6
Il-Ħadd 1 ta’ Mejju, 2016
INTERNAZZJONALI Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org
Is-Sirja
L-Ekwador
Kunvent meqrud u sorijiet imutu kawża ta’ terremot Soru u ħames novizzi tal-Kongregazzjoni tas-Servants of the Home of the Mother mietu fit-terremot li seħħ fl-Ekwador dan l-aħħar.
Sirjani li ħarbu huma mbeżżgħa li l-IS jistgħu jerġgħu jiġu
Il-poplu beżgħan li l-IS jerġgħu lura
Għalkemm l-Istat Islamiku nstaq ’il barra mill-belt Sirjana ta’ Al Qaryatayn hu improbabbli li ħafna Kristjani jmorru lura.
Fr Jihad Youssed, mill-Komunità ta’ Al-Khalil, Ordni Reliġjuż Kattoliku lokali, qal f’intervista malAid to the Church in Need (ACN) li “r-residenti kemm Kristjani kif ukoll Musulmani li ħarbu huma mbeżżgħa li l-IS jistgħu jerġgħu jiġu”. “Ir-ritorn tal-persuni li ħarbu misSirja jiddependi wkoll minn kemm żmien il-belt se tibqa’ żona militari. Barra minnhekk, l-infrastruttura bħall-provista tal-ilma u l-elettriku ġiet fil-biċċa l-kbira tagħha meqruda. Barra dan, ħafna min-nies m’għadhomx jgħixu fis-Sirja iżda ħarbu lejn pajjiżi oħra”. L-armata Sirjana kienet
f’pożizzjoni li tirkupra l-belt wara li sfat okkupata mill-milizzja ta’ terrur sa mill-bidu t’Awwissu li għadda. Minbarra Fr Jacques Mourad, monaku u ħabibu li kienu diġà nħatfu f’Mejju u nħelsu f’Ottubru, kultant numri kbar ta’ Kristjani minn Al Qaryatayn kienu qed jinżammu ostaġġi mill-IS. Ħafna mir-residenti tal-belt issa ħarbu. Partijiet mill-monasteru ta’ Mar Elian tal-Komunità ta’ Mar Musa nqerdu immedjatament wara li l-belt kienet maqbuda. Ritratti maħruġa mill-IS fuq il-media soċjali wrew gafef iġarrfu l-kumpless li partijiet minnu jmorru lura għas-seklu ħamsa.
Il-Kongregazzjoni għandha tlett idjar fl-Ekwador, waħda f’Guayaquil, waħda f’Chone u t-tielet waħda f’Playa Prieta li nqerdet fit-terremot. Suor Beatriz tiddeskrivi dak li ġara. Suor Estela, meta ħasset itterremot, telqet lejn il-kappella biex tneħħi s-Sagrament mit-tabernaklu. Hekk kif waslet hemm, il-kappella sfrondat u hi waqgħet mal-art fissular ta’ taħt. “Hi ppjanat li tirkupra lill-Mulej qabel issalva ħajjitha stess u l-Mulej salva tagħha”, qalet Suor Beatriz. Suor Estela baqgħet ħajja u ttieħdet f’ċentru mediku. L-ewwel aħbar li smajna kienet li Suor Therese instabet ħajja blgħaksa miksura. Is-Superjura talKomunità kienet salvata mit-tifrik minn ħaddiema tas-salvataġġ. Hi
kisret biss sieqha. Is-sorijiet l-oħra kienu ħajjin bi ġrieħi żgħar. Aktar tard instab il-ġisem tan-novizza Jazmina u ftit sigħat wara l-iġsma ta’ Sister Clare u tal-erba’ novizzi. Sagrada Familia, skola reliġjuża f’Playa mmexxija mis-Sorijiet, tipprovdi edukazzjoni u taħriġ reliġjuż għal aktar minn 400 żagħżugħ u żagħżugħa lokali. Fortunatament, billi kienet vaganza, il-bini kien vojt. Is-Sorijiet jagħmlu wkoll xogħol umanitarju importanti b’mod partikolari wara l-għargħar kbar li reċentement qerdu l-inħawi. Id-dar tas-sorijiet kienet fittieni sular tal-bini tal-iskola. Waqt it-terremot erba’ sorijiet u seba’ postulanti Ekwadorjani kienu ġewwa l-bini. ara wkoll paĠna 18
L-Ingilterra
MPs Ingliżi favur li azzjonijiet tal-IS jiġu rikonoxxuti bħala ġenoċidju
Il-Membri Parlamentari vvutaw b’maġġoranza kbira favur irrikonoxximent tat-trattament talKristjani u minoranzi oħra mill-Istat Islamiku bħala ġenoċidju. Il-Membru Parlamentari Kristjana, Fiona Bruce, li ressqet il-mozzjoni fil-House of Commons tistieden lillKunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti biex iressaq membri tal-IS quddiem il-ġustizzja għar-reati li wettqu li jinkludu l-qtil tal-massa u l-jasar li għandu x’jaqsam mas-sess. Waqt id-dibattitu, Fiona Bruce
qalet li “l-ġenoċidju hu kelma ta’ gravità tant kbira, t’implikazzjonijiet u storja, li qatt m’għandha tintuża kif ġieb u laħaq. Din il-kelma hi ġustament magħrufa bħala “r-reat fuq ir-reati kollha”. Għal din irraġuni, hu d-dmir tagħna lkoll li ma nużawx dan it-terminu b’mod li jitnaqqaslu l-veru sinifikat tiegħu. “Imma, avolja wieħed irid joqgħod attent kif juża din il-kelma, dan m’għandux iwaqqafna milli nsejħu ġenoċidju fejn ikun tabilħaqq qed iseħħ”, sostniet Fiona Bruce.
Swor Clare tal-Kongregazzjoni tas-Servants of the Home of the Mother li mietet fit-terremot fl-Ekwador
Festi f’Malta u Għawdex Illum il-Ħadd
Birkirkara, San Ġużepp Ħaddiem
Illum Jum il-Ħaddiem