10
Il-Leħen INTERNAZZJONALI
Il-Ħadd 15 ta’ Diċembru 2019
Dan il-Milied kun int il-ħniena ta’ Alla Illum, bħalma nsibu fl-Atti tal-Appostli, ħafna Kristjani huma ppersegwitati minħabba l-fidi tagħhom fi Kristu. Huma jiffaċċjaw il-ħabs, jispiċċaw bla djar, ibatu tortura fiżika, stupru u saħasitra mewt biex ma jiċħdux il-fidi tagħhom fi Kristu. Monsinjur Professur Hector Scerri, l-Assistent Ekkleżjastiku tal-ACN (Malta) qal: “L-Atti tal-Appostli għadhom qed jinkitbu tul il-ħajja ta’ dawn il-Kristjani tal-lum. Huma qed juruna xi tfisser li tkun Kristjan ta’ veru. Il-fidi tagħhom hija ispirazzjoni għalina lkoll. L-imħabba u l-ġenerożità b’risq dawn ħutna huma d-dmir u r-responsabbiltà tagħna.” Hekk kif ħafna Kristjani filPunent qed jippreparaw biex jiċċelebraw il-Milied imqaddes
fil-knejjes sikuri tagħhom fejn ser ikantaw l-għanjiet tal-Milied, familji Kristjani oħra fis-Sirja, fil-Pakistan, fl-Iraq, fis-Sudan t’Isfel, fir-Repubblika tal-Afrika Ċentrali u f’ħafna pajjiżi oħrajn qed ibatu t-tbatijiet li ġġib magħha l-persekuzzjoni. Dal-Milied, permezz tar-Rigali ta’ Fidi, inti wkoll tista’ tgħin biex tbiddel għall-aħjar il-ħajja ta’ dawn ħutna. Dawn ir-Rigali ta’ Fidi jistgħu jappoġġjaw ilproġetti t’għajnuna li toffri l-Aid to the Church in Need (ACN) f’żoni foqra fl-Afrika, jipprovdu ikel u mediċini, jibnu mill-ġdid iddjar ta’ familji Kristjani spostati fis-Sirja u fl-Iraq; trasport għallKnisja biex tasal f’żoni remoti madwar id-dinja u tforni pakketti tal-Milied għat-tfal fis-Sirja li tinsab imġarrfa bil-gwerra.
Dawn ir-rigali se jgħinu biex iwasslu l-ferħ lil dawn il-Kristjani u jibagħtulhom messaġġ ta’ tama li jgħid: “M’intomx weħidkom. Intom maħbubin u jiena niftakar fikom.” Hekk kif qed joqrob il-
Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org
Milied imqaddes, jekk jogħġbok ikkunsidra li tagħti rigal ta’ fidi b’appoġġ għall-Knisja li qed tbati. Jekk tixtieq tieħu sehem f’dilkampanja, jekk jogħġbok żur https://acnmalta.org/giftsoffaith jew ċempel 21487818.
IL-KONGO
Il-Papa Franġisku jitlob għall-paċi Nhar il-Ħadd, 1 ta’ Diċembru, tfakkret il-25 sena tat-twaqqif tal-ewwel Kappellanija Kattolika Kongoliża f’Ruma. Il-Papa Franġisku ċċelebra l-Ewkaristija Mqaddsa fil-Bażilika ta’ San Pietru u talab biex issaltan il-paċi firRepubblika Demokratika tal-Kongo. Il-Papa Franġisku qaddes birrit tal-Kongo fil-Bażilika ta’ San
Pietru, filwaqt li l-membri talKomunità tal-Kongo animaw iċċelebrazzjoni bil-kant tagħhom. Meta indirizza lill-Komunità Kongoliża, il-Papa apprezza li l-membri tagħha ġew mill-bogħod: ħafna telqu minn djarhom u ħallew warajhom lill-maħbubin tagħhom. Il-Papa għaraf id-diffikultajiet li kellhom iħabbtu wiċċhom
magħhom. Hu qal: “Madankollu, ma’ Alla intom dejjem milqugħa. Għalih aħna lkoll qatt m’aħna barranin.” Il-Papa qal “Illum nitolbu għall-paċi li fil-Lvant tal-pajjiż hija mhedda serjament”, speċjalment fil-bnadi fejn hemm il-kunflitti li huma appoġġjati minn barra, “u bis-silenzju kompliċi ta’ ħafna”. Il-Papa kompla jgħid: “Dawn huma kunflitti li huma mkebbsa minn dawk li jagħmlu l-flus billi jbiegħu l-armi”.
Il-Papa fakkar lill-Beata MarieClémentine Anuarite Nengapeta li, bħal Ġesù, ħafret lil min qatilha. Il-Papa Franġisku qal li blinterċessjoni tagħha, ejjew nitolbu għall-ġellieda biex iċedu, biex ikollna futur li ma jġellidx wieħed mal-ieħor, iżda wieħed li jqarribna aktar flimkien. Nitolbu għal bidla minn ekonomija li tagħmel użu mill-gwerra, għal ekonomija li taqdi l-paċi.
Awtoritajiet Ċiniżi qed jużaw teknoloġija avvanzata biex jidentifikaw lill-Fidili fl-entraturi tal-knejjes Skont ir-rapport li għadha kemm ippubblikat l-Aid to the Church in Need (ACN), “Persecuted and Forgotten? A Report on Christians oppressed for their Faith 2017-19, is-sitwazzjoni tal-Kristjani marret għall-agħar l-iktar fin-Nofsinhar u fil-Lvant tal-Asja. Dan ir-reġjun sar il-hotspot tal-persekuzzjoni. Pereżempju fiċ-Ċina, bejn is-snin 2017 u 2019, il-Kristjani u minoranzi reliġjużi oħra raw deterjorazzjoni qawwi fid-drittijiet fundamentali tal-bniedem. IlKummissjoni Amerikana għalLibertà Reliġjuża Internazzjonali kkonkludiet: “Bħala Kristjan, ilBibbja tiegħek setgħet ġiet miktuba mill-ġdid mill-gvern Ċiniż, ilknisja tiegħek twaqqgħet, u l-pastor tiegħek spiċċa mitfugħ il-ħabs.” Ir-Regolamenti l-ġodda dwar l-Affarijiet Reliġjużi daħlu fisseħħ fl-1 ta’ Frar 2018, fil-fatt tagħlim reliġjuż “mhux awtorizzat” huwa illegali u gruppi reliġjużi għandhom jirrappurtaw l-attività
kollha tagħhom online. Fi żvilupp reċenti, l-awtoritajiet Ċiniżi qed jużaw teknoloġija avvanzata biex tgħinhom jagħrfu l-uċuħ biex jidentifikaw lin-nies fl-entraturi tal-knejjes. L-ilment, permezz tal-websajt Bitter Winter li tissorvelja kwistjonijiet tad-drittijiet talbniedem, inkluża l-libertà reliġjuża fiċ-Ċina, tirreferi għal knejjes f’diversi provinċji, b’mod partikolari f’Hubei. Minbarra din it-teknoloġija, l-awtoritajiet ser jibdew jirrekordjaw ukoll b’mod diġitali l-marki tas-swaba’ tal-fidili. Membru tal-komunità Kristjana fil-belt ta’ Huangshi, li ġie kkwotat mis-sit, qal lill-fidili li l-ġbir taddata tal-wiċċ kien ta’ “prijorità” u wissa li kull min ma kienx parti mis-sistema tad-data bijometrika miġbura mill-awtoritajiet, “filfutur jista’ ma jitħalliex jidħol filknejjes.”