2 minute read

Is-sussidju: jinżamm jew jitneħħa?

Żgur li qrajtu jew smajtu li mindu faqqet il-gwerra tal-Ukrajna u l-prezz taż-żjut u l-gass għola mas-smewwiet, il-Gvern Malti iddeċieda li ż-żidiet ma jgħaddihomx fuq il-poplu u l-industrija imma li permezz ta’ sussidju jżomm il-prezz kemm tal-enerġija (l-elettriku, eċċ) u l-fjuwil (petrol u diesel) kif kien qabel faqqgħet il-gwerra Sintendi dan qed jiswa lill-Gvern mijiet ta’ miljuni ta’ Ewro, tant li jfisser li familja ta’ erbgħa min-nies qed tiffranka mal€2000 fis-sena fl-enerġija, barra li jiġi ffrankat fil-fuwil għal min juża l-karozza

Dan qed jgħin ukoll lill-industrija biex tibqa’ kompettiva u lil setturi oħra fosthom dawk tat-turiżmu, eċċ

Advertisement

L-istabbiltà fil-prezzijiet tal-enerġija wasslet biex l-ekonomija nazzjonali kompliet tikber b’rata iktar minn mistenni, anke mqabbla mal-ekonomiji tal-istati tal-UE

Iżda, wara li l-bord eżekuttiv tal-Fond Monetarju Internazzjonali rrakkomanda biex Malta tħejji strateġija ħalli twaqqaf issussidji, bdiet diskussjoni sħiħa dwar jekk il-Gvern kellux iwaqqaf dawn is-sussidji

Kelliema mill-Partit Nazzjonalista sostnew aktar minn darba li l-għajnuna li qed tingħata biex il-prezzijiet tal-enerġija jibqgħu stabbli mhix sostenibbli u l-Gvern għandu jagħti każ ta’ dak li qed jgħidulu tal-Fond Monitarju u aġenziji nternazzjonali oħra

Min-naħa tal-Partit Laburista dan ġie interpretat bħala li l-Partit Nazzjonalista kien kontra li l-enerġija tibqa’ sussidjata Dan ġie miċħud mill-PN li sostna li hu qatt ma qal li kien kontra s-sussidji.

It-tweġiba tal-Prim Ministru Robert Abela kienet li s-sussidji se jibqgħu, u wieġeb li d-deċiżjoni tal-Gvern hija importanti ħafna għax l-irkupru ekonomiku f ’Malta kien b’saħħtu. Spjega li l-Gvern għandu pjani fit-tul għas-sussidju tal-enerġija, iżda rrimarka li dawn ma jinkludux li jinxteħtu lpiżijiet fuq in-nies għax qal il-Gvern irid jibqa’ jgħin lill-familji u n-negozji

Sostna li kull meta l-pajjiż applika politika ta’ awsterità, kellu riżultati katastrofiċi flekonomija u fil-qgħad

Kien propju waqt waħda mill-konferenzi ta’ din ilkampanja bit-tema: ‘L-ilsien Malti għal Qalbi – Konferenza dwar l-użu ta’ Lsienna Fostna,’ li l-President (xellug) insista li “Irridu nipproteġu llingwa, u nipproteġuha minn xiex? Milli tiġi mwarrba biex tidħol lingwa oħra Nipproteġuha milli tiġi wżata ħażin u nipproteġuha milli tispiċċa mfarrka, li ma tibqax illingwa sabiħa li għandna ”

Fakkar dwar l-importanza li, partikolarment il-midja, tagħraf tuża Malti tajjeb biex filwaqt li l-lingwa tibqa’ ħajja u tkompli tiġi żviluppata, ma tinbidilx bla kontroll Ġibed l-attenzjoni għall-fatt li fil-ħidma tagħna biex inħaddmu l-ilsien Malti b’mod tajjeb, ma rridux ninsew il-vantaġġi li jgawdi pajjiżna mill-bilingwiżmu Dan filwaqt li tkellem dwar l-importanza li nipproteġu l-ilsien Malti.

“Ħadd mhu jgħid li għandna nwarrbu lbilingwiżmu Ejja nużaw iż-żewġ lingwi differenti fil-ħin opportun u b’mod korrett Nappella lil kull min qiegħed fl-amministrazzjoni biex jintuża Malti tajjeb”, qal Il-President George Vella qal li l-lingwa Maltija għandha tkun protetta biex ikun assigurat li tegħleb l-isfidi bħall-użu ħażin tal-Malti fosthom fix-xandir, filwaqt li spjega l-ħtieġa li lsienna jadatta għaż-żminijiet tal-lum fosthom fit-teknoloġija.

L-appell huwa li mill-kliem ngħaddu għall-fatti għax kulħadd jgħid kemm iħobb il-lingwa u niftaħru kemm il-Malti hu lingwa unika u lingwa sabiħa. B’mod prattiku anki x’irid isir kemm fl-amministrazzjoni u s-sinjali tal-etika, u l-użu tal-Malti fil-posters biex ikollna l-użu tal-Malti kif jixraqlu

This article is from: