10
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
Il-Ħadd 14 ta’ April 2019
IS-SIRJA
Iż-żgħażagħ imħassbin dwar il-futur tagħhom Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
F’Aleppo, matul il-gwerra, in-numru ta’ Kristjani naqas b’ħames darbiet. Issa, minħabba n-nuqqas ta’ sigurtà għal futur aħjar, qed jiżdied innuqqas ta’ kuntentizza fost il-familji. Ħafna Kristjani jinsabu inkwetati. Minħabba tmien snin ta’ gwerra krudili u s-sanzjonijiet ekonomiċi, biex wieħed isib xogħol tajjeb ħalli jkun jista’ jkompli jgħix b’dinjità, hi sfida kbira. Fis-subborgi ta’ Aleppo, iż-żona industrijali tinsab abbandunata. Insteraq li kien għad fadal fil-fabbriki li tfarrku bil-
bombi u m’hemm l-ebda sinjal ta’ attività. Is-suq, li kien fih 13-il kilometru u kien mgħammar b’ħafna ħwienet, kien darba l-għożża tal-belt. Dan għadu ma ġiex restawrat minkejja li kien ikklassifikat bħala Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO.
Fis-Sirja l-livell tal-qgħad fost iż-żgħażagħ hu stmat għal 78 fil-mija. Ħafna minn dawn iżżgħażagħ huma mħassba ħafna dwar il-futur tagħhom u għallfutur ta’ dawk għeżież għalihom. L-Arċisqof Kattoliku Sirjan, Antoine Chahda ta’ Aleppo, qal li “huma l-foqra u n-nies ordinarji li qed ibatu l-aktar f’din issitwazzjoni.” Biex ilaħħqu mal-bżonnijiet ta’ kuljum kemm f’Aleppo kif ukoll f’Homs il-komunitajiet Kristjani organizzaw ruħhom u qed
jiddependu fuq il-ġenerożità talKnisja universali. L-Isqof Ortodoss Grieg, George Abu Zakham ta’ Homs, waqt li nnota li l-għajnuna barranija qed tonqos, stqarr li qabel dawn in-nies kienu jgħixu komdi imma issa saru tallaba. L-appoġġ li tagħti l-Aid to the Church in Need (ACN) permezz tal-benefatturi jikkonsisti f’għajnuna ta’ saħħa, provvisti tal-ikel, għajnuna fil-ħlas talkera u fl-edukazzjoni. Dan jibqa’ indispensabbli għal ħafna familji.
IL-VENEZWELA
Xhieda ta’ tabiba turi minn xiex għaddej il-pajjiż Din ix-xhieda ta’ qsim il-qalb ta’ tabiba Venezweljana hi riflessjoni tal-kriżi umanitarja li tirriżulta fi skarsezza u prezzijiet għolja ħafna ta’ mediċini. Dan ikompli jżid ilfallimenti tas-sistema nazzjonali tal-provvista tal-elettriku li qed taffettwa l-isptarijiet u li qed ixekkel l-interventi li jkollhom bżonn il-pazjenti. F’messaġġ mibgħut lill-Aid to the Church in Need (ACN) tabiba
żagħżugħa titkellem dwar kif hi ma tistax issalva ħajjet in-nies minħabba n-nuqqas ta’ mediċini. Hi tiddeskrivi kif, matul ix-shift tagħha fl-Isptar Ċentrali, kienet qed tgħin tifla li tbati minn peritonitis akuta wara li waslet l-isptar issofri minn appendiċite. Għalhekk kellhom japplikaw it-trattament li kellha bżonn biex jiġi estratt il-likwidu iżda ma kellhomx antibijotiċi għat-
trattament ta’ wara l-operazzjoni. It-tabiba qalet: “Bid-dmugħ f’għajnejh, missierha qalli li ma setax ikompli jixtri l-mediċini għax kull trattament kien jiswa 50,000 Bolivars (€13.50) u hi kellha bżonn tliet dożi kuljum.” Bħalissa s-salarju minimu fix-xahar fil-Venezwela hu ta’ 20,000 Bolivars (€5.40). Għalhekk, biex missier din it-tifla jixtri l-antibijotiċi għal ġurnata waħda biss kien ikollu jaħdem u jġemma’ salarju ta’ kważi tmien xhur.
F’messaġġ li ħarġet fil-bidu t’April, il-Konferenza Episkopali talVenezwela qalet li “sfortunatament dan ilu għaddej f’pajjiżna quddiem l-awtoritajiet li għandhom irresponsabbiltà li jħarsu r-rispett u d-difiża tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem.” L-Isqfijiet iħeġġu biex jiżdied ittalb għall-Venezwela ħalli tinkiseb “il-bidla meħtieġa”. Appellaw lillVerġni Marija biex “takkumpanja lil niesha fit-triq tas-Salib li għaddejjin minnha bħalissa”.
#helpsyria
Għinhom jgħixu millġdid! 0għ €2liż-0 żgħaża
Għin ni jegħlbu Sirja ma talt-traw rra. gwe
Il-faqar fil-Venezwela qed jgħolli rasu
L-IRAQ
Komunitajiet Kristjani qed jerġgħu jqumu fuq saqajhom
Ħafna Sirjani qed ibatu kemm spiritwalment kif ukoll psikoloġikament minħabba l-esperjenzi li għaddew minnhom matul 8 snin ta’ gwerra kiefra. Huma għandhom bżonn l-għajnuna tiegħek biex joħorġu mit-trawma. B’donazzjoni ta’ €200 tkun qed tgħin lill-workshop tasSamaritan it-Tajjeb biex jiġu mgħejjuna żgħażagħ Sirjani li qed ibatu mit-trawma ta’ wara l-gwerra. syria.acninternational.org/malta
Int lest li tghin? -
Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 Ċempel 21487818
@acn_malta
Aid to the Church in Need Malta
acn_malta
www.acnmalta.org Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta Reg. No. LPF-212, bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta.
04 - ACN (Malta) - Lehen Ad HELP SYRIA 7.indd 1
09/04/2019 14:15
Sa mill-2014 l-Aid to the Church in Need (ACN) kienet fuq quddiem nett fl-appoġġ għall-Kristjani Iraqini. Saru bosta proġetti li jammontaw għal aktar minn €35 miljun fosthom għajnuna umanitarja għall-Kristjani li sabu refuġju filKurdistan biex jaħarbu mill-ISIS. Għenet ukoll fl-irranġar u l-bini mill-ġdid ta’ djar Kristjani fil-Wesgħat ta’ Ninwè u bħalissa qed tgħin fir-rikostruzzjoni u l-irranġar tal-infrastruttura tal-
Knisja fit-Tramuntana tal-Iraq. Monsinjur Petros Mouche hu l-Arċisqof tal-Arċidjoċesi Sirijaka Kattolika ta’ Mosul, it-tieni l-akbar belt tal-Iraq, li nħatfet mill-ISIS fl-2014. Illum, bl-ISIS imkeċċi minn Mosul u mill-Wesgħat ta’ Ninwè, il-komunitajiet Kristjani qed jerġgħu jieħdu r-ruħ. Eluf ta’ Kristjani Iraqini, wara li qattgħu tliet snin f’eżilju fil-Kurdistan, reġgħu lura lejn djarhom fl-irħula u fl-ibliet tagħhom.