Acn pakistan report 2016

Page 1

Il-Pakistan – Il-persekuzzjoni u l-fidi fil-futur John Pontifex jikteb dwar pajjiż mifni mill-kriżi

Mindu saru Kattoliċi, Divia u missierha, Kamijee, marru jgħixu f’villaġġ għal dawk li kkonvertew u li qed jiżviluppa fil-Provinċja ta’ Sindh fil-Pakistan, fejn għandhom issapport mill-benefatturi u l-ħbieb tagħhom.

Divia ta’ erba’ snin – f’idejn missierha li huwa ferm kburi biha, Kamijee – jilbes medalja ta’ devozzjoni lejn il-Verġni Marija, li hu simbolu prezzjuż ta’ fidi. Biss din hija fidi li teżisti taħt iddell tal-persekuzzjoni fil-Pakistan, pajjiż imjassar mill-estremiżmu. F’dan il-pajjiż il-Kristjani jammontaw għal 3 miljuni biss f’pajjiż ta’ dominanza Musulmana ta’ ’l fuq minn 180 miljun fejn l-intolleranza tissaħħaħ frott l-illitteriżmu li jammonta għal 70%. Delegazzjoni tal-Aid to the Church in Need żaret il-Pakistan biex tara kif nistgħu ngħinuhom aktar u aħjar. Żorna lil Lahore, fejn splużjonijiet ta’ bombi kontra l-Kristjani qatlu 17-il ruħ u 80 ġew feruti. Ħafna aktar setgħu nqatlu fl-għodwa tal-Ħadd, imma bis-saħħa tal-intervent ta’ Akash Bashir, ta’ 20 sena, li miet biex jevita terrorist suwiċida armat bil-

Aid to the Church in Need is a Pontifical Foundation of the Catholic Church and registered in Malta as a Foundation regulated by the second schedule of the Civil Code Chapter (16) of the Laws of Malta.

bombi li kien dieħel il-Knisja tagħhom, dan ma seħħx. F’dan il-fuljett tistgħu taqraw intervista li għamel John Pontifex lillġenituri ta’ Akash Bashir. Il-Pakistan hija art ta’ martri u post fejn il-Kristjani u oħrajn qed jgħixu fil-biża’ li jiġu akkużati bilblasfemja. (ara pg. 3) Huwa meħtieġ it-talb tagħkom b’urġenza għall-omm ta’ ħamest itfal, Asia Bibi, li qed tistenna s-sentenza tal-mewt għall-allegat diżrispett lejn il-Profeta Mohammed, reat li hi ma wettqitx. Id-Delegazzjoni, hi u żżur il-Pakistan rat bosta evidenza tal-ħidma talAid to the Church in Need: Kristjani meħlusin mill-persekuzzjoni, tfal jingħataw l-edukazzjoni u l-katekeżi, Sorijiet mħarrġa u huma attivi fl-iskejjel u l-isptarijiet, kif ukoll bosta knejjes li nbnew għall-kongregazzjonijiet li qed

jikbru. Hemm ħafna aktar x’nistgħu nagħmlu – fadal tant u tant nies li għad għandhom bżonn l-għajnuna tagħna – aktar seminaristi li qed jitħarrġu, katekisti li jridu jwasslu l-messaġġ lillkomunitajiet oħra, kif ukoll nisa Kristjani li qed jistennew li jitgħallmu ħiliet bażiċi biex b’hekk jingħelbu l-oppressjoni u l-intolleranza. L-Arċisqof ta’ Karachi, Mons. Joseph Coutts (xellug): “Aħna mhux biss grati – aktar minn hekk – aħna ferħana għax l-għajnuna tagħkom tgħinna biex ngħixu b’dinjità u nkomplu nikbru.”

Ngħinu llum lill-Knisja sofferenti


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.