18
Il-Ħadd 27 ta’ Marzu, 2016
INTERNAZZJONALI Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org
Il-Kristjani ppersegwitati għandhom bżonn l-għajnuna L-Aid to the Church in Need (Malta) (ACN) qed tniedi l-kampanja Il-Kristjani ppersegwitati għandhom bżonnok biex titqajjem kuxjenza dwar it-tbatija tal-Kristjani ppersegwitati u oppressi minħabba l-fidi tagħhom fi Kristu. L-ACN qed tistieden lil kulħadd isir konxju talqagħda mwiegħra u talħtiġiet urġenti ta’ ħutna fi Kristu li qed jgħixu l-mixja tas-Salib tagħhom u biex nirrispondu għall-messaġġ tagħhom: “Jekk jogħġobkom itolbu għalina. Nitolbukom tgħidu l-istorja tagħna. Jekk jogħġobkom għinuna nkomplu ngħixu”. Il-Kristjani fis-Sirja u l-Iraq qed jgħixu fil-biża’ ta’ attakki mmirati lejn il-knejjes, komunitajiet u familji. Mijiet ta’ eluf ta’ Kristjani jinsabu bla dar.
Il-Kristjani fis-Sirja sfurzati jitilqu minn djarhom bil-biża’ ta’ piena ta’ mewt jew ta’ ħtif
Huma jafdaw fil-Knisja biex tgħinhom u l-Knisja tafda fl-ACN u oħrajn. Waqt żjarat fl-Iraq u s-Sirja, membri tal-ACN iltaqgħu ma’ ħafna atti ta’ ġenoċidju mwettqa millISIS kontra l-Kristjani u minoranzi oħra. Hi sabet
evidenza li l-Kristjani ġew sfurzati jitilqu minn djarhom bil-biża ta’ piena ta’ mewt jew ta’ ħtif, inkluż ta’ membri tal-kleru u ta’ nies innoċenti, desakrazzjoni ta’ knejjes u simboli reliġjużi u diskors ta’ mibegħda. Tista’ żżur is-sit
L-INDJA
L-IRAQ
Ħelsien għal 1,000 priġunier Waqt il-15-il Assemblea Nazzjonali tagħhom f’Bangalore, il-Franġiskani Indjani ħabbru pjan nazzjonali biex jeħilsu mill-anqas elf priġunier taħt in-network ta’ Assoċjazzjoni tal-Familji Franġiskani talIndja - AFFI. Hemm madwar 50,000 reliġjużi Franġiskani (irġiel u nisa) fl-Indja b’54 Kongregazzjoni u f’164 Provinċja mifruxa
elettronika http://www. acnmalta.org/persecutedchristians-need-you/ u tagħti l-appoġġ tiegħek lil ħutna fi Kristu hemmhekk. Tista’ tgħin ukoll f’din il-kampanja bolli tqassam kopji ta’ fuljett ippubblikat apposta biex jiġi assigurat
li l-Maltin u l-Għawdxin ikunu aktar sensibbli u jagħtu daqqa t’id lil dawn ħutna fi Kristu. Bl-appoġġ u l-ġenerożità tiegħek, l-Aid to the Church in Need tkompli tgħin lil dawk li huma determinati li jibqgħu f’art twelidhom u sħaħ fil-fidi tagħhom. Bħalissa l-ACN qed tissusidja aktar minn 140 proġett ta’ emerġenza u pastorali fis-Sirja u l-Iraq waqt li tagħti importanza lill-familji spustjati u refuġjati fil-Lvant Nofsani. Hi tibqa’ isostni lil dawn il-komunitajiet Kristjani permezz tal-għajnuna tiegħek. L-ACN hi fondazzjoni pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta bħala fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.
madwar l-Indja. Dawn huma mdaħħla primarjament f’għajnuna mal-foqra u mal-emarġinati billi joffru servizzi għal diversi istituzzjonijiet edukattivi u tas-saħħa flimkien ma’ ħidmiet soċjali. Fost il-programmi varji t’animazzjoni, taħriġ u seminars, is-Superjuri Maġġuri ffukaw speċifikament fuq il-ħelsien talpriġunieri miżmuma l-ħabs fuq reati żgħar.
Imami Sunni Ingliżi jżuru postijiet attakkati mill-ISIS Grupp ta’ Imami Sunni Ingliżi għamlu l-ewwel żjara li qatt saret fl-Iraq minn mexxejja reliġjużi Musulmani Ingliżi biex jaraw x’qed isir fil-ġlieda kontra l-ISIS. Matul il-missjoni tagħhom, mifruxa fuq tmint ijiem, l-Imami li jirrappreżentaw diversi Moskej madwar ilpajjiż, żaru partijiet tal-pajjiż li qabel kienu taħt il-kontroll tal-ISIS fejn iltaqgħu wkoll ma’ għadd ta’ vittmi. L-għan taż-żjara kien li jiġbru informazzjoni li jistgħu jużaw kontra l-propaganda tal-ISIS fir-Renju Unit. Huma żaru Samarra u Tikrit kif ukoll Baghdad. Qabel, Tikrit kien taħt l-okkupazzjoni tal-ISIS waqt li l-belt ta’
Samarra kienet għal żmien twil fuq il-front bejn l-armata Iraqina u dik tal-ISIS. Huma jixtiequ jġibu Imami Sunni Iraqini fir-Renju Unit biex jitkellmu fil-Moskej dwar ir-realtajiet tal-ħajja f’żoni kkontrollati mill-ISIS u biex inaqqsu kemm jista’ jkun ix-xewqa ta’ żgħażagħ Musulmani Ingliżi li huma interessati li jissieħbu malISIS. Il-vjaġġ kien issussidjat parzjalment minn fondi tas-Santwarju tal-Imam Husayn f’Karbala li aktar kmieni din is-sena l-ISIS ipprovda jisplodih. Il-bqija tal-finanzjament għamlet tajjeb għalih l-komunità Musulmana fir-Renju Unit.
Il-Familja SCIORTINO minn Ħ’Attard, SR TESSIE, O.P., JANE, JOSEPH, ANTHONY, u n-nisa tagħhom rispettivi, Mary u Mary Ann, u l-armla ta’ ħuha Michael, Sylvia, uliedhom u wlied uliedhom, jagħtu offerta għallispejjeż ta’ din il-gazzetta biex il-ġid spiritwali li jinkiseb millqari tagħha jkun ta’ suffraġju għal ruħ oħthom SR MARIA SCIORTINO, SNJM, li marret tiltaqa’ mal-Mulej, nhar id29 ta’ Marzu 2013. Mulej, agħtiha l-mistrieħ ta’ dejjem.