ACN (Malta) - LEĦEN IS-SEWWA - Il-Ħadd 10 ta’ April, 2016

Page 1

6

INTERNAZZJONALI

Il-Ħadd 10 ta’ April, 2016

Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org

L-Afrika Id-Daughters of the Resurrection

Raġġ ta’ tama qalb it-tbatija Matul il-ġenoċidju tar-Rwanda tal-1994 ħafna mis-Sorijiet tal-Kongregazzjoni Daughters of the Resurrection inqatlu filwaqt li oħrajn tkeċċew, ilkunventi tagħhom insterqu u sfaw maħruqa.

F’Jannar tal-1998 sitt Sorijiet tal-istess Kongregazzjoni nqatlu bix-xwabel filwaqt li s-seba’ waħda baqgħet ħajja iżda bi ġrieħi gravi. F’Awwissu tal-istess sena ġellieda ribelli f’Kasika, fir-Repubblika Demokratika tal-Lvant talKongo, qatlu tliet sorijiet oħra flimkien ma’ saċerdot u aktar minn 70 parruċċan. F’Awwissu tal-2009, flistess reġjun, ir-ribelli qatlu tliet sorijiet, saċerdot u 20 parruċċan. Għal bosta drabi s-sorijiet kienu sfurzati jaħarbu iżda kull darba rritornaw “biex inkunu fost niesna”, qalet Madre Pétronelle, is-

Superjura tagħhom. Dawn is-sorijiet qed juru lill-poplu Afrikan li arthom għandha futur. Huma jagħtu eżempju bil-ħidma iebsa li jwettqu fl-oqsma agrikoli. Huma jgħinu wkoll lill-pazjenti morda bl-AIDS, jaħdmu fi sptarijiet u kliniki, jgħallmu l-ommijiet u liż-żgħażagħ l-iġjene u n-nutrizzjoni u jgħallmu lin-nisa l-ħjata u kif jieħdu ħsieb it-tfal żgħar fil-kindergartens. Huma jitimgħu ’l fuq minn 5,000 persuna kuljum u b’hekk isalvaw bosta nies milli jmutu bil-ġuħ. Jieħdu ħsieb ukoll saċerdoti morda u anzjani, jagħtu taħriġ

L-Indja

reliġjuż u jorganizzaw gruppi ta’ talb. Din issena l-Kongregazzjoni se tiċċelebra l-anniversarju taddeheb. L-idea tat-twaqqif ta’ komunità reliġjuża Afrikana awtentika ġiet minn Soru

missjunarja Belġjana, Madre Hadewych, filwaqt li Fr. Werenfried, il-fundatur tal-Aid to the Church in Need, għenhom mill-bidu u hu mfakkar sal-lum bħala “Papa Founder”. Mingħajr

dan l-appoġġ kostanti u l-għajnuna tal-Aid to the Church in Need, l-Afrika kienet tkun imċaħħda millpreżenza ta’ dawn il-mitejn soru li qed jiżirgħu t-tama qalb it-tbatija.

Bangladesh

L-Isqfijiet jħeġġu lill-Gvern biex jgħin ħalli jinstab Fr Tom

Wara x-xnigħat li Fr Tom Uzhunnalil ġie ttorturat u msallab nhar il-Ġimgħa l-Kbira, l-Isqfijiet Indjani kitbu lill-Prim Ministru ta’ pajjiżhom “jitolbu l-intervent urġenti tiegħu biex jiżgura s-sigurtà ta’ Fr Tom” u ħeġġewh jagħmel sforz akbar ħalli jinstab dan is-saċerdot. Ix-xnigħat tal-“aħbarijiet makabri” kemm f’pajjiżhom kif ukoll barra mill-pajjiż wasslu għal niket kbir u tħassib fuq kulħadd. “Dan se jkun fl-aħjar interess ta’ pajjiżna biex iżidu l-isforzi ħalli jivverifikaw jekk hemmx verità f’dawn ix-xnigħat tant inkwetanti”. L-Isqof Paul Hinder, il-Vigarju Appostoliku tal-Arabja Sawdita (li jinkludi t-territorju tiegħu fejn iservi Kattoliċi flEmirati Għarab Magħquda, l-Oman u l-Jemen) qal li hu għandu “indikazzjonijiet qawwija li Fr Tom għadu

Għal bosta drabi s-sorijiet kienu sfurzati jaħarbu

ħaj u jinsab f’idejn dawk li ħatfuh” iżda ma jistax jagħti aktar informazzjoni biex jipproteġi l-ħajja tassaċerdot. Peress li Fr Tom inħataf waqt l-attakk brutali tal-4 ta’ Marzu f’dar tax-xjuħ fejn inqatlu 16-il persuna fosthom erba’ sorijiet, diversi blogs u rapporti talmidja qalu li Fr Tom issallab minn militanti tal-Istat Islamiku nhar il-Ġimgħa l-Kbira. Madankollu, ma kien hemm l-ebda konferma tal-avveniment mill-ħbieb, il-familja jew il-komunità ta’ Fr Tom.

Taħriġ għal voluntiera lajċi fiċĊentru Pastorali ta’ Mymensingh

Il-Kattoliċi jirrappreżentaw biss minoranza żgħira fil-Bangladesch li hi aktar minn 90 fil-mija Musulmana. 200,000 minn 144 miljun persuna biss huma Kattoliċi.

Il-Kristjaneżmu f’Bangladesh għadu qed jiżviluppa. Fir-reġjun ta’ Mymensingh, per eżempju, il-Knisja ilha preżenti għal madwar mitt sena biss u d-djoċesi tal-istess isem ġiet stabbilita fl-1987. Problema ewlenija għall-Knisja f’Bangladesh hi n-nuqqas ta’ saċerdoti. Il-Kattoliċi huma mifruxa f’żona wiesgħa u f’ħafna postijiet saċerdot jista’ jżur l-istess post darbtejn fis-sena biss. Minkejja dan, il-Knisja

hi ħajja u dinamika billi għandha ħafna għajnuna min-nisa reliġjużi u l-lajċi. Id-djoċesi ta’ Mymensingh waqqfet programm ta’ tliet snin li jgħin fit-taħriġ tagħhom. Il-korsijiet ikopru l-liturġija, id-devozzjoni lejn l-Ewkaristija u l-Madonna, it-talba tar-Rużarju fil-familji u l-inkulturazzjoni tal-Knisja l-aktar fil-kultura indiġena tal-grupp etniku Garo. Għall-korsijiet kull parroċċa mill-15-il waħda

tad-djoċesi se tibgħat saċerdot, reliġjuża jew brother reliġjuż, żewġ katekisti, għalliem u rappreżentant taż-żgħażagħ. L-ispiża ta’ dan ilprogramm hi ferm aktar minn kemm tista’ tħallas id-djoċesi u l-parteċipanti. L-Aid to the Church in Need qed tgħin b’kontribuzzjoni għall-ikel, l-akkomodazzjoni, spejjeż tal-ivvjaġġar, materjal edukattiv u l-ispejjeż bażiċi ta’ dawk li se jmexxu l-kors.

Il-Pakistan Karozza għall-parroċċa ta’ Khaneval

Id-djoċesi ta’ Multan hi mifruxa f’aktar minn 38,000 mil kwadru. It-territorju taddjoċesi għandu popolazzjoni ta’ madwar 7.5 miljun ruħ li minnhom 200,000 huma Kattoliċi.

Id-djoċesi hi maqsuma fi 18-il parroċċa mifruxa f’żoni kbar ħafna. Sfortunatament, is-sena l-oħra, wieħed mis-saċerdoti kellu inċident bil-karozza li Fr Malik juża wkoll.

Mingħajr karozza, ixxogħol pastorali f’dal-post hu impossibbli li jitwettaq. L-Isqof Travas talab f’appell urġenti l-għajnuna lill-Aid to the Church in Need li se tgħinu għal dan il-għan.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.