IT-TFAL - Il-wegħda ta' futur aħjar (Appeal)

Page 1

IT-TFAL - IL-WEGĦDA TA’ FUTUR AĦJAR

acnmalta.org/childrenappeal

INĦARSU U NDEWWU T-TFAL TALUKRAJNA Fil-kampijiet tas-sajf appoġġjati mill-ACN, it-tfal jitolbu, jilagħbu, jitgħallmu u jaqsmu

SUMMER CAMPS OPPORTUNITAJIET TA’ TAMA U FEJQAN Bl-appoġġ tal-Aid to the Church in Need (ACN), eluf ta’ tfal minn reġjuni mifnija bi kriżijiet bħall-Iraq, is-Sirja, l-Eġittu, il-Ġordan, il-Palestina u Iżrael, jistgħu kull sena jieħdu sehem f’summer camps.

Għall-Iraq u s-Sirja dawn is-summer camps huma importanti immens peress li l-Knejjes Kristjani tal-post qed jaħdmu ħafna biex jagħtu ħajja ġdida lit-tfal u ż-żgħażagħ li tant batew. Fl-Eġittu, pajjiż ieħor fejn il-Kristjani batew ħafna mill-fundamentaliżmu Iżlamiku, il-Patrijarka Kattoliku Kopt jixtieq jirrepeti l-esperjenza mill-isbaħ tas-sena li għaddiet u jorganizza summer camps għall-ħajja spiritwali ta’ 70 tifel u tifla bi bżonnijiet speċjali minn parroċċi kemm fil-Kajr, f’Delta kif ukoll f’Lixandra. Dawn huma tfal li ta’ spiss ikunu ddiskriminati jew abbandunati mis-soċjetà, u kultant

Aid to the Church in Need www.acnmalta.org

saħansitra minn familthom stess.” Għal ħafna tfal fil-Każakstan, l-Ukrajna, il-Ġeorġja, l-Armenja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Estonja “dawn is-summer camps huma l-isbaħ żminijiet ta’ matul sena, u f’xi każi ta’ ħajjithom kollha”, qalet Sor Arousiag, Soru fl-Armenja. Aktar minn 18,000 tifel u tifla, uħud minnhom orfni, oħrajn li ġew mill-ifqar familji, u oħrajn li jiffaċċjaw kwalunkwe tip ta’ problemi soċjali, ħadu sehem f’dawn il-kampijiet minn ħafna reġjuni differenti tal-Armenja. Sor Arousiag qalet: “Fis-sajf, meta jagħlqu l-iskejjel, ikun iż-żmien meta tfal orfni u tfal li ġejjin minn familji foqra jew dawk bi problemi soċjali serji, x’aktarx ikunu qed iduru fit-toroq”. Is-summer camps tal-2021 kienu suċċess kbir. L-ACN tixtieq li għal darb’oħra tiffinanzja dawn il-kampijiet li qed isiru bejn Lulju u Awwissu 2022. Permezz ta’

Tfal involuti f’at summer cam tivitajiet kreattivi waq p appoġġ jat t mill-ACN

attivitajiet soċjali u reliġjużi (quddies, talb, attivitajiet rikreattivi, u żvilupp tal-ħiliet), aktar minn 1,000 tifel u tifla se jgħixu ftit jiem f’għaqda ma’ tfal oħra, u nittamaw li joħorġu minnhom imġedda. Se jirċievu wkoll appoġġ psikosoċjali, li tant għandhom bżonnu biex jgħinhom jegħlbu s-sitwazzjonijiet tant diffiċli li qed jikbru fihom. Bl-appoġġ tiegħek l-ACN tkun tista’ tkopri l-ispejjeż tat-trasport, ikel, akkomodazzjoni u affarijiet bżonnjużi oħra għall-attivitajiet tas-summer camps.

Aid to the Church in Need (Malta), 35, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta Reg. No. LPF-212, bħala Fondazzjoni taħt ittieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta. VO/2227

Il-gwerra li għaddejja fl-Ukrajna qed tħalli effetti terribbli fuq ilfamilji, b’mod speċjali fuq it-tfal. Aktar minn żewġ miljun tifel u tifla Ukreni jinsabu spostati u mifruda mill-għeżież tagħhom hekk kif qed jaħarbu mill-gwerra li għaddejja f’art twelidhom, l-Ukrajna. Sa mill-bidu nett tal-gwerra, l-Arċidjoċesi ta’ Ivano-Frankivsk, fil-Punent talUkrajna, bdiet tilqa’ nisa u tfal spostati. L-Aid to the Church in Need (ACN) qed tappoġġja lillArċidjoċesi f’dan l-għan.

Saċerdot jagħti pakkett tal-ikel lin-nanna Tetiana u lin-neputija tagħha Vasilisa Vasilisa

Ulyana turi t-tpinġija tal-bandiera Ukrena li penġiet

Vasilisa u Ulyana huma fost il-mijiet ta’ tfal spostati li sabu kenn fl-iskola ta’ San Bażilju, li hi wieħed mix-xelters immexxija mill-Arċidjoċesi Kattolika Griega fejn qed tilqa’ u tgħin lil persuni spostati internament (IDPs). Biddlu l-klassijiet ta’ din l-iskola f’dormitorji li jesgħu 100 persuna. Vasilisa u Ulyana ilhom jgħixu hemm għal diversi jiem u waħda millaffarijiet li huma l-aktar grati għaliha hi li jistgħu jorqdu mingħajr biża’. Vasilisa u Ulyana qalu: “Il-ġenituri tagħna baqgħu d-dar, imma issa m’għandhomx għalfejn jinkwetaw aktar għalina, għax hawn fl-iskola hawn il-paċi, u aħna ninsabu tajbin. Jagħtuna tliet ikliet kuljum u jkollna lezzjonijiet tal-mużika u l-arti, fejn nitgħallmu nkantaw u npinġu. Ilbieraħ

lgħabna fil-bitħa tal-iskola, u kellna nfittxu x-xbiha ta’ snowman tal-cartoon ‘Frozen’. Vera ħadna pjaċir.” Yulya, omm spostata li sabet ukoll kenn ma’ wliedha f’wieħed miċ-ċentri djoċesani għal nies spostati, qalet lill-ACN: “Minn meta wasalna hawnhekk, it-tfal setgħu jorqdu fuq sodda u taħt saqaf, ’il bogħod mill-istorbju ta’ sparar u splużjonijiet ta’ bombi. Is-Saċerdoti jagħtuna dak kollu li niġu bżonn: ikel sħun, post fejn ngħixu, sodod u anke materjal tal-iskola sabiex it-tfal ikomplu jsegwu l-klassijiet tagħhom online. Aħna grati minn qiegħ qalbna għallgħajnuna tal-benefatturi kollha, li permezz ta’ din l-għajnuna qed jagħtu ċ-ċans lil uliedna jgħixu b’dinjità.”

Jekk tixtieq tibda tirċievi dan il-fuljett id-dar, jekk jogħġbok ibgħat id-dettalji tiegħek b’SMS fuq 7999 9969


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.