1 minute read

Imbutattura lill-ilsien Malti mill-President

Minn żmien għal żmien tqum ilkwestjoni tal-Ilsien Malti, mhux biss minħabba lintroduzzjoni ta’ ċertu kliem, iżda wkoll propju dwar l-eżistenza ta’ ilsienna

Jien qatt ma naqbel ma dawk li jsostnu li l-Ilsien Malti fi ftit snin oħra jisparixxi, għalkemm naqbel perfettament li dan l-ilsien għaddej minn żmien diffiċli u li żgur ma jinstabx f ’sitwazzjoni diffiċli jekk mhux alarmanti mhux biss għax donnu qed jonqos lużu tiegħu, iżda wkoll għallfatt li ħafna drabi jiġi mitkellem ħażin, biex ma nsemmux il-livell tal-Malti miktub.

Advertisement

Ta’ nkwiet ukoll il-fatt, li wasalna f ’sitwazzjoni fejn hemm ġenituri Maltin li jilmentaw mal-iskejjel għall-ħin użat għat tagħlim ta’ dan l-ilsien, għax isostnu li dan mhux meħtieġ biex wieħed jaqla’ l-ħobża ta’ kuljum

U propju f ’din is-sitwazzjoni, wieħed jieħu r-ruħ jara li l-prim ċittadin tal-Gżejjer Maltin, Il-President Dr George Vella jieħu inizjattiva biex tingħata mbuttatura lill-użu tajjeb tal-ilsien Malti bit-twaqqif ta’-kampanja nazzjonali bit-tema ‘l-ilsien Malti għal Qalbi’, li qed issir b’kollaborazzjoni bejn l-Uffiċċju tal-President u seba’ għaqdiet tal-Malti b’risq il-lingwa Maltija.

This article is from: