ACN (Malta) - LEĦEN IS-SEWWA - Il-Ħadd 17 ta’ April, 2016

Page 1

6

Il-Ħadd 17 ta’ April, 2016

INTERNAZZJONALI Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org

Il-Perù

Għajnuna biex titjieb il-librerija tas-seminarju fid-djoċesi ta’ Huacho Il-Knisja Kattolika fil-Perù teħtieġ b’urġenza aktar saċerdoti. Għalkemm madwar 88 fil-mija talpopolazzjoni jsejħu lilhom infushom Kattoliċi ħafna minnhom mhumiex prattikanti. Madankollu hemm ftit saċerdoti disponibbli biex ilaħħqu mal-ħidma pastorali. B’dankollu hemm lok għallottimiżmu billi l-għadd ta’ vokazzjonijiet qed jiżdied. Id-djoċesi ta’ Huacho fetħet seminarju fl-2011 li fih, kull sena, aktar u aktar irġiel żgħażagħ qed jieħdu formazzjoni għas-saċerdozju. Din id-djoċesi hi wkoll attiva ħafna fil-promozzjoni ta’ ħidma b’risq il-vokazzjonijiet u din qed tħalli l-frott. Bħalissa hemm kważi 60

seminarista li qed jieħdu formazzjoni fis-seminarju. Barra minn hekk, hemm madwar 20 lajk li qed jitħejjew biex iservu filKnisja. Matul is-snin li għaddew l-Aid to the Church in Need għenet għallformazzjoni tas-seminaristi. Iżda s-seminarju għandu bżonn ukoll librerija mgħammra sew biex din tħalli l-ġid spiritwali mixtieq. Ir-Rettur tas-seminarju, Fr E berth Carranza Segura, talab l-għajnuna tal-Aid to the Church in Need. Hu bagħat lista twila ta’ kotba li s’issa s-seminarju għad m’għandux. L-Aid to the Church in Need, bilġenerożità tal-benefatturi madwar id-dinja u f’Malta, qed tgħin għal dan il-għan.

L-Aid to the Church in Need għenet għall-formazzjoni tas-seminaristi

Il-Palestina

Il-Greċja

Il-Papa żar l-immigranti Fost fdalijiet ta’ 1,500 sena ilu Instab simbolu antik fuq il-gżira Griega ta’ Kristu Lesbos

Il-Papa Franġisku li għamel ilproblema tal-immigrazzjoni prijorità tal-Papat tiegħu żar il-gżira Griega, Lesbos ilbieraħ. Lesbos saret speċi ta’ kamp għallimmigranti li qed ifittxu ħajja aħjar fl-Unjoni Ewropea. Attwalment fuq din il-gżira hemm 3,560 immigrant. Waqt din iż-żjara l-Papa kien akkumpanjat mill-Patrijarka Ekumeniku ta’ Kostantinopli Bartholomew I, il-mexxej spiritwali tal-Knisja Ortodossa u minn Ieronymos II, il-mexxej spiritwali tal-Knisja Ortodossa Griega. Il-Prim Ministru Grieg Alexis Tsipras se jakkumpanja l-mexxejja reliġjużi. L-iskop taż-żjara kien li jiffoka fuq il-qagħda ‘kritika’ tal-immigranti u biex dawn jiġu nkuraġġuti. Hu

ried iqajjem kuxjenza għal “rispons xieraq tas-sitwazzjoni kritika tarrefuġjati”. Uffiċjal tal-Vatikan qal li l-immigrazzjoni kienet b’mod ċar suġġett li l-Papa Arġentin – iben immigrant Taljan – li jrid ikompli jiġbed l-attenzjoni fuq din ilproblema. Iż-żjara saret jiem wara li immigranti fil-Greċja ntbagħtu lura lejn it-Turkija bi ftehim mal-Unjoni Ewropea. Dan l-att ġie kkritikat millVatikan u ma ġiex aċċettat minn gruppi tad-drittijiet tal-bniedem bħala wieħed mhux prattiku u jħalli suspett legali. Iż-żjara serviet ukoll ta’ ċanfira lill-mexxejja Ewropej fuq il-politika żbaljata dwar ir-refuġjati.

Talb għall-Insara ppersegwitati

Kif ħeġġiġna l-Papa Franġisku fil-messaġġ tiegħu ta’ Ħadd il-Għid, aħna għandna ndaħħlu fit-talb tagħna lil dawk ħutna li qed jiġu ppersegwitati fil-Lvant Nofsani, fl-Afrika u madwar id-dinja biex il-Mulej isaħħaħhom fil-fidi. Nitolbu wkoll għall-persekuturi biex il-Mulej jagħtihom id-dawl u l-grazzja tiegħu ħalli ma jkomplux iwettqu dan it-terrur biex b’hekk ħutna jgħixu fil-paċi u fid-dinjità li jixiriqulhom.

Il-Ministeru Palestinjan għatTuriżmu u l-Antikitajiet ħabbar li nstab simbolu Grieg antik ta’ Kristu fil-fdalijiet ta’ knisja Biżantina f’Gaża. Dan is-simbolu jmur lura għal madwar 1,500 sena ilu. Il-ħaddiema tal-kostruzzjoni kixfu segmenti ta’ pilastri tal-irħam b’tiżjin fil-kaptelli tal-arkitettura Korinta, qrib il-ġebla ewlenija tal-pedament ta’ madwar 90 ċentimetru u din fiha s-simbolu Grieg ta’ Kristu. Ilħaddiema tal-kostruzzjoni kienu qed iħaffru biex jagħmlu l-pedamenti għall-bini ta’ ċentru tax-xiri iżda issa x-xogħlijiet jistgħu jitwaqqfu jekk se jsiru aktar skavi u jinstabu aktar fdalijiet antiki. “L-ewwel ħsieb tagħna hu li s-sit hu x’aktarx ta’ katidral jew knisja mill-perijodu Biżantin”, qal Jamal Abu Rida, id-Direttur Ġenerali tal-

Ministeru tal-Antikitajiet fl-Istrixxa ta’ Gaża. Hu ammetta li l-Ministeru m’għandux ir-riżorsi neċessarji biex ikompli jħammel is-sit sew kif inhu meħtieġ għax jinħtieġu mijiet ta’ ħaddiema u miljuni ta’ dollari biex iwettqu t-tħaffir xieraq ħalli jinkixfu l-fdalijiet u jinqraw it-testi miktuba fuqhom. Madankollu, il-Ministeru ried li “tiġi ppreservata l-istorja Palestinjana qabel u wara l-Islam”. Gaża hu post ta’ sinifikat storiku kbir fejn fil-passat kienu jgħixu fih diversi popolazzjonijiet Griegi, Rumani, Lhud, Eġizzjani u Persjani matul il-perjodu Ruman. Il-knejjes Kristjani bdew jinbnew fl-aħħar tar-raba’ u l-ħames seklu, qabel marreġjun waqa’ taħt il-ħakma tal-Islam fis-sena 637 AD.

SINA SAMMUT flimkien ma’ ħutha tagħmel offerta għallispejjeż ta’ din il-gazzetta biex il-ġid spiritwali li jinkiseb mill-qari tagħha jkun ta’ suffraġju għar-ruħ għażiża tal-mamà tagħhom BEATRICE SAMMUT li mietet fid-19 ta’ April 2000 u ta’ ħuha FR ANTON SAMMUT (Missjunarju fil-Brażil) li miet fis-16 ta’ April 1977. Mulej, agħtihom il-mistrieħ ta’ dejjem.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.