ACN (Malta) –Il-Ħadd 15 ta’ Settembru 2019

Page 1

10

Il-Leħen INTERNAZZJONALI

Il-Ħadd 15 ta’ Settembru 2019

IL-BENIN

Il-proġett Youth Happiness megħjun mill-ACN Minkejja li fit-Tramuntana ta’ Benin hemm maġġoranza Musulmana waqt li l-Kristjani huma biss minoranza żgħira, fin-Nofsinhar tal-pajjiż ilpopolazzjoni tikkonsisti l-aktar minn Kristjani u minn membri ta’ reliġjonijiet pagani tradizzjonali Afrikani. Il-Voodoo huwa pprattikat ħafna, u s-superstizzjoni hija tabilħaqq mifruxa - anke fost ħafna Kristjani. Għalhekk hemm bżonn ta’ formazzjoni kontinwa tal-fidi.

Servizz tal-Aid to the Church in Need (Malta) info@acnmalta.org

Il-formazzjoni reliġjuża hija waħda mill-akbar prijoritajiet għallKnisja ta’ Benin. Għalhekk fis-sena 2014, f’Cotonou, twaqqfet skola speċjali ta’ evanġelizzazzjoni għażżgħażagħ ta’ bejn it-18 u t-30 sena. Dan il-proġett huwa magħruf bħala Jeunesse Bonheur (jew “L-Hena taż-Żgħażagħ”). Dan il-proġett

huwa appoġġjat regolarment millACN. F’dan il-proġett iż-żgħażagħ iqattgħu sena sħiħa jipprattikaw ilfidi tagħhom flimkien, isiru jafuha aktar mill-qrib u kif jgħadduha b’ferħ lill-oħrajn. Fost bosta attivitajiet, dawn iż-żgħażagħ iżuru skejjel u familji,

priġunieri fil-ħabsijiet u persuni anzjani u jesperjenzaw il-fidi tagħhom ma’ dawk kollha li huma lesti li jisimgħu. Din l-iskola ta’ evanġelizzazzjoni tagħmel lillKnisja f’Benin pijuniera fl-Afrika. Sa mis-sena 2014 ħafna żgħażagħ ħadu sehem f’diversi programmi bħal dawn. Dan ħalla ħafna frott pereżempju, miż-żgħażagħ li ħadu sehem fl-ewwel erba’ snin, 12 qed jieħdu formazzjoni fis-seminarju u ħamsa oħra daħlu f’Ordni reliġjuż.

L-IRAQ

L-ACN tappoġġja laqgħa kbira għaż-Żgħażagħ Kristjani Aktar minn elf żagħżugħ u żagħżugħa minn aktar minn 60 parroċċa minn ibliet Iraqini fosthom Bagdad, Basra, Duhok, Erbil, Kirkuk, Mosul u Sulaymaniyah ġew appoġġjati millAid to the Church in Need (ACN) biex f’Awwissu 2019 organizzaw u ħadu sehem fl-Ankawa Youth Meeting. Din l-attività laqqgħet żgħażagħ Kristjani minn madwar

seba’ arċidjoċesijiet. Kien avveniment importanti ħafna għax ħafna żgħażagħ iħossuhom iżolati u mhux siguri f’pajjiż imfarrak minħabba l-gwerra. L-għan tal-programm kien li jibni solidarjetà u spirtu fost ilparroċċi Kattoliċi kollha tal-Kaldej. Din kienet opportunità biex iżżgħażagħ jivvjaġġaw u jiltaqgħu f’post wieħed għal tlett ijiem ta’

F’Jum il-festa tat-Tlugħ fis-Sema tal-Verġni Marija, il-Papa Franġisku bierek 6,000 Kuruna tar-Rużarju b’appoġġ għallKampanja ta’ Talb tal-ACN b’risq is-Sirja.

Indirizz Postali:

Email:

Aid to the Church in Need (Malta), 39b, Triq l-Imdina, Ħ’Attard, ATD 9038 @acn_malta

Aid to the Church in Need Malta

acn_malta

www.acnmalta.org Aid to the Church in Need hija Fondazzjoni Pontifiċja fi ħdan il-Knisja Kattolika u rreġistrata f’Malta Reg. No. LPF-212, bħala Fondazzjoni taħt it-tieni skeda tal-Kodiċi Ċivili (Kap. 16) tal-Liġijiet ta’ Malta. 38 - ACN (Malta) Rosary Beads Advert (Lehen).indd 1

komunitajiet Kristjani minħabba l-emigrazzjoni tal-massa lejn pajjiżi fejn jistgħu jipprattikaw b’mod ħieles il-fidi tagħhom u jkollhom opportunità li jaħdmu. Iż-żgħażagħ Kristjani huma l-aktar flessibbli u għalhekk hu probabbli li jmorru jgħixu f’pajjiżi oħra. Il-Knisja qed twieġeb għal dan billi ssaħħaħ liż-żgħażagħ permezz tal-formazzjoni tagħhom, u fit-tmexxija Kristjana, u tħeġġiġhom biex ikunu membri attivi tal-Knisja u l-missjoni evanġelika tagħha.

L-impatt tal-kriżi soċjopolitika fuq id-djoċesi ta’ Buea

Isem u Kunjom:

Ċempel 21487818

talb, ħbiberija, ispirazzjoni kif ukoll spiritwalità personali. Monsinjur Warda, l-Arċisqof ta’ Erbil, irringrazzja lill-ACN għall-appoġġ ta’ dan “il-proġett importanti ħafna għall-formazzjoni taż-żgħażagħ tagħna. F’dawn iżżminijiet diffiċli ħafna għandhom bżonn l-appoġġ, direzzjoni u l-kura pastorali tagħna.” Il-minoranzi Kristjani fl-Iraq ilhom vittmi tad-diskriminazzjoni, l-inġustizzja, l-inugwaljanza, ilvjolenza u l-ispostament. Il-gwerra kontinwa u l-ISIS dgħajfu lill-

IL-KAMERUN

Biex takkwista Kuruna tar-Rużarju u tissieħeb f’din il-Kampanja ta’ Talb, jekk jogħġbok ibgħat ismek u kunjomok, l-indirizz postali, in-numru tat-telefon, l-email u d-dettalji tiegħek fl-indirizz t’hawn taħt. Donazzjoni tkun apprezzata.

Numru tat-telefon:

Il-grupp taż-żgħażagħ miġbura waqt l-attività msejħa Ankawa Youth Meeting

20/08/2019 16:11

Id-djoċesi ta’ Buea ġiet affettwata mill-kriżi soċjo-politika fir-reġjuni tal-Majjistral u talLbiċ tal-Kamerun. Il-kriżi qed tkompli sejra għall-agħar. Din hija l-konklużjoni li waslet għaliha l-Aid to the Church in Need (ACN) wara li kkonsultat sorsi qrib talKnisja fil-Kamerun. Bħalissa hemm aktar minn 20,000 persuna internament spostata (IDP) fid-djoċesi. Minn mindu bdiet teskala l-kriżi f’Novembru 2016 inħarqu aktar minn tmien binjiet, kien hemm attakki għal għarrieda fuq 70 oħra u 25 villaġġ sfaw abbandunati. Hekk ġiegħlu lill-abitanti jfittxu kenn fl-irziezet u x-xagħri. Ingħalqu 40 skola primarja Kattolika, filwaqt li oħrajn ġew attakkati u vandalizzati.

Skont l-istatistiċi ta’ organizzazzjonijiet lokali u internazzjonali tad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem, fiddjoċesi, aktar minn 200 persuna ċivili (mhux biss Kattoliċi) inqatlu, fosthom tfal u nisa. Dan irriżulta f’konsegwenzi serji ħafna wkoll għall-ħajja pastorali tal-Knisja u minħabba hekk, ħidmietha ġiet sfrattata serjament. Madwar għaxar parroċċi ġew sfurzati jwaqqfu l-ħidma pastorali tagħhom filwaqt li s-saċerdoti wkoll ġew mhedda. Is-sorsi qed jaħsbu li ser ikun hemm nuqqas kbir t’ikel u l-prezzijiet ser jogħlew minħabba l-fatt li l-bdiewa qed jiġu mġiegħla jitilqu mill-irħula u mill-għelieqi tagħhom.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.