10
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
Il-Ħadd 12 ta’ Mejju 2019
IL-ĠERMANJA
Sena mill-aktar imdemmija għall-Kristjani Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
L-Aid to the Church in Need (ACN) esprimiet tħassib kbir għall-attakki dejjem jiżdiedu kontra l-Kristjani madwar id-dinja. Dr Thomas Heine-Geldern, ilPresident Eżekuttiv tal-ACN, qal: “L-isplużjonijiet brutali fi knejjes u lukandi fis-Sri Lanka f’Ħadd il-Għid juru li s-sena 2019 diġà hi waħda mill-aktar snin imdemmija għall-Kristjani”. L-ACN fl-ewwel erba’ xhur tal2019 irrappurtat dawn l-attakki:
• attakki mill-milizja Iżlamista Séléka fuq dar tal-missjoni Kattolika fid-Djoċesi ta’ Bangassou, fir-Repubblika Ċentrali Afrikana fejn inqatlu għexieren u, f’Jannar, madwar 20,000 persuna ħarbu mill-vjolenza; • fl-aħħar ta’ Jannar sar attakk Iżlamista fuq il-katidral ta’ Jolo
fin-Nofsinhar tal-Filippini fejn inqatlu 20 persuna u ndarbu madwar 90 oħra; • f’nofs Marzu saru attakki minn membri tar-rgħajja Musulmani Fulani fuq raħħala Kristjani fl-istat Niġerjan ta’ Kaduna li ħallew aktar minn 130 persuna mejta; • fl-aħħar ta’ Marzu saru attakki minn Induwisti estremisti fuq skola Kattolika fl-istat Indjan ta’ Tamil Nadu fejn is-sorijiet hemmhekk ġew attakkati. Skont Dr Heine-Geldern dan għandu jiġi indirizzat.
Hu qal: “Hu d-dmir talgvernijiet u tan-Nazzjonijiet Magħquda li jaħdmu għall-paċi, li jiggarantixxu l-libertà reliġjuża u li jxekklu attakki anti-reliġjużi”. Hu qal li r-rwol tal-Knisja hu li tkun id f’id mal-Kristjani ppersegwitati permezz tat-talb, appoġġ attiv u tagħtihom vuċi. Qal: “L-ACN ilha taħdem b’risq il-Kristjani ppersegwitati aktar minn 70 sena. Fid-dawl tal-vjolenza li qed tikber kontra l-Kristjani hi kawża li jistħoqqilha talb kontinwu, kull appoġġ u ħidma.”
IR-RUMANIJA
Appoġġ għall-formazzjoni saċerdotali Id-Djoċesi Griega-Kattolika ta’ Oradea fir-Rumanija qed tiċċelebra n-numru kbir ta’ vokazzjonijiet saċerdotali ġodda li għandha. Fattur importanti li qed jikkontribwixxi għal dan hu l-appostolat fost ilfamilja tad-Djoċesi. Hu evidenti li l-familji għandhom sehem attiv fil-Knisja u li verament jgħixu l-fidi tagħhom. Dan jagħti lok għal art fertili għal vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi t’għada. Fl-2017 is-seminarju f’Oradea ċċelebra l-225 anniversarju mittwaqqif tiegħu. Madanakollu, fis-seklu 20, din l-istorja ġiet interrotta b’mod brutali minħabba l-persekuzzjoni komunista. Kien biss wara l-bidliet politiċi li għal darb’oħra kien possibbli għażżgħażagħ jidħlu fis-seminarju. Il-bidu l-ġdid ma kienx faċli u l-Aid to the Church in Need (ACN) kienet ilha tħeġġeġ lill-poplu ta’ Alla jitlob għall-vokazzjonijiet peress li dan hu l-aqwa mezz biex jiżdiedu l-vokazzjonijiet. L-ACN għenet ukoll fil-bini mill-ġdid tas-
Uħud mis-seminaristi Griegi f’Oradea, Ir-Rumanija
seminarju f’Oradea u din id-djoċesi għad għandha bżonn l-għajnuna tal-ACN għax hi fqira ħafna. Fr Anton Cioba, ir-Rettur tas-Seminarju, kiteb li mingħajr għajnuna minn barra u l-għajnuna
ta’ Alla ma nistgħux inwettqu l-missjoni tagħna. Inkomplu niddependu fuq l-appoġġ tagħkom. Nirringrazzjawkom minn qalbna għall-għajnuna li diġà tajtuna. Qed tgħinuna nesperjenzaw
l-universalità tal-Knisja Kattolika. L-ACN, bil-grazzja ta’ Alla u permezz tat-talb u l-ġenerożità tal-benefatturi, qed tkompli tgħin lis-seminarju għall-formazzjoni saċerdotali ta’ 54 kandidat.
Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr
Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818
@acn_malta
Aid to the Church in Need Malta
razz
G
Il-Ħadd, 19 ta’ Mejju 2019 Knisja tal-Bon Pastur, Ħal Balzan 9:00am
acn_malta
www.acnmalta.org
i
Waqt li nirringrazzjaw ’l Alla u lil Ommna Marija, Sultana tal-Paċi, nirringrazzjaw lill-benefatturi u lillqarrejja li matul dawn il-5 snin kienu ġenerużi b’risq il-ħidma tal-Aid to the Church in Need (Malta). Ser tiġi ċċelebrata Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr ’l Alla ċċelebrata minn Prof. Mons. Hector Scerri, Assistent Ekkleżjastiku. Il-Quddiesa ser tiġi mxandra live fuq TVM2.
Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta Reg. No. LPF-212, bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.
28 - ACN Anniversary Mass (Lehen) 24.8cm (Width) x 8.6cm (height).indd 1
07/05/2019 10:20