ACN (Malta) - LEĦEN IS-SEWWA - Il-Ħadd 15 ta' Mejju, 2016

Page 1

6

Il-Ħadd 15 ta’ Mejju, 2016

INTERNAZZJONALI Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org

Iċ-Ċina

Mewġa ġdida ta’ persekuzzjoni Mindu l-President Xi Jinping ħa t-tmexxija talpajjiż f’idejh, fl-2013, is-sitwazzjoni tal-Kristjani fiċ-Ċina nbidlet. Bob Fu, il-President tal-NGO China Aid qal li “uffiċjalment il-Kristjaneżmu ma kienx jinħass ta’ theddida għan-nazzjon” taħt l-amministrazzjonijiet tal-Presidenti Jiang Zemin u Hu Jintao. Għalkemm il-kostituzzjoni Ċiniża tħares il-libertà reliġjuża, Fu qal li l-Kristjaneżmu issa jinsab fil-mira ewlenija fiċ-Ċina u qed jiġi kkunsidrat bħala theddida ta’ periklu għall-politika u s-sigurtà tar-reġim Ċiniż. David Curry, il-President u is-CEO talorganizzazzjoni Open Doors tal-Istati Uniti

tal-Amerika, stqarr li kien hemm bidla millaħħar tendenzi fejn il-Kristjani kienu jiġu rikonoxxuti bħala membri produttivi fis-soċjetà Ċiniża. Hu stqarr ukoll li “l-għan taċ-Ċina hu li tinnazzjonalizza l-Kristjani. Dan kellu konsegwenzi koroh fuq il-libertà reliġjuża fiċĊina”. Is-sitwazzjoni li qed tkompli tmur għallagħar tista’ titqabbel ma’ “rivoluzzjoni kulturali ġdida”. Fu qal li “l-Kristjani, inklużi l-Kattoliċi, intalbu jaċċettaw il-bidla f’verżjoni differenti ta’ twemmin taħt l-awspiċi tan‘nazzjonalizzazzjoni tar-reliġjon’ biex jagħmlu

l-Kristjaneżmu kompatibbli mas-soċjaliżmu”. Qabel, ix-xejra tal-awtoritajiet kienet li jikkonċentraw fuq knejjes Protestanti u Kattoliċi li ma kinux reġistrati. Issa, anki knejjes reġistrati qegħdin taħt skrutinju u saħansitra qed jiġu ppersegwitati. Xi proprjetajiet tal-Knisja reċentement tqiegħdu f’żoni apposta biex b’hekk ikunu jistgħu jitwaqqgħu. Barra dan, il-pastors huma saħansitra mġiegħla li kull ġimgħa jiltaqgħu mal-uffiċjali lokali u jiddiskutu bil-quddiem ilprietki tagħhom. Mexxejja governattivi ssanzjonaw xi knejjes u wieħed mill-pastors ġie arrestat u se jiffaċċja sentenza kriminali.

Il-Pakistan

Tfajliet Kristjani maħtufa u sfurzati jiżżewġu rġiel Musulmani Żewġt irġiel Musulmani armati daħlu fid-dar tal-familja ta’ Sarwar Masih, fid-distrett ta’ Kasur, fil-Punjab, fejn ħebbew għall-ġenituri, ħatfu t-tifla tagħhom u telqu biha. Wieħed minn dawk li ħatfuha, Muhammad Talib, sforza lit-tifla tikkonverti għall-Islam u tiżżewġu. Masih malajr irrapporta l-każ fl-għassa tal-pulizija imma l-pulizija ma ridux jirreġistraw ir-rapport. Il-familja talbet l-għajnuna talAvukat Sardar Mushtaq Gill, il-kap

tal-Legal Evangelical Association Development (LEAD) li tipprovdi għajnuna b’xejn lill-Kristjani vittmi tal-abbuż. Wara l-interventi ta’ Gill il-pulizija kellhom jirreġistraw

l-ilment kontra Talib, ir-raġel responsabbli li ħataf lil Laveeza u sfurzaha biex tiżżewġu. Dan mhux każ uniku. Din ilproblema saret waħda kbira għattfajliet u għan-nisa Kristjani tant li qed jibżgħu joħorgu fit-toroq weħidhom għax jinħatfu. “Matul April, fl-inħawi ta’ Kasur, kien hemm ħames każi ta’ ħtif li nafu bihom fejn tfajliet ġew sfurzati

jikkonvertu għall-Islam u ġew imġiegħla jiżżewġu lil dawk li ħatfuhom. Dawn in-nisa huma mċaħħda minn kull protezzjoni legali tad-drittijiet tagħhom”, tenna Gill. Il-problema tal-ħtif u ż-żwieġ sfurzat ta’ tfajliet u nisa Kristjani qed tkompli tikber tant li matul is-sena li għaddiet ġew irrappurtati mal-elf każ. Hemm ħafna oħrajn li mhumiex jiġu rrappurtati.

L-Ekwador

Għajnuna ta’ emerġenza biex il-belt tinbena mill-ġdid Wara t-terremot ta’ dan l-aħħar f’dan il-pajjiż, is-sitwazzjoni fil-belt ta’ Portoviejo hi ħażina b’periklu ta’ mard minħabba d-dekompożizzjoni tal-mejtin li tħallew fit-toroq u wkoll b’nies jittallbu ddisprati għall-ilma, l-ikel u l-kutri. Ħadd mhu jorqod f’daru lanqas dawk li djarhom ma ntlaqtux mitterremot. “Aħna qed nibżgħu li dan se jerġa’ jiġri”, qal imbikkem Fr Walter Coronel, missjunarju talFidei Donum. Ħafna min-nies li tilfu ħajjithom huma mill-Arċidjoċesi ta’ Portoviejo. Hemm ftit postijiet fejn tista’ tiċċelebra l-Quddiesa għax il-maġġoranza tal-knejjes inqerdu kompletament jew ġarrbu ħsarat kbar. Aktar ma jgħaddi żmien, iċ-ċans li jinsabu nies ħajjin taħt itterrapin qed dejjem jonqos. Meta jsibu vittma ġdida, ilfuneral isir fit-triq ħdejn id-djar meqrudin. In-numru ta’ mwiet mhux konfermat għax hemm żoni rurali inaċċessibbli minħabba li jinsabu

midfuna għalkollox bil-blat u ssiġar. “Is-sitwazzjoni qed tmur għallagħar b’rata mgħaġġla”, jikkonferma Fr Walter. “Il-katavri qed jintnu, m’hemmx ilma u l-elettriku qed jiġi kontinwament maqtugħ. Pajjiżna mhuwiex ippreparat għal dan”, żied Fr Walter. In-nies qed jagħmlu ħġejjeġ fit-toroq u jsajru għal kulħadd saħansitra għal nies barranin. Fr Walter stieden lill-komunità internazzjonali biex titlob u tagħti l- għajnuna tagħha ħalli din issitwazzjoni tintemm. L-Aid to the Church in Need li diġà tappoġġja għadd ta’ proġetti fil-pajjiż, wegħdet għajnuna ta’ emerġenza u ta’ rikostruzzjoni.

Waħda mill-knejjes f’Portoviejo mġarrfa mit-terremot


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.