26
internazzjonali
Il-Ħadd 21 ta’ Frar, 2016
Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org
Żgħażagħ mistiedna jingħaqdu mal-ISIS L-Arċisqof ta’ Westminster, il-Kardinal Vincent Nichols, waqt is-Secondary Leaders’ Conference of the Catholic Association of Teachers, Schools and Colleges wissa liddelegati dwar il-periklu li l-ISIS jirreklutaw studenti vulnerabbli ta’ skejjel sekondarji. Hu tenna li “kulma trid hu xahar biss biex tbiddel żagħżugħ mhux sodisfatt u diżorjentat f’terrorist”. Il-Kardinal Nichols ibbaża din iddikjarazzjoni hekk allarmanti permezz taddiskussjonijiet li kellu ma’ żgħażagħ li ġew mistiedna jingħaqdu mal-ISIS. Tfal, bejn l-14 u 15-il sena, kienu qed jiġu reklutati f’qasir żmien. “Wieħed qal li f’perjodu ta’ erba’ jew ħames ġimgħat hu possibbli li tbiddel persuna biex tkun lesta titlaq kollox għall-kawża tagħhom, saħansitra biex tħaddan il-vjolenza u s-suwiċidju”. Fatturi diversi qed jagħmlu liż-żgħażagħ partikolarment vulnerabbli għal dawk ilĠiħadisti li qed jirreklutaw fosthom l-iżolament, in-nuqqas ta’ valuri u l-aċċess faċli għall-
internet. Ħafna miż-żgħażagħ li qed jingħaqdu mal-ISIS kienu jħossuhom iżolati mid-dinja moderna. Riedu jkunu parti minn xi ħaġa akbar u “forsi kienu jsibu li l-ħajja tagħhom kienet waħda bla entużjażmu u mingħajr avventura”, tenna l-Kardinal. Għalhekk din l-għajta tintlaqa’ ferm fost żgħażagħ bħal dawn, għajta li titlob sagrifiċċju erojku għar-rebħa, il-veru mili tal-vojt li jħossu fihom infushom”, qal il-Kardinal. Twissija Il-Kardinal Nichols wissa lill-għalliema li l-gruppi terroristiċi qed jimmiraw lejn iżżgħażagħ għax jikkunsidrawhom bħala clean skins. It-terroristi Islamiċi kienu qed jużaw l-internet biex jipproponu l-eżistenza “ta’ qafas koerenti jew għallinqas apparentement koerenti, sħiħ”, li joffri liż-żgħażagħ vulnerabbli narrattiva “li tattirahom u żżommhom”. Il-ħila li wieħed jirrelata ma’ żagħżugħ jew żagħżugħa ovvjament tista’ tintuża għal skopijiet tajba imma “hi għodda f’idejn
L-Iraq
Irtir għal madwar 1,200 żgħażagħ
Ta’ kull sena, l-Arċidjoċesi t’Erbil torganizza numru ta’ irtiri għażżgħażagħ. Dawn l-irtiri huma mmirati għal dawk iż-żgħażagħ operaturi pastorali li jaħdmu fil-parroċċi. Minħabba n-numru kbir ta’ Kristjani li kellhom jitilqu minn djarhom, mill-ibliet u l-villaġġi tagħhom, speċjalment fejn ħatfu l-ISIS, il-Knisja qiegħda tiffaċċja sfidi kbar biex tilħaq dawn in-nies. Dawn il-voluntiera, li ħafna minnhom huma stess refuġjati, qed jagħtu xogħol prezzjuż. B’hekk dawn iż-żgħażagħ qed juru lil ħuthom li għad hemm għax għandhom jibqgħu fl-Iraq. Minn ħin għallieħor nisimgħu b’’tsunami ta’ emigrazzjoni’ li jista’ jirriżulta li se jasal iż-żmien meta ma jibqax Kristjan fl-Iraq. Sal-2003 kien għad hemm 1.5 miljun Kristjan jgħixu fl-Iraq. Illum fadal biss mat-300,000. Ifisser li,
ta’ kull sena, matul dawn l-aħħar 12-il sena telqu mal100,000 Kristjan.
Il-mira tal-irtiri Il-mira ta’ dawn l-erba’ rtiri hi li jsaħħu lil dawn iż-żgħażagħ, nisa u rġiel, fil-ħajja spiritwali tagħhom u fl-impenn tagħhom lejn il-Knisja u fl-istess ħin ikun speċi ta’ rigal għax-xogħol iebes li qed jagħmlu. Il-parteċipanti normalment ikollhom bejn is-17 u l-35 sena. Kuljum ikollhom erba’ sigħat ta’ katekeżi flimkien ma’ Quddiesa, opportunità li jqerru, jistudjaw u jimmeditaw fuq l-Iskrittura, talb u ħin għall-gruppi fejn jaqsmu l-esperjenzi u l-ideat. Din is-sena jaħsbu li bejn 1,100 u 1,200 żgħażagħ se jieħdu sehem f’dawn l-irtiri li se jmexxuhom 25 saċerdot, 65 soru u 40 membru anzjan. L-Aid to the Church in Need ikkontribwiet b’għotja f’dan il-proġett.
dawn in-nies vjolenti li qed jirreklutaw lil dawn iż-żgħażagħ”, qal il-Kardinal. Biex wieħed jiġġieled kontra din it-theddida ta’ radikalazzjoni, l-edukaturi Kattoliċi jrid ikollhom il-kuraġġ li jipproponu skop Kristjan awtentiku għall-istudenti tagħhom li jattirahom u jżommhom bħan-narrazzjoni falza tatterroristi. Din il-viżjoni Kristjana trid tinkludi l-kultivazzjoni ta’ relazzjoni ma’ Ġesù u l-iżvilupp ta’ sens ta’ vokazzjoni Kristjana. “Biex nilħqu dan l-iskop, li wħud fostkom diġà laħqu, hu li l-iskejjel tagħna qatt ma jibagħtu fid-dinja clean skins vulnerabbli biex jiġu korrotti minn ideoloġija korrotta u inumana jew bi kwalunkwe verżjoni ta’ dan li tinstiga vjolenza, id-degrazzjoni inumana li tħuf fit-toroq tagħna u fid-dinja tal-lum”, kompla. Biex jiġi miġġieled il-lok tal-estremiżmu Islamiku fl-iskejjel, il-Gvern tar-Renju Unit qed jinsisti li tali “valuri Britanniċi” bħala tolleranza, libertà u rispett għal-liġi jiġu mgħallma minn età bikrija.
Is-Sirja
Ġkieket sħan għal tfal refuġjati Suor Marie-Joseph Chana hi mbeżżgħa mit-tbatija li tiffaċċja kuljum f’Damasku. “Il-poplu hu profondament trawmatizzat”, tgħid. “Anki t-tfal raw nies maħruqa mill-bumbardamenti. Raw ukoll biċċiet ta’ katavri ta’ nies fit-toroq. Kull meta tinstema’ splużjoni, it-tfal jitilqu jiġru għand il-ġenituri tagħhom biex jistaħbew”. Madankollu, Suor Marie-Joseph ma taqtax qalbha wkoll meta l-oħrajn jaqgħu f’disperazzjoni. “Jien dejjem ngħid: ‘Mulej, jien f’idejk’ biex ngħin lil dawn in-nies u nagħtihom kuraġġ. Aħna s-Sorijiet ngħidu lill-poplu: ‘Dejjem ittamaw f’Alla’.
Sorijiet tal-Ħniena jieħdu ħsieb persuni refuġjati f’pajjiżhom stess
Aħna nitolbu ħafna mal-poplu għas-Sirja. Nitolbu magħhom kuljum, mat-tfal, mal-familji u mal-morda. Alla hu magħna f’din is-siegħa tal-prova”. Il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet tal-Ħniena ta’ Besançon tieħu ħsieb persuni f’Damasku li saru refuġjati
f’pajjiżhom stess minħabba l-gwerra. Meta x-xitwa kienet qed toqrob, is-Sorijiet talbu lill-Aid to the Church in Need (ACN) għall-għajnuna biex jixtru ġkieket sħan għal 2,000 tfal u ż-żgħażagħ. L-ACN qed tgħin lill-Kongregazzjoni f’dan l-iskop nobbli.
Il-Lvant Nofsani
Il-Prinċep Charles jagħti appoġġ lill-ACN Il-Prinċep Charles qed jagħti appoġġ għall-proġetti li qed twettaq l- Aid to the Church in Need (ACN) fil-Lvant Nofsani. Waqt riċeviment fid-Dar tal-Arċisqof f’Westminster dan l-aħħar, il-Prinċep Charles talab l-ACN tagħti aktar għajnuna “prattika” għall-Kristjani ppersegwitati u kompla biex faħħar lill-ACN, “organizzazzjoni verament eċċezzjonali” għax-xogħol li qed tagħmel. L-ACN qed tkompli twieġeb għallqagħda mwiegħra tal-Kristjani billi qed
tappoġġja 19-il programm ġdid t’għajnuna fis-Sirja u 11-il programm ġdid fl-Iraq. Dawn il-programmi ta’ solljiev qed jipprovdu għajnuna strumentali bit-tqassim ta’ ikel, mediċini, kenn u servizz pastorali lillKristjani tar-reġjun inklużi l-familji li qed jaħarbu mill-ISIS. Grazzi għall-ġenerożità tal-benefatturi li ħadu sehem fil-kampanja tal-Gifts of Faith setgħet tingħata għajnuna lit-tfal Sirjani u Iraqini refuġjati.