ACN (Malta) - LEĦEN IS-SEWWA - Il-Ħadd' 14 ta Frar 2016

Page 1

26

internazzjonali

Il-Ħadd 14 ta’ Frar, 2016

Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org

Il-Bulgarija

Burundi

Taħriġ għal Saċerdoti ġodda Appoġġ lil li jaħdmu ma’ minoranzi Ordnijiet Reliġjużi żvantaġġati ta’ Sorijiet Il-Kongregazzjoni talAppostli tal-Bon Pastur u tar-Reġina taċ-Ċenaklu ġiet stabbilita fl-1989 fl-Arċidjoċesi ta’ Gitega, fil-Burundi, mill-Arċisqof Joachim Ruhuna. Hu ried li jkollhom Saċerdoti li “jikkultivaw adorazzjoni, jippritkaw, iqarru, jiffurmaw l-erwieħ, iħarrġu liżżgħażagħ, jassistu lillmoribondi u jagħmlu ħbieb mal-foqra u l-isfortunati”. Il-Kongregazzjoni taħdem biex tippromwovi vokazzjonijiet saċerdotali u hi wkoll impenjata biex tnaqqas id-diskriminazzjoni lejn sezzjoni tal-poplu tar-razza pygmy. Din hi realtà għax dawn in-nies huma l-abitanti oriġinali ta’ dan il-pajjiż iżda llum jirrappreżentaw minoranza.

Il-Kattoliċi jiffurmaw biss minoranza żgħira ħafna fil-Bulgarija, madwar 80,000 f’popolazzjoni totali ta’ 7,300,000. Saċerdoti u reliġjużi jrid ikollhom ammont kbir ta’ paċenzja. “Aħna qed naħdmu għall-ġenerazzjoni li jmiss”, jgħidu s-Saċerdoti u r-reliġjużi li jaqblu t-tnejn fuq din il-ħaġa.

Ordinazzjoni ta’ 12-il seminarista

Huma nies Nomadi u soċjalment jinsabu fil-qiegħ nett tas-soċjetà. Il-familji tagħhom ġeneralment jgħixu f’faqar kbir u t-tfal tagħhom ma jmorrux skola. Is-Saċerdoti talKongregazzjoni qed jgħinu lit-tfal biex jitgħallmu u

jagħtu wkoll appoġġ lil dawn in-nies tant żvantaġġati. L-Aid to the Church in Need qed tgħin b’kontribuzzjoni biex tissapportja l-istudji tasseminaristi ħalli dawn ikunu jistgħu jagħtu servizz lillKnisja u lin-nies ta’ Burundi.

Il-Pakistan

Niesna qed ibatu tassew

Il-Pakistan hu pajjiż ta’ prijorità għall-Aid to the Church in Need (ACN) bl-għajnuna ta’ diversi benefatturi qed nissapportjaw proġetti importanti li joffru għajnuna kbira materjali u spiritwali lill-minoritajiet Kristjani li jgħixu fiddell tal-persekuzzjoni u f’faqar kbir. “Niesna qegħdin tassew ibatu imma aħna ġejna fid-dinja biex inkunu xhieda tal-fidi tagħna fi Kristu”, qalet Suor Daniela ta’ 83 sena minn Karachi. Is-Sorijiet tal-Bon Pastur huma impenjati biex jgħinu nisa Kristjani jegħlbu l-faqar u jsaħħuhom fil-fidi f’post jismu Azam Town, kwartier fqir f’Karachi. Is-Sorijiet għandhom ċentru żgħir, isfel skola għattfal fqar u fuq ċentru ta’ taħriġ vokazzjonali. Delegazzjoni tal-ACN ltaqgħet ma’ Suor Samina Mukhtar li dak il-ħin kienet qed tgħallem il-ħjata lil grupp ta’ tfajliet. L-istudenti kważi illiterati kollha. Xi ħaġa normali għax 90 fil-mija tal-Kristjani fil-Pakistan huma lliterati. Studenta minnhom, Sheeza

ta’ 16-il sena minn Azam, li tgħix viċin iċ-Ċentru, hi l-iżgħar minn seba’ aħwa. Hi qed tħit ilbies tradizzjonali fl-Asja t’Isfel bilprospett li tiftaħ negozju żgħir. Suor Samina spjegat li tfajliet bħal Sheeza qatt ma jitilqu middar għax il-ġenituri tagħhom jibżgħu li wliedhom jinħatfu. Suor Samina ltaqgħet magħha. “Vera ħadt pjaċir niġi hawn”, qalet Sheeza. “Għamilt ħafna ħbieb”. Il-bżonnijiet huma kbar minħabba li l-Kristjani filPakistan jiddependu ħafna mill-għajnuna tal-Knisja. Waqt li qed jagħmlu ħilithom biex iżommu l-fidi tagħhom ħajja qalb it-tbatija, l-imsieħba tagħna fil-Pakistan għandhom bżonn urġenti tal-għajnuna tagħna.

Fl-ibliet ta’ Zitnitza u Rakovski fin-Nofsinhar talBulgarija hemm komunità ta’ ħames Franġiskani Missjunarji Sorijiet tal-Qalb ta’ Ġesù li jxandru l-Vanġelu permezz tas-servizz attiv tagħhom mal-foqra. Huma jgħinu bi żjarat lill-morda u l-anzjani u jagħmlu ħafna aktar xogħol pastorali meta s-Saċerdot ma jkunx jista’ jwettaq dan. Huma jagħtu wkoll Katekiżmu u jgħallmu l-edukazzjoni reliġjuża fliskejjel. Għalkemm il-Bulgarija

membru tal-Unjoni Ewropea madwar wieħed minn kull ħamsa tal-popolazzjoni jgħix fil-faqar. Għalhekk hemm ħafna xogħol għas-Sorijiet filministeru tagħhom mal-foqra u l-batuti. Iżda fl-istess ħin is-Sorijiet infushom huma fil-bżonn ta’ għajnuna peress li l-ispejjeż għall-għejxien tagħhom qed jogħlew ukoll. L-Aid to the Church in Need, bl-għajnuna talbenefatturi tagħha, tgħin lil dawn is-Sorijiet kull sena.

Kuba

Spare parts għall-karozzi antiki tas-saċerdoti ta’ Holguin Il-karozzi antiki li tant huma tipiċi fl-ibliet ta’ Kuba jiġbdu l-attenzjoni ta’ ħafna turisti li jħobbu joħdulhom ir-ritratti. Għan-nies tal-pajjiż issitwazzjoni ma tantx hi daqshekk attraenti. Wara r-rivoluzzjoni Kubana tal-1959, l-embargo impost fuq il-pajjiż wassal biex titwaqqaf l-importazzjoni ta’ vetturi Amerikani. Għalhekk, sal-2011, l-uniċi karozzi li kien hemm fil-pajjiż kienu dawk li nbnew qabel l-1959. Madankollu, mill-2011 ’il hawn sar possibbli li tinnegozja karozzi wżati u wara l-2013, bil-ftit il-ftit, bdew jitneħħew restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni ta’ karozzi ġodda. Minkejja dan, il-prezz ta’ vettura ġdida hu ta’ barraminnhawn, tant li karozza medja tqum aktar minn €200,000. Dun Radoslav Kottra mis-Slovakja u Dun Hans Weibel mill-Isvizzera huma Missjunarji tal-Kelma Divina (magħrufa wkoll bħala Missjunarji Steyler) u t-tnejn li huma jaħdmu f’Mayari, fiddjoċesi ta’ Holguin, fejn jieħdu ħsieb numru ta’ parroċċi differenti. Il-karozzi li għandhom huma u s-saċerdoti tal-

Wara l-mawra tal-Papa Franġisku l-awtoritajiet taw permessi speċjali biex issa jixtru spare parts għall-karozzi

parroċċi l-oħra huma antiki u għandhom bżonn magni, batteriji u roti ġodda. Dawn is-saċerdoti lanqas biss joħolmu li jixtru karozzi ġodda imma wara l-mawra tal-Papa Franġisku l-awtoritajiet taw permessi speċjali biex issa jixtru spare parts għall-karozzi. L-Aid to the Church in Need se tgħinhom biex dawn il-karozzi jibqgħu jaħdmu ftit ieħor.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.