ACN (Malta) – IL- LEHEN Il- Il-Ħadd 13 ta’ Jannar 2019

Page 1

8

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

Il-Ħadd 13 ta’ Jannar 2019

MALTA

Inroddu ħajr lil Alla għall-Beata Angèle-Marie Littlejohn u l-martri l-oħra tal-Alġerija Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

Fit-8 ta’ Diċembru 2018, id-19-il missjunarju tal-Alġerija msejħa millKongregazzjoni tal-Kawżi tal-Qaddisin bħal “L-Isqof Pierre Claverie, Dumnikan u l-kumpanji tiegħu” li nqatlu matul il-gwerra ċivili Alġerina, ġew beatifikati fil-Bażilka Notre Dame de Santa Cruz fid-Djoċesi ta’ Oran, L-Alġerija, mill-Kardinal Angelo Becciu, il-Prefett tal-Kongregazzjoni għall-Kawżi tal-Qaddisin. Waħda minnhom hi Sr AngèleMarie Littlejohn, bint Guglielmo Littlejohn imwieled Ħal Għargħur fl-1900. Hu telaq minn Malta u mar Tuneż fejn Sr Angèle-Marie twieldet 33 sena wara. Fl-1957 Angèle-Marie Littlejohn ingħaqdet mal-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Madonna tal-Appostli (OLA) u fit-8 ta’ Settembru 1959 għamlet l-ewwel wegħdiet tagħha. Hi ntbagħtet f’Belcourt, L-Alġerija, fejn is-Sorijiet kellhom orfanatrofju u boarding school għall-bniet. Fit-3 ta’ Settembru 1995, Sr Littlejohn li kienet ilha 35 sena fl-Alġerija tħarreġ mijiet ta’ bniet fit-tfassil tal-ħwejjeġ u r-rakkmu, inqatlet hi u sejra lura millQuddiesa. Id-Direttur Nazzjonali tal-Aid

to the Church in Need (Franza), isSur Marc Fromager u Rafael D’Aqui li hu responsabbli għall-proġetti fl-Uffiċċju Internazzjonali talACN fil-Ġermanja kienu preżenti għaċ-ċerimonja tal-beatifikazzjoni. Is-Sur Fromager iddeskriviha bħala “ġurnata mill-isbaħ, pjuttost waħda straordinarja għall-Knisja” u skont Rafael D’Aqui kienet “ċelebrazzjoni impressjonanti fejn attenda numru kbir ta’ awtoritajiet Alġerini u 15-il Imam”. Sr Yvonne Gera FMM kienet ukoll preżenti għaċ-ċerimonja u baqgħet impressjonata b’kemm ilKnisja fl-Alġerija ffjorixxiet u hemm libertà reliġjuża. Rafael D’Aqui kompla: “Qabel it-tqarbin, l-Arċisqof tal-Alġerija niżel minn fuq l-artal biex jagħti l-paċi u jieħu b’idejn il-ħaf-

Beata Angèle-Marie Littlejohn

Fl-okkażżjoni talbeatifikazzjoni tal-Beata Angèle-Marie Littlejohn (19331995), ser issir konċelebrazzjoni mill-E.T. Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta, bħala radd il-ħajr lil Alla.

Data: Il-Ħadd, 13 ta’ Jannar 2019 Ħin:

10:30am

Post: Fil-Knisja Parrokkjali tal-Appostlu San Bartilmew, il-Għargħur

L-Ikona uffiċjali li tfakkar il-martri tal-Alġerija

na awtoritajiet u l-Imam preżenti għaċ-ċerimonja li kienet animata minn kor żagħżugħ kompost minn studenti minn pajjiżi sub-Saħarjani.” Hu qal: “L-aktar mument kommoventi għalija kien waqt il-kant tal-Hallelujah li kanta l-Kor Afrikan matul il-kxif tar-ritratti u l-ismijiet tal-martri wara l-proklamazzjoni uffiċjali tal-istat tagħhom ta’ Beati”. Waqt konferenza stampa li saret dan l-aħħar biex titfa’ dawl fuq ilħajja u l-oriġini ta’ Sr Angèle-Marie Littlejohn, is-Sur Stephen Axisa, id-Direttur Nazzjonali tal-ACN (Malta), tkellem dwar il-ktieb “Witnesses of Faith” li ppubblikat l-ACN (Malta) u li jittratta dwar ilħajja u l-ħidma pastorali u soċjali

fost il-poplu Alġerin. Dan il-ktieb ġie ppublikat bil-kollaborazzjoni ta’ Sr Yvonne Gera FMM li wettqet il-ħidma tagħha bħala segretarja tal-Arċisqof Henri Teissier fl-Alġerija għal 22 sena. Minħabba l-ħidma li kienet twettaq hi kienet taf mill-qrib lil dawn il-martri. Fil-ktieb Witnesses of Faith ġie identifikat li Sr Littlejohn kienet ta’ dixxendenza Maltija. Fl-okkażjoni tal-beatifikazzjoni tal-Beata Angèle-Marie Littlejohn (1933-1995), l-Arċisqof Charles J. Scicluna se jmexxi konċelebrazzjoni fil-Knisja Parrokkjali tal-Appostlu San Bartilmew, Ħal Għargħur, bħala radd il-ħajr lil Alla. Din se ssir illum, il-Ħadd 13 ta’ Jannar fl-10.30 a.m.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.