8
Il-Ħadd 19 ta’ Ġunju, 2016
INTERNAZZJONALI Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org
IL-ĠERMANJA
Kristjani f’ċentri ta’ refuġjati intimidati L-awtoritajiet Ġermaniżi ġew imħeġġa biex jipproteġu madwar 40,000 persuna Kristjana u immigranti oħra ta’ twemmin ieħor fiċ-ċentri tar-refuġjati. Dawn qed jiġu ffastidjati kuljum minħabba l-fidi tagħhom. Stħarriġ reċenti tal-Aid to the Church in Need u ta’ organizzazzjonijiet oħra li jaħdmu b’risq id-drittijiet tal-bniedem juri lill-poplu Ġermaniż u lill-awtoritajiet li l-intimidazzjoni qiegħda tabilħaqq isseħħ fiċ-ċentri tar-refuġjati u li jeħtieġ jinstabu soluzzjonijiet minnufih biex jipprovdu lill-Kristjani u lir-refuġjati l-oħra akkomodazzjoni adegwata.
Ir-riżultati minn dan l-istħarriġ juru li filĠermanja l-maġġoranza tal-immigranti Kristjani u l-oħrajn mhux Musulmani qed jgħixu “fil-biża’ u fil-paniku” għax qed jiġu ppersegwitati minn refuġjati bħalhom u wkoll minn persuni tassigurtà. Kien hemm attakki fiżiċi kontra persuni Kristjani “b’daqqiet ta’ ponn, beżqulhom, imbuttar u abbużi sesswali”. Refuġjati Kristjani saħansitra qed jiġu sfurzati jieħdu sehem fit-talb Islamiku u qed jiġu mhedda jekk jirrifjutaw. Ironikament dawn jinsabu fl-istess sitwazzjoni tal-pajjiżi li ħarbu minnhom fejn ukoll hemm il-gwerer bħasSirja, l-Iraq u l-Afganistan.
L-IRAQ
Madankollu, l-uffiċjali tal-Gvern Ġermaniż baqgħu siekta. “Aħna qed nagħmlu dan għan-nom ta’ bosta voluntiera li jħossuhom intimidati kif ukoll fuq talba tal-pulizija li mhumiex permessi jgħidu li dan qed jiġri tabilħaqq”, stqarr wieħed mill-organizaturi tal-istħarriġ lil gazzetta Ġermaniża. “Il-mexxejja politiċi tagħna ma ħadux miżuri xierqa biex jipproteġu l-minoranza Kristjana. L-impressjoni li dan l-iżvilupp drammatiku qed jiġi mistur u injorat issa qed jidher aktar filberaħ,” kompla wieħed mill-organizzaturi.
IN-NIĠERJA
Tfal ta’ refuġjati jagħmlu l-Ewwel Tqarbina
Tnejn mill-219-il tfajla maħtufa nstabu ħajjin
Mill-5,500 persuna li tgħix fil-kamp ta’ Aishty 2, f’Erbil, li hu Kamp għall-Kristjani Iraqini li sfaw mferrxa mal-Iraq, ilmaġġoranza, aktar minn 2,000, huma tfal. 470 minnhom għamlu l-Ewwel Tqarbina fil-ġimgħat li għaddew. It-tfal kollha huma tarRit Sirjan-Kattoliku. Minħabba li l-għadd ta’ tfal li rċevew l-Ewwel Tqarbina hu akbar minn dak tas-sena l-oħra, li kien ta’ madwar 400, it-tfal tqassmu fi tliet gruppi. L-ewwel grupp kien ta’ madwar 175 u għamlu l-Ewwel Tqarbina tagħhom il-Ġimgħa 27 ta’ Mejju. It-tieni grupp ta’ madwar 145, irċevew l-Ewkaristija fit-3 ta’ Ġunju filwaqt li t-tielet u l-aħħar grupp ta’ madwar 150 għamlu l-Ewwel Tqarbina l-Ġimgħa 10 ta’ Ġunju. Il-Quddiesa għall-ewwel grupp ġiet iċċelebrata mill-Arċisqof Sirjan-Kattoliku ta’ Mosul, Yohanno Petros Moshe, fl-ikbar kamp li ġie mibdul fi knisja u kien mibni bl-għajnuna tal-Aid to the Church in Need. Dan jesa’ madwar 800 persuna. It-tinda bdiet tintuża bħala knisja meta r-refuġjati Kristjani mill-belt ta’ Erbil waslu sentejn ilu u talbu għal post fejn setgħu jitolbu. Issa din isservi bħala l-parroċċa ewlenija għall-kamp t’Aishty li hi l-akbar f’Erbil u hi maqsuma fi tliet kampijiet iżgħar: Aishty 1, 2 u 3.
Tnejn minn mijiet ta’ nisa u tfal li nħelsu mill-ħidma tal-Armata wara li nħatfu minn Boko Haram f’Yola n-Niġerja
Kien hemm mument ta’ ferħ f’nofs it-taqbida għall-ħajja għall-Kristjani Iraqini mferrxa. Numru rekord ta’ tfal refuġjati għamlu l-Ewwel Tqarbina f’kamp tar-refuġjati f’Erbil. Ħafna mit-tfal ħarbu flimkien mal-familji tagħhom mill-belt ta’ Qaraqosh li kienet il-kapitali Kristjana tal-parti Kurda fl-Iraq meta l-ISIS attakkaw il-belt f’Awwissu 2014. Wara li mexxew is-Sede tal-Knisja tagħhom minn Mosul għal Qaraqosh bosta snin ilu minħabba s-sigurtà tagħhom u l-fatt li ħafna millfidili kienu jgħixu fil-belt, ilKattoliċi Sirjani issa tħallew bla Djoċesi uffiċjali u bla ebda kwartier. Issa qed jgħixu f’Erbil fejn hemm maġġoranza ta’ fidili tar-Rit Kaldew. Huma ntlaqgħu mill-knisja lokali li taħdem kuljum biex isaħħaħ l-ispirtu tal-Kristjani li f’pajjiżhom qed jiffaċċjaw futur inċert. Għal kważi 500 tifel u tifla li rċevew l-Ewwel Tqarbina fil-kamp dan hu sinjal ta’ tama f’pajjiż fejn il-fjamma tal-Kristjaneżmu qed tnin u hemm il-biża’ li tintefa darba għal dejjem. Sinjal ieħor ta’ tama għall-Kristjani fl-Iraq kien l-ordinazzjoni, f’Marzu li għadda, ta’ erba’ djakni fl-istess knisjatinda. Dawn issa qed jaħdmu mar-refuġjati u se jkunu ordnati saċerdoti fi żmien ftit xhur. Tlieta mid-djakni, flimkien mas-Sorijiet Dumnikani ta’ Santa Katerina ta’ Siena – li huma l-ħaddiema ewlenin fost il-komunità ta’ refuġjati Kristjani f’Erbil – huma responsabbli mit-tagħlim talkatekeżi tat-tfal fl-Iskrittura u l-Liturġija.
Tnejn mill-219-il tfajla li nħatfu mill-iskola tagħhom f’Chibok, fit-tramuntana tan-Niġerja, mis-setta Iżlamika Boko Haram instabu ħajjin.
Il-Kardinal John Onaiyekan, l-Arċisqof ta’ Abuja, qal li “l-ħelsien tal-bniet maħtufa hu sinjal importanti”. Hu żied li “l-mistoqija li rridu nistaqsu hi: għaliex il-bniet l-oħra għadhom ma nstabux sentejn wara li nħatfu?” “Fl-aħħar xhur mijiet ta’ nisa u tfal maħtufa minn Boko Haram inħelsu mill-ħidma tal-Armata”, il-Kardinal spjega, “iżda l-bniet ta’ Chibok għandhom valur speċjali minħabba li l-midja internazzjonali kienet mobilizzata fl-appoġġ tagħhom. Jidher li l-Boko Haram ħbewhom b’aktar reqqa mill-ostaġġi l-oħra. Hu qal li l-fatt li dawn iż-żewġ tfajliet ta’ Chibok instabu hu sinjal li finalment il-Boko Haram qed jikkollassa”. L-Arċisqof
ta’ Abuja ammetta t-tħassib tiegħu għas-saħħa ta’ dawn it-tfajliet maħtufa li kienu wżati mill-Boko Haram bħala “premju” għas-suldati tagħhom. Is-sitwazzjoni ġenerali tassigurtà fin-Niġerja għadha waħda ta’ tħassib. Il-Kardinal Onaiyekan kien reċentement attakkat. “Ma nistax ngħid li dan l-attakk sar mir-raħħala Fulani li sparaw tiri fuq il-karozza tiegħi peress li jien ma rajt lil ħadd. Probabbilment kien attakk ieħor bħalma jiġri spiss fin-Niġerja, milli kienu bl-intenzjoni li jattakaw lili. Għandna nsibu soluzzjoni għallvjolenza tar-raħħala ta’ Fulani li jkun ta’ interess għal kulħadd”. jmbonnici@lehenissewwa.com