Viżta Pastorali tal-Arċisqof fil-Parroċċa tas-Siġġiewi

Page 1

Viżta Pastorali tal‑Arċisqof

fil‑Parroċċa tas-Siġġiewi

www.knisja.mt Ritratti tal-Viżta Pastorali: www.knisja.org/ritratti

27 – 30 TA’ MEJJU 2018


Messaġġ ta’ Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna fl-okkażjoni tal-Viżta Pastorali fil-Parroċċa San Nikola ta’ Bari, is-Siġġiewi Għeżież membri tal-Parroċċa tas-Siġġiewi, huwa ta’ ferħ kbir għalija li niġi f’din il-parroċċa għażiża għall‑Viżta Pastorali. Il-komunità parrokkjali tagħkom, taħt il-ħarsien ta’ San Nikola, sa mit-tnissil tagħha, moħbi fiż-żmien, turi rabta qawwija mal-qaddis patrun tagħkom, xhieda tad‑devozzjoni li missirijietna żammew ħajja anke fi żminijiet meta ma kienx dejjem faċli tgħix il-fidi f’soċjetà ċivili fejn il-fidi kienet oħra. San Nikola ħares dejjem lil din il-komunità parrokkjali marbuta mal-ħidma tal-art u mgħajxa mill-frott tagħha. Iżda fuq kollox, għallem lill-membri ta’ din il-komunità l-ħtieġa ħelwa li jaħsbu f’min hu dgħajjef u fqir, f’min ma jistax jgħix ħajja li tixraqlu bil-ħila tiegħu waħdu; u għadu jgħallem sallum li fil-bniedem batut hemm moħbi Ġesù Kristu. Il-kobor ta’ San Nikola ġej mill-kobor tas‑sensitività tiegħu għal min hu fil-bżonn u għalhekk sar ir-‘rebħ tal-poplu’, l-iktar tal-poplu li jqimu u jgħix fuq l-eżempju tiegħu. Is-Siġġiewin mhux biss iqimuh imma għadhom sallum għodda f’idejn il-providenza ta’ Alla. Matul din il-Viżta Pastorali li ser nagħmel fil-parroċċa tagħkom nixtieq immiss b’idejja r-realtà li qed tgħixu bħala komunità Nisranija u nitlobkom tgħinuni nifhimha iżjed. Bħala l-Isqof tagħkom, imsejjaħ minn Ġesù biex jagħti ħajtu għalikom, nixtieq niltaqa’ magħkom bħala komunità Nisranija, niltaqa’ magħkom bħala Nsara li tgħixu f’din il-parroċċa għażiża. Ser niltaqa’ mat-tfal, maż-żgħażagħ, mal-familji; ser niltaqa’ magħkom ilkoll, b’mod speċjali l-morda u l-anzjani. Nixtieq li ż-żjara tiegħi fostkom bħala l-Isqof tagħkom tkun esperjenza sabiħa għalina lkoll. Il‑Mulej iberikkom. X Charles J. Scicluna Arċisqof ta’ Malta

Stedina Il-Ħadd 27 ta’ Mejju 9:30 am L-Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil-knisja parrokkjali fejn jamministra s-Sagrament tal-Ewwel Tqarbina lit-tfal. 11:00 am L-Arċisqof jiltaqa’ mas-soċjetà ċivili għal laqgħa ta’ djalogu f ’Dar Ommna Marija. 12:15 pm L-Arċisqof jiltaqa’ mas-saċerdoti fid-dar parrokkjali. It-Tnejn 28 ta’ Mejju 10:30 am L-Arċisqof jiltaqa’ mal-istudenti u l-istaff tal-iskola primarja tal-Kulleġġ San Injazju. 7:15 pm L-Arċisqof jiltaqa’ mal-operaturi pastorali għal laqgħa ta’ djalogu f ’Dar Ommna Marija. It-Tlieta 29 ta’ Mejju 6:00 pm L-Arċisqof jiltaqa’ mal-adolexxenti għal laqgħa ta’ djalogu fil-M.U.S.E.U.M. tal-bniet. L-Arċisqof jiltaqa’ maż-żgħażagħ għal laqgħa ta’ djalogu fiċ-ċentru taż-Żgħażagħ 7:15 pm Azzjoni Kattolika. L-Erbgħa 30 ta’ Mejju 7:00 pm L-Arċisqof jiltaqa’ mar-residenti taż-żona Tal-Ħesri.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.