ACN (Malta) –Il-Ħadd 10 ta’ Novembru 2019

Page 1

10

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

Il-Ħadd 10 ta’ Novembru 2019

Protesti mdemmija fl-Iraq iħallu lill-Kristjani indiġeni bejn tama u biża’ Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

Għexieren ta’ eluf ta’ Iraqini ħarġu fit-toroq biex jipprotestaw għall-isfidi u l-problemi li hemm fil-pajjiż. F’Bagdad u f’bosta bliet oħra, il-protesti kienu vjolenti. Residenti f’Mosul qalu lill-ACN li wara tliet snin ta’ gwerra, in-nies għejjew mill-vjolenza u ma jridux aktar gwerra. Fit-30 t’Ottubru 2019, waqt Udjenza fi Pjazza San Pietru, il-Papa Franġisku qal: “Filwaqt li nesprimi l-kondoljanzi tiegħi għall-vittmi u l-qrubija tiegħi mal-familji tagħhom u malmidruba, nistieden lill-awtoritajiet biex jisimgħu l-għajta tal-poplu għal ħajja denja u trankwilla. “Inħeġġeġ lill-Iraqini kollha, bl-appoġġ tal-komunità

internazzjonali, biex jimxu fit-triq tad-djalogu u r-rikonċiljazzjoni u biex ifittxu soluzzjonijiet ġusti għall-isfidi u l-problemi tal-pajjiż. Nitlob ’l Alla biex il-poplu martri jsib il-paċi u l-istabbiltà wara tant snin ta’ gwerra u vjolenza.” Ħafna mill-problemi li qegħdin jipprotestaw dwarhom f’Bagdad huma l-istess li jħabbtu wiċċhom magħhom iż-żgħażagħ Kristjani:

il-qgħad, il-korruzzjoni, u gvern motivat mill-interessi Iranjani. Fil-Wesgħat ta’ Ninwè ħafna Kristjani jgħixu taħt ilkontroll ta’ milizzji appoġġjati mill-Iran, li ġew akkużati li abbużaw min-nies tal-post, fl-ekonomija u intimidaw lillminoranzi. Sa minn meta bdew il-protesti fl-1 t’Ottubru, inqatlu tal-anqas 200 dimostrant mill-pulizija Iraqina. Jekk is-sitwazzjoni tkompli sejra għall-agħar, il-Kristjani u minoranzi reliġjużi oħra ser jerġgħu jkunu l-vittmi fit-taqlib politiku li ilu għaddej fl-Iraq sa mill-2003.

“Il-Fidi tagħna hija b’saħħitha aktar mill-bombi tagħhom” Fr Jude Raj Fernando, irrettur tas-santwarju ta’ San Anton f’Colombo, is-Sri Lanka, waħda mill-knejjes li ġew ibbumbardjati f’Ħadd il-Għid minn grupp affiljat mal-ISIS, tkellem dwar il-ħidma pastorali tiegħu mal-vittmi u qal li dan huwa vjaġġ twil ta’ fidi. Meta tkellem dwar l-esperjenza pastorali tiegħu f’avveniment li sar mill-ACN f’Ruma dwar il-persekuzzjoni kontinwa kontra l-Kristjani, Fr Fernando, bid-dmugħ f’għajnejh, qal: “Qatt ma smajt ħoss bħal dak. L-ewwel ħaġa li għedt wara l-isplużjoni kienet ‘Missier, aħfrilhom, għax ma jafux x’inhuma jagħmlu’. “Fil-Quddiesa ta’ Ħadd il-Għid kien hemm: (1) koppja żagħżugħa li kienu żżewġu

Fr Jude Raj Fernando

tmien xhur qabel... (2) raġel li kien ta s-siġġu li kien bilqiegħda fuqu lil mara anzjana u... (3) omm tqila li tilfet lil żewġha.” Fr Fernando qal li din il-mara welldet tarbija b’saħħitha u li issa ser ikollha tieħu ħsiebha

weħidha. Huwa qal li n-nies fil-parroċċa għadhom qed jistaqsu, “Għalfejn Alla ħalla dan iseħħ?” Tifel kien saqsieh “għalfejn Alla ħadli ’l ommi fil-knisja?” Fr Fernando qal “Aħna s-saċerdoti mxejna dan ilvjaġġ diffiċli flimkien malvittmi. Dan huwa vjaġġ twil ta’ fidi.” “Jekk jogħġobkom komplu itolbu għalina. Nistgħu negħlbu l-ħażen bl-imħabba f’qalbna. Il-Fidi tagħna hija b’saħħitha aktar mill-bombi tagħhom.” Fr Fernando tkellem filBażilika ta’ San Bartilmew fil-gżira Tiber, li hija ddedikata lill-martri moderni tal-Knisja, fejn hemm 120 relikwa ta’ komunitajiet Kristjani li ġew ippersegwitati madwar iddinja.

Kristjani nġabru ħdejn salib kbir viċin id-daħla ta’ Baghdad, l-akbar belt fl-Iraq

Ser jibnu mill-ġdid żewġ knejjes f’Mosul Bħala parti mis-Sena ta’ Tolleranza, l-Emirati Għarab Magħquda (UAE) ser jissieħbu mal-UNESCO biex jibnu millġdid żewġ knejjes Kattoliċi f’Mosul li kienu nqerdu fl-2014 mill-ISIS. Din l-inizjattiva se tgħin biex jerġgħu jinbnew il-knejjes ta’ Al-Tahera u Al-Saa’a. Il-Knisja Al-Saa’a hija knisja tadDumnikani li kienet inbniet bejn is-snin 1866 u l-1873. L-istruttura ġarrbet ħafna ħsarat. Barra minn hekk il-militanti talISIS kissru u serqu l-kunvent. Al-Tahera kienet knisja tal-Knisja Kattolika Sirjaka li nbniet bejn is-snin 1859 u l-1862. F’dawn l-aħħar snin din il-knisja ġarrbet ħafna ħsarat. Ħafna millarkati u l-ħitan ta’ barra nqerdu wkoll. Aktar kmieni din is-sena, l-Arċisqof Sirjak, Youhanna Boutros Moshe, ta’ Mosul, qal lill-ACN li fiż-żona ta’ Mosul “hemm sinjali ċari ta’ progress konkret”.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.
ACN (Malta) –Il-Ħadd 10 ta’ Novembru 2019 by ACN Malta - Issuu