ACN (Malta) – IL- LEHEN Il- Il-Ħadd 10 ta’ Marzu 2019

Page 1

10

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

Il-Ħadd 10 ta’ Marzu 2019

IS-SIRJA

L-ACN tniedi skema biex jiġu rranġati djar Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

L-Aid to the Church in Need (l-ACN) nediet skema b’kollaborazzjoni mal-mexxejja tal-Komunitajiet Kristjani biex tappoġġja x-xogħlijiet fuq 300 dar u tibni mill-ġdid 980 dar oħra fil-belt Sirjana ta’ Homs. Il-Homs Reconstruction Agreement hu parti mill-ewwel stadju tal-pjan biex eluf ta’ Kristjani jkunu jistgħu jirritornaw fi djarhom. Fr Andrzej Halemba, ilKordinatur tal-Proġetti fil-Lvant Nofsani tal-ACN, qal li dan ilftehim hu wieħed mill-aktar passi kritiċi fl-irkupru tal-komunità Kristjana f’Homs. Dan joffri raġġ ta’ tama għal nies iddisprati li jmorru lura lejn din il-belt li hi waħda mill-aktar bliet importanti għall-Kristjani fis-

Sirja kollha. L-Isqof Ortodoss Grieg ta’ Homs, Georges Abou Zakhem, qal li n-nies iridu jerġgħu jmorru lura fi djarhom imma ma jistgħux jagħmlu dan mingħajr l-għajnuna tal-ACN. Saċerdot Melkita, Fr Bolos Manhal, qal li hu kuntent ħafna li n-nies għandhom din l-opportunità sabiħa biex jirritornaw lejn djarhom. Huma batew ħafna u għal ħafna minnhom li jmorru lura d-dar tagħhom se tkun ħolma li ssir realtà. B’aktar minn 12,500 dar meqruda f’Homs u 37,500 oħra li ġarrbu ħafna ħsarat, ħafna Kristjani spostati minħabba l-kunflitt ilhom jgħixu fil-Wied tal-Kristjani għal dawn l-aħħar seba’ snin. Il-pjan f’Homs kien parti minn

Fuq xewqa tal-Papa Franġisku u tal-Isqfijiet tagħna, l-Aid to the Church in Need (Malta) tħeġġeġ lil kulħadd biex fit-talb tiegħu jiftakar f’tant Kristjani ppersegwitati madwar id-dinja speċjalment f’pajjiżi fejn qed ibatu u fejn huma għaddejjin minn żminijiet diffiċli. Nitolbu wkoll għallpersekuturi biex il-Mulej jagħtihom id-dawl u l-grazzja tiegħu biex ma jkomplux iwettqu dan it-terrur u b’hekk ħutna jgħixu fil-paċi u fiddinjità li tixirqilhom.

#helpsyria

Għin lillġenerazzjoni li jmiss.

Il-mexxejja tal-Komunitajiet Kristjani wara l-iffirmar tad-dokument li se jagħmilha possibbli li jinbnew mijiet ta’ djar f’Homs

skema li diġà wasslet biex jiġu rranġati kważi 500 dar fis-Sirja, ħafna minnhom jinsabu f’Aleppo.

Sa minn meta beda l-kunflitt fisSirja, fl-2011, l-ACN temmet 750 proġett.

L-IRAQ

Donazzjoni b’risq il-Kristjani Permezz tad-donazzjoni ta’ €200,000 li offra l-Papa Franġisku wara l-irkant tal-Lamborghini li kienet ġiet irregalata lilu s-sena l-oħra, l-Aid to the Church in Need (l-ACN) se tkun tista’ tiffinanzja żewġ proġetti ġodda b’risq familji Kristjani fl-Iraq u minoranzi oħra li marru lura fid-djar tagħhom filWesgħat ta’ Ninwè. L-ACN qed tiffinanzja r-rikostruzzjoni tal-kindergarten Marija Ommna u ta’ Ċentru Parrokkjali fir-raħal Bashiqa, viċin Mosul. Il-villaġġ ġarrab ħafna ħsarat matul il-gwerra u ħafna mill-

membri tal-komunità Kristjana reġgħu lura. S’issa, 405 mill-580 dar li nqerdu reġgħu nbnew millġdid u madwar 50 fil-mija talKristjani marru lura fihom. Iċ-ċentru, li jintuża għal skopijiet diversi, jesa’ aktar minn elf persuna. Dan se jkun l-akbar ċentru fiż-żona u se jagħmlu użu minnu aktar minn 30,000 persuna ta’ kull grupp reliġjuż u etniku. Id-donazzjoni tal-Papa Franġisku se tissarraf f’aktar għajnuna għall-Kristjani fl-Iraq u b’hekk se jkunu jistgħu jgħixu twemminhom u joffru futur lil uliedhom fl-Iraq stess.

L-INDJA

It-tfal fis-Sirja jinsabu f’riskju li jitilfu t-tama għal futur aħjar. Għin student li jgħix fil-Wied tal-Kristjani jkompli jistudja u jħallas għall-ispejjeż tat-trasport.

syria.acninternational.org/malta

Teskala l-vjolenza kontra l-Kristjani

0 2 € ħġbok fla g o ti Jekk j

w tifel je ibgħat i jitgħallmu Sirjan iskola l-

Int lest li tghin? -

Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818

@acn_malta

Aid to the Church in Need Malta

acn_malta

www.acnmalta.org Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta Reg. No. LPF-212, bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta. 04 - ACN (Malta) - Lehen Ad HELP SYRIA 5.indd 1

05/03/2019 14:03

Shibu Thomas, il-fundatur ta’ Persecution Relief Network, qal li jekk illum tkun Kristjan fl-Indja jfisser li se tiġi ffastidjat kuljum. Jekk titlob fil-familja tiġi msawwat, jekk titlob fil-knisja ukoll tiġi msawwat u fit-toroq se ssib ma’ wiċċek ilvjolenza. Skont l-aħħar Religious Freedom in the World Report ippubblikat millAid to the Church in Need (l-ACN) is-sitwazzjoni tal-libertà reliġjuża fl-Indja matul dawn l-aħħar sentejn kompliet sejra għall-agħar. F’Jannar 2019 kien hemm 29 inċident ta’ vjolenza kontra l-Kristjani fi 13-il stat Indjan. Fost dawk milquta hemm 26 mara u 25 tifel u tifla.

Tehmina Arora, Avukat tadDrittijiet tal-Bniedem u Konsulenta ta’ Alliance Defending Freedom India, qalet: “Prayer meeting f’dar f’Kotra Tehsil, fid-distrett ta’ Udaipur, fl-istat ta’ Rajasthan twaqqaf minn estremisti Induisti li waddbu ġebel, għajtu ​​b’slogans kontra l-Kristjani u akkużawhom falzament li pprovaw jikkonvertu lil xi nies. Il-pulizija ma ħadet l-ebda pass jew ressqet ilment uffiċjali kontra dawk ħatja”. Hi qalet li artiklu 25 talKostituzzjoni li jħares il-libertà tat-twemmin u t-tixrid tal-fidi mhuwiex applikabbli għallKristjani fl-Indja. “Aħna rridu niġu mħarsa.”


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.