Iċ-Ċina: Ma nistgħux nuruk wiċċhom - 2016

Page 1

Iċ-Ċina: Ma nistgħux nuruk wiċċhom. Il-ħajja fil-moħbi tal-fidili Kattoliċi tal-pajjiż

Fil-Ġimgħa l-Kbira tal-2016, mara Kristjana, li kienet qed tipprotesta kontra l-pjanijiet biex jiġi mneħħi s-salib tal-knisja tagħha ttieħdet l-isptar. Hi sfat severament mweġġgħa wara li l-pulizija, armati b’tarki kontra l-irvelli, ikkonfrontaw lill-Kristjani li kienu qed jipprotestaw f’Whengzou, filprovinċja ta’ Zhejiang. Dan mhux l-ewwel inċident ta’ din in-natura f’din il-provinċja. Sa mill-bidu tal-2014, il-gvern waqqa’ knejjes, partijiet minn knejjes u bini tal-Knisja - f’ħafna każijiet tneħħew is-slaleb minn fuq is-soqfa, hekk kif l-awtoritajiet isostnu li dawn jiksru r-regolamenti tal-bini. Il-Kardinal Joseph Zen Ze-kiun qal lill-Aid to the Church in Need: “Dan l-aħħar il-gvern Ċiniż żied il-persekuzzjoni. Rajna knejjes mġarrfin u slaleb imneħħija mill-binjiet; għal daqstant ma tantx għandna tama bħalissa.”

Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.

Fis-snin reċenti, il-Kristjani – inklużi xi membri mit-12-il miljun membru tal-komunità Kattolika – ġew arrestati, sofrew twaqqigħ tal-knejjes tagħhom, sofrew projbizzjonijiet fuq l-attivitajiet reliġjużi u kellhom iħallsu multi kbar. L-Aid to the Church in Need qed tgħin lil din il-Knisja sofferenti biex din tkompli żżomm il-fidi mħeġġa – tgħin ukoll lis-seminaristi u r-reliġjużi u terġa’ tibni l-knejjes mill-ġdid - imma aħna ma nistgħux nuruk l-uċuh ta’ dawk li qed ngħinu għax nibżgħu li dawn ħutna jispiċċaw isofru aktar. Dan ir-rapport m’huwiex wieħed tassoltu. Minħabba l-problemi ta’ sigurtà u sensittività oħra, ma nistgħux ngħidu fejn qed jitwettqu l-proġetti tal-Aid to the Church in Need. Ħafna jgħixu l-fidi tagħhom u ma jafux meta l-qilla talawtoritajiet se tmiss lilhom. Sabiex ma nipperikolawx lil dawk li qed ngħinu, kellna nkunu siekta f’dan ir-rapport dwar x’eżattament qed nagħmlu. Jekk

FONDAZZJONI PONTIFIĊJA

Persuna tara’ salib ta’ kni sja jitneħħa u jitkisser f’Lishu i, filprovinċja ta’ Zhejlang.

jogħġbok itlob għal ħutna l-Kristjani taċ-Ċina, hekk kif dawn qed jagħmlu ħilithom kollha biex jgħixu l-fidi tagħhom.

Ngħinu llum lill-Knisja sofferenti

© China Aid

Kattoliċi Ċiniżi jitolbu b’devozzjoni quddiem niċċa.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.