26
INTERNAZZJONALI
Il-Ħadd 7 ta’ Frar, 2016
Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – adm@acnmalta.org
L-Aid to the Church in Need, Malta L-Aid to the Church in Need, Malta (ACN) hi l-fergħa lokali tal-Aid to the Church in Need (International), Fondazzjoni Internazzjonali Kattolika ta’ Karità li tgħin lill-Knisja flEvanġelizzazzjoni biex Kristu jkun magħruf permezz tat-talb, informazzjoni u azzjoni. L-ACN tieħu ħsieb ukoll il-bżonnijiet talKristjani ppersegwitati minħabba l-Fidi tagħhom fi Kristu. Imwaqqfa fl-1947 minn Fr Werenfried van Straaten (1913 - 2003) li San Ġwanni Pawlu II, Papa, sejjaħlu “l-Appostlu tal-Karità”, l-ACN tappoġġja proġetti mwettqa mill-Knisja f’aktar
minn 140 pajjiż inklużi l-Iraq u s-Sirja. Dawn jinkludu għajnuna finanzjarja għall-missjunarji (inklużi dawk Maltin u Għawdxin), għarrefuġjati, bini ta’ knejjes, kliniki, provista ta’ trasport eċċ.
Fuq talba tal-Editur is-Sur Michael Caruana u bil-koperazzjoni tal-istaff ta’ Leħen is-Sewwa l-ACN se tibda tipprovdi lill-qarrejja ta’ din ilgazzetta servizz ta’ aħbarijiet internazzjonali fost oħrajn dwar il-ħidma li din l-organizzazzjoni qed twettaq f’diversi pajjiżi biex tqajjem kuxjenza u għarfien dwar ħutna Kristjani ppersegwitati. B’hekk ukoll il-benefatturi jkunu jafu kif qed jintefqu d-donazzjonijiet tagħhom. Għal aktar informazzjoni dwar l-ACN jew biex tibda tirċievi l-materjal ippubblikat f’din il-paġna u materjal ieħor ċempel 2148 7818 jew ibgħat id-dettalji tiegħek b’SMS fuq 7905 4345.
Sum u itlob magħna fl-Erbgħa tal-Irmied Il-Beatitudni Tiegħu Gregorios III Laham, Patrijarka Melkita tal-Knisja Kattolika fis-Sirja (ritratt) u l-Beatitudni Tiegħu Louis Raphael I Sako, Patrijarka tal-Kaldej Kattoliċi Kristjani fl-Iraq, qed isejħu għal jum ta’ talb u sawm biex Alla “fl-aħħar jagħti lil pajjiżna l-paċi li ilha tant mistennija”. Kitbu li Ras ir-Randan għandu jkun jum ta’ talb lil Alla. Il-Patrijarka Sako qal: “Aħna grati ħafna għal din
jmorru lura lejn arthom, kif iridu wkoll il-ġenituri tagħhom u qrabathom.” Il-Patrijarka Gregorios ġibed l-attenzjoni għassitwazzjoni drammatika fis-Sirja, il-“benniena tal-Kristjaneżmu”. Hu qal li għal ħames snin, “ilna niġġerrew fid-deżert. Għalina, l-għajnuna tagħkom qisha l-manna li Alla ta lill-Iżraeljani biex jeħlishom milli jmutu bil-ġuħ”. Għalhekk il-Kristjani
l-għajnuna. Imma dak li jeħtieġ l-aktar hi l-ħniena. Għalhekk nixtieq nitlobkom fil-bidu tar-Randan u b’mod speċjali għal Ras ir-Randan: itolbu u sumu għall-paċi f’artna!“ Bliet b’saħħithom bħal Mosul u rħula filpjanura ta’ Nineveh sfaw imfarrka. “Miljuni ta’ tfal fil-kampijiet tar-refuġjati qed jistennew għall-ħobż ta’ kuljum imma huma għandhom għatx għall-futur, iridu skejjel u djar. Iridu
fis-Sirja qed jittamaw “għas-sostenn u l-għajnuna ta’ ħutna” u qed jitolbuhom biex jingħaqdu magħhom f’Ras ir-Randan “għall-jum ta’ sawm u talb, jum fejn nixtiequ li flimkien nibagħtu l-karba tagħna lil Alla biex fl-aħħar jagħtina l-paċi li tant ilna nistennew.“ L-Aid to the Church in Need (ACN), Malta tħeġġeġ lill-qarrejja biex fl-Erbgħa tal-Irmied (l-10 ta’ Frar) jitolbu għal dan l-iskop.
Ta ħajtu għall-oħrajn
“Jien se mmut imma int qatt ma tirfes fil-knisja tagħna” – Akash Bashir Dan iż-żagħżugħ kien gwardjan voluntier malkanċell tal-knisja ta’ San Ġwann, f’Yohannabad, fid-distrett ta’ Lahore meta persuna suspettuża qorbot lejn il-kanċell. Il-gwardjani voluntiera kienu semgħu bl-aħbar ta’ splużjonijiet ta’ bombi fi knejjes fil-viċinanzi u għalhekk kienu fuq alert kbir. Determinat biex jevita kull tfixil waqt il-Quddiesa, Akash qabeż fuq ir-raġel suspettuż. F’daqqa waħda l-bomba li kellu fi ħwejġu splodiet u Akash miet flisplużjoni. Hu u jirrakkonta l-istorja, Bashir, missier Akash, qal: “Ibni kien jaf bis-sagrifiċċju li kien qed iwettaq. Hu ta ħajtu biex isalva dawk il-mijiet ta’ nies oħra li dakinhar kienu qed jieħdu sehem fil-Quddiesa”. Hi u tħares b’wiċċ imnikket lejn John Pontifex
mill-Aid to the Church in Need, omm Akash, Nazbano, qaltlu: “Akash kien verament speċjali. Għandi tliet subien oħra u tifla imma ħadd ma jista’ jieħu postu. Dakinhar li miet, filgħodu, għedtlu biex ma jmurx għassa mal-kanċell bħassoltu imma hu weġibni li dik kienet ir-responsabbiltà tiegħu”. Mindu ġrat din iddiżgrazzja, il-mexxejja tal-Knisja ħadmu flimkien mal-awtoritajiet biex iwettqu ġustizzja ma’ dawk li wettqu dan l-att terroristiku u biex isaħħu r-relazzjonijiet talKomunità. L-Isqfijiet talbu lillACN għall-għajnuna biex tissaħħaħ is-sigurtà fil-
Nazbano u Bashir, il-ġenituri ta’ Akash Bashir ta’ 20 sena, li nqatel meta waqqaf aggressur suwiċida li pprova jidħol fil-knisja ta’ San Ġwann, f’Yohannabas, viċin Lahore
knejjes anki permezz ta’ cameras u ħitan għoljin.
Huma talbu wkoll għajnuna biex jinbnew knejjes akbar
peress li l-kongregazzjonijiet qed dejjem jikbru.