26
Il-Ħadd 20 ta’ Marzu, 2016
INTERNAZZJONALI Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org
Il-Brażil Is-Sena tal-Ħniena
30,000 ruħ jieħdu sehem f’mixja penitenzjali Patri Kapuċċin ta’ 95 sena mexa kważi ħames kilometri hu u jqarar Dan l-aħħar, matul “Mixja Penitenzjali” filBrażil, Patri Roberto, Kapuċċin Franġiskan ta’ 95 sena, mexa kważi ħames kilometri u fl-istess ħin kien qied iqarar. Aktar minn 30,000 persuna ħadu sehem f’din il-mixja ta’ ħames mili flArċidjoċesijiet ta’ Fortaleza u Salvador de Bahia fil-grigal tal-Brażil.
Ħafna mill-30,000 persuna mxew ħafjin u ġarrew slaleb żgħar bħala att ta’ penitenza. Salib kbir intrefa’ matul il-mixja f’Fortaleza biex jitfakkar kif Ġesù ġarr fuq spallejh it-toqol talumanità biex jifdiha. Wieħed mill-parteċipanti kkummenta fuq ilmidja soċjali: “Dan kien wieħed mill-mumenti l-aktar sbieħ li rajt illum. Dan l-eżempju ta’ fidi, imħabba u fedeltà lejn Alla, li Patri Roberto
L-Ażerbajġan
wera magħna llum kien prova tal-vera preżenza ta’ Alla f’qalbu. Jeħtieġ li nimxu fuq l-eżempju tiegħu!” Il-patri Kapuċċin twieled fil-belt ta’ Maracanaú (fl-Istat ta’ Ceará) fl-10 ta’ Settembru 1920, għammduh bl-isem ta’ Juari Magalhães de Sousa u fl-età ta’ 14-il sena daħal fl-Ordni tal-Kapuċċini u ħa l-isem ta’ Roberto. Hu ġie ordnat saċerdot fl-1944.
Benin
Il-fidi Kattolika qed tikber b’mod kostanti Il-Kristjaneżmu għandu għeruq antiki ħafna fl-Ażerbajġan li jmorru lura sażżmien meta nkitbu l-Vanġeli. Illum bejn 90 u 95 fil-mija talpopolazzjoni hi Musulmana u dik Kristjana bejn tlieta u erbgħa fil-mija li fil-maġġoranza huma tal-Knisja Ortodossa Russa. Hemm biss madwar 300 Kattoliku nattiv fil-pajjiż u parroċċa Kattolika waħda, Marija Immakulata f’Baku. Nhar ta’ Ħadd isiru tliet Quddisiet li jiġu ċċelebrati fil-knisja parrokkjali. Madankollu l-interess qed dejjem jikber u l-ħajja talKnisja qed tiżviluppa bil-mod iżda b’mod kostanti. Fl-Ażerbajġan ta’ kull sena qed ikun hemm madwar għaxar magħmudijiet. Iż-żjara li għamel San Ġwanni Pawlu II, Papa, fis-sena 2002 ġewwa l-Ażerbajġan
ġabet preżenza ġdida ta’ kuxjenza fil-pajjiż. Fl-2007, il-President Alijev ta biċċa art li fuqha nbniet il-knisja parrokkjali l-ġdida. Din l-art ingħatat b’kumpens għall-knisja li qerdet matul l-era Stalinista fis-snin tletin meta ħafna Kristjani, inkluż il-kappillan, inqatlu. Għaxar snin wara ż-żjara talPapa, bl-għajnuna tal-Aid to the Church in Need, infetaħ iċ-ċentru pastorali fil-kapitali, Baku. Is-saċerdot Fr Vladimir Fekete, li hu inkarigat mill-Prefettura Appostolika ta’ Baku, staqsa għall-għajnuna tal-Aid to the Church in Need għal seba’ saċerdoti oħra li qed jgħinuh fil-ħidma pastorali. Din issena l-Aid to the Church in Need qed terġa’ tgħinu bil-ġenerożità kbira tal-benefatturi li joffru l-elemożina tal-Quddies.
Il-Quddiesa tas-Solennità tal-Milied fil-Parroċċa Marija Immakulata, f’Baku
DR MARIO P. VELLA u l-familji (Tarxien) jagħtu offerta għall-ispejjeż ta’ din il-gazzetta biex il-ġid spiritwali li jinkiseb mill-qari tagħha jkun ta’ suffraġju għall-erwieħ għeżież tal-familji GATT u VELLA. Mulej, agħtihom il-mistrieħ ta’ dejjem.
Iċ-ċelebrazzjoni tal-Quddies ta’ nhar ta’ Ħadd fil-kappella li qed tintuża bħalissa
Il-komunità ta’ Kalele qed tikber ukoll Il-parroċċa San Pierre f’Kalale tinsab fil-grigal ta’ Benin mal-fruntiera tanNiġerja. Il-knisja parrokkjali nbniet fl-1990 u dak iżżmien kienet biżżejjed biex taqdi din il-lokalità. F’dawn l-aħħar 25 sena twieldu ħafna tfal u issa waslu biex jiffurmaw il-familji tagħhom. Kien hemm ħafna, sew kbar kif ukoll żgħażagħ, li xtaqu jitgħammdu. Għalhekk il-knisja saret żgħira wisq għal din il-komunità li qed tikber. Nhar ta’ Ħadd ħafna jkollhom joqogħdu barra biex jisimgħu l-Quddies. Il-knisja tintuża wkoll biex jgħallmu l-katekiżmu. Imma ħafna gruppi talkatekiżmu jkollhom jiltaqgħu barra għax ilknisja saret żgħira wisq.
Din hi parroċċa ħajja, fejn hemm Quddies kuljum kif ukoll saċerdoti lesti biex iqarru. Isiru wkoll laqgħat ta’ katekeżi u jkun hemm adorazzjoni kull nhar ta’ Ġimgħa. Is-saċerdoti jaqdu l-fidili li jinsabu fl-irħula li jagħmlu parti mill-parroċċa imma li jinsabu ’l bogħod miċ-ċentru. Normalment is-saċerdoti jmorru f’dawn l-irħula, imma meta jkun hemm xi festa – bħallMilied, is-sagrament talGriżma jew il-festa talpatrun tad-djoċesi – dawn imorru l-knisja parrokkjali ta’ Kalale. Dakinhar il-knisja vera tkun ippakkjata żżejjed. Dun Pasero, il-Kappillan, jixtieq ikabbar il-knisja u għalhekk l-Aid to the Church in Need se tgħinu jilħaq dan l-iskop.