ACN (Malta) - LEĦEN IS-SEWWA - Il-Ħadd 3 ta’ April, 2016

Page 1

26

Il-Ħadd 3 ta’ April, 2016

INTERNAZZJONALI Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org

Is-Sirja

In-Niġerja

66 fil-mija tal-Kristjani Sirjani Islamisti radikali qatlu mal-500 telqu mill-pajjiż Kristjan kull xahar Antoine Audo, l-Isqof Kattoliku ta’ Kaldew fis-Sirja, wissa li mindu beda l-konflitt f’Marzu 2011 żewġ terzi talKristjani telqu mill-pajjiż li hu mifni millgwerra. Dan ifisser li madwar miljun Kristjan ħarbu mis-Sirja. Hu qal li kien hemm qrib il-1.5 miljun Kristjan fis-Sirja fl-2011 iżda ħames snin wara baqa’ biss madwar 500,000. L-Isqof Audo żvela li madwar 40,000 minn 160,000 persuna tal-komunità Kristjana fil-belt ta’ Aleppo baqgħu jgħixu fis-Sirja u dawn, tul daż-żmien kollu, kellhom

joqogħdu għall-bumbardamenti tal-massa u għal tant tbatijiet oħra. “Ma tistgħux timmaġinaw il-perikli li nħabbtu wiċċna magħhom ta’ kuljum”, stqarr Audo. Il-Kristjani u miljuni ta’ ċivili Sirjani oħra telqu mill-pajjiż biex jaħarbu l-gwerra ċivili li hemm bejn il-Gvern tal-President Bashar al-Assad u d-diversi gruppi ribelli Islamiċi, inkluż l-ISIS, li qed jippruvaw ineħħuh millpoter. Audo qal li filwaqt li l-Kristjani sinjuri setgħu jaħarbu, “il-klassijiet tan-nofs ftaqru waqt li l-foqra qed jgħixu f’miżerja”.

L-Iraq

Il-kappella Marija Verġni fil-kamp tar-refuġjati f’Erbil fejn is-seminaristi se jiġu ordnati djakni

Erba’ seminaristi se jiġu ordnati Djakni f’kamp tar-refuġjati Wara li s-seminarju ta’ San Ephraim f’Qaraqosh ingħalaq u s-seminaristi kollha kienu mġiegħla jaħarbu kawża ta’ attakk brutali mill-ISIS, erba’ seminaristi baqgħu determinati li ma jċedux u komplew triqthom għas-saċerdozju. L-erba’ seminaristi Iraqini ntbagħtu biex itemmu l-istudji tagħhom fis-seminarju ta’ Al-Sharfa, f’Harissa, il-Libanu. Issa,

sena u nofs wara l-attakk li minħabba fih kellhom jaħarbu minn djarhom, dawn se jkunu ordnati djakni. Għaċ-ċerimonja għażlu kappella f’kamp tar-refuġjati f’Erbil. Billi s-seminarju f’Qaraqosh ingħalaq, l-uniku seminarju li fadal miftuħ fl-Iraq u li jipprovdi formazzjoni għas-saċerdoti djoċesani fil-pajjiż hu dak ta’ San Pietru Patrijarkali tal-Patrijarkat Kaldew f’Erbil.

Talb għall-Insara ppersegwitati Kif ħeġġiġna l-Papa Franġisku fil-messaġġ tiegħu ta’ Ħadd il-Għid, aħna għandna ndaħħlu fit-talb tagħna lil dawk ħutna li qed jiġu ppersegwitati fil-Lvant Nofsani, fl-Afrika u madwar id-dinja biex il-Mulej isaħħaħhom fil-fidi. Nitolbu wkoll għall-persekuturi biex il-Mulej jagħtihom id-dawl u l-grazzja tiegħu ħalli ma jkomplux iwettqu dan it-terrur biex b’hekk ħutna jgħixu fil-paċi u fid-dinjità li jixiriqulhom.

XIRKA TAL-ISEM IMQADDES TA’ ALLA It-53 Kungress Djoċesan taxXirka tal-Isem Imqaddes ta’ Alla li jsir fil-parroċċa San Pietru u San Pawl in-Nadur il-Ħadd, 10 ta’ April. Il-korteo jibda fil-5 p.m. minn Triq il-Knisja (ma’ Triq Pio Cellini) għall-knisja fejn isir l-għeluq tal-Kungress.

F’serje ta’ attakki fl-aħħar xahar, raħħala radikali Fulani Musulmani qatlu kważi 500 bidwi Agatu fil-parti Kristjana fl-istat ta’ Benue fin-Niġerja ċentrali. Aktar minn 300 persuna nqatlet fl-ewwel ġimgħa u 7,000 raħħal sfaw imneħħija minn djarhom. Persuna minn waħda mill-komunitajiet Kristjani affettwati qalet: “Irħula sħaħ inħarqu għalkollox mir-raħħala Fulani. Instabu katavri indentifikabbli ta’ dawn il-Kristjani u nsterqu wkoll il-proprjetajiet minn dawn il-Fulani. “Ma nistax nemmen lillgħajnejja!” Stephen Enada, avukat, li qed jagħmel kampanja kontra l-qtil tal-poplu Agatu, qal: “Għandna katavri mxerrdin mal-għelieqi għax dawk li ma nqatlux, huma wisq imbeżżgħa li jiġu lura biex jidfnu l-mejtin tagħhom. Dan minħabba li l-aggressuri għadhom qed jistaħbew fil-villaġġi Kristjani”.

Għalkemm hemm konflitti storiċi fir-reġjun fuq drittijiet tal-proprjetà tal-art fejn jirgħu l-baqar kontra dawk il-bdiewa li jridu jaħdmuha, avukat tad-drittijiet talbniedem Emmanuel Ogebe jemmen li hemm mottiv reliġjuż wara dawn l-attakki bin-nies radikali li jemmnu fil-Jihad biex jieħdu f’idejhom dawn l-irħula. Il-mexxejja Fulani akkużaw lill-bdiewa Agatu bil-qtil ta’ 10,000 baqra. Iżda r-raħħala lokali jiċħdu dan. Huma jsostnu li lanqas għandhom il-mezzi biex joqtlu dak in-numru hekk kbir ta’ baqar u li trid ġimgħat biex toqtol din il-kwantità u aktar minn hekk, bl-iskeletri tal-baqar tħammeġ il-belt ta’ Agatu. Dawn l-attakki komplew minkejja li l-President tal-pajjiż, Muhammadu Buhari, esprima dan ix“xokk profond” għal din il-vjolenza filwaqt li ordna investigazzjoni.

L-Ukrajna

Il-Papa faħħar lill-Kattoliċi Ukreni-Griegi Il-Papa Franġisku faħħar lill-membri tal-Knisja Kattolika Ukrena-Griega (UGCC) u qal li dawn kienu “xhieda ta’ tama bla waqfien” fi Kristu minkejja li għaddew minn għexieren ta’ snin ta’ tbatijiet. Il-UGCC hi l-akbar fost il-Knejjes Kattoliċi tal-Lvant b’madwar 4.2 miljun persuna Kattolika, prinċipalment fl-Ukrajna. Il-Papa Franġisku ltaqa’ mal-mexxejja talUGCC fl-okkażjoni tas-70 anniversarju tal-psewdoSinodu ta’ Lviv tal-1946, kunsill orkestrat mir-reġim ta’ Josef Stalin bħala parti mill-assorbiment bilforza tal-UGCC fil-Knisja Ortodossa Russa li “kkawża

ħafna snin ta’ tbatija għallKattoliċi kollha”. L-Isqfijiet kollha talUGCC, mijiet ta’ membri tal-kleru u għexieren ta’ eluf ta’ Kattoliċi kienu mitfugħin il-ħabs filwaqt li l-proprjetà kollha talKnisja ġiet trasferita lillKnisja Ortodossa Russa jew ikkonfiskata għal użu mhux reliġjuż. Il-Papa Franġisku esprima l-gratitudni profonda tiegħu lejn “dawk, li akkost ittbatija u anki l-martirju, komplew jagħtu xhieda ta’ fidi” u kienu ta’ kuraġġ għall-Ukreni l-oħra biex ikunu “xhieda bla waqfien ta’ tama li tagħmel l-eżistenza tagħna u dik ta’ ħutna tkun aktar imdawla”.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.