ACN (Malta) - LEĦEN IS-SEWWA - Il-Ħadd 24 ta’ April, 2016

Page 1

6

Il-Ħadd 24 ta’ April, 2016

INTERNAZZJONALI Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org

L-Italja

Solidarjetà mal-Kristjani Martri

Bl-inizjattiva tal-Aid to the Church in Need tal-Italja, nhar il-Ġimgħa 29 t’April fit-8 p.m. il-Fontana di Trevi f’Ruma se tinxtegħel bil-kulur aħmar – simbolu tad-demm li xerrdu ħutna ppersegwitati li mietu martri. Ħafna għaqdiet se jieħdu sehem f’din l-okkażjoni li bħalha qatt ma saret qabel. Il-Kardinal Mauro Piacenza, il-President Internazzjonali tal-Aid to the Church in Need, se jinawgura dan l-avveniment.

L-Italja

Iċ-Ċina

Il-Papa Franġisku appella għall-ħelsien ta’ saċerdot maħtuf

Pastor arrestat għax ipprotesta kontra t-tneħħija ta’ slaleb

Il-Papa Franġisku appella għallħelsien ta’ saċerdot Salesjan maħtuf, Fr Tom Uzhunnalil, u l-persuni kollha li jinsabu miżmumin f’reġjuni ta’ kunflitt. “Aħwa għeżież, bit-tama mogħtija lilna minn Kristu Rxoxt, nerġa’ nġedded l-appell tiegħi għall-ħelsien tal-persuni maħtufa kollha f’żoni ta’ kunflitt”, qal il-Papa lill-folla fi Pjazza San Pietru għat-talba tar-Regina Coeli. “B’mod partikolari, nixtieq li niftakar fis-saċerdot Salesjan, Tom Uzhunnalil li nħataf f’Aden, ilJemen, fl-4 ta’ Marzu”. Fr Uzhunnalil, ċittadin Indjan, ix-xahar li għadda nħataf minn erba’ persuni armati meta attakkaw dar

Il-Gvern Ċiniż ħeles mill-ħabs lil Rev. Gu Yuese qabel il-laqgħa bejn il-President Xi Jinping u l-President Barack Obama. Rev. Gu hu l-ex-mexxej tal-Knisja Chongyi f’Hangzhou, l-akbar Knisja sanzjonata mill-gvern fil-pajjiż. Il-mexxej tal-hekk imsejħa l-akbar Knisja tqiegħed taħt “sorveljanza residenzjali” wara l-ħelsien tiegħu. B’hekk hu mhuwiex kompletament ħieles s’issa. Regoli restrittivi jfissru li hu mhux se jitħalla joħroġ middar tiegħu jew ikellem lil xi ħadd. Hu jista’ saħansitra jispiċċa f’dak li jissejjaħ “ħabs iswed”. Rev. Gu inżamm f’detenzjoni għal kważi tliet xhur talli tkellem kontra l-kampanja tal-gvern dwar it-twaqqi-

tal-anzjani li hi mmexxija millMissjunarji tal-Karità. Huma qatlu 16-il persuna, fosthom erba’ sorijiet Missjunarji tal-Karità. L-attakki huma maħsuba li twettqu minn terroristi Islamiċi għalkemm l-ebda grupp għadu ma ħa r-responsabbiltà għal dan l-attakk. Kemm l-Istat Islamiku kif ukoll al-Qaeda għandhom preżenza fiżżona. Matul il-Ġimgħa Mqaddsa xterdu xnigħat li Fr Uzhunnalil ssallab nhar il-Ġimgħa l-Kbira. Madankollu, aktar tard ġie żvelat mill-Gvern talIndja u mill-Isqfijiet li s-saċerodot maħtuf kien ħaj u li l-isforzi kienu għaddejjin biex ikun żgurat ir-ritorn tiegħu.

għ tas-slaleb minn fuq il-knejjes li issa ilha għaddejja sa mill-ħarifa tal2014. Għaqdiet tad-Drittijiet tal-Bniedem u dawk li jaħdmu favur il-Libertà Reliġjuża jemmnu li l-gvern Ċiniż qed ineħħi s-slaleb minn fuq il-knejjes bħala parti minn kampanja biex irażżan il-mewġa tal-Kristjaneżmu fiċ-Ċina li tant qed jiżdied. “It-tmexxija ewlenija fiċ-Ċina hi dejjem aktar imħassba dwar iż-żjieda ma taqta’ xejn tal-fidi Kristjana u l-preżenza tagħha fil-pubbliku u l-influwenza soċjali tagħha,” qal Bob Fu, Fundatur u President taċ-China Aid. “Din hi biża’ politika tal-Partit Komunista għax in-numru tal-Kristjani fil-pajjiż hu ferm akbar minn dak tal-membri tal-Partit”, żied Fu.

Ir-Russja

Knejjes Russi u Kattoliċi jagħmlu flimkien lista tal-knejjes meqruda fis-Sirja

Il-Patrijarkat ta’ Moska u l-Knisja Kattolika Rumana se jagħmlu ħilithom kollha biex jerġgħu jibnu l-knejjes Kristjani fis-Sirja, qal id-Dipartiment tarRelazzjonijiet Esterni tal-Knisja Ortodossa Russa. “Il-ħtieġa li ssir lista dettaljata ta’ knejjes u monasteri Kristjani li nqerdu jew ġarrbu ħsarat matul il-gwerra tas-Sirja - u t-tisħiħ

tax-xhieda Kristjana konġunta tattraġedja Sirjana ġew rikonoxxuti bħala waħda mill-akbar prijoritajiet immedjati,” qalet il-Knisja Russa fuq is-sit elettroniku tagħha wara li delegazzjoni konġunta taż-żewġ Knejjes żaru s-Sirja u l-Libanu. Id-delegazzjoni inkludiet lillArċisqof Paolo Pezzi, il-Kap tal-Knisja Kattolika Rumana

f’Moska, lil Hieromonk Stefan (Igumnov) li hu responsabbli mir-relazzjonijiet inter-Kristjani tal-Knisja Ortodossa Russa u lirrappreżentanti tal-Aid to the Church in Need li hi Fondazzjoni Pontifiċja Internazzjonali ta’ Karità. Rappreżentanti taż-żewġ Knejjes għamlu konsultazzjonijiet malmexxejja tal-fidi lokali u żaru kampijiet tar-refuġjati.

“Hu magħruf sew li t-traġedja tal-Lvant Nofsani, li kkawżat tbatija lir-rappreżentanti ta’ diversi denominazzjonijiet Kristjani u gruppi oħra, u l-ħtieġa li jittieħdu passi urġenti biex itejbu s-sitwazzjoni kienu fiċ-ċentru ta’ diskussjoni f’Havana waqt laqgħa bejn il-Papa Franġisku u l-Patrijarka Kirill ta’ Moska fi Frar li għadda”, qal il-kelliem.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.