6
Il-Ħadd 22 ta’ Mejju, 2016
INTERNAZZJONALI Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) – info@acnmalta.org
Il-Belġju
L-UE b’pożizzjoni ġdida biex jiġu indirizzati kwistjonijiet dwar il-libertà reliġjuża Il-President tal-Kummissjoni Ewropea stabbilixxa pożizzjoni ġdida mfassla biex jiġu indirizzati b’mod effettiv ir-restrizzjonijiet dejjem jiżdiedu dwar il-libertà reliġjuża f’pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. L-Eks-Kummissarju Ewropew u politiku Slovakk, Ján Figel, se jieħu r-rwol ta’ rappreżentant speċjali għall-promozzjoni tal-libertà tar-reliġjon u t-twemmin barra l-UE. Id-deċiżjoni tirriferi għar-riżoluzzjoni ta’ Frar 2016 dwar il-qtil sistematiku tal-massa mill-ISIS meta l-Parlament Ewropew sejjaħ
biex tinħoloq kariga ta’ rappreżentant speċjali għal dawn il-kwistjonijiet. “Il-liġijiet kontra l-konverżjoni, il-liġijiet dwar id-dagħa u restrizzjonijiet legali oħra jwasslu għall-esklużjoni soċjali u llum anki għal persekuzzjoni fiżika”, qalet Sophia Kuby, direttriċi legali tal-UE għall-Għaqda biex Titħares il-Libertà Internazzjonali. “In-numru ta’ nies li mhumiex jitħallew liberament li jgħixu fil-beraħ il-fidi tagħhom skont ilkuxjenza qed dejjem jikber. Il-persekuzzjoni kontra minoranzi reliġjużi madwar id-dinja qed dejjem tiżdied u, għaldaqstant, l-UE għandha
taġixxi lil hinn mid-dikjarazzjonijiet politiċi u r-riżoluzzjonijiet”. “Il-libertà reliġjuża hi prinċipju essenzjali marbut sa mit-twaqqif tal-UE”, qal il-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker. Hu kompla li “l-persekuzzjoni persistenti tal-minoranzi reliġjużi u etniċi tagħmel li l-protezzjoni u l-promozzjoni ta’ din il-libertà ġewwa u barra l-UE tkun aktar essenzjali”. Il-Parlamentari talbu l-UE u lill-istati membri tagħha biex jikkonformaw mal-obbligi legali tagħhom u jiżguraw “protezzjoni soda tallibertà tal-kuxjenza”.
Is-Sri Lanka
Kristjani mċaħħda milli jidfnu l-mejtin tagħhom Il-Buddiżmu, magħqud ma’ żieda ta’ nazzjonaliżmu, wassal għal tkattir fil-persekuzzjoni kontra l-Krisjani. Avukat attivist fid-drittijiet talbniedem, li ismu mhux jiġi żvelat għal raġunijiet ta’ sigurtà, qal li kien hemm 120 każ magħruf ta’ persekuzzjoni. Hu qal li hemm ħafna każijiet oħra li ma ġewx irrappurtati. Is-sitwazzjoni f’partijiet tas-Sri Lanka tinsab tant ħażin li monaċi Buddisti qed iċaħħdu lill-Kristjani milli jidfnu l-mejtin tagħhom. F’każ minnhom, grupp ta’ raħħala nġabru waqt ċerimonja Kristjana ta’ dfin u ċċirkondaw iċ-ċimiterju pubbliku. “Huma bdew jgħajtu: ‘dan mhux post fejn jindifnu l-Kristjani u aħna mhux se nippermettu dan’.” Meta l-pulizija waslu fuq il-post, dawn taw raġun lill-folla u qalulhom li “tistgħu tidfnu l-Kristjani x’imkien ieħor” u dan kien post ’il bogħod mir-raħal. Hu mifhum li l-Kristjani qed jiġu mċaħħda milli jużaw ċimiterji pubbliċi biex iħossuhom li mhumiex mixtieqa f’pajjiżhom stess.
Kristjani li nhar ta’ Sibt jiltaqgħu għal-lezzjonijiet dwar il-Bibbja f’Tamil
In-numru ta’ każijiet ta’ persekuzzjoni, li dejjem qed jikber, hu marbut ma’ uffiċjali tal-gvern lokali. Dawn qed jagħlqu knejjes u
jfixklu laqgħat ta’ talb. F’każ ieħor, żewġ monaċi Buddisti daħlu waqt laqgħa ta’ talb ta’ raħħala miġbura mal-Pastor u bdew jgħajtu miegħu u jhedduh. Meta l-Pastor mar
għand il-pulizija biex iressaq ilment kontrihom, l-uffiċjal li kien għassa qallu: “tort tiegħek, dan kollu qed jiġri minħabba dak li qed tagħmel f’isem ir-raħħala!”
Il-Portugall
Iħeġġeġ lill-Ewropej jitkellmu kontra l-ġenoċidju Waqt konferenza f’Évora, il-Portugall, l-Arċisqof Warda faħħar il-ħidma umanitarja li saret mill-Knisja Kattolika fil-Lvant Nofsani u enfasizza li l-Aid to the Church in Need hi waħda mill-organizzazzjonijiet li kapaċi twassal l-“għajnuna neċessarja” lill-popolazzjonijiet l-aktar fil-bżonn f’pajjiżu. L-Arċisqof Warda stqarr li mingħajr din l-għajnuna s-sitwazzjoni tal-Kristjani kif ukoll dik ta’ minoranzi reliġjużi ppersegwitati mitterroristi tal-hekk imsejjaħ Stat Islamiku u gruppi
Ġiħadisti oħra fl-Iraq kienet tkun ferm aktar serja. “Kieku ma kenitx l-Aid to the Church in Need jew xi organizzazzjoni oħra tal-Knisja mill-Ewropa u minn pajjiżi oħra, pajjiżna kien ikun f’periklu akbar. Konna ngħoddu ruħna b’mitlufa kieku ma kien hemm ħadd li għenna”, l-Arċisqof Warda tenna. Bħala waħda mill-aktar vuċijiet attivi fid-difiża tal-Kristjani, vittmi tal-attakki Ġiħadisti fil-Lvant Nofsani, l-Arċisqof Warda uża l-konferenza
f’Évora biex iqajjem aktar kuxjenza dwar ilpersekuzzjoni reliġjuża tal-Kristjani u ta’ oħrajn li qed isseħħ fir-reġjun. Bl-argument li l-Ewropej jistgħu u għandhom ikollhom rwol aktar attiv f’din is-sitwazzjoni u fil-ħarsien tal-minoranzi reliġjużi, l-Arċisqof Warda appella lill-komunità internazzjonali biex issemma’ leħinha fid-difiża tal-komunitajiet li huma ppersegwitati. Hu enfasizza r-rwol speċifiku tal-organizzazzjonijiet tal-Knisja biex jitkellmu fil-miftuħ kontra dan il-ġenoċidju.