ACN (Malta) -LEĦEN IS-SEWWA - Il-Ħadd 8 ta' Mejju, 2016

Page 1

6

Il-Ħadd 8 ta’ Mejju, 2016

INTERNAZZJONALI Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org

Il-Kolombja

Il-Bulgarija

Musulmani jirrestawraw knisja Kristjana

Il-Komunità Musulmana f’villaġġ Bulgaru ġabret fondi u kkontribwiet b’ħidma biex tiġi restawrata l-knisja Ortodossa tal-Arkanġlu Mikiel mibnija mitt sena ilu. Għall-ewwel darba f’għexieren ta’ snin, il-qanpiena tal-knisja ż-żgħira fir-raħal ta’ Kozlets fil-fruntiera bejn il-Greċja u t-Turkija, semmgħet leħinha. Ir-restawr tal-kampnar qam madwar €1,000. Il-Musulmani pprovdew il-

flus biex jissewwa l-ħajt talilqugħ madwar il-knisja u għarrinovazzjonijiet tal-intern tagħha inklużi l-purtieri. “Kien hemm il-possibbiltà li bix-xogħol is-saqaf jista’ jaqa’. Dan kien ta’ inkwiet għall-Kristjani tar-raħal. Allura ddeċidejna li niġbru l-flus”, qal isSindku tar-raħal Kadir Beynur. Fil-villaġġ Kozlets jgħixu madwar 600 resident li minnhom wieħed minn kull għaxra hu Kristjan.

Il-Kongo Mhux faċli jiksbu l-fiduċja tal-popolazzjoni indiġena minħabba li hemm nuqqas ta’ fiduċja “fil-persuni bojod”

Sorijiet jegħlbu l-isfidi biex jgħinu indiġeni foqra

Erba’ Sorijiet tal-Kongregazzjoni Ulied il-Karità San Vinċenz de Paul ilhom fil-Kolumbja mill-1997 jagħtu kura lill-popolazzjoni indiġena u jżuru familji u tfal fqar. Ir-rata ta’ kriminalità hi għolja u l-popolazzjoni indiġena hi mwarrba mis-soċjetà. Il-popolazzjoni sofriet ħafna wkoll minħabba l-gwerra ċivili. Għalhekk, il-Knisja qed tiffaċċja wkoll l-isfida biex tippromwovi l-paċi. Il-ħidma tas-sorijiet hi diffiċli minħabba li n-nies jitkellmu ilsna lokali differenti u mhux faċli li wieħed jitgħallimhom. Għalkemm ħafna tfal u adulti jitkellmu wkoll bl-Ispanjol. Spiss ikun meħtieġ li

s-sorijiet jgħallmu l-katekiżmu flilsien matern tagħhom stess. Mhux faċli jiksbu l-fiduċja talpopolazzjoni indiġena minħabba li hemm nuqqas ta’ fiduċja “fil-persuni bojod” għalkemm dawn jirrispettaw lis-sorijiet reliġjużi. L-akbar sfida hi d-distanza kbira f’territorju fejn it-trasport hu diffiċli. Is-sorijiet ikollhom jimxu distanzi twal ta’ seba’ sigħat biex imorru fil-villaġġi. Għal din ir-raġuni talbu l-għajnuna mingħand l-Aid to the Church in Need biex jixtru mezz ta’ trasport. L-Aid to the Church in Need, bil-ġenerożità tal-benefatturi tagħha, se tappoġġja lil dawn issorijiet.

Żieda fenomenali ta’ vokazzjonijiet

Il-Knisja, fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, kibret ħafna minn meta waslu l-ewwel missjunarji. Illum dal-pajjiż għandu l-akbar numru ta’ Kattoliċi: mhux inqas minn 41 miljun. Hemm ukoll l-akbar numru ta’ seminaristi u seminarji. Fil-fatt hemm 25 seminarju b’1,600 seminarista. Hemm ukoll 35 seminarju preparatorju u

ħafna seminarji minuri. Bosta tfal jitħarrġu fil-parroċċi tagħhom stess, f’“seminarji fil-kampanja”, qabel ma dawn jibdew jattendu s-seminarju preparatorju. B’dawn iċ-ċifri l-Kongo hu l-“pajjiż ta’ mitt seminarju”. Dawn is-seminarji u dawn ilvokazzjonijiet saċerdotali ġodda jeħtieġu appoġġ finanzjarju u prattiku mill-Knisja universali.

Hemm 25 seminarju b’1,600 seminarista fil-Bulgarija

Il-Pakistan Wara l-attakk imdemmi ta’ Ħadd il-Għid

Saċerdoti ġodda jġibu t-tama

Ġimgħat wara l-attakki mdemmija ta’ Ħadd il-Għid fuq il-Kristjani Kattoliċi fil-Pakistan dawn issa għandhom biex jifirħu. Aktar minn 800 ruħ ħonqu l-Katidral ta’ Lahore fejn l-Arċisqof Sebastian Shaw ordna ħames reliġjużi Kapuċċini għas-saċerdozju. Fl-istess jum, l-Isqof Benny Travas ta’ Multan, ordna żewġ saċerdoti oħra. Kristjani lokali qalu li din hi opportunità “biex niksbu l-hena mill-ġdid meta għadna mnikkta wara l-attakki vjolenti li ġraw. Neħtieġu t-talb biex aktar żgħażagħ kuraġġużi jwieġbu għas-sejħa ħalli jservu fl-għalqa tal-Mulej”.

Waqt il-Quddiesa tal-Ordinazzjoni, l-Arċisqof Shaw uża l-omelija tiegħu biex ħeġġeġ lissaċerdoti ġodda ħalli “jfittxu lil Alla fil-ħajja tagħhom”. Hu fakkarhom fit-twissija li għamel il-Papa Franġisku biex ma jkunux “saċerdoti vanitużi” moħħhom biss fil-gosti tagħhom. Hu talab lis-saċerdoti żgħażagħ biex isaħħu l-ħajja spiritwali tagħhom billi jagħmlu l-qari tal-Vanġelu prijorità għalihom għax dan “dejjem se jagħtikom parir tajjeb dwar x’inhu l-aħjar għal ħajjitkom”. Hu enfasizza l-importanza tattalb fil-ħajja tas-saċerdot u talab lis-saċerdoti

ġodda biex jimitaw lil San Franġisk t’Assisi li qiegħed il-fiduċja tiegħu kompletament f’idejn Alla. L-Arċisqof faħħar lill-ġenituri tas-saċerdoti l-ġodda “għas-sehem tagħhom biex rabbew lil uliedhom fl-imħabba għall-Knisja”. Is-saċerdoti l-ġodda huma membri tal-Ordni Franġiskan tal-Kapuċċini li ilhom fil-missjoni filPakistan mill-1888. Il-missjoni tagħhom tinkludi s-sensibilizzazzjoni ta’ nies ta’ reliġjonijiet oħra permezz ta’ skejjel, ċentri tas-saħħa, ċentri soċjali u sħubija f’ħidmiethom ma’ aġenziji tal-gvern lokali.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.