Jerfgħu s-Salib ta’ kuljum
Tifla li tgħix f’villaġġ tar-refuġjati fit-tramuntana tal-Iraq b’Bibbja għat-tfal f’idejha, li nqalbet għallGħarbi u ppubblikata mill-ACN. L-ACN tipprovdi rigali sempliċi għat-tfal li sfaw spustjati, kif ukoll ikel u għajnuna essenzjali oħra.
Reċentement, Neville Kyrke-Smith, Direttur Nazzjonali tal-Uffiċċju talACN tar-Renju Unit, ġie lura minn żjara fil-Lvant Nofsani. Hemmhekk iltaqa’ ma’ refuġjati Iraqini u Sirjani li qed jiġu megħjuna grazzi għallgħajnuna tagħkom, il-benefatturi tal-Aid to the Church in Need. Bis-saħħa tal-ġenerożità tagħkom, qed ngħinuhom fir-renta talakkomodazzjoni, ikel, nagħtu għajnuna fis-saħħa, nagħtuhom sapport pastorali u nipprovdulhom materjal kateketiku. Barra minnhekk qed inkunu strumentali għas-saċerdoti u s-sorijiet li huma stess ħarbu mit-terrur tal-ISIS. Fil-ġurnal ser taqraw aktar fid-dettal dwar il-proġetti varji li qed nappoġġjaw. Neville Kyrke-Smith tkellem ma’ ħafna Kristjani li flimkien magħkom,
Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.
qed ngħinu fil-Lvant Nofsani. Omm minnhom, Nadir, qaltlu li r-raġel tagħha, Amer, kien jaħdem bħala xufier ta’ taxi f’Mosul u issa nħataf u nqatel minħabba li hu Kristjan. Raġel ieħor, Franco, kien jaħdem bħala pulizija f’Baghdad. Hu rrakkonta kif ħarab minn Erbil, fit-tramuntana tal-Iraq f’Novembru 2014 wara li rċieva telefonata fejn qalulu “int Kristjan fil-pulizija...ser ikollna noqtluk.” Mons. Boutros Marayati, Arċisqof tal-Kattoliċi Armeni t’Aleppo, is-Sirja qal lil Neville Kyrke-Smith: “Tinsiex li għad fadal komunitajiet Kristjani fil-Lvant Nofsani u li nixtiequ nibqgħu hawn – nitolbukom tgħinuna. Aħna nittamaw li n-nies jerġgħu lura. Ma nistgħux nibnu djalogu bejn il-Kristjani u l-Musulmani
FONDAZZJONI PONTIFIĊJA
u nerġgħu nibnu djarna u pajjiżna f’nofs dil-gwerra. Aħna mbeżżgħin mit-terroristi suwiċida... “Tinsewx li rridu ngħinu lissaċerdoti u lis-sorijiet – huma jamministraw is-sagramenti, huma r-ruħ tagħna u mingħajrkom ma aħna xejn. Għandna bżonn lill-Knisja Kattolika madwar id-dinja tgħinna għax dan hu li jfisser li tkun Kattoliku.”
Mons. Boutros Maray ati, Arċisqof tal-Kattoliċi Armeni.
Ngħinu llum lill-Knisja sofferenti