often The Ones You Miss Mrs Saliba of B’Kara really started to notice her hearing loss a couple of years ago. “My husband would say to me, ‘Did you hear the birds singing?’ and I couldn’t hear it,” she says. Despite her awareness of the problem, Mrs Saliba, a retired office worker, delayed seeking help. Like many people, she didn’t want to accept the fact that she was experiencing hearing loss. Thankfully, she finally took the important step of consulting a hearing healthcare professional. “Like anything, I think you have to accept the fact that you have a problem and move forward,” she says. Following the confirmation that Mrs Saliba had a hearing loss, her main priority was that she needed a hearing instrument that suited any situation that she may face on a daily basis, especially when speaking in a group or in a noisy environment. Mrs Saliba was looking for the latest hearing technology available and that is certainly what Mr Wall of Clear Tone Hearing delivered.

At Clear-Tone Hearing we provide the following services:

Mr Michael Wall, Clear-Tone Hearing

• Free Hearing Health Checks • Complimentary aftercare service • Impartial expert hearing advice • Money back guarantee • Central location

Clear-Tone Hearing 360 St Joseph High Road Santa Venera, Malta Tel. 27040839 or Mob. 77771659 www.cleartonehearingmalta.com

“People spend over half of each day connecting through conversations and conversations in noise and in crowds are the listening situations they struggle with the most. Technologies such as SoundCore quickly determines the direction from which speech is coming and provides optimal speech understanding.” Says Mr Wall. Now that she has the right hearing aids for her lifestyle, Mrs Saliba is fully enjoying hearing the sounds she missed for so long. “I can’t wait to have my coffee in the morning and hear the birds sing,” she says. “I’m just so thankful! I finally have my life back again. It’s the best thing that could have happened to me.” Contact us on 27040839 or 77771659 for an appointment, available from Monday 11th September - Friday 22nd September where Mr Wall will be available to advise you on the latest hearing aid technology.

FREE HEARING AID DRYING / CLEANING KIT WITH EVERY PURCHASE* Keep your hearing aids clean and dry Kills bacteria, fungi and HBV while you sleep Lightweight, compact and ideal for home or travel use

CLEAR TONE HEARING *Drying/cleaning kit availabe when purchasing a pair of hearing aids


8 | Settembru

M e l in da C l ements Ħ S I E B

Grandma’s hands Why I will never look at my hands the same again

G

randma, some ninety plus years old, sat feebly on the garden bench. She didn’t move. She just sat with her head down, staring at her hands. When I sat down beside her she didn’t acknowledge my presence. The longer I sat, I wondered if she was OK. Finally, not really wanting to disturb her, but wanting to check on her at the same time, I asked her if she was OK. She raised her head and looked at me and smiled. “Yes, I’m fine, thank you for asking,” she said in a clear strong voice. “I didn’t mean to disturb you, grandma, but you were just sitting here staring at your hands and I wanted to make sure you were OK,” I explained to her. “Have you ever looked at your hands,” she asked. “I mean, really looked at your hands?” I slowly opened my hands and stared down at them. I turned them over, palms up and then palms down. No, I guess I had never really looked at my hands as I tried to figure out the point she was making. Grandma smiled and related this story:

“Stop and think for a moment about the hands you have, how they have served you well throughout your years. These hands, though wrinkled shrivelled up and weak, have been the tools I have used all my life to reach out and grab and embrace life. They braced and caught my fall when, as a toddler, I crashed upon the floor. They put food in my mouth and clothes on my back. As a child, my mother taught me to fold them in prayer. They tied my shoes and pulled on my boots. They held my husband and wiped my tears when he went off to war. They have been dirty, scraped and raw, swollen and bent. They were uneasy and clumsy when I tried to hold my newborn son. Decorated with my wedding ring, they showed the world that I was married and that I loved someone special. They wrote my letters to him and trembled and shook when I buried my parents and my spouse. They have held my children and grandchildren, consoled neighbours, and shook in fists of anger when I didn’t understand.


Settembru 2017 | 9

They have covered my face, combed my hair, and washed and cleansed the rest of my body. They have been sticky and wet, bent and broken, dried and raw. And to this day, when not much of anything else of me works really well, these hands hold me up, lay me down and, again, continue to fold in prayer. These hands are the mark of where I’ve been and the ruggedness of life. But more importantly, it will be these hands that God will reach out and take when he leads me home. And with my hands He will lift me to His side, and there I will use these hands to touch the face of God.” I will never look at my hands the same again. But, I remember, God reached out and took my grandma’s hands and led her home. When my hands are hurt or sore, or when I stroke the face of my children and husband, I now think of grandma. I know she has been stroked and caressed and held by the hands of God. I too want to touch the face of God and feel His hands upon my face.

Fil-qosor bil-Malti: Dawn l-idejn, imkemmxin u dgħajfa, użajthom ħajti kollha. Refgħuni kull meta, ta’ tarbija li kont, kont naqa’ fl-art. Temgħuni u libbsuni. Meta kont għadni tifla żgħira, ommi għallmitni ngħaqqadhom fit-talb. Qafluli l-lazz u libbsuni l-buts. Bihom għannaqt lil żewġi u mesħuli d-dmugħ meta telaq għall-gwerra. Tħammġu, xrafu, intefħu u tgħawġu. Kienu goffi u skomdi meta ġejt biex inżomm l-ewwel tarbija. Biċ-ċurkett, urew lid-dinja kollha li kont inħobb lil xi ħadd speċjali. Kitbu l-ittri li bgħattlu u triegħdu meta dfint lill-ġenituri u lil żewġi. Żammew lil uliedi u lin-neputijiet, farrġu ġirien, theżżu f’ponnijiet bir-rabja għal dak li ma fhimtx għaliex kellu jiġri. Għattewli wiċċi, maxtuli xagħri u ħasluli ġismi. U llum, meta ftit minn ġismi għadu jiffunzjona tajjeb, idejja jweżnuni, jgħinuni ninżel u, għal darba oħra, għadhom jingħaqdu fit-talb. Dawn l-idejn juru kemm taf tkun iebsa l-ħajja. Imma aktar importanti minn hekk, se jkunu dawn l-idejn li Alla se jżomm f’idu meta jdaħħalni f’daru. Dakinhar se jaqbadli jdejja u se jtellagħni ħdejh. Bihom se nkun nista’ mmiss wiċċ Alla u se nħoss idejn Alla jikkarezzawli wiċċi.


10 | Settembru

P. M a rc e l lo G h i r l a n d o O F M SAL M I G Ħ AL K ULJU M

Alla magħna! Il-fidi tagħna mhix droga li tisturdina u taqtagħna mir-realtà imma tniżżilna saqajna mal-art.

Salm 45 Kenn u qawwa hu Alla għalina, għajnuna kbira sibnieh fid-dwejjaq. Għalhekk ma nibżgħux jekk l-art titriegħed, jew jiġġarrfu l-muntanji f’nofs ta’ baħar; anqas jekk jgħajtu u jogħlew ilmijietu, jew jitheżżu l-muntanji bit-tqanqil tiegħu. Il-Mulej tal-eżerċti magħna, fortizza għalina Alla ta’ Ġakobb! Hemm xmara li s-swieqi tagħha iferrħu l-belt ta’ Alla, l-għamara qaddisa tal-Għoli. Hemm Alla f’nofsha, ma titħarrikx; jgħinha Alla mat-tbexbix tas-sebħ. Triegħdu l-ġnus, iġġarrfu s-saltniet, iddewbet l-art, malli samma’ leħnu. Il-Mulej tal-eżerċti magħna, fortizza għalina Alla ta’ Ġakobb! Ejjew, araw x’għamel il-Mulej, għemejjel tal-għaġeb fuq l-art. Iwaqqaf il-gwerer sa tarf l-art; l-ark jaqsam u l-lanza jkisser, jaħraq it-tarka bin-nar, u jgħid: “Biżżejjed! Kunu afu li jien Alla; għoli fuq il-ġnus, għoli fuq l-art!” Il-Mulej tal-eżerċti magħna, fortizza għalina Alla ta’ Ġakobb!


Settembru 2017 | 11

“Il-Mulej tal-eżerċti magħna!” Għanja tal-ġenn! Għax tfakkarna li Alla huwa dejjem magħna. Anki fiċ-ċirkustanzi mdella u mdallma ta’ ħajjitna. Din hi l-aħbar tajba tagħna l-Insara. HU magħna, qrib aktar milli qatt nistgħu qatt nimmaġinaw. Anzi, f’Ġesù huwa tassew “Għimmanu-El” – Alla magħna! Aktar tard hekk kiteb ukoll San Pawl lir-Rumani: “U jekk Alla huwa magħna min jista’ jkun kontra tagħna?” (8:31). Dan is-Salm huwa l-ewwel wieħed minn fost dawk li jissejħu “L-Għanjiet ta’ Sijon”. Kummentatur Ġermaniż (Deissler) hekk stqarr dwaru: “Huwa wieħed mill-kapolavuri tas-Salterju, sinfonija ta’ ħsejjes li tesprimi wieħed mill-istili l-aktar raffinati tal-ilsien Lhudi, xogħol poeta u għannej ta’ qalb kbira”. Ir-ritornelli “Kenn u qawwa hu Alla għalina” u “Il-Mulej tal-eżerċti magħna, fortizza għalina Alla ta’ Ġakobb!” jgħinuna nifhmu aħjar il-mod kif il-Lhud kienu jqisu lil ĠerusalemmOmm. Kienet il-belt li f’ġufha, fittempju, kienet iġġorr il-misteru ta’ “Alla magħna”. “Il-Mulej tal-eżerċti magħna, fortizza għalina Alla ta’ Ġakobb!” Kemm hu sabiħ meta niftakru li din l-għanja bħal donnha tqis lil Sijon bħala oasi ta’ ħajja

msoqqija minn xmara ta’ ħajja “għax hemm Alla f’nofsha u ma titħarrikx”, ġuf li jagħti kontinwament il-ħajja bil-qawwa tal-preżenza ta’ Alla. Barra minnha, hemm biss kaos: tregħid ta’ art u muntanji mġarrfin, gwerer u mewt. “Il-Mulej tal-eżerċti magħna, fortizza għalina Alla ta’ Ġakobb!” F’Sijon hemm is-sliem u l-hena, għax fiha jgħammar il-Ħallieq u l-Feddej! Minn Sijon jidwi leħnu: “Biżżejjed! Kunu afu li jien Alla; għoli fuq il-ġnus, għoli fuq l-art!” “Il-Mulej tal-eżerċti magħna, fortizza għalina Alla ta’ Ġakobb!” Hija l-aħbar it-tajba għalina: l-GħimmanuEl jgħammar fina. Min jemmen fih, “minnu joħorġu xmajjar ta’ ilma ħaj” (Ġwanni 7:38). L-Ispirtu jgħajjat f’qalbna “Abba Missier!” u li bis-saħħa tiegħu nistqarru li “Ġesù hu l-Mulej!” Bil-qawwa ta’ “Alla magħna” xejn ma jbeżżagħna u xejn ma jaqtgħalna qalbna. Il-fidi tagħna, mela, mhix xi droga li tisturdina u taqtagħna mir-realtà, imma qawwa tal-għaġeb li tlaqqamna fid-dinja vera. Hija qawwa li biha nistgħu tabilħaqq inkantaw: “Il-Mulej tal-eżerċti magħna, fortizza għalina Alla ta’ Ġakobb!” Għajta li tixprunana fit-taqbida tal-ħajja u twassalna għarrebħa aħħarija!



M a lta I nfe r ti l it y N etwo r k

Settembru 2017 | 13

Flimkien dejjem nistennewk! Mhix weġgħa li teħodha darba biss, tqum minnha u tgħaddi, imma ripetuta xahar wara ieħor.

K

if tħossok meta tkun qed tistenna xi avveniment li tant tixtieq? Kemm tarah twil iż-żmien sakemm jasal dak il-mument! Issa ieqaf ftit u ftakar kif ħassejtek meta xi darba kont qed tistenna dak li kont ilek tixtieq. U xi tgħid jekk tinduna li dak li qed tistenna mhux ġej malajr, anzi ma tafx jekk wara kollox għadx jiġi? Xi tħoss? Kif iġġib ruħek? X’tagħmel? Fost il-ħafna sitwazzjonijiet ta’ stennija nsibu l-istennija tal-koppji li jixtiequ jkollhom tarbija iżda l-aħbar li se jkollhom tarbija tibqa’ ma tasalx. Anzi, pjuttost taslilhom l-aħbar li xi familjari, ħbieb jew kollegi se jkollhom tarbija … imma mhux huma. Bħal f’kull sitwazzjoni simili, il-koppja tħoss weġgħa. B’differenza minn stennijiet oħra, din il-weġgħa ma teħodhiex darba, tqum minnha u tgħaddi. Fil-verità dan il-proċess jiġi ripetut xahar wara xahar. Il-koppja tipprova tirkupra mill-weġgħa, tagħmel dak kollu li tista’ biex ittejjeb issitwazzjoni, u terġa’ tħossha xi ftit aħjar u b’xi ftit tama, għalkemm tipprova tibqa’ b’saqajha mal-art. U jekk minn dan kollu jerġa’ ma jirnexxi xejn, il-weġgħa tkompli tiżdied. Minkejja kollox, ikollha ssib il-forza biex terġa’ tibda mill-ġdid; xahar wara ieħor.

Min għadda minn din l-esperjenza qed jifhem eżattament dak li għaddejt minnu jien stess kif ukoll dawk kollha li ġieli tkellmu miegħi dwar l-esperjenza tagħhom. Hija sitwazzjoni li tegħjik. Fl-istess ħin, imma, tibqa’ hemm ir-rieda li jkollkom tarbija, li xi darba f’qalbkom bħala koppja tgħidulha, “Flimkien dejjem nistennewk!” Jibqgħu hemm ukoll l-isforzi biex issiru tafu x’inhi l-kawża u x’inhu r-rimedju biex dan iseħħ. Jekk dan kollu inti li qed taqra ma għaddejtx minnu, din tista’ tkun opportunità biex tibda tifhem xi ftit dak li jgħaddu minnu xi persuni madwarek, anki jekk qatt ma qalulek. Jalla tkun aktar sensittiv lejhom. L-għaqda ġdida ‘Malta Infertility Network’ qed toħloq għarfien dwar minn xiex jgħaddu koppji bil-kundizzjoni medika tal-infertilità. Għal aktar informazzjoni fuq dan is-suġġett tista’ tagħmel ‘like’ fuq il-paġna ta’ Facebook: Malta Infertility Network - NGO. Min għaddej minn din l-esperjenza jista’ jingħaqad fil‘closed group’ fuq il-paġna ta’ Facebook: Malta Inferility Network fejn il-membri jkunu ta’ sapport għal xulxin. L-għaqda toffri wkoll ‘support group’ li jiltaqa’ darba fix-xahar u li jkun immexxi minn terapista kwalifikata fl-infertilità. Għal aktar informazzjoni biex tattendi tista’ tibgħat email fuq: maltainfertilitynetwork@gmail.com


14 | Settembru

S i lva n a C a r d o n a Żgħ a ż agħ

Dak l-imbierek taraġ!

T

a’ spiss nisma’ lil ommi tgħidli biex nasal għal dak li rrid nagħmel. Tlajt il-ħames it-taraġ ninżlu sew u naqta’ l-vizzju li tarġa! Fuqha għedt li minkejja xi diffikultajiet għandi li naqbeż it-taraġ tnejn tnejn sa li nista’ nsib ma’ wiċċi, se nibqa’ ngħid li se ma nasal isfel. Imma jien l-hena tiegħi naqbeż nipprova xorta waħda. waqt li ommi tkompli tgħidli, “Għad tieħu Fuq is-sitt tarġa kont konvint li jien kapaċi tarġa b’oħra, titgerbeb u tispiċċa wiċċek ’il fuq nagħmilha u li jiġri x’jiġri rrid inpoġġi moħħi l-isptar!” hemm u nagħmilha żgur. U meta fl-aħħar Kemm tinkwieta għalija miskina! Dan tlajt fuq l-ogħla tarġa, rajt lili nnifsi b’idi l-aħħar ikkonfondiet sew meta, minflok ratni mgħollija ’l fuq, ferħan se ntir li dik il-ħaġa naqbeż it-taraġ biex ninżlu, ratni nieqaf isfel li xtaqt nagħmel, irnexxieli nagħmilha u mat-tarf tal-poġġaman, inħares sew lejn ilb’sodisfazzjon għajjatt, “IVA, għamiltha!” medda tiegħu u noqgħod naħseb ftit. Ommi U din il-‘logħba’ tat-taraġ għallmitni li ma kenitx qed tifhem għala kont qed nagħmel ħajti tixbah it-taraġ: biex nasal fuq irrid hekk. immidd l-ewwel pass u nitilgħu tarġa tarġa. Imma jien, kull darba li kont inħares u Tgħallimni wkoll li anki jien kapaċi nagħmel nifli dak it-taraġ, kont nistaqsi mistoqsija xi ħaġa tajba u sabiħa billi nemmen fija importanti lili nnifsi: “Fil-ħajja tiegħi fuq nnifsi, inwarrab il-qtigħ il-qalb, infittex liema tarġa wasalt? U jekk għadni ma wasaltx, informazzjoni kif nagħmilha u, minkejja x’qed iżommni milli nasal?” kollox, nibqa’ nipprova sakemm fl-aħħar nasal U bdejt nilgħab logħba mat-taraġ. Ma’ kull biex nifraħ b’dak li nkun irnexxieli nwettaq. tarġa bdejt nieqaf nirrifletti dwar ħajti. GħallKont se nistaqsik: Fil-ħajja personali bidu kont inqatta’ ħafna ħin fuq l-ewwel tarġa, tiegħek fuq liema tarġa wasalt? naħseb dwar xi ħaġa li veru nixtieq nagħmel imma li għal xi raġuni kont inħossni naqta’ qalbi u ma nagħmilhiex. Imbagħad bdejt nitla’ sat-tieni tarġa. S’issa kont għadni b’qalbi maqtugħa, konvint li m’iniex kapaċi nwettaq dak li nixtieq. Iva, għamiltha! Mat-tielet tarġa ħassejtni nqum Nista’ nagħmilha bilwieqfa u ngħid lili nnifsi: “Iva, jien irrid nagħmilha!” Se nagħmilha Issa kont wasalt fuq ir-raba’ tarġa u ħsibt Nipprova nagħmilha dwar kif irrid Kif se nagħmilha?

Irrid nagħmilha Ma nistax nagħmilha Mhux se nagħmilha



USD TERM DEPOSIT ACCOUNTS

5 YEARS AT 3%* or 2 YEARS AT 2%* LIMITED OFFER *Gross of Tax

SIMPLE AND SECURE…USD Interest payable monthly or annually and is fixed for the entire duration of the term. Minimum deposit $2,000 • Interest cannot be added to Capital and has to be credited to a savings account held with APS Bank Ltd • Offer valid for a limited period.

psbank

facebook.com/a

2122 6644

apsbank.com.mt

values you can bank on

Terms and Conditions Apply. APS Bank Ltd is licensed to undertake the business of Banking and to conduct Investment Services business by the Malta Financial Services Authority and is enrolled as a Tied Insurance Intermediary under the Insurance Intermediaries Act 2006. The Bank is also a participant in the Depositor Compensation Scheme established under Legal Notice 383 of 2015.


Festa Folkloristika Is-Sibt 23 ta’ Settembru filgħaxija u l-għada l-Ħadd filgħodu fil-pjazza taż-Żejtun

Oriġinat u organizzat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun

www.zejtunlocalcouncil.com



L- I n n u M a lt i

Settembru 2017 | 19

Meta l-Hajduks skurjaw għaxra Imma fl-aħħar kienet Malta li skurjat l-aqwa gowl.

F

rar tal-1943. Id-deċiżjoni waslet minn Londra: l-isem tal-‘Innu Malti’ bl-Ingliż kellu jkun ‘Hymn of Malta’ u mhux ‘National Anthem’. L-Imperu Britanniku ma setax jittollera li kolonja żgħira bħal Malta tkanta innu ta’ għaqda nazzjonali u ta’ kburija etnika u kulturali, kif hemm imfisser fil-versi ta’ Dun Karm Psaila. Il-problema kienet il-kliem, mhux il-melodija (ta’ Robert Samut). Fuq kollox l-innu kien bil-Malti u mhux bl-Ingliż. Fl-għoxrin sena minn meta nkiteb u ndaqq l-ewwel darba fil-pubbliku (1922), l-Innu Malti kompla jsir aktar popolari. Il-ġrajja li turi l-aktar kemm l-Innu Malti kompla jsir popolari hi dik li seħħet qabel partita futbol fil-25 ta’ Marzu 1945. Il-ġrajja hija rrakkuntata fil-ktieb tal-Profs Oliver Friggieri, ‘L-Istorja tal-Innu Malti’ (Klabb Kotba Maltin, 2014), li fuqu hi bbażata din il-kitba. It-tim Jugoslav Hajduks ġie Malta biex jilgħab numru ta’ logħbiet. Fl-aħħar kellu jilgħab kontra Malta. Skont rapport li deher f’Il-Berqa tas-26 ta’ Marzu (intitolat ‘Għaxar goals oħra għall-Hajduks’) meta wasal il-Gvernatur Edmond Schreiber, il-banda tal-KOMR daqqet l-Innu Ingliż u dak Jugoslav. Il-folla, meta rat li l-Innu Malti ma ndaqqx, qamet bilwieqfa u bdiet tkanta l-Innu Malti. Wieħed li nzerta kien hemm dakinhar kien il-poeta Rużar Briffa (1906-1963). Dan l-inċident laqtu ħafna tant li kiteb il-poeżija ‘Jum ir-Rebħ’. Din il-poeżija hi importanti fl-istorja tal-Innu Malti għaliex tindika kemm kienet tqawwiet il-kuxjenza

nazzjonali u kemm l-Innu Malti kien sar espressjoni popolari tagħha: U l-Kotra qamet f’daqqa – u għajtet: “Jien Maltija, Miskin min ikasbarni – miskin min jidħak bija!” U l-Kotra għanniet f’daqqa – u semmgħet mal-irjieħ L-Innu ta’ Malta tagħna – u l-leħen kien rebbieħ Fuq ngħas l-imgħoddi ġwejjef – in-ngħas tal-Apatija Xħin ruħna kienet rieqda – ġo sodda barranija. U l-ombra ta’ Vassalli – qamet minn qiegħ il-qabar, U għajtet: “Issa fl-aħħar – jiena se nsib is-sabar.” Wara l-inċident tal-Istadium, il-Maestro Paul Nani beda jorganizza kor mit-tfajliet tal-Iskola Sekondarja tal-Belt u jeħodhom l-Istadium biex qabel jibda l-logħob, wara li l-banda tkun daqqet l-Innu Ingliż, ikantaw l-Innu Malti. Veru li l-Hajduks skurjaw għaxra, imma l-aqwa gowl skurjatu Malta. F’dan ix-xahar, meta niċċelebraw żewġ festi nazzjonali, tajjeb intennu l-kliem tal-Innu Malti: Lil din l-art ħelwa, l-omm li tatna isimha Ħares, Mulej, kif dejjem int ħarist: Ftakar li lilha bil-oħla dawl libbist. Agħti, kbir Alla, id-dehen lil min jaħkimha, Rodd il-ħniena lis-sid, is-saħħa ’l-ħaddiem: Seddaq il-għaqda fil-Maltin u s-sliem.


20 | Settembru

A l f r e d C a mi l l e r i 10 0 S E NA M I D - D E HR I E T F ’ FAT I M A

Fejjaqli lil ibni! Inkomplu r-rakkont dwar id-dehriet ta’ Fatima, li din is-sena jagħlqu mitt sena. Lucia nnifisha tirrakkonta l-ħames dehra, dik tat-13 ta’ Settembru, 1917.

“D

akinhar tat-13 ta’ Settembru fil-Cova da Iria kien hemm folla ta’ madwar 30,000 elf ruħ. Ma stajniex inħaffu biex naslu fil-post tas-soltu. Ħafna bdew jiffullaw fuqna u jitolbuna npoġġġu t-talb tagħhom quddiem il-Madonna. Xi wħud bdew jgħajtulna mill-bogħod, minħabba l-folla. ‘Għall-imħabba t’Alla, itlob lill-Madonna tfejjaqli ’l ibni li għandu diżabbiltà,’ qal wieħed. U ieħor: ‘U għal ibni li hu agħma!’ U ieħor: ‘U għal ibni li hu trux!’ ‘Li ibni u żewġi jiġu lura mill-gwerra.’ ‘Li nikkonverti, għax jien midneb.’ ‘Li tfejjaqni mit-tuberkulożi.’ Kien biss bl-għajnuna ta’ xi rġiel li fetħulna passaġġ biex fl-aħħar irnexxielna naslu fil-Cova da Iria. Meta wasalna ħdejn is-siġra tal-ballut bdejna ngħidu r-rużarju man-nies. Ftit wara rajna d-dawl u l-Madonna dehret fuq is-siġra tas-soltu. Qaltilna, ‘Komplu għidu r-Rużarju biex tispiċċa l-gwerra. F’Ottubru għandu jiġi Ġesù, tiġi wkoll il-Madonna taħt it-titli tadDuluri u tal-Karmnu, kif ukoll San Ġużepp bil-Bambin Ġesù biex ibierek id-dinja. Lil Alla jogħġbuh is-sagrifiċċji tagħkom, imma ma jridkomx torqdu bil-ħabel ma’ qaddkom. Ilbsuh biss matul il-ġurnata.’” Hawn ta’ min jgħid li t-tfal kienu ħadu bl-akbar serjetà l-kliem tal-Madonna meta f’Awwissu talbithom jagħmlu sagrifiċċji għall-konverżjoni tal-midinbin, għalhekk kienu jilbsu ħabel ma’ qaddhom. IlMadonna, bi mħabba ta’ omm, qaltilhom li m’għandhomx jilbsuh billejl, biex jorqdu

aħjar. Fost sagrifiċċji oħra kienu jgħaddu mingħajr l-ikla ta’ filgħaxija u jagħtuha lillfoqra. Imma t-tfal sofrew ħafna wkoll minħabba l-missjoni li fdatilhom il-Madonna: umiljazzjonijiet, kurżità u kummenti spjaċevoli, żjajjar u domandi li ma jispiċċaw qatt, persekuzzjoni u ħabs, u fl-aħħar nett il-marda twila ta’ Franġisku u ta’ Ġjaċinta. Tkompli Luċija: “Jien għedtilha: ‘Qaluli nitolbok ħafna affarijiet: biex tfejjaq il-morda, lil tifel trux, u ħafna oħrajn.’ ‘Iva, xi wħud infejjaqhom,’ wieġbet hi, ‘imma oħrajn le. F’Ottubru se nagħmel miraklu biex kulħadd jemmen.’ Imbagħad bdiet tielgħa lejn il-Lvant, bħas-soltu, sakemm għebet għalkollox.” Biex tkun taf aktar dwar il-messaġġ ta’ Fatima, aqra l-ktieb “Ħdejn Fatima Dehret”. Jinxtara mill-Uffiċċju Missjunarju (Valletta), il-Catholic Bookshop (Paola), Radju Marija jew ċempel 2189 2770 jew 9949 1900.

Ġjaċinta, merfugħa fl-idejn wara waħda mid-dehriet ta’ Fatima.



22 | Settembru

Kont taf? Basket bla qiegħ

Meta ġie vvintat il-basketball fl-1891 mill-Kanadiż James Naismith, il-basket kellu qiegħ u ma kienx imtaqqab. Kien ikollhom imorru jiġbru l-ballun kull darba li jiskurjaw. Aktar tard għamlulu toqba biex minn taħtha jimbuttaw il-ballun ’il barra b’qasba twila. Fl-1906 bdew jintużaw ix-xbieki mtaqqbin u l-‘backboards’. Għall-bidu donnhom ma tantx kienu jiskurjaw, għax l-ewwel logħba uffiċjali (20 ta’ Jannar, 1892) spiċċat bl-iskor baxx ta’ 1-0!

Tempji ta’ Ġerusalemm

Tempju ta’ Ġerusalemm mhux wieħed biss kien hemm imma tlieta. L-ewwel wieħed inbena minn Salamun, madwar elf sena qabel Kristu, imma fis-sena 587 qabel Kristu dan it-tempju ġġarraf minn Nabukodonosor, sultan tal-Babilonja. It-tieni tempju tlesta għall-ħabta tas-sena 515 qabel Kristu, wara li l-poplu Lhudi reġa’ lura mill-eżilju f’Babel. It-tielet tempju kien dak li fih Ġesù ġie ppreżentat bħala tarbija u fejn intilef u nstab u fejn keċċa lil xi bejjiegħa. Inbeda fis-sena 20 qabel Kristu minn Erodi l-Kbir u tlesta madwar tmenin sena wara. Fis-sena 70 wara Kristu dan it-tempju ġġarraf mir-Rumani. Illum baqa’ minnu biss il-ħajt tal-Punent.

Ħames Ċrieki

Is-simbolu tal-Moviment Olimpiku huwa ħames ċrieki mdaħħlin f’xulxin, li jirrappreżentaw il-ħames kontinenti. Iċċrieki li jidhru fuq sfond abjad huma aħmar, blu, aħdar, isfar u iswed, b’mod li kull nazzjon għandu għall-inqas kulur wieħed minn dawn fil-bandiera tiegħu. Ġie addottat bħala simbolu fl-1914. Il-motto Olimpiku hu Citius, Altius, Fortius (Swifter, Higher, Stronger). L-Olimpijadi li jmiss se jsiru f’Tokyo fl-2020.

Nikteb tajjeb bil-Malti

għalkollox jew għal kollox? Pereżempju, l-inbid spiċċa għalkollox (totalment), imma Pawlu responsabbli għal kollox (għal kull ħaġa). il-lejla jew illejla? Ikteb hekk: il-lejla (the evening) kienet sabiħa, imma illejla (tonight) orqod għandna. wiċċ imb wiċċ: tiktibx wiċċ imb’wiċċ. ras imb ras: tiktibx ras imb’ras. filgħaxija: tiktibx fil-għaxija. x’ħin jew xħin? Ikteb x’ħin meta qed tistaqsi l-ħin (Fi x’ħin se jitlaq l-ajruplan?). Ikteb xħin meta tfisser ‘waqt li’ jew ‘meta’ (Fraħt xħin rajtek.)


Settembru 2017 | 23 M i r i a m E l l u l PAĠNA L E TT E RARJA

POEŻIJA REBBIEĦA

Qed Nistenna… Qed nistenna… Kull ġurnata hija battalja, Battalja biex ninsa, Battalja biex forsi naħfer, Battalja biex niġġieled il-ħolm ikrah ta’ kull lejl. Din mhix li kont naħseb li hi l-ħajja. X’mar ħażin? Fejn mort żmerċ? Kuljum niġġieled biex insalva, Niġġieled biex inkun ferħana, Niġġieled biex ngħix ħajja normali, Battalja li ma tispiċċax.… Jgħidu li ż-żmien itaffi l-weġgħat, Ili snin twal nistenna, Niġġieled, nibki, ngħajjat. Qed nistenna… Inqum filgħodu u nibża’ niftaħ għajnejja, Nibża’ nibda l-ġurnata, Nibża’ minn dak li jista’ jiġri… kull minuta… qed nistenna… Nibża’ noħroġ minn kamarti, Għax ma nafx min jista’ jkun qed jistennieni… x’jista’ jiġri.

Qed nistenna… Inħossni biċċiet, m’għadnix persuna. Jien iktar minn sempliċi ġisem u demm. Id-daħka tiegħi ma turix kif veru nħossni. U għajnejja ma jurukx x’hemm fil-fond tagħhom. Qed nistenna… Sempliċement xi ħadd imissli jdejja, jitqajmuli memorji. Niftakar fi ġranet mudlama, iljieli bla rqad. Idejja ma jfittxux li jagħmlu kuntatt, lanqas ma’ nies li nħobb tant. Qed nistenna… Nibża’ nagħlaq għajnejja, Nibża’ minn dak li nista’ nara, nisma’, Nibża’ mill-għajjat u li jġib miegħu. Min ser jipproteġini? Qed nistenna… Biss, jien ngħidlek, ibqa’ żomm sħiħ, Iggranfa ma’ din il-ħajja wisq għażiża. Int b’saħħtek biżżejjed, m’intix waħdek. Iftaħ għajnejk, aċċetta l-għajnuna, u ieqaf stenna. Massimo Borg

Nerġgħu navżaw li l-poeżiji f’din il-paġna m’għandhomx għalfejn ikunu talb. Ejjew inkunu ftit kreattivi, umoristiċi u leġġeri, mhux dejjem suġġetti serji. Fil-ħarġa ta’ Jannar tajna xi suġġerimenti dwar suġġetti. Ibgħat novella jew poeżija qasira għal din il-paġna.Il-kitba li titla’ bil-polza tirbaħ żewġ kotba mingħand M erlin Publishers Ltd. Ibgħat preferibbilment bl-email hekk: flimkien@ maltadiocese.org jew mirell60@gmail.com jew 29, Miramaki, Triq Biagio Galea, Tarxien.


R E LA Z Z J O N I J I E T

X’m’għandix nistaqsi?

I

kunu mistoqsijiet li spiss tisma’ waqt riċevimenti tal-familja. Forsi jsiru b’intenzjoni tajba, jew biex jibdew iddiskors ma’ dak li jkun, imma għal min irid iweġibhom jistgħu jiftħu feriti fondi.

“Int meta se ġġibilna xi tfajla d-dar?”

Jekk tfajla tkun qed tinkwieta għax għadha ma ltaqgħetx mal-ġuvni tal-ħolm tagħha, jew għax ġuvni għadu kemm ħassar minn mat-tfajla, mistoqsija bħal din tista’ tkun stallett. U jekk tkun persuna gay li għadha m’għamlitx il-‘coming-out’ tagħha allura mistoqsija bħal din se ġġegħelha tħossha tassew skomda. Qabel nagħmel mistoqsija, irrid nistaqsi l-ewwel lili nnifsi jekk bil-mistoqsija iniex se ngħin lill-ieħor iħossu komdu u rrispettat, jew inkella taħt pressjoni, imbarazzat, skomdu, jistħi jew iġġudikat! Mhux sew li biex naqta’ l-kurżità, jew biex ikolli fuqiex nitkellem, inpoġġi lil ħaddieħor dahru malħajt ġo rokna.

“Intom meta se tiżżewġu?” Ħafna drabi din ukoll hija żejda. Wara kollox, aħna nafu jekk din il-koppja bħalissa humiex għaddejjin minn żmien naqra inċert, jew kellhomx x’jgħidu bejniethom dan l-aħħar? Nafu għandhomx problemi finanzjarji jew

Ċerti mistoqsijiet ‘innoċenti’ jistgħu jġiegħlu lil ħaddieħor ixoqq l-għaraq għalih.

ta’ saħħa? Jista’ jkun li mhumiex biħsiebhom jiżżewġu għalissa? Irridhom joqogħdu jikxfu għawwarhom?

“Intom meta se ġġibu xi tarbija?”

Forsi din hi l-agħar fosthom. Oħra li tixbaha: “Għandkom tfal?” Ir-raġunijiet għala koppja m’għandhiex tfal huma privati u personali. Mhux affarija kemm se jdumu ma jibdew. Mhux affarija jekk il-mara għadhiex kemm ‘korriet’. Lanqas mhu affarija jekk hux qed jistennew xi riżultati, jew jekk bdewx proċeduri għall-adozzjoni. Spiss koppja bħal din iddum ittella’ u tniżżel għandhomx jattendu riċevimenti tal-familja, bħal tiġijiet u magħmudijiet u ‘birthday parties’, għax dejjem qalbhom ittaqtaq li tal-familja jew ilħbieb se joqogħdu jistaqsuhom. Sitwazzjoni bħal din anki problemi bejn il-koppja stess tista’ toħloq għax l-ansjetà dwar l-infertilità spiss toħloq ansjetà f’oqsma oħra tarrelazzjoni. Għaliex għandi nitfa’ melħ fuq il-ferita b’mistoqsija li nista’ nevita? Ir-regola hi waħda: Jekk naħseb li bilmistoqsija tiegħi nista’ nġiegħel lill-ieħor iħossu taħt pressjoni, imbarazzat, skomdu, jistħi jew iġġudikat … allura ma nistaqsihiex. Qabel ma nistaqsi, naħseb ftit kif se jħossu min se jkollu jwieġeb.


Korsijiet tal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali Fil-bidu ta’ Ġunju spiċċajna l-kors li jwassal għal ‘Higher Education Award’ fit-Teoloġija offrut mill-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali. Għal dawn l-aħħar sentejn, kull nhar ta’ Tnejn filgħaxija, l-appuntament tagħna kien li flimkien nattendu għal-lezzjonijiet ta’ dan il-kors fl-Istitut Kattoliku sabiex b’hekk napprofondixxu l-għarfien tagħna dwar diversi temi ta’ interess u rilevanza kbira għalina l-Insara. Dan il-kors kien pass ieħor f’mixja li aħna konna bdejna madwar sitt snin ilu. Konna ilna mhux ħażin involuti filħidma pastorali tal-parroċċa u ħassejna li kien hemm bżonn nissaħħu filformazzjoni tagħna. Attendejna għal kors ta’ Evanġelizazzjoni u malajr intbaħna li dan kien ta’ benefiċċju kbir għalina u indunajna wkoll bir-rikkezza kbira ta’ tagħlim li għandna fil-Knisja u li permezz tiegħu nistgħu nissaħħu fil-fidi tagħna. Fittixna għalhekk li ta’ kull sena nippruvaw

nattendu għal xi wieħed mill-korsijiet tal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali. Issa, il-liturġija li nipparteċipaw fiha qiegħda tagħmel aktar sens filwaqt li l-qari mill-Iskrittura nistgħu nagħmluh aktar tagħna. Fil-korsijiet tal-għarajjes li mmexxu nħossuna li qegħdin inkunu ta’ xhieda aħjar għall-koppji li jkunu qegħdin jattendu. Ir-relazzjoni tagħna wkoll kompliet tissaħħaħ u nistgħu niddiskutu l-aspett spiritwali tal-ħajja tagħna b’mod aktar matur. Permezz ta’ dawn il-korsijiet qegħdin naslu għal dak li qalilna San Pietru fl-ewwel ittra tiegħu: “Kunu dejjem lesti biex tagħtu tweġiba lil kull min jitlobkom il-għala tat-tama li għandkom” (1 Pt 3:15). Matul ix-xhur tas-sajf il-korsijiet ovvjament jieqfu. Però, l-Istitut ikun żgur li qabel il-waqfa tas-sajf ikun ippubblika l-prospectus tal-korsijiet għas-sena ta’ wara. Dan sabiex dak li jkun ikollu ċ-ċans jiflihom bir-reqqa u jagħżel dak il-kors li l-aktar jgħodd għalih. Dan hu dak li qegħdin nagħmlu aħna bħalissa!

L-applikazzjonijiet jagħlqu fit-22 ta’ Awwissu. Email: pfimalta@gmail.com • Telefon: 2203 9513

www.maltapfi.org


Omi d S a fi

26 | Settembru

The disease of being busy When did we forget that we are human beings, not human doings?

I

saw a dear friend a few days ago. I stopped by to ask her how she was doing, how her family was. She looked up, voice lowered, and just whimpered: “I’m so busy … I am so busy … have so much going on.” Almost immediately after, I ran into another friend and asked him how he was. Again, same tone, same response: “I’m just so busy … got so much to do.” The tone was exacerbated, tired, even overwhelmed. How did we end up living like this? Why do we do this to ourselves? Why do we do this to our children? When did we forget that we are human beings, not human doings? Whatever happened to a world in which kids get muddy, get dirty, get messy … and get bored? Do we have to love our children so much that we overschedule them, making them stressed and busy … just like us? What happened to a world in which we can sit with the people we love and have slow conversations about the state of our heart and soul, conversations that slowly unfold, conversations with pregnant pauses and silences that we are in no rush to fill? How did we create a world in which we have more and more and more to do with less time for leisure, less time for reflection, less time for community, less time to just … be?

This disease of being “busy” (and let’s call it what it is, the dis-ease of being busy, when we are never at ease) is spiritually destructive to our health and wellbeing. It saps our ability to be fully present with those we love the most in our families, and keeps us from forming the kind of community that we all so desperately crave. Since the 1950s, we have had so many new technological innovations that we thought (or were promised) would make our lives easier, faster, simpler. Yet, we have no more ‘free’ or leisurely time today than we did decades ago. For some of us, the ‘privileged’ ones, the lines between work and home have become blurred. We are on our devices. All. The. Time. Smart phones and laptops mean that there is no division between the office and home. When the kids are in bed, we are back online. It doesn’t have to be this way. When I ask, “How are you?” what I really want to know is: “How is your heart doing at this very moment?” I am not asking how many items are on your to-do list, nor asking how many items are in your inbox. I want to know how your heart is doing, at this very moment. Tell me. Tell me your heart is joyous, tell me your heart is aching, tell me


Settembru 2017 | 27

your heart is sad, tell me your heart craves a human touch. Examine your own heart, explore your soul, and then tell me something about your heart and your soul. Tell me you remember you are still a human being, not just a human doing. Tell me you’re more than just a machine, checking off items from your to-do list. Have that conversation, that glance, that touch. Be a healing conversation, one filled with grace and presence. Put your hand on my arm, look me in the eye, and connect with me for one second. Tell me something about your heart, and awaken my heart. All I know is that we are losing the ability to live a truly human life. I want my kids to be dirty, messy, even bored — learning to become human. I want us to have a kind of existence where we can pause, look each other in the eye, touch one another, and inquire together: Here is how my heart is doing. I am taking the time to reflect on my own existence; I am in touch enough with my own heart and soul to know how I fare, and I know how to express the state of my heart. How is the state of your heart today? Addattata minn kitba ta’ Omid Safi li jikteb regolarment fil-blog “On Being”

Association of Breastfeeding Counsellors Il-ħalib tal-omm fih dak kollu li għandha bżonn it-tarbija fl-ewwel xhur ta’ ħajjitha. Jekk trid tkun taf aktar, attendi l-kors li jmiss fis-6, it-13 u l-20 ta’ Settembru. Post: Dar ta’ Kana, Triq il-Mall, Il-Furjana fis-6:00pm. Telefon: 99837170 Email: charmainegalea@gmail.com


28 | Settembru

C l au d i a Ci n i I l l u s t r a z z j o n i J a n e t V e l l a

Għalina t-tfal Qadddis tax-Xahar: San Ġużepp ta’ Kopertino • Ismu propja kien Giuseppe Maria Desa, imma jissejjaħ ‘Ġużeppi minn Kopertino’, għax twieled f’Cupertino, viċin Ancona, fis-17 ta’ Ġunju, 1603. • Missieru miet qabel twieled hu. Ġużeppi twieled fi stalla għax kienu ħadulhom iddar biex iħallsu d-dejn tal-familja. • Tgħallem is-sena ta’ skarpan għand zijuh, iżda ħass il-ġibda għall-ħajja reliġjuża. • Kien ġie aċċettat bħala fra imma ntbagħat lura d-dar minħabba nuqqas ta’ skola.

• Daħal jaħdem fl-istalel tal-Patrijiet Konventwali qrib Cupertino. • Il-ħajja sempliċi u devota tiegħu ġagħlet lillpatrijiet jaċċettawh mill-ġdid u sar saċerdot. • Miet fl-età ta’ 60 sena fit-18 ta’ Settembru 1663, jum il-festa tiegħu. • Huwa l-patrun tal-astronawti, persuni li jbatu minn mard mentali u l-istudenti.

1.

Agħti kulur lill-istampa

2.

3.

4.

5.

Kompetizzjoni bi premju Wara li twieġeb, ifforma kelma bl-ittri li hemm fil-kaxxi s-sofor. 1. 2. 3. 4. 5.

Nofs tużżana. Xbieha reliġjuża stil Grieg. Isuqu l-ajruplani. Vaganza. Bint; femminil ta’ tifel.

Ibgħat it-tweġiba flimkien mad-dettalji tiegħek hekk: Flimkien, Kompetizzjoni Tfal, P.O. Box 1, Il-Furjana. L-ewwel tweġiba tajba li tinfetaħ tirbaħ żewġ biljetti għall-In Guardia f’Forti Sant’Iermu. Tweġiba tax-xahar l-ieħor: SĦANA Rebbieħ/a: K. Falzon, Il-Bormla San Ġużepp ta’ Kopertino


Settembru 2017 | 29

Lo għ o b • C l au d i a Ci n i Mimdudin 1. Tabella żgħira; pjanċa ċatta b’xi kitba fuqha (6) 4 u 18 Mimduda. Gaġġa għall-insib (7) 6 u 10 Wieqfa. Mhux uffiċjali (9) 7. Is-sena stampata fuq bolla jew flus (4) 8. Li għadda; tal-ewwel; ta’ qabel (3) 10. Ħoloq tal-metall jew tal-għaġin! (6) 12. L-ewwel mara (3) 14. Ħakem; kap; sinjur; proprjetarju (3) 15. Student fizzjal fl-armata (6) 18. Ara 4 Mimduda. 20. Ksib; gwadann; profitt; dħul minn logħob (4) 21. Passaġġ, mogħdija (6) 22. Swali kbar fil-qorti, fl-università (4) 23. Raġa’ ġie f’tiegħu (6)

Tisliba

3 1

9 2 4 4 2

9 6

8 9 8 3 1 6 7

Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor Mimduda: 1. ĦARRUB, 4. AĠIR, 6. LEFFEF, 7. KONT, 8. FRA, 10. FISSUD, 12. FIL, 14. ASS, 15. SIMILI, 18. RAS, 20. DNUB, 21. FEJQAN, 22. RETT, 23. RANDAN. Weqfin: 1. ĦALL, 2. RIFES, 3. BUFFU, 4. ARKA, 5. RATAL, 9. RDUM, 10. FIS, 11. SUSA, 13. IDI, 14. AĦDAR, 16. ISFAR, 17. IFJEN, 18. RBIT, 19. BNIN. Rebbieħ/a: C. Refalo, Il-Mosta Irbaħ voucher mingħand Alfsons Supermarket, il-Ħamrun. Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar: Flimkien, Tisliba, P.O. Box 1, Il-Furjana

5 8 5 7 6 7 6

8 5

Nota: GĦ u IE jieħdu kaxxa waħda

Weqfin 1. L-aqwa; tal-ifjen kwalità (4) 2. Xogħol tal-ganċ (5) 3. Raġel li mititlu l-mara (5) 4. Mhux ħfief (4) 5. Nuqqas ta’ sħana; uġigħ ta’ żaqq; apatija (5) 9. Iben; tifel (4) 10. --- Baba u l-erbgħin ħalliel (3) 11. L-iżgħar boċċa fil-logħba tal-boċċi (4) 13. Bih turi l-opinjoni favur jew kontra (3) 14. Kamra magħluqa bil-ħġieġ f’għalqa (5) 16. Iżjed (5) 17. Werriet (5) 18. Jien u hi għandna l-istess ġenituri (4) 19. Il-laqx li jaqa’ mill-injam (4)

1

Sudoku

7

4 9 2 4 3

Imla l-vojt kollu b’mod li l-kolonni, il-linji u kull kaxxa ta’ disgħa jimtlew bin-numri 1 sa 9. Premju voucher ta’ 20 ewro li jissarraf għand Scotts Supermarket. Ibgħat it-tweġiba sal-15 tax-xahar: Flimkien, Sudoku, P.O. Box 1, Il-Furjana.

Soluzzjoni tax-xahar l-ieħor 7

4

6

9

5

8

1

3

2

2

8

9

1

3

7

4

5

6

5

3

1

6

4

2

8

7

9

4

1

2

7

6

5

3

9

8

9

5

8

2

1

3

7

6

4

3

6

7

8

9

4

5

2

1

1

9

5

3

8

6

2

4

7

8

7

4

5

2

9

6

1

3

6

2

3

4

7

1

9

8

5

Rebbieħ/a:

N. Attard, Il-Mellieħa


30 | Settembru

L-Aħħ a r Paġ n a

Żewġt iżwiemel

F

tit ’il fuq mid-dar tagħna hemm għalqa, li fiha jgħixu żewġt iżwiemel. Millbogħod iż-żwiemel jidhru l-istess. Imma jekk tħares aktar mill-qrib, tinnota xi ħaġa mhux tas-soltu: wieħed miż-żwiemel, dak aktar anzjan, hu agħma. Sidu ddeċieda li ma jibagħtux għall-qatla. Ħejjielu post f’matmura fejn jista’ jgħix komdu u bla perikli. Anki din mhix xi ħaġa tas-soltu! Imma jekk tersaq qrib u tiftaħ widnejk sew, għandek tisma’ ħoss żgħir ta’ qanpiena. Il-ħoss ġej miż-żwiemel iż-żgħir. Ma’ għonq iż-żiemel hemm qanpiena żgħira, kulur ir-ramm, u din il-qanpiena ddoqq kull meta ż-żiemel iż-żgħir jiċċaqlaq. Hekk iż-żiemel anzjan ikun jaf fejn jinsab sieħbu u jkun jista’ jimxi warajh. Int u tħares lejn dawn iż-żewġt iħbieb, mill-ewwel tinduna li ż-żiemel bil-qanpiena

l-ħin kollu jiċċekkja ħa jara fejn qiegħed iż-żiemel agħma. Tinduna wkoll li ż-żiemel agħma jkun attent għall-ħoss tal-qanpiena. Kif jismagħha, tarah jimxi bil-mod biex imur fejn l-ieħor, bit-tama li ma jitlifx it-triq. Meta ż-żiemel bil-qanpiena jerġa’ lura għallkenn tal-matmura filgħaxija, kull tant ħin idur lura biex ikun żgur li sieħbu agħma jinsab qrib biżżejjed li jista’ jisma’ l-qanpiena ddoqq. Bħal sid dawn iż-żewġt iżwiemel, Alla ma jarminiex meta jara li m’aħniex perfetti, jew għax għandna xi problemi jew sfidi. Jibqa’ jieħu ħsiebna, saħansitra jdaħħlilna persuni oħra f’ħajjitna biex jgħinna fil-bżonnijiet tagħna. Xi drabi aħna nixbhu ż-żiemel agħma, fi bżonn li nitmexxew mid-daqq tal-qanpiena ta’ dawk li Alla jpoġġilna f’ħajjitna. Drabi oħra nkunu bħaż-żiemel bil-qanpiena, li ngħinu lill-oħrajn isibu t-triq.


FEELING FREE AT HOME

invest in comfort and safety for yourself or your parents

Exclusive local distributors of Stair Lifts, Recliners & Scooters

Tel: +356 21 252206 Email: info@liftservices.com.mt Website: www.liftsservices.com.mt Lifts Services Ltd , Factory A25F Marsa Industrial Park, Marsa, Malta


16-IL EDIZZJONI

MARATONA MISSJONI

8-9-10 ta’ Settembru 2017

INT TISTA’ TKUN MISSJUNARJU mat-tfal foqra li m’għandomx x’jieklu fil-Pakistan, fl-Indja u fil-Kenya ma’ persuni fl-Afrika li qed immutu għax jixorbu ilma kontaminat ma’ żgħażagħ foqra fl-Indja li irridu issiru qassisin AGĦTI DONAZZJONI B’RISQ IL-MISSJONI ĊEMPEL ISSA FUQ 5160 2042 (€10) 5170 2085 (€15) 5180 2061 (€25) IBGĦAT SMS ISSA FUQ 5061 7361 (€2.33) 5061 8198 (€4.66) IDĦOL ONLINE www.u.com.mt/donate

Lotterija Maratona b’risq il-missjoni Għin il-missjoni u tista’ tkun rebbieħ ta’ wieħed mill-10 premijiet kbar fosthom Karozza Volkswagen Up


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.