
1 minute read
ATLETI ŻGĦAŻAGĦ IPPREMJATI mill-Għaqda Ġurnalisti Sport u Atlas Insurance
from Sportiv 156
by Union Print
minn Lorraine Cunningham
F’Jannar li għadda l-Għaqda Ġurnalisti Sport b’kollaborazzjoni ma’ Atlas Insurance nedew l-unur tal-Atlas Żagħżugħ/a tax-Xahar blintenzjoni li kull xahar jiġi ppremjat żagħżugħ jew żagħżugħa taħt il-21 sena li jkun iddistingwa ruħu kemm b’riżultati kif ukoll b’egħmil sportiv jew aġir altruwistiku.
Advertisement
Għal dan il-għan twaqqaf bord ta’ selezzjoni sabiex kull xahar jevalwa dak li jkun seħħ fil-qasam sportiv u jiġi magħżul żagħżugħ jew żagħżugħa biex jingħata t-trofew li Atlas Insurance ikkummisjunaw għal ta’ l-apposta. Dan il-bord huwa kompost minn tliet individwi li permezz tal-programmi televiżivi tagħhom isegwu mill-qrib l-isportivi lokali – Joanna Camilleri, Mario Bonnici u Charles Camenzuli.
Ta’ kull xahar apparti t-trofew, iż-żgħażagħ rebbieħa ta’ dan l-unur irċevew voucher li jissarraf b’abbiljament sportiv mill-ħanut ta’ l-għażla tagħhom. Għalkemm kienet sena diffiċli għall-isport minħabba l-pandemija tal-Covid 19 u kien hemm xi xhur fejn ma kienet qed issir l-ebda kompetizzjoni, pero’ l-amministraturi ta’ Atlas Insurance sostnew li l-unur għandu jingħata kull xahar u intgħażlu żagħżagħ li matul din is-sitwazzjoni diffiċli kienu ta’ ispirazzjoni għal sħabhom u minkejja kollox iddiversifikaw l-attivita’ sportiva tagħhom.
Bi pjaċir ukoll ninnutaw li r-rebbieħa kienu ġejjin minn oqsma u dixxiplini sportivi differenti.daw

Jannar Rachela Pace (Atletika)

Frar Dejan Grech (Pool)

Marzu Tenishia Thornton (Weightlifting)

April Jake Vella (Għawm)

Mejju Thomas Borg (Għawm Paralimpiku)

Ġunju Matthew Magro (Ten Pin Bowling)

Lulju Richard Schultheis (Ibburdjar)

Awissu Sacha Gatt (Għawm)

Settembru Kayden Lagana (Ten Pin Bowling)

Ottubru Haley Bugeja (Football)