ACN (Malta) – IL- LEHEN Il- Il-Ħadd 10 ta’ Frar 2019

Page 1

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

10

Il-Ħadd 10 ta’ Frar 2019

IL-KAMERUN

IL-VENEZWELA

Minkejja l-problemi l-Knisja tkompli tiffjorixxi Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

Għalkemm l-attakki armati talgrupp terroristiku Boko Haram naqsu fil-konfront ta’ offensiva militari konġunta minn bosta pajjiżi Afrikani, fiż-żoni milquta għadhom qed isiru bombi suwiċida, ħtif u qtil. Ħafna nies għadhom qed jgħixu fil-biża’. Id-Djoċesi Kattolika ta’ MarouaMokolo, fir-Reġjun tat-Tramuntana tal-Kamerun, qed tħabbat wiċċha ma’ ħafna sfidi. Mhux biss tinsab f’waħda mill-ifqar partijiet talpajjiż iżda trid tieħu wkoll ħsieb ta’ numru kbir ta’ refuġjati millKamerun u n-Niġerja. Mill-banda l-oħra qed jiġru affarijiet sbieħ ħafna. Minkejja l-biża’, il-poplu ta’ Alla għandu fidi soda u minkejja kollox jibqgħu jiċċelebraw l-Ewkaristija Mqaddsa. Fl-istess waqt in-numru ta’ vokazzjonijiet qed ikompli jikber. Bħalissa hemm 32 seminarista

li qed jieħdu l-formazzjoni saċerdotali fis-seminarju djoċesan flimkien ma’ 18-il żagħżugħ ieħor jistudjaw fis-seminarju minuri u erbgħa oħra li qed jattendu għall-hekk imsejħa “sena propedewtika”. Din hi edukazzjoni bi tħejjija għas-seminarju. Dan hu numru kbir meta mqabbel mal-84,000 persuna Kattolika fid-Djoċesi. Naturalment, l-Isqof Bruno Ateba Edo jinsab kuntent ħafna b’dawn il-vokazzjonijiet iżda għandu bżonn aktar għajnuna finanzjarja biex ikun jista’ jagħti lil dawn iż-żgħażagħ formazzjoni kif jixraq. Hu rrikorra lejn l-Aid to the Church in Need għall-għajnuna u aħna qed inserrħu fuq it-talb u l-ġenerożità tagħkom il-benefatturi u ħbieb biex flimkien nipprovdu din l-għajnuna lill-Knisja fil-Kamerun.

Akkwista DVD (bil-Franċiż) tal-Velja u taċ-Ċerimonja solenni tal-Beatifikazzjoni tad-19-il martri talAlġerija, fosthom Sr. Angèle-Marie Littlejohn ta’ dixxendenza Maltija.

s

Indirizz Postali

E-Mail

Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 @acn_malta

Aid to the Church in Need Malta

acn_malta

www.acnmalta.org Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta Reg. No. LPF-212, bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta. 04 - ACN (Malta) - Lehen Ad (DVD Littlejohn).indd 1

Il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal-Konferenza Episkopali talVenezwela qed tappella biex tintemm il-vjolenza fl-isfond tal-protesti wara li Nicolas Maduro stqarr li rebaħ it-tieni mandat presidenzjali f’elezzjoni kkontestata. F’komunikat maħruġ millKummissjoni li ttieħed minn kliem San Oscar Romero, F’isem Alla u f’isem dawn in-nies li qed ibatu, li l-karba tagħhom tasal salġenna, waqqfu r-ripressjoni, tgħid li fit-22 ta’ Jannar il-forzi tassigurtà tal-Istat u gruppi armati żiedu r-ripressjoni u l-vjolenza fuq dimostranti li pprotestaw b’mod ċiviku. Aħna niddeploraw il-qtil, l-uġigħ u t-tbatija ta’ niesna. In-numru ta’ midruba,

maqtula, arrestati arbitrarjament, torturati u ppersegwitati f’artna jikser id-dinjità u d-drittijiet talbniedem. Hi għajta li tgħid: Waqqfu r-ripressjoni”. L-Osservatorju tal-Venezwela dwar il-Kunflitt għamel rapport ibbażat fuq informazzjoni miġbura minn kmamar mortwarji, sptarijiet u qrati li żvela li sab 26 persuna li mietu matul il-protesti li saru madwar il-pajjiż. Waqt l-avvenimenti tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2019, il-Papa Franġisku qal li “quddiem din issitwazzjoni serja, nitlobkom biex titolbu ħalli tinstab soluzzjoni ġusta u paċifika, b’rispett għaddrittijiet tal-bniedem u li tfittex biss il-ġid tal-abitanti kollha talpajjiż”.

Il-Papa Franġisku ħeġġeġ lillKattoliċi biex jagħmlu l-‘Via Crucis’

Tel / Mob

Ċempel 21487818

F’isem Alla, waqqfu r-ripressjoni

IL-VATIKAN

Jekk jogħġbok imla din il-formola u ibgħatha lil ACN (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD9038. Donazzjoni tkun apprezzata. Isem u Kunjom

Il-Papa Franġisku: "Nitlobkom titolbu biex tinstab soluzzjoni paċifika"

01/02/2019 13:36

Il-Papa Franġisku ħeġġeġ lillKattoliċi kollha biex jagħmlu l-Via Crucis (It-Triq tas-Salib) u żvela li hu dejjem iżomm fil-but ktieb talmeditazzjonijiet tal-Via Crucis biex meta jkollu ċans jitlob. Fl-udjenza ġenerali tal-Erbgħa, 30 ta’ Jannar, il-Papa Franġisku filwaqt li tkellem dwar iż-żjara tiegħu fil-Panama qal li “hi l-iskola tal-ħajja Kristjana meta nimxu flimkien ma’ Marija, wara Ġesù jerfa’ s-salib. Hemmhekk titgħallem imħabba paċenzjuża, silenzjuża u konkreta”. Imbagħad il-Papa ħareġ millbut ktejjeb żgħir tal-Via Crucis li jġorr miegħu u qal li kien qalgħu rigal meta kien fi Buenos Aires. “U meta jkolli ftit ħin, nitlob il-Via Crucis”, qal il-Papa li ħeġġeġ li b’hekk timxi wara Ġesù ma’ Marija

fit-triq tas-salib, fejn hu ta ħajtu għalina”. Il-Via Crucis hi waħda millisbaħ tradizzjonijiet tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li tħalli impatt. Kull Stazzjon jinkludi riflessjoni dwar tema li tgħaqqad ir-realtajiet taż-żgħażagħ mal-Knisja Martri: il-foqra, ilvokazzjonijiet, l-ekumeniżmu, in-nies indiġeni, l-ekoloġija, irrefuġjati u l-immigranti, it-tama, il-vjolenza fuq in-nisa, id-drittijiet tal-bniedem, il-korruzzjoni, ilmaternità, it-terroriżmu u labort. “Ejjew inħarsu lejn Marija, mara ta’ kuraġġ”, qal il-Papa liżżgħażagħ fil-Panama. Minn għandha, ejjew nitgħallmu kif “nibqgħu taħt is-salib, b’determinazzjoni u kuraġġ”.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.